Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42007X1123(01)

    Ir-Regolament Nru 44 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/ECE) – Id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tagħmir tat-trażżin għat-tfal li jirkbu bħala passiġġieri f'vetturi bil-magna ( sistemi tat-trażżin għat-tfal )

    ĠU L 306, 23.11.2007, p. 1–119 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/44(2)/oj

    23.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 306/1


    Ir-Regolament Nru 44 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/ECE) – Id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tagħmir tat-trażżin għat-tfal li jirkbu bħala passiġġieri f'vetturi bil-magna (“sistemi tat-trażżin għat-tfal”)

    Emenda 43: Ir-Regolament Nru 44

    Reviżjoni 1

    Taħt il-liġi pubblika internazzjonali, it-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu kkontrollati fl-iktar verżjoni reċenti tad-dokument ta' l-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343/Rev.X, li huwa disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

    Li tinkorpora t-test validu kollha sa:

    Is-serje 04 ta' emendi – Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-23 ta' Ġunju 2005

    1.   L-AMBITU

    1.1.

    Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal li huma adattati biex jiġu installati f'vetturi bil-magna li għandhom tliet roti jew aktar, u li m'humiex maħsuba biex jintużaw ma' sits li jintlewew (li jintrefgħu) jew li jħarsu lejn il-ġnub.

    2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

    2.1.

    Sistema tat-trażżin għat-tfal (“trażżin”) tfisser arranġament ta' komponenti li jistgħu jinkludu t-taħlita ta' ċineg jew komponenti flessibbli b'bokkla ta' sigurtà, apparati għall-aġġustament, żjidiet u f'ċerti każi tagħmir supplimentari bħal kerrikot, benniena għat-trabi li tinġarr, siġġu supplimentari u/jew ħarsien mill-impatt, li jistgħu jintrabtu ma' vettura li taħdem bl-enerġija. Hija ddisinjata b'tali mod li tnaqqas ir-riskju li min jilbisha jweġġa', fil-każ ta' kolliżjoni jew ta' tnaqqis f'daqqa tal-veloċità tal-vettura, minħabba li tkun limitata l-mobilità tal-ġisem ta' min jilbisha.

    “ISOFIX” hija sistema għall-kollegament ta' sistemi tat-trażżin għat-tfal ma' vetturi li jkollhom żewġ ankraġġi tal-vetturi riġidi, żewġ żjidiet riġidi li jikkorrispondu fuq is-sistema tat-trażżin għat-tfal u mezz li jillimita r-rotazzjoni ta' l-irroljar (pitch rotation) tas-sistema tat-trażżin għat-tfal.

    2.1.1.

    It-trażżin għat-tfal jaqa' f'ħames “gruppi ta' massa”:

    2.1.1.1.

    il-grupp 0 għal tfal li jiżnu inqas minn 10 kg;

    2.1.1.2.

    il-grupp 0+ għal tfal li jiżnu inqas minn 13 kg;

    2.1.1.3.

    il-grupp I għal tfal li jiżnu bejn 9 kg u 18-il kg;

    2.1.1.4.

    il-grupp II għal tfal li jiżnu bejn 15-il kg u 25 kg;

    2.1.1.5.

    il-grupp III għal tfal li jiżnu bejn 22 kg u 36 kg.

    2.1.1.6

    Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jaqgħu f'7 klassijiet ta' daqs ISOFIX li ġew deskritti fl-Appendiċi 2 ta' l-Anness 17 għar-Regolament Nru 16:

    A – ISO/F3

    :

    CRS (sistema tat-trażżin għat-tfal) għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu għall-għoli kollu li tħares 'il quddiem

    B – ISO/F2

    :

    CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu għal għoli mnaqqas li tħares 'il quddiem

    B1 – ISO/F2X

    :

    CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu għal tul imnaqqas li tħares 'il quddiem

    C – ISO/R3

    :

    CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu ta' daqs sħiħ li tħares lura

    D – ISO/R2

    :

    CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu ta' daqs imnaqqas li tħares lura

    E – ISO/R1

    :

    CRS għal trabi li tħares lura

    F – ISO/L1

    :

    CRS f'pożizzjoni xellugija li tħares lejn il-ġenb (kerrikot)

    G – ISO/L2

    :

    CRS f'pożizzjoni leminija li tħares lejn il-ġenb (kerrikot)

    Il-Grupp tal-Massa

     

    Il-kategorija tad-daqs ISOFIX

    0 – sa 10 kg

    F

    ISO/L1

    G

    ISO/L2

    E

    ISO/R1

    0+ – sa 13 kg

    C

    ISO/R3

    D

    ISO/R2

    E

    ISO/R1

    I – 9 sa 18 kg

    A

    ISO/F3

    B

    ISO/F2

    B1

    ISO/F2X

    C

    ISO/R3

    D

    ISO/R2

    2.1.2.

    It-trażżin għat-tfal jaqa' f'erba' “kategoriji”:

    2.1.2.1.

    Kategorija “universali” biex tintuża kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1, 6.1.3.1 u 6.1.3.2. fuq il-parti l-kbira tal-pożizzjonijiet tas-sits tal-vetturi, u b'mod partikolari dawk li ġew ivvalutati skond ir-Regolament Nru 16 – bħala li huma kompatibbli ma' kategorija ta' trażżin għat-tfal bħal din.

    2.1.2.2.

    kategorija “ristretta” għall-użu kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1 u 6.1.3.1 għall-pożizzjonijiet tas-sit indikati għal tipi ta' vetturi partikolari kif indikat jew mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew mill-manifattur tal-vettura:

    2.1.2.3.

    kategorija “semi-universali” għall-użu kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1 u 6.1.3.2;

    2.1.2.4.

    kategorija ta' “vetturi speċifiċi” għall-użu jew;

    2.1.2.4.1.

    fuq tipi speċifiċi ta' vettura, skond il-paragrafi 6.1.2 u 6.1.3.3; jew

    2.1.2.4.2.

    bħala trażżin għat-tfal maħsub bħala parti mill-vettura (built in).

    2.1.3.

    Is-sistema taż-żamma tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tista' tkun ta' żewġ klassijiet:

     

    klassi integrali jekk iż-żamma tat-tfal fis-sistema tat-trażżin tkun indipendenti minn kwalunkwe mezz ikkollegat direttament mal-vettura;

     

    klassi mhux integrali jekk iż-żamma tat-tfal fis-sistema tat-trażżin tkun tiddependi fuq kwalunkwe mezz li jkun ikkollegat direttament mal-vettura;

    2.1.3.1.

    “trażżin parzjali” tfisser tagħmir, bħal booster cushion (kuxxin li tippermetti lit-tfal iħarsu barra mit-tieqa u hija maħsuba biex tidħol eżatt fis-sit tal-karozza), li, meta tintuża flimkien ma' ċinturin tas-sigurtà għall-adulti, li jgħaddi madwar il-ġisem tat-tfal jew irażżan it-tagħmir li fih jitpoġġew it-tfal, jifforma sistema kompleta ta' trażżin għat-tfal;

    2.1.3.2.

    booster cushion” tfisser kuxxin soda, li tista' tintuża ma' ċinturin tas-sigurtà għall-adulti;

    2.1.3.3.

    “ċinga għall-gwida” tfisser ċinga li tagħfas iċ-ċinga ta' l-ispalla taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti f'pożizzjoni adattata għat-tfal u fejn il-pożizzjoni effettiva li fiha ċ-ċinga ta' l-ispalla tbiddel id-direzzjoni tista' tiġi aġġustata permezz ta' strument li jista' jiġi mċaqlaq 'il fuq u 'l isfel mat-tul taċ-ċinga biex tinstab l-ispalla ta' min jilbisha, u mbagħad jissakkar f'dik il-pożizzjoni. Din iċ-ċinga għall-gwida mhix maħsuba biex iġġorr parti sinifikattiva mit-tagħbija dinamika.

    2.2.

    “Siġġu għas-sigurtà tat-tfal” tfisser trażżin għat-tfal li jinkludi siġġu li fih jitpoġġew it-tfal.

    2.3.

    “Ċinturin” tfisser trażżin għat-tfal li jinkludi taħlita ta' ċineg b'bokkla ta' sigurtà, apparati għall-aġġustament u żjidiet;

    2.4.

    “Siġġu” tfisser struttura li hija parti kostitwenti mit-trażżin għat-tfal u hija maħsuba biex takkomoda tifel f'pożizzjoni bilqiegħda;

    2.4.1.

    “kerrikot” tfisser sistema ta' trażżin maħsuba biex takkomoda u trażżan it-tfal meta jkunu mimdudin fuq daharhom jew fuq żaqqhom bis-sinsla ta' daharhom perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Huwa ddisinjat b'tali mod li l-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal għajr għad-dirgħajn u għar-riġlejn fil-każ ta' kolliżjoni;

    2.4.2.

    “trażżin għall-kerrikots” tfisser tagħmir użat biex irażżan kerrikot ma' l-istruttura tal-vettura;

    2.4.3.

    “benniena għat-trabi li tinġarr” tfisser sistema ta' trażżin maħsuba biex takkomoda t-tfal f'pożizzjoni kważi mimduda li tħares lura. Hija ddisinjata b'tali mod li l-forzi tat-trażżin jiġu mqassma tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal għajr għad-dirgħajn u għar-riġlejn fil-każ ta' kolliżjoni frontali.

    2.5.

    “Appoġġ għas-siġġu” tfisser dik il-parti mit-trażżin għat-tfal li biha s-siġġu jista' jittella' 'l fuq.

    2.6.

    “Appoġġ għat-tfal” tfisser dik il-parti mit-trażżin għat-tfal li biha t-tfal jistgħu jittellgħu 'l fuq fi ħdan it-trażżin għat-tfal.

    2.7.

    “Ħarsien mill-impatt” tfisser tagħmir imwaħħal quddiem it-tfal u maħsub biex iqassam il-forzi tat-trażżin tul il-parti l-kbira tat-tul tat-tfal fil-każ ta' impatt frontali.

    2.8.

    “Ċinga” tfisser komponent flessibbli maħsub biex jitrasmetti l-forzi;

    2.8.1.

    “ċinga ta' fuq il-ħoġor” tfisser ċinga li, jew fil-forma ta' ċinturin sħiħ jew fil-forma ta' komponent ta' ċinturin bħal dan, tgħaddi tul il-parti ta' quddiem tal-pelvi tat-tfal u trażżnu;

    2.8.2.

    “trażżin għall-ispalel” tfisser dik il-parti ta' ċinturin li trażżan il-parti ta' fuq tat-torso tat-tfal;

    2.8.3.

    “ċinga għal bejn il-koxox” tfisser ċinga (jew ċineg diviżi, fejn tkun magħmula minn żewġ strixxi jew aktar) imwaħħla mat-trażżin għat-tfal u maċ-ċinga ta' fuq il-ħoġor u mqiegħda b'mod li tgħaddi bejn il-kuxxtejn tat-tfal; hija ddisinjata biex ma tħallix lit-tfal jiżżerżqu minn taħt iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor matul l-użu normali u biex ma tħallix liċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor jiċċaqlaq minn fuq il-pelvi waqt impatt.

    2.8.4.

    “ċinga għat-trażżin tat-tfal” tfisser ċinga li hija parti kostitwenti miċ-ċinturin u trażżan biss il-ġisem tat-tfal;

    2.8.5.

    “ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal” tfisser ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal ma' l-istruttura tal-vettura u tista' tkun parti mit-tagħmir għat-trażżin tas-sit tal-vettura;

    2.8.6.

    “ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq” tfisser il-montatura ta' ċinturin li inkludi ċinturin ta' fuq il-ħoġor, trażżin għall-ispalla u, fejn tkun installata, ċinga ta' bejn il-koxox;

    2.8.7.

    “ċinturin f'forma ta' Y” tfisser ċinturin fejn it-taħlita ta' ċineg hija fformata minn ċinga li għandha tiġi ggwidata bejn il-koxox tat-tfal u minn ċinga għal kull spalla.

    2.9.

    “Bokkla” tfisser tagħmir li jinħall malajr li jippermetti li t-tfal jinżammu mit-trażżin jew li t-trażżin jinżamm mill-istruttura tal-karozza u li jista' jinfetaħ malajr. Il-bokkla tista' tinkludi l-apparat għall-aġġustament;

    2.9.1.

    “buttuna magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla”, buttuna biex tinfetaħ il-bokkla b'mod li ma jridx ikun possibbli li tinfetaħ il-bokkla billi tintuża sfera li għandha dijametru ta' 40 mm;

    2.9.2.

    “buttuna mhux magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla”, buttuna biex tinfetaħ il-bokkla b'mod li jrid ikun possibbli li tinfetaħ il-bokkla permezz ta' sfera li għandha dijametru ta' 40 mm.

    2.10.

    “Apparat għall-aġġustament” tfisser apparat li jippermetti li t-trażżin jew iż-żjidiet tiegħu jkunu aġġustati skond il-fiżiku ta' min jilbsu, skond il-konfigurazzjoni tal-vettura, jew skond it-tnejn. L-apparat għall-aġġustament jista' jew ikun parti mill-bokkla jew ikun tagħmir li jiġbed lura (retractor) jew kwalunkwe parti oħra taċ-ċinturin tas-sigurtà;

    2.10.1.

    “apparat li jaġġusta malajr” tfisser apparat għall-aġġustement li jista' jitħaddem b'id waħda b'moviment faċli wieħed.

    2.10.2.

    “apparat li jaġġusta armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal” tfisser apparat li jaġġusta għaċ-ċinga integrali li huwa armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal, minflok ma jkun sostnut direttament mill-istrixxi li huwa maħsub biex jaġġusta.

    2.11.

    “Żjidiet” tfisser il-partijiet tat-trażżin għat-tfal, li jinkludu l-komponenti li jorbtuhom, li jippermettu li t-trażżin għat-tfal ikun imwaħħal sew ma' l-istruttura tal-vettura jew b'mod dirett jew billi jgħaddi mis-sit tal-vettura.

    2.11.1.

    “Riġel ta' appoġġ” tfisser żjieda permanenti ma' trażżin għat-tfal li joħloq mogħdija ta' tagħbija kompressiva bejn it-trażżin għat-tfal u l-istruttura tal-vettura sabiex jiġu evitati l-effetti tal-kuxxin tas-sit matul it-tnaqqis fil-veloċità; ir-riġel ta' appoġġ jista' jkun aġġustabbli.

    2.12.

    “Tagħmir li jassorbi l-enerġija” tfisser tagħmir li huwa maħsub biex tinħela l-enerġija b'mod indipendenti minn, jew flimkien maċ-ċinga u jifforma parti mit-trażżin għat-tfal.

    2.13.

    “Apparat li jiġbed lura” tfisser tagħmir maħsub biex jakkomoda parti jew iċ-ċinga kollha tat-trażżin għat-tfal. Dan it-terminu jkopri t-tagħmir li ġej:

    2.13.1.

    “apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament”, apparat li jiġbed lura li jippermetti li jinħareġ it-tul mixtieq ta' ċinga u, meta tingħalaq il-bokkla, jaġġusta awtomatikament iċ-ċinga għal mal-fiżiku ta' min jilbisha, filwaqt li ċ-ċinga ma titħallix tinħareġ aktar mingħajr l-intervent volontarju ta' min jilbisha;

    2.13.2.

    “apparat li jiġbed lura li iissakkar f'emerġenza”, apparat li jiġbed lura li ma jirristrinġix lil min jilbes iċ-ċinturin milli jiċċaqlaq liberament f'kondizzjonijiet ta'sewqan normali. Tagħmir bħal dan għandu apparati li jaġġustaw awtomatikament it-tul taċ-ċinga skond il-fiżiku ta' min jilbisha, u mekkaniżmu li jissakkar li jkun azzjonat f'emerġenza permezz ta':

    2.13.2.1.

    it-tnaqqis fil-veloċità tal-vettura, il-ħruġ taċ-ċinga mill-apparat li jiġbed lura, jew kwalunkwe mezz ieħor awtomatiku (sensittività unika); jew

    2.13.2.2.

    taħlita ta' kwalunkwe wieħed minn dawn il-mezzi (sensittività multipla).

    2.14.

    “Ankraġġ għat-trażżin” tfisser dawk il-partijiet ta' l-istruttura tal-vettura jew ta' l-istruttura tas-sit li magħhom jitwaħħal dan l-irbit għat-trażżin tat-tfal;

    2.14.1.

    “ankraġġ addizzjonali” tfisser parti mill-istruttura tal-vettura jew mill-istruttura tas-sit tal-vettura, jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura, li magħha huwa maħsub li jitwaħħal it-trażżin għat-tfal u li huwa addizzjonali għall-ankraġġ approvat taħt ir-Regolament Nru 14. Dan jinkludi l-pjanċa tal-qiegħ tat-tròli kif deskritt fl-Anness 6 jew karatteristiċi strutturali oħrajn ta' vettura(i) speċifika(speċifiċi) meta dawn ikunu mgħobbija bir-riġel ta' appoġġ.

    2.14.2.

    “Ankraġġ baxx ISOFIX” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b'dijametru ta' 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u żżomm sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX b'żjidiet ISOFIX.

    2.14.3.

    “Sistema ta' ankraġġi ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 14 li hija mfassla sabiex tqabbad sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX ma' apparat ta' kontra r-rotazzjoni.

    2.14.4.

    “Apparat ta' kontra r-rotazzjoni”

    (a)

    Apparat ta' kontra r-rotazzjoni għal sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jikkonsisti mill-irbit ta' fuq ISOFIX.

    (b)

    Apparat ta' kontra r-rotazzjoni għal sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jikkonsisti jew minn irbit ta' fuq, mid-daxxbord tal-vettura jew minn riġel ta' appoġġ maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tat-trażżin matul impatt frontali.

    (c)

    Għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, universali u semi-universali, is-sit tal-vettura nnifsu mhuwiex apparat ta' kontra r-rotazzjoni.

    2.14.5.

    “Ankraġġ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser karatteristika li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 14, pereżempju żbarra, li tkun f'żona definita, maħsuba biex taċċetta l-kollegatur taċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha lill-istruttuta tal-vettura.

    2.15.

    “Iħares 'il quddiem” tfisser iħares fid-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

    2.16.

    “Iħares lura” tfisser iħares fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

    2.17.

    “Pożizzjoni inklinata” tfisser pożizzjoni speċjali tas-siġġu li jħalli lit-tfal jimteddu.

    2.18.

    “Pożizzjoni mimduda/fuq id-dahar/fuq iż-żaqq” tfisser pożizzjoni li fiha ta' l-inqas ir-ras u l-ġisem, għajr għad-dirgħajn u għar-riġlejn tat-tfal jinstabu fuq superiċje orizzontali meta jkunu wieqfa fit-trażżin.

    2.19.

    “Tip ta' trażżin għat-tfal” tfisser trażżin għat-tfal li ma jvarjax f'aspetti essenzjali bħal:

    2.19.1.

    il-kategorija, u l-grupp(i) tal-massa li għalihom, u l-pożizzjoni u l-orjentament (kif iddefiniti fil-paragrafi 2.15. u 2.16.) li fihom, huwa maħsub biex jintuża t-trażżin;

    2.19.2.

    il-ġeometrija tat-trażżin għat-tfal;

    2.19.3.

    id-dimensjonijiet, il-massa, il-materjal u l-kulur ta':

    is-sit;

    l-ikkuttunar; u

    l-ħarsien mill-impatt;

    2.19.4.

    il-materjal, in-nisġa, id-dimensjonijiet u l-kulur taċ-ċineg;

    2.19.5.

    il-komponenti riġidi (il-bokkla, iż-żjidiet, eċċ.).

    2.20.

    “Is-sit tal-vettura” tfisser struttura, li tista' tkun jew ma tkunx integrali għall-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda persuna adulta. F'dan ir-rigward:

    2.20.1.

    “grupp ta' sits tal-vettura” tfisser jew sit għal tnejn min-nies jew aktar jew numru ta' sits li huma separati imma jinstabu wieħed ħdejn l-ieħor (jiġifieri mwaħħlin b'tali mod li l-ankraġġ ta' quddiem ta' sit wieħed huwa f'linja ma' l-ankraġġ ta' quddiem jew ta' wara ta' sit ieħor jew fuq linja li tgħaddi bejn dak l-ankraġġi), b'kull sit jakkomoda persuna adulta waħda bilqiegħda jew aktar;

    2.20.2.

    “sit ta' vettura għal tnejn min-nies jew aktar” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda;

    2.20.3.

    “is-sits ta' quddiem tal-vettura” tfisser il-grupp ta' sits li jinstabu fl-aktar parti ta' quddiem fil-kumpartiment tal-passiġġieri, jiġifieri li m'għandhom l-ebda sit ieħor direttament quddiemhom;

    2.20.4.

    “is-sits ta' wara tal-vettura” huma sits fissi, li jħarsu 'l quddiem li jinstabu wara grupp ieħor ta' sits tal-vettura.

    2.20.5.

    “Il-pożizzjoni ISOFIX” tfisser sistema li tippermetti li tiġi installata:

    (a)

    jew sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares 'il quddiem kif iddefinita f'dan ir-Regolament

    (b)

    jew sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares 'il quddiem kif iddefinita f'dan ir-Regolament,

    (c)

    jew sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares lura kif iddefinita f'dan ir-Regolament

    (d)

    jew sistema semi-universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX b'pożizzjoni li tħares lejn il-ġenb kif iddefinita f'dan ir-Regolament,

    (e)

    jew sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għal vettura speċifika kif iddefinita f'dan ir-Regolament.

    2.21.

    “Sistema għall-aġġustament” tfisser apparat komplet li bih is-sit tal-vettura jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati biex jakkomodaw il-fiżiku tal-passiġġier adult li qiegħed bilqiegħda fis-sit; dan l-istrument jista', b'mod partikolari, jippermetti:

    2.21.1.

    spostament lonġitudinali, u/jew

    2.21.2.

    spostament vertikali, u/jew

    2.21.3.

    spostament angolari.

    2.22.

    “Ankraġġ għas-sit tal-vettura” tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affetwati ta' l-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha s-sit għall-adult kollu kemm hu jitwaħħal ma' l-istruttura tal-vettura.

    2.23.

    “Tip ta' sit” tfisser kategorija ta' sits għall-adulti li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

    2.23.1.

    il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali ta' l-istruttura tas-sit,

    2.23.2.

    it-tipi u d-dimensjonijiet ta' l-aġġustament u tas-sistemi ta' l-illokkjar tad-dahar tas-sit, u

    2.23.3.

    it-tip u d-dimensjonijiet ta' l-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti fuq is-sit, ta' l-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet affetwati ta' l-istruttura tal-vettura.

    2.24.

    “Sistema ta' ċaqliq” tfisser tagħmir li jippermetti li s-sit għall-adult jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu mċaqalqa b'mod angulari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex jiġu ffaċilitati d-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri u li jitgħabbew u jitneħħew l-oġġetti minn fuq il-vettura.

    2.25.

    “Sistema li tissakkar” tfisser tagħmir li jiżgura li s-sit għall-adult u l-partijiet tiegħu jinżammu fil-pożizzjoni ta' l-użu.

    2.26.

    “Tagħmir tal-qfil” huwa tagħmir li jsakkar u ma jħallix iċ-ċaqliq ta' sezzjoni waħda ta' l-istrixxi ta' ċinturin tas-sigurtà għall-adulti li jkun relattiv għal sezzjoni oħra ta' l-istrixxi ta' l-istess ċinturin. Tagħmir bħal dan jista' jaġixxi jew fuq is-sezzjoni dijagonali jew fuq is-sezzjoni ta' fuq il-ћoġor jew jorbot flimkien kemm is-sezzjoni ta' fuq il-ћoġor kif ukoll is-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin għall-adulti. It-terminu jkopri l-klassijiet li ġejjin:

    2.26.1.

    “Tagħmir tal-klassi A”, tagħmir li ma jħallix lit-tfal jiġbdu l-istrixxi mill-apparat li jiġbed lura minn ġol-parti taċ-ċinturin li tiġi fuq il-ħoġor, meta jintuża ċ-ċinturin għall-adulti biex irażżan lit-tfal b'mod dirett. Meta jiġi provdut bit-trażżin tal-grupp I, it-tagħmir jippermetti konformità mal-paragrafu 6.2.9.

    2.26.2.

    “Tagħmir tal-klassi B”, tagħmir li jippermetti li tinżamm tensjoni applikata fuq il-parti taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti li tiġi fuq il-ħoġor, meta ċ-ċinturin għall-adulti jintuża biex irażżan it-trażżin għat-tfal. It-tagħmir huwa maħsub biex ma jħallix li l-istrixxi jiżolqu mill-apparat li jiġbed lura minn ġot-tagħmir, li allura jerħi t-tensjoni u jpoġġi t-trażżin f'pożizzjoni li mhix l-aħjar waħda.

    2.27.

    “It-trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija sistema ta' trażżin għat-tfal maħsuba għal tfal bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabilità fiżika jew mentali; b'mod partikolari, dan it-tagħmir jista' jippermetti tagħmir ta' trażżin addizzjonali għal kwalunkwe parti tat-tfal, imma jrid ikollu mill-inqas mezz primarju ta' trażżin li huwa konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament.

    2.28.

    “Żjieda ISOFIX” tfisser waħda miż-żewġ kollegamenti, li tissodisfa l-kondizzjoni meħtieġa tal-paragrafu 6.3.2 ta' dan ir-Regolament, li testendi mill-istruttura tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, u li tkun kumpatibbli ma' l-ankraġġ baxx ISOFIX.

    2.29.

    “Sistema ta' trażżin għat-tfal ISOFIX” tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal li trid tiġi mqabbda ma' sistema ta' ankraġġ ISOFIX li tissodisfa l-kondizzjoni meħtieġa tar-Regolament Nru 14.

    2.30.

    “Il-koljatura tas-sit” tfisser iż-żona qrib l-intersezzjoni tas-superfiċji tal-kuxxin tas-sit tal-vettura u d-dahar tas-sit.

    2.31.

    “L-apparat iffissat tas-sit tal-vettura (VSF)” tfisser apparat iffissat, skond il-klassijiet tad-daqsijiet ISOFIX iddefiniti fil-paragrafu 2.1.1.6 u li d-dimensjonijiet tiegħu jingħataw fil-figuri 1 sa 6 ta' l-Appendiċi 2 fl-Anness 17 għar-Regolament Nru 16, li jintuża minn manifattur tat-trażżin għat-tfal sabiex jiddetermina d-dimensjonijiet xierqa ta' sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX kif ukoll il-post taż-żjidiet ISOFIX tagħha.

    2.32.

    “Il-kollegatur ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal ma' l-ankraġġ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX.

    2.33.

    “Il-ganċ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser kollegatur ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX titwaħħal ma' ankraġġ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX kif definit fil-Figura 3 tar-Regolament Nru 14.

    2.34.

    “Iċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX” tfisser ċinga bl-istrixxi (jew ekwivalenti) li testendi mill-quċċata ta' sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX sa l-ankraġġ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b'apparat ta' aġġustament, b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b'kollegatur ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX.

    2.35.

    “Żjieda ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX” hija apparat li torbot sewwa iċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX mas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX.

    2.36.

    “Apparat li jnaqqas it-tensjoni” tfisser sistema li tippermetti li jinħall l-apparat li jaġġusta u li jżomm it-tensjoni fiċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX.

    2.37.

    “Il-gwida ta' l-istrixxi taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti” tfisser apparat li minnu jgħaddi ċ-ċinturin għall-adulti għar-rotta korretta tiegħu, li jippermetti l-moviment ħieles ta' l-istrixxi.

    2.38.

    “it-test ta' l-approvazzjoni ta' tip”, tfisser test biex ikun iddeterminat sa liema punt tip ta' sistema ta' trażżin għat-tfal imressqa għall-approvazzjoni tkun kapaċi tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa.

    2.39.

    “it-test tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni”, tfisser test biex ikun iddeterminat jekk il-manifattur huwiex kapaċi jipproduċi sistema ta' trażżin għat-tfal skond is-sistemi tat-trażżin għat-tfal li tressqu għall-approvazzjoni tat-tip.

    2.40.

    “L-ittestjar ta' rutina”, tfisser l-ittestjar ta' numru ta' sistemi ta' trażżin magħżula minn grupp wieħed sabiex jiġi verifikat sa liema punt dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa.

    3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' trażżin għat-tfal għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu, u għandha ssegwi l-iskema ta' l-approvazzjoni tat-tip deskritta fl-Anness 14.

    3.2.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni, li għandha x'taqsam ma' kull tip ta' trażżin għat-tfal, għandu jkollha magħha:

    3.2.1.

    deskrizzjoni teknika tat-trażżin għat-tfal, li tispeċifika ċ-ċineg u l-materjali l-oħra użati, flimkien ma' disinni tal-partijiet li jikkostitwixxu t-trażżin għat-tfal u fil-każ ta' apparati li jiġbdu lura, l-istruzzjonijiet ta' l-installazzjoni għal dawn l-apparati li jiġbdu lura u t-tagħmir sensittiv tagħhom, dikjarazzjoni dwar it-tossiċità (il-paragrafu 6.1.5) u kemm huwa kapaċi jaqbad malajr (il-paragrafu 6.1.6), id-disinni jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru ta' l-approvazzjoni u għas-simbolu(i) addizzjonali b'relazzjoni għaċ-ċirku tal-marka ta' l-approvazzjoni. Id-deskrizzjoni għandha tindika l-kulur tal-mudell imressaq għall-approvazzjoni;

    3.2.2.

    erba' kampjuni tat-trażżin għat-tfal;

    3.2.3.

    ċinga twila 10 metri ta' kull kategorija użata fit-trażżin għat-tfal; u

    3.2.4.

    kampjuni addizzjonali għandhom jitressqu fuq it-talba tas-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-test;

    3.2.5.

    istruzzjonijiet u dettalji ta' l-ippakkjar skond il-paragrafu 14. t'aktar 'l isfel;

    3.2.6.

    fil-każ tal-kerrikots, jekk it-trażżin għall-kerrikot jista' jintuża flimkien ma' numru ta' tipi ta' kerrikots, il-manifattur tat-trażżin għandu jipprovdi lista ta' dawn ta' l-aħħar.

    3.3.

    Fil-każ li jintuża ċinturin tas-sigurtà għall-adulti biex jitwaħħal it-trażżin għat-tfal, l-applikazzjoni trid tistipula l-kategorija taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti li għandha tintuża, eż. iċ-ċinturini statiċi ta' fuq il-ħoġor.

    3.4.

    L-awtorità ta' l-approvazzjoni ta' Parti Kontraenti trid tivverifika, qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip, l-eżistenza ta' arranġamenti u ta' proċeduri sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv ħalli s-sistemi, l-apparat jew il-partijiet tat-trażżin għat-tfal, meta jiġu prodotti, ikunu konformi mat-tip approvat.

    4.   L-IMMARKAR

    4.1.

    Il-kampjuni tat-trażżin għat-tfal imressqa għall-approvazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.2 u 3.2.3 t'aktar 'il fuq għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar u indelibbli bl-isem, bl-inizjali jew bil-marka kummerċjali tal-manifattur.

    4.2.

    Waħda mill-partijiet tat-tagħmir għat-trażżin għat-tfal magħmula mill-plastik (bħall-qafas, bħall-ħarsien mill-impatt, bħall-booster cushion, eċċ.), minbarra ċ-ċinturin(i) jew iċ-ċinga integrali, għandha tiġi mmarkata b'mod ċar (u indelibbli) bis-sena tal-produzzjoni.

    4.3.

    Jekk it-trażżin ser jintuża flimkien ma' ċinturin tas-sigurtà għall-adulti, ir-rotta korretta ta' l-istrixxi għandha tkun indikata b'mod ċar permezz ta' disinn imwaħħal mat-trażżin b'mod permanenti. Jekk it-trażżin jinżamm f'postu miċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti, ir-rotot ta' l-istrixxi għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar fuq il-prodott permezz ta' kowd bil-kuluri. Il-kulur għar-rotta taċ-ċinturin tas-sigurtà li għandu jintuża meta t-tagħmir jiġi installat iħares 'il quddiem għandu jkun aħmar u meta jiġi installat iħares lura għandu jkun blù. L-istess kuluri għandhom jintużaw ukoll fuq it-tikketti ta' fuq it-tagħmir li juru l-metodi kif jintuża.

    Irid ikun hemm differenza ċara bejn ir-rotot maħsuba għas-sezzjoni ta' fuq il-ћoġor u għas-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin tas-sigurtà. Indikazzjoni bħall-kodiċi bil-kuluri, il-kliem, il-forom eċċ., għandhom jiddistingwu kull sezzjoni taċ-ċinturin tas-sigurtà.

    Fi kwalunkwe disinn tar-rotta taċ-ċinturin fuq il-prodott, l-orjentazzjoni tat-trażżin għat-tfal b'mod relattiv għall-vettura trid tkun indikata b'mod ċar. Id-disinji tar-rotot taċ-ċinturin li ma jurux is-sit tal-vettura mhumiex aċċettabbli.

    L-immarkar iddefinit f'dan il-paragrafu għandu jkun viżibbli bit-trażżin installat fil-vettura. Għal trażżin tal-grupp 0, dan l-immarkar għandu jkun viżibbli wkoll bit-tfal fit-trażżin.

    4.4.

    Fuq is-superfiċje viżibbli ta' ġewwa (inkluż il-parti tal-ġenb biswit ir-ras tat-tifel/tifla) fl-erja fejn bejn wieħed u ieħor tistrieħ ras it-tifel/tifla fit-trażżin għat-tfal, it-trażżin li jħares lura għandu jkollu t-tikketta li ġejja mwaħħla b'mod permanenti (it-test li jintwera huwa wieħed minimu).

    Din it-tikketta għandha tiġi pprovduta fil-lingwa(i) tal-pajjiż fejn jinbiegħ it-tagħmir.

    Id-daqs minimu tat-tikketta: 60 x 120 mm

    It-tikketta għandha tiġi meħjuta ma' l-għata madwar il-perimetru kollu tiegħu u/jew titwaħħal b'mod permanenti ma' l-għata fuq is-superfiċje kollha ta' wara. Kwalunkwe forma oħra ta' twaħħil li tkun permanenti u li ma tantx hemm ċans li titneħħa minn fuq il-prodott jew li tiġi oskurata hija aċċettabbli. Tikketti tat-tip ta' bandiera huma pprojbiti b'mod speċifiku.

    Jekk sezzjonijiet mit-trażżin jew kwalunkwe aċċessorju fornut mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jistgħu joskuraw it-tikketta, tkun meħtieġa tikketta addizzjonali. Tikketta ta' twissija waħda għandha tkun viżibbli b'mod permanenti fis-sitwazzjonijiet kollha meta t-trażżin jitħejja għall-użu fi kwalunkwe konfigurazzjoni.

    Image

    4.5.

    Fil-każ tat-trażżin għat-tfal li jista' jintuża kemm jekk iħares 'il quddiem u kemm jekk iħares lura, inkludi l-kliem:

    “IMPORTANTI – TUŻAX FIL-POŻIZZJONI LI TĦARES 'IL QUDDIEM QABEL MA L-PIŻ TAT-TFAL JEĊĊEDI ………..(Irreferi għall-istruzzjonijiet)”

    4.6.

    Fil-każ tat-trażżin għat-tfal b'rotot alternattivi għaċ-ċinturin, il-punti tal-kuntatt alternattivi li jerfgħu l-piż bejn it-trażżin għat-tfal u ċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti jridu jkunu mmarkati b'mod permanenti. Dan l-immarkar għandu jindika li din hija r-rotta alternattiva għaċ-ċinturin, u għandu jkun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kowds imsemmija aktar 'il fuq għal sits li jħarsu 'l quddiem u lura.

    4.7.

    Jekk it-trażżin għat-tfal joffri punti ta' kuntatt alternattivi li jerfgħu l-piż, l-immarkar meħtieġ fil-paragrafu 4.3 għandu jinkludi indikazzjoni li r-rotta alternattiva għaċ-ċinturin hija deskritta fl-istruzzjonijiet.

    4.8.   L-Immarkar ISOFIX

    Jekk il-prodott ikun jinkludi żjidiet ISOFIX, l-informazzjoni li ġejja trid tkun viżibbli b'mod permanenti għal min ikun qed jinstalla t-trażżin ġol-vettura:

    Il-logo ISO ISOFIX segwit mill-ittra(i) li tkun/ikunu xierqa għall-klassi(jiet) tad-daqs ISOFIX li fiha(fihom) joqgħod il-prodott. Mill-inqas, simbolu li jikkonsisti minn ċirku b'dijametru ta' mill-inqas 13 mm u li fih piktogramma; bil-piktogramma jkollha tikkuntrasta ma' l-isfond taċ-ċirku. Il-piktogramma għandha tkun viżibbli b'mod ċar jew permezz ta' kuluri kuntrastanti jew permezz ta' riljiev adegwat jekk dan ikun immudellat jew ibbuzzat 'il barra.

    Image B, C u F

    L-informazzjoni li ġejja tista' titwassal permezz ta' piktogrammi u/jew test. L-immarkar irid jindika:

    (a)

    Il-passi rilevanti essenzjali meħtieġa sabiex is-sit ikun lest għall-installazzjoni. Pereżempju, irid jiġi spjegat il-metodu ta' kif għandha tiġi estiża s-sistema ta' mqafel ISOFIX.

    (b)

    Iridu jiġu spjegati l-pożizzjoni, il-funzjoni, u l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe indikatur.

    (c)

    Il-pożizzjoni u, jekk ikun meħtieġ, ir-rotta ta' l-irbit ta' fuq, jew ta' mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent, iridu jiġu indikati bl-użu ta' wieħed mis-simboli li ġejjin, skond kif ikun xieraq.

    Image

    (d)

    irid jiġi indikat l-aġġustament ta' l-imqafel ISOFIX u ta' l-irbit ta' fuq, jew mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit, li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent.

    (e)

    L-immarkar irid ikun imwaħħal b'mod permanenti u jkunu viżibbli għal utent li qed jinstalla s-sit.

    (f)

    Fejn għandha ssir referenza meħtieġa għall-istruzzjonijiet ta' l-utent tat-trażżin għat-tfal u għall-post ta' dak id-dokument billi jintuża s-simbolu t'hawn taħt.

    Image

    5.   L-APPROVAZZJONI

    5.1.

    Kull kampjun imressaq f'konformità mal-paragrafi 3.2.2 u 3.2.3 t'aktar 'il fuq għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 8. ta' dan ir-Regolament f'kull aspett qabel ma tkun tista' tingħata l-approvazzjoni.

    5.2.

    Għandu jingħata numru ta' l-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri ta' dan (fil-preżent 04 li jikkorrispondi għas-serje 04 ta' emendi li daħlu fis-seħħ fit-12 ta' Settembru 1995) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkludu l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m'għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' trażżin għat-tfal kopert minn dan ir-Regolament.

    5.3.

    L-avviż ta' l-approvazzjoni jew ta' l-estensjoni jew tar-rifjut ta' l-approvazzjoni tat-trażżin għat-tfal skond dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    5.4.

    Barra mill-marki provduti fil-paragrafu 4. t'aktar 'il fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju xieraq ma' kull trażżin għat-tfal li jikkonforma ma' tip approvat taħt dan ir-Regolament:

    5.4.1.

    marka internazzjonali ta' l-approvazzjoni li tikkonsisti minn:

    5.4.1.1.

    ċirku madwar l-ittra “E” segwit minn numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (1)

    5.4.1.2.

    numru ta' l-approvazzjoni;

    5.4.2.

    is-simboli addizzjonali li ġejjin:

    5.4.2.1.

    il-kelma(kliem) “universali”, “ristrett”, “semi-universali” jew “speċifiku għall-vettura” skond il-kategorija tat-trażżin.

    5.4.2.2.

    il-firxa tal-massa li għaliha ġie maħsub it-trażżin għat-tfal, jiġifieri, 0-10 kg; 0-13 kg; 9-18 kg; 15-25 kg; 22-36 kg; 0-18 kg; 9-25 kg; 15-36 kg; 0-25 kg; 9-36 kg; 0-36 kg.

    5.4.2.3.

    is-simbolu “Y”, fil-każ ta' tagħmir li jinkludi ċinga għal bejn il-koxox, f'konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa tas-suppliment 3 għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament;

    5.4.2.4.

    is-simbolu “S” fil-każ ta' “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali”.

    5.5.

    L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempju ta' l-arranġament tal-marka ta' l-approvazzjoni.

    5.6.

    Id-dettalji li jissemmew fil-paragrafu 5.4. t'aktar 'il fuq għandhom jinqraw mingħajr problemi u jkunu indelibbli, u jistgħu jitwaħħlu jew permezz ta' tikketta jew billi jiġu mmarkati direttament. It-tikketta jew l-immarkar għandha tkun reżistenti għall-użu.

    5.7.

    It-tabelli li jissemmew fil-paragrafu 5.6. t'aktar 'il fuq jistgħu jinħarġu jew mill-awtorità li tat l-approvazzjoni jew, bla ħsara għall-awtorizzazzjoni ta' dik l-awtorità, mill-manifattur.

    6.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    6.1.   Il-pożizzjonament u t-twaħħil fuq il-vettura

    6.1.1.

    L-użu tat-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali”, “semi-universali” u “ristrett” huwa permess għall-pożizzjonijiet tas-sits ta' quddiem u ta' wara jekk it-trażżin jitwaħħal f'konformità ma' l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

    6.1.2.

    L-użu tat-trażżin għat-tfal fil-kategorija ta' “vettura speċifika” huwa permess fil-pożizzjonijiet kollha tas-sits u wkoll fl-erja tal-bagalji jekk it-trażżin jitwaħħal skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fil-każ tat-trażżin li jħares lura, id-disinn irid jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ għall-irjus tat-tfal kull meta t-trażżin huwa lest biex jintuża. Dan għandu jiġi ddeterminat bħala linja perpendikulari għad-dahar tas-sit minn ġol-linja ta' l-għajn, bil-punt ta' l-intersezzjoni għandu jkun ta' l-inqas 40 mm 'l isfel mill-bidu tar-radju ta' appoġġ għar-ras bħal dan.

    6.1.3.

    Skond il-kategorija li jappartjeni għaliha, it-trażżin għat-tfal għandu jitwaħħal ma' l-istruttura tal-vettura jew ma' l-istruttura tas-sit.

    IL-KONFIGURAZZJONIJIET POSSIBBLI GĦALL-APPROVAZZJONI

    IT-TABELLA TAL-GRUPPI/KATEGORIJI

    KATEGORIJA TAL-GRUPP

    Universali (2)

    Semi-universali (3)

    Ristretta

    Vettura speċifika

    CRS

    ISOFIXCRS

    CRS

    ISOFIXCRS

    CRS

    ISOFIXCRS

    CRS

    ISOFIXCRS

    0

    Kerrikot

    A

    MA

    A

    A

    A

    MA

    A

    A

    Li jħares lura

    A

    MA

    A

    A

    A

    MA

    A

    A

    0+

    Li jħares lura

    A

    MA

    A

    A

    A

    MA

    A

    A

    I

    Li jħares lura

    A

    MA

    A

    A

    A

    MA

    A

    A

    Li jħares 'il quddiem

    (integrali)

    A

    A

    A

    A

    A

    MA

    A

    A

    Li jħares 'il quddiem

    (mhux integrali)

    A

    MA

    A

    MA

    A

    MA

    A

    A

    II

    Li jħares lura

    A

    MA

    A

    MA

    A

    MA

    A

    A

    Li jħares 'il quddiem

    (integrali)

    A

    MA

    A

    MA

    A

    MA

    A

    A

    Li jħares 'il quddiem

    (mhux integrali)

    A

    MA

    A

    MA

    A

    MA

    A

    A

    III

    Li jħares lura

    A

    MA

    A

    MA

    A

    MA

    A

    A

    Li jħares 'il quddiem

    (integrali)

    A

    MA

    A

    MA

    A

    MA

    A

    A

    Li jħares 'il quddiem

    (mhux integrali)

    A

    MA

    A

    MA

    A

    MA

    A

    A

    Ma':

    CRS: Sistema tat-trażżin tat-tfal

    A: Applikabbli

    MA: Mhux Applikabbli

    6.1.3.1.

    Għall-kategoriji “universali” u “ristretta”, permezz ta' ċinturin tas-sigurtà għall-adulti (li għandu jew m'għandux apparat li jiġbed lura) li jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 16 (jew wieħed ekwivalenti) li jkun imwaħħal ma' ankraġġi li jissodisfaw l-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 14 (jew wieħed ekwivalenti).

    6.1.3.2.

    Għal sistemi ta' trażżin għat-tfal ISOFIX “universali” permezz ta' żjidiet ISOFIX u ta' ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament imwaħħla ma' sistema ta' ankraġġi ISOFIX u ma' ankraġġ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 14.

    6.1.3.3.

    għall-kategorija “semi-universali”: permezz ta' l-ankraġġi t'isfel preskritti fir-Regolament Nru 14 u ankraġġi addizzjonali li jissodisfaw ir-rakkomandazzjoni ta' l-Anness 11 għal dan ir-Regolament.

    6.1.3.4.

    Għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal ISOFIX “semi-universali” permezz ta' żjidiet ISOFIX u ta' ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX jew ta' riġel ta' appoġġ jew ta' daxxbord ta' vettura, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament imwaħħla ma' ankraġġi ISOFIX u/jew ankraġġ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 14.

    6.1.3.5.

    għall-kategorija “vettura speċifika”: permezz ta' l-ankraġġ iddisinjat mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal;

    6.1.3.6.

    Fil-każ ta' ċineg li jrażżnu t-tfal jew ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal li jużaw l-ankraġġ taċ-ċinturin li magħhom diġà hemm imwaħħal ċinturin jew ċinturini għall-adulti, is-servizz tekniku għandu jikkontrolla li:

    Il-pożizzjoni effettiva ta' l-ankraġġ ta' l-adulti qiegħda skond kif approvata fir-Regolament Nru 14 jew f'wieħed ekwivalenti;

    It-tħaddim effettiv taż-żewġ apparati ma jiġix imtellef mill-ieħor;

    Il-bokkli tas-sistema ta' l-adulti u ta' dik addizzjonali ma jistgħux jintużaw minflok xulxin.

    Għandhom japplikaw il-punti li ġejjin fil-każ ta' tagħmir ta' trażżin għat-tfal li juża l-iżbarri, jew tagħmir ieħor imwaħħal ma' l-ankraġġ approvat skond ir-Regolament Nru 14, li jċaqilqu l-pożizzjoni effettiva ta' l-ankraġġ 'il barra mill-ambitu tar-Regolament Nru 14:

    Tagħmir bħal dan ser ikun approvat biss bħala tagħmir semi-universali jew għal vettura speċifika;

    Is-servizz tekniku għandu japplika l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' l-Anness 11 għal dan ir-Regolament għall-iżbarra u għall-qfil;

    L-iżbarra ser tiġi inkluża fit-test dinamiku, bit-tagħbija tiġi applikata fuq il-pożizzjoni tan-nofs u fuq l-iżbarra u l-akbar estensjoni tagħha, jekk tista' tiġi aġġustata;

    M'għandhiex tiġi mxekkla l-pożizzjoni effettiva u t-tħaddim ta' kwalunkwe ankraġġ għall-adulti, li permezz tiegħu ġiet iffissata l-iżbarra.

    6.1.3.7.

    It-trażżin għat-tfal li juża riġel ta' appoġġ għandu jiġi approvat biss taħt il-kategorija “semi-universali” jew “vettura speċifika” u għandhom jiġu applikati l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' l-Anness 11 għal dan ir-Regolament. Il-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal għandu jqis il-ħtiġiet tar-riġel ta' appoġġ għall-funzjonament korrett tiegħu f'kull vettura u għandu jforni din l-informazzjoni.

    6.1.4.

    Booster cushion trid titrażżan jew permezz ta' ċinturin għall-adulti, billi jintuża t-test kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.4, jew permezz ta' mezzi separati.

    6.1.5.

    Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal jrid jiddikjara bil-miktub li t-tossiċità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistemi għat-trażżin u li huma aċċessibbli għat-tfal imrażżna hija f'konformità mal-partijiet rilevanti tal-parti 3 tas-Sigurtà għall-Ġugarelli tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) (Ġunju 1982). It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni ta' l-awtorità ta' l-ittestjar. Dan il-paragrafu ma japplikax għat-tagħmir tat-trażżin tal-gruppi II u III.

    6.1.6.

    Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jiddikjara bil-miktub li l-kapaċità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistema tat-trażżin li jieħdu n-nar hija f'konformità mal-paragrafi rilevanti tar-Riżoluzzjoni Konsolidata ta' l-ECE dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (il-paragrafu 1.20 tad-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1). It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni ta' l-awtorità ta' l-ittestjar.

    6.1.7.

    Fil-każ tat-trażżin għat-tfal li jħares lura li jkun sostnut mid-daxxbord tal-vettura, għall-fini ta' l-approvazzjoni għal dan ir-Regolament huwa mifhum li d-daxxbord huwa iebes biżżejjed.

    6.1.8.

    Fil-każ ta' sistema ta' trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali”, ħlief is-sistemi universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, il-punt tal-kuntatt prinċipali li jerfa' t-tagħbija bejn it-trażżin għat-tfal u ċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti m'għandux ikun inqas minn 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bit-trażżin għat-tfal fuq il-bank tat-test dinamiku.

    6.1.9.

    Jekk iċ-ċinturin għall-adulti jkun meħtieġ sabiex jorbot trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali”, it-tul massimu tiegħu li għandu jintuża fuq il-bank tat-test dinamiku huwa definit fl-Anness 13 għal dan ir-Regolament.

    Sabiex tiġi kkontrollata l-konformità ma' din il-kondizzjoni meħtieġa, is-sistema ta' trażżin tat-tfal għandha tkun marbuta fuq il-bank ta' l-ittestjar billi jintuża ċ-ċinturin standard deskritt fl-Anness 13. Il-manikkin m'għandux jiġi installat sakemm it-trażżin ma jkunx diżinjat b'tali mod li l-installazzjoni tal-manikkin iżżid l-ammont ta' ċinturin użat. Bis-sistema ta' trażżin ta' tfal fil-pożizzjoni installata m'għandux ikun hemm tensjoni fuq iċ-ċinturin apparti minn dik magħmula b'mod standard meta dan jiġi ffittjat. Meta jintuża r-retractor belt, din il-kundizzjoni għandha tintlaħaq u għandu għall-anqas jibqa' 150mm żejda fil-bejta.

    6.1.10.

    It-trażżin għat-tfal tal-gruppi 0 u 0+ m'għandux jintuża jħares 'il quddiem.

    6.2.   Il-konfigurazzjoni

    6.2.1.

    Il-konfigurazzjoni tat-trażżin għandha tkun b'tali mod li

    6.2.1.1.

    it-trażżin jagħti l-ħarsien meħtieġ fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba għas-sistema tat-trażżin; għat-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” il-mezz primarju ta' trażżin għandu jagħti l-ħarsien meħtieġ fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba tas-sistema tat-trażżin mingħajr ma jintuża t-tagħmir għat-trażżin addizzjonali li jista' jkun preżenti.

    6.2.1.2.

    it-tfal jistgħu jitpoġġew fi, u jitneħħew faċilment u malajr mit-trażżin; fil-każ ta' sistema ta' trażżin għat-tfal li fiha t-tfal huma mrażżna permezz ta' ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq jew ta' ċinturin f'forma ta' Y mingħajr apparat li jiġbed lura, kull trażżin ta' fuq l-ispalla u kull ċinga ta' fuq il-ħoġor għandha tkun tista' tiċċaqlaq b'mod relattiv waħda għall-oħra matul il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.1.4.

    F'dawn il-każi il-montatura taċ-ċinturin tas-sistema tat-trażżin għat-tfal tista' tkun iddisinjata b'żewġ partijiet jew aktar li huma kollegati ma' xulxin. Għat-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” huwa magħruf li t-tagħmir addizzjonali tat-trażżin ser jirrestrinġi l-veloċità li biha t-tfal jistgħu jitpoġġew u jitneħħew. Madankollu, it-tagħmir addizzjonali għandu jkun iddisinjat biex jinfetaħ malajr kemm jista' jkun.

    6.2.1.3.

    Jekk ikun possibbli li tinbidel l-inklinazzjoni tat-trażżin, din il-bidla fl-inklinazzjoni m'għandhiex teħtieġ aġġustament mill-ġdid taċ-ċineg b'mod manwali. Hija meħtieġa azzjoni apposta ta' l-id biex titbiddel l-inklinazzjoni tat-trażżin.

    6.2.1.4.

    is-sistemi tat-trażżin tal-gruppi 0, 0+ u I għandhom iżommu t-tfal f'pożizzjoni tali li jingħata l-ħarsien meħtieġ anki meta t-tfal ikunu reqdin;

    6.2.1.5.

    għall-prevenzjoni ta' inżul żejjed 'l isfel, jew minħabba impatt jew permezz ta' irrekwitezza, għandha tkun meħtieġa ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox fuq it-trażżin kollu tal-grupp I li jħares 'il quddiem li jinkorpora sistema ta' ċinturini integrali li jikkontrollaw iċ-ċaqliq. Biċ-ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox imwaħħla, u fil-pożizzjoni l-aktar twila tagħha jekk din tista' tiġi aġġustata, m'għandux ikun possibbli li tiġi aġġustata ċ-ċinga li tgħaddi minn fuq il-ħoġor sabiex toqgħod 'il fuq mill-pelvi kemm fil-manikin ta' 9 kg kif ukoll f'dak ta' 15-il kg.

    6.2.2.

    Għall-gruppi I, II u III, it-tagħmir kollu tat-trażżin li juża “ċinga ta' fuq il-ħoġor” irid jiggwida ċ-“ċinga ta' fuq il-ħoġor” biex ikun żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-“ċinga ta' fuq il-ħoġor” jiġu trasmessi minn ġol-pelvi.

    6.2.3.

    Iċ-ċineg kollha tat-trażżin għandhom jitpoġġew b'tali mod li ma' jdejqux lil min jilbishom waqt l-użu normali jew li ma jiħdux konfigurazzjoni perikoluża. Id-distanza bejn iċ-ċineg għall-ispalla li jinstabu viċin ta' l-għonq għandha tkun ta' l-inqas daqs il-wisa' ta' l-għonq tal-manikin xieraq.

    6.2.4.

    Il-montatura m'għandhiex tissoġġetta lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta' bejn il-koxox, eċċ.) għal forzi eċċessivi. Id-disinn għandu jkun b'tali mod li t-tagħbijiet tal-kompressjoni m'għandhomx jiġu imposti fuq il-qurriegħa ta' l-irjus tat-tfal fil-każ ta' kolliżjoni.

    6.2.4.1.

    Iċ-ċinturini bil-forma ta' Y jistgħu jintużaw biss fis-sistemi tat-trażżin għat-tfal li jħarsu lura u lejn il-ġenb (kerrikots).

    6.2.5.

    It-trażżin għat-tfal għandu jkun iddisinjat b'tali mod u installat sabiex:

    6.2.5.1.

    inaqqas kemm jista' jkun il-periklu li t-tfal jew il-passiġġieri l-oħra li jinsabu ġol-vettura iweġġgħu permezz ta' trufijiet jew partijiet li jisporġu 'l barra li jaqtgħu (kif definit fir-Regolament Nru 21, per eżempju);

    6.2.5.2.

    ma jurix trufijiet jew partijiet li jisporġu 'l barra li jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-kisi tas-sits tal-vettura jew lill-ħwejjeġ ta' min jokkupahom;

    6.2.5.3.

    ma jissoġġettax lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta' bejn il-koxox, eċċ) għal forzi ta' inerzja supplimentari li joħloq huwa stess;

    6.2.5.4.

    jiżgura li l-partijiet riġidi tiegħu, f'punti fejn huma f'kuntatt maċ-ċineg, ma jurux trufijiet li jaqtgħu li jistgħu jisolħu ċ-ċineg.

    6.2.6.

    Kwalunkwe parti magħmula b'mod li tista' tiġi separata biex tippermetti li l-komponenti jitwaħħlu u jinqalgħu għandha tkun iddisinjata b'tali mod biex tevita kemm jista' jkun possibbli kull riskju ta' armar u użu mhux korrett. “It-trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” jista' jkollu tagħmir addizzjonali għat-trażżin; dawn għandhom jiġu ddisinjati biex jevitaw kwalunkwe riskju ta' armar mhux korrett u li l-mezz biex dawn jinħallu u l-mod li bih jitħaddmu għandhom ikunu immedjatament ovvji għal xi ħadd li qed iwettaq salvataġġ f'emerġenza.

    6.2.7.

    Fejn it-trażżin għat-tfal maħsub għall-grupp I, għall-grupp II u għall-gruppi I u II flimkien jinkludi dahar għas-siġġu, l-għoli intern ta' dan ta' l-aħħar, iddeterminat skond id-disinn fl-Anness 12, m'għandux ikun inqas minn 500 mm.

    6.2.8.

    Jistgħu jintużaw biss l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru awtomatikament jew apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'każ ta' emerġenza.

    6.2.9.

    Għal tagħmir maħsub biex jintuża fil-Grupp I ma jridx ikun possibbli għat-tfal li jillaxkaw faċilment dik il-parti tas-sistema li trażżan il-pelvi wara li dawn jitpoġġew fiha; kwalunkwe tagħmir li huwa maħsub biex jikseb dan irid ikun imwaħħal b'mod permanenti mas-sistema tat-trażżin għat-tfal.

    6.2.10.

    Trażżin għat-tfal jista' jkun iddisinjat biex jintuża f'aktar minn grupp ta' massa wieħed u/jew għal aktar minn tifel(tifla) wieħed(waħda), sakemm jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti għal kull wieħed mill-gruppi konċernati. Trażżin għat-tfal fil-kategorija “universali” irid jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dik il-kategorija għall-gruppi tal-mases kollha li għalihom ġie approvat.

    6.2.11.   It-trażżin għat-tfal bl-apparat li jiġbed lura

    Fil-każ ta' trażżin għat-tfal li jinkludi apparat li jiġbed lura, l-apparat li jiġbed lura għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 7.2.3 t'aktar 'l isfel.

    6.2.12.

    Fil-każ tal-booster cushions, trid tiġi eżaminata l-faċilità li biha ċ-ċineg u l-ilsien taċ-ċinturin għall-adulti jgħaddu mill-punti ta' l-iffissar. Dan għandu jsir b'mod partikolari għall-booster cushions li huma maħsuba għas-sits ta' quddiem tal-karozzi, li jista' jkollhom irfid twil li jkun semi-riġidu. Il-bokkla fissa m'għandhiex titħalla tgħaddi mill-punti ta' l-iffissar tal-booster seats (sits li jippermettu lit-tfal iħarsu barra mit-tieqa tal-vettura u huma maħsuba biex saħansitra mingħajr dahar jista' jagħmluha ta' booster cushions), jew li tippermetti qagħda ta' ċinturin kompletament differenti minn dik tat-tròli tat-test.

    6.2.13.

    Jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub għal aktar minn tifel(tifla) wieħed(waħda), kull sistema tat-trażżin għandha tkun totalment indipendenti fir-rigward tat-trasferiment tat-tagħbija u ta' l-aġġustamenti.

    6.2.14.

    It-trażżin għat-tfal li jinkludi elementi li jintefħu għandu jkun iddisinjat b'tali mod li l-kondizzjonijiet għall-użu (pressjoni, temperatura, umdità) m'għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan ir-Regolament.

    6.3.   L-ispeċifikazzjonijiet tat-trażżin ISOFIX

    6.3.1.   Il-karatteristiċi ġenerali

    6.3.1.1.   Id-dimensjonijiet

    Id-dimensjonijiet massimi laterali, 'l isfel, u lura għas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u l-postijiet tas-sistema ta' ankraġġi ISOFIX li fiha jridu jiddaħħlu ż-żjidiet ta' din, għall-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jiġu definiti permezz ta' l-Apparat Iffissat tas-Sit tal-Vettura (VSF) ifdefinit mill-paragrafu 2.31 ta' dan ir-Regolament.

    6.3.1.2.   Il-massa

    Il-massa ta' sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX tal-kategoriji universali u semi-universali u tal-grupp ta' massa 0, 0+,I m'għandhiex teċċedi l-15 kg.

    6.3.2.   Iż-Żjidiet ISOFIX

    6.3.2.1.   It-tip

    Iż-Żjidiet ISOFIX jistgħu jkunu skond l-eżempji murija fil-figura 0 (a), jew skond disinji xierqa oħra li jkunu parti minn mekkaniżmu riġidu li jista' jiġi aġġustat, li n-natura ta' dawn tiġi ddeterminata mill-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX.

    Figura 0 (a)

    Image

    Dimensjonijiet f'mm

    Spjegazzjoni

    1

    Żjieda ta' sistema tat-trażżin għt-tfal ISOFIX – eżempju 1

    2

    Żjieda ta' sistema tat-trażżin għt-tfal ISOFIX – eżempju 2

    6.3.2.2.   Id-dimensjonijiet

    Id-dimensjonijiet għall-parti miż-żjieda tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li jiddaħħlu fis-sistema ta' ankraġġi ISOFIX ma jridux jeċċedu d-dimensjonijiet massimi mogħtija mill-invilops fil-figura 0 (b)

    Figura 0 (b)

    Image

    Dimensjonijiet f'mm

    6.3.2.3.   L-indikazzjoni tal-qfil parzjali

    Is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għandha tinkorpora mezzi li permezz tagħhom ikun hemm indikazzjoni ċara li ż-żewġ żjidiet ISOFIX inqaflu kompletament ma' l-ankraġġi t'isfel ISOFIX li jikkorrispondu. Il-mezzi ta' indikazzjoni jistgħu jinstemgħu, jintmessu jew jidhru jew kombinazzjoni ta' tnejn jew aktar. F'każ ta' indikazzjoni li tidher, din tista' tkun osservata taħt il-kondizzjonijiet normali kollha ta' dawl.

    6.3.3.   L-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq tat-trażżin għat-tfal ISOFIX

    6.3.3.1.   Il-kollegatur ta' l-irbit ta' fuq

    Il-kollegatur ta' l-irbit ta' fuq għandu jkun ganċ ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX kif jintwera fil-figura 0 (c), jew apparati simili li joqgħodu fl-invilops mogħti mill-figura 0 (c).

    6.3.3.2.   Il-karatteristiċi taċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX

    Iċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX għandha tkun appoġġjata minn strixxi (jew l-ekwivalenti tagħhom), li jkunu jistgħu jiġu aġġustati u jkunu jistgħu jnaqqsu t-tensjoni.

    6.3.3.2.1.   It-tul taċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX

    It-tul taċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għandu jkun mill-inqas 2 000 mm.

    6.3.3.2.2.   L-indikatur ta' nuqqas ta' partijiet imdendla (no-slack indicator)

    Iċ-ċinga ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX jew is-sit tat-tfal ISOFIX għandha tkun mgħammra b'apparat li se jindika li tneħħiet kull parti mdendla miċ-ċinga. L-apparat jista' jkun parti minn tagħmir ta' aġġustament u li jnaqqas it-tensjoni.

    6.3.3.2.3.   Id-dimensjonijiet

    Id-dimensjonijiet tad-dħul għall-ganċijiet ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX jintwerew fil-figura 0 (c).

    Figura 0 (c):

    Id-dimensjonijiet tal-kollegatur ta' l-irbit ta' fuq ISOFIX (tip ta' ganċ)

    Image

    6.3.4.   Id-dispożizzjonijiet ta' aġġustament

    Iż-żjidiet ISOFIX, jew is-sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX stess, għandhom ikunu aġġustabbli sabiex jakkomodaw il-medda ta' postijiet ta' ankraġġ ISOFIX deskritti fir-Regolament Nru 14.

    6.4.   Il-Kontroll ta' l-Immarkar

    6.4.1.

    Is-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 4.

    6.5.   Il-Kontroll ta' l-Istruzzjonijiet dwar l-Installazzjoni u ta' l-Istruzzjonijiet gћall-Użu

    6.5.1.

    Is-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 15.

    7.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

    7.1.   Id-dispożizzjonijiet applikabbli għat-trażżin armat

    7.1.1.   Ir-reżistenza għall-korrużjoni

    7.1.1.1.

    Trażżin għat-tfal komplut, jew il-partijiet tiegħu li huma suxxettibbli għall-korrużjoni, għandhom jiġu soġġetti għat-test tal-korrużjoni speċifikat fil-paragrafu 8.1.1 t'aktar 'l isfel.

    7.1.1.2.

    Wara t-test tal-korrużjoni kif provdut fil-paragrafi 8.1.1.1 u 8.1.1.2, m'għandu jkun viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta' deterjorament li huwa probabbli li se jtellef il-funzjonament tajjeb tat-trażżin għat-tfal u l-ebda korrużjoni sinifikanti.

    7.1.2.   L-assorbiment ta' l-enerġija

    7.1.2.1.

    Għat-tagħmir kollu mogħni b'fejn wieħed iserraħ dahru għandu jkun hemm superfiċji interni, iddefiniti fl-Anness 18 għal dan ir-Regolament, li jinkludu materjal li għandu aċċellerazzjoni massima ta' inqas minn 60 g meta mkejjel skond l-Anness 17 għal dan ir-Regolament. Din il-kondizzjoni meħtieġa tapplika wkoll għall-erjas ta' ħarsien mill-impatt li jinstabu fl-erja fejn tista' tintlaqat ir-ras.

    7.1.2.2.

    Fil-każ ta' sistemi ta' trażżin gћat-tfal b'apparati ta' appoġġ gћar-ras aġġustabbli u permanenti li jitwaћћlu b'mod mekkaniku, fejn l-gћoli jew taċ-ċinturin tas-sigurtà gћall-adulti jew tat-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq tat-tfal ikun ikkontrollat direttament mill-appoġġ gћar-ras aġġustabbli, mhuwiex meћtieġ li jintalab li jkun hemm materjal li jassorbi l-enerġija fiż-żoni kif iddefinit fl-Anness 18, fejn ir-ras tal-manikin ma tagħmilx kuntatt magћhom, jiġifieri wara l-appoġġ gћar-ras.

    7.1.3.   Jinqaleb ta' taħt fuq

    7.1.3.1.

    It-trażżin għat-tfal għandu jiġi ttestjat kif provdut fil-paragrafu 8.1.2; il-manikin m'għandux jaqa' 'l barra mit-tagħmir u, meta s-sit tat-test ikun fil-pożizzjoni ta' taħt fuq, ir-ras tal-manikin m'għandhiex tiċċaqlaq b'aktar minn 300 mm mill-pożizzjoni oriġinali tagħha f'direzzjoni vertikali relattiva għas-sit tat-test.

    7.1.4.   It-test dinamiku

    7.1.4.1.   Ġenerali

    It-trażżin għat-test għandu jiġi suġġett għal test dinamiku f'konformità mal-paragrafu 8.1.3 t'aktar 'l isfel.

    7.1.4.1.1.

    It-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “universali”, “ristretta” u “semi-universali” għandu jiġi ttestjat fuq it-tròli tat-test permezz tas-sit tat-test provdut fil-paragrafu 6, u f'konformità mal-paragrafu 8.1.3.1.

    7.1.4.1.2.

    It-trażżin għat-tfal tal-kategorija “vettura speċifika” għandu jiġi ttestjat b'kull mudell tal-vettura li għaliha huwa maħsub it-trażżin għat-tfal. Is-servizz tekniku responsabbli milli jwettaq it-testijiet jista' jnaqqas in-numru tal-mudelli ta' vetturi jekk dawn ma jvarjawx ħafna fl-aspetti elenkati fil-paragrafu 7.1.4.1.2.3 It-trażżin għat-tfal jista' jiġi ttestjat b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

    7.1.4.1.2.1.

    Fuq vettura kompleta, kif provdut fil-paragrafu 8.1.3.3;

    7.1.4.1.2.2.

    F'qafas tal-bodì tal-vettura fuq it-tròli tat-test, kif provdut fil-paragrafu 8.1.3.2; jew,

    7.1.4.1.2.3.

    F'partijiet suffiċjenti tal-qafas tal-bodì tal-vettura tant li jirrappreżentaw l-istruttura tal-vettura u s-superfiċji ta' l-impatt. Jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub biex jintuża fis-sit ta' wara, il-partijiet għandhom jinkludu d-dahar tas-sit ta' quddiem, is-sit ta' wara, il-pjanċa tal-qiegħ, il-kolonni B u C u s-saqaf. Jekk it-trażżin huwa maħsub biex jintuża fis-sit ta' quddiem, il-partijiet għandhom jinkludu d-daxxbord, il-kolonna A, il-windskrin, kwalunkwe lieva jew pum installat fil-qiegħ jew fuq pânil tal-kontrolli, is-sit ta' quddiem, il-pjanċa tal-qiegħ u s-saqaf. Barra minn dan, jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub biex jintuża flimkien maċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti, il-partijiet għandhom jinkludu ċ-ċinturin(i) għall-adulti xieraq (xierqa). Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista' jippermetti li jiġu esklużi ċerti oġġetti jekk jinstab li dawn huma żejda. L-ittestjar għandu jsir kif provdut fil-paragrafu 8.1.3.2.

    7.1.4.1.3.

    It-test dinamiku għandu jitwettaq fuq it-trażżin għat-tfal li qabel ma kienx mgħobbi.

    7.1.4.1.4.

    Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mit-trażżin għat-tfal li fil-fatt qed tgħin biex iżżomm it-tfal fil-pożizzjoni xierqa m'għandha tinkiser, u m'għandha tinfetaħ l-ebda bokkla jew sistema ta' mblukkar jew sistema ta' ċaqliq.

    7.1.4.1.5.

    Fil-każ ta' “tip mhux integrali” iċ-ċinturin tas-sigurtà użat għandu jkun iċ-ċinturin standard u s-saljaturi ta' l-ankraġġ tiegħu skond kif provdut fl-Anness 13 għal dan ir-Regolament. Dan ma japplikax għall-approvazzjonijiet ta' “vettura speċifika” fejn għandu jintuża ċ-ċinturin reali tal-vettura.

    7.1.4.1.6.

    Jekk sistema tat-trażżin għat-tfal ta' “vettura speċifika” tiġi installata fl-erja ta' wara l-pożizzjonijiet tas-sits għall-adulti li l-aktar li qegħdin lura u li jħarsu 'l quddiem (per eżempju, l-erja tal-bagalji), għandu jitwettaq test wieħed bl-akbar manikin/manikini fuq vettura kompleta kif provdut fil-paragrafu 8.1.3.3.3. It-testijiet l-oħra, inkluż dak tal-konformità tal-produzzjoni, jistgħu jsiru kif provdut fil-paragrafu 8.1.3.2, jekk il-manifattur jixtieq hekk.

    7.1.4.1.7.

    Fil-każ ta' “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” kull test dinamiku speċifikat minn dan ir-Regolament għal kull grupp ta' massa għandu jitwettaq darbtejn: l-ewwel billi jintużaw il-mezzi primarji tat-trażżin u wara bit-tagħmir kollu tat-trażżin li qed jintuża. F'dawn ir-testijiet, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kondizzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 6.2.3 u 6.2.4.

    7.1.4.1.8.

    Matul it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sigurtà standard użat biex jiġi installat it-trażżin għat-tfal m'għandux jinħall minn kwalunkwe gwida jew tagħmir li jissakkar utilizzat għat-test imwettaq.

    7.1.4.1.9.

    Trażżin gћat-tfal b'riġel ta' appoġġ gћandu jiġi ttestjat kif ġej:

    (a)

    Fil-każ ta' kategorija semi-universali, it-testijiet gћal impatt frontali gћandhom isiru bir-riġel ta' appoġġ aġġustat, kemm gћall-aġġustament massimu kif ukoll gћal dak minimu, li jkunu kumpatibbli mal-pożizzjoni tal-pjanċa tal-qiegħ tat-tròli. It-testijiet gћall-impatt fuq wara gћandhom isiru fil-pożizzjoni ta' l-agħar każ magħżula mis-Servizz Tekniku. Matul it-testijiet ir-riġel ta' appoġġ gћandu jkun appoġġjat mill-pjanċa tal-qiegħ tat-tròli kif deskritt fil-Figura 2 ta' l-Appendiċi 3 għall-Anness 6. Jekk ikun hemm spazju bejn l-iqsar tul tar-riġel u l-ogћla livell tal-pjanċa tal-qiegħ, ir-riġel jiġi aġġustat gћal-livell tal-pjanċa tal-qiegħ ta' 140 mm taћt iċ-Cr. Jekk it-tul massimu tar-riġel ikun akbar minn dak li l-iktar livell baxx tal-pjanċa tal-qiegħ jippermetti li jintuża, ir-riġel jiġi aġġustat gћal dak l-aktar livell baxx tal-pjanċa tal-qiegħ ta' 280 mm taћt Cr. Fil-każ ta' riġel ta' appoġġ b'passi aġġustabbli, it-tul tar-riġel ta' appoġġ gћandu jiġi aġġustat gћall-pożizzjoni ta' l-aġġustament li jmiss, sabiex jiġi żgurat li r-riġel ta' appoġġ ikun f'kuntatt mal-qiegħ.

    (b)

    Fil-każ ta' riġlejn ta' appoġġ barra mill-pjan tas-simmetrija, is-Servizz Tekniku gћandu jagћżel l-agћar każ gћat-test.

    (c)

    Fil-każ ta' kategorija ta' vettura speċifika, ir-riġel ta' appoġġ gћandu jiġi aġġustat kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin gћat-tfal.

    7.1.4.1.10.

    Fil-każ ta' trażżin gћat-tfal li juża sistema ta' ankraġġ ISOFIX u apparat ta' kontra r-rotazzjoni, jekk ikun hemm, gћandu jsir it-test dinamiku:

    7.1.4.1.10.1.

    Gћal CRS ISOFIX tal-klassijiet tad-daqs A u B:

    7.1.4.1.10.1.1.

    bl-apparat ta' kontra r-rotazzjoni waqt li qed jintuża, u

    7.1.4.1.10.1.2.

    mingћajr ma jintuża l-apparat ta' kontra r-rotazzjoni. Din il-kondizzjoni meħtieġa ma tapplikax meta riġel ta' appoġġ permanenti u mhux aġġustabbli jintuża bћala apparat ta' kontra r-rotazzjoni.

    7.1.4.1.10.2.

    Gћal sistema ta' trażżin gћat-tfal ISOFIX ta' klassijiet ta' daqs oћrajn waqt li qed jintuża l-apparat ta' kontra r-rotazzjoni.

    7.1.4.2.   L-aċċellerazzjoni tas-sider  (4)

    7.1.4.2.1.

    L-aċċellerazzjoni tas-sider li tirriżulta m'għandhiex teċċedi l-55 g ħlief matul il-perjodi li s-somma tagħhom ma teċċedix 3 m/sek.

    7.1.4.2.2.

    Il-komponent vertikali ta' l-aċċellerazzjoni mill-addome lejn ir-ras m'għandux jeċċedi 30 g ħlief matul il-perjodi li s-somma tagħhom ma teċċedix 3 m/sek.

    7.1.4.3.   Il-penetrazzjoni ta' l-addome  (5)

    7.1.4.3.1.

    Matul il-verifika deskritta fil-paragrafu 5.3 ta' l-Appendiċi 1 ta' l-Anness 8, m'għandu jkun hemm l-ebda sinjal viżibbli ta' penetrazzjoni fit-tafal artab ta' l-addome kkawżat minn kwalunkwe parti tat-tagħmir tat-trażżin.

    7.1.4.4.   Iċ-ċaqliq tal-manikin

    7.1.4.4.1.

    It-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “universali”, “ristretta” u “semi-universali”:

    7.1.4.4.1.1.

    It-trażżin għat-tfal li jħares 'il quddiem: ir-ras tal-manikin m'għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani BA u DA kif iddefinit fil-Figura 1 t'hawn taħt. Dan gћandu jiġi ġġudikat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf kompletament liema minnhom iseħħ l-ewwel.

    Figura 1

    L-arranġament għall-ittestjar ta' tagħmir li jħares 'il quddiem

    Image

    Id-dimensjonijiet f'mm

    7.1.4.4.1.2.

    It-trażżin għat-tfal li jħares lura:

    7.1.4.4.1.2.1.

    It-trażżin għat-tfal sostnut mid-daxxbord: ir-ras tal-manikin m'għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani AB, AD u DCr, kif iddefinit fil-Figura 2 t'hawn taћt. Dan gћandu jiġi ġġudikat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf kompletament liema minnhom iseħħ l-ewwel.

    Figura 2:

    L-arranġament għall-ittestjar ta' tagħmir li jħares lura

    Image

    7.1.4.4.1.2.2.

    It-trażżin għat-tfal fil-grupp 0 mhux sostnut mid-daxxbord, u l-kerrikots: ir-ras tal-manikin m'għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani AB, AD u DE kif muri fil-Figura 3 t'hawn taħt. Dan gћandu jiġi ġġudikat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf kompletament liema minnhom iseħħ l-ewwel.

    Figura 3

    L-arranġament għall-ittestjar tat-tagħmir tat-trażżin għat-tfal tal-grupp 0, mhux sostnut mid-daxxbord

    Image

    Id-dimensjonijiet f'mm

    7.1.4.4.1.2.3.

    It-trażżin għat-tfal li mhux tal-grupp 0 u li mhux sostnut mid-daxxbord:

    Ir-ras tal-manikin m'għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani FD, FG u DE, kif muri fil-Figura 4 t'aktar 'l isfel. Dan gћandu jiġi ġġudikat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf kompletament liema minnhom iseħħ l-ewwel.

    Fil-każ li jkun hemm kuntatt bejn trażżin għat-tfal bħal dan u l-iżbarra b'dijametru ta' 100 mm u jintlaħqu l-kriterji kollha tar-rendiment, għandu jsir test dinamiku ieħor (l-impatt minn quddiem) bl-aktar manikin tqil maħsub għal trażżin għat-tfal bħal dan u mingħajr l-iżbarra b'dijametru ta' 100 mm; il-kondizzjonijiet meħtieġa għal dan it-test huma li jintlaħqu l-kriterji kollha minbarra dak ta' l-ispostament 'il quddiem.

    Figura 4:

    L-arranġament għall-ittestjar tat-tagħmir li jħares lura, minbarra l-grupp 0, li mhux sostnut mid-daxxbord

    Image

    7.1.4.4.2.

    It-trażżin għat-tfal tal-kategorija “vettura speċifika”: meta jiġi ttestjat f'vettura kompluta jew f'qafas ta' bodì ta' vettura, ir-ras m'għandha tiġi f'kuntatt ma' l-ebda parti tal-vettura. Madankollu, jekk ikun hemm kuntatt, il-veloċità ta' l-impatt tar-ras għandha tkun ta' inqas minn 24 km/sek u l-parti li magħha jsir il-kuntatt għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa tat-test ta' l-assorbiment ta' l-enerġija stabbilit fl-Anness 4 tar-Regolament Nru 21. F'testijiet b'vetturi kompluti għandu jkun possibbli li wara t-test jitneħħew il-manikini mit-trażżin għat-tfal mingħajr ma jintużaw għodod.

    7.1.5.   Ir-reżistenza għat-temperatura

    7.1.5.1.

    Il-montatura tal-bokkla, l-apparati li jiġbdu lura, l-apparati li jaġġustaw u t-tagħmir tal-qfil li hemm probabbiltà li jiġu affetwati mit-temperatura, għandhom jiġu soġġetti għat-test tat-temperatura speċifikat fil-paragrafu 8.2.8 t'aktar 'l isfel.

    7.1.5.2.

    Wara t-test tat-temperatura kif provdut fil-paragrafu 8.2.8.1, m'għandu jkun viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta' deterjorament, li hemm probabbiltà li se jtellef mill-funzjonament xieraq tat-trażżin għat-tfal.

    7.2.   Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-komponenti individwali tat-trażżin

    7.2.1.   Il-bokkla

    7.2.1.1.

    Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b'tali mod li tkun prekluża kull possibbiltà ta' manipulazzjoni mhux korretta. Dan ifisser, fost ħwejjeġ oħra, li ma jridx ikun possibbli li l-bokkla titħalla f'pożizzjoni mhux magħluqa għal kollox; ma jridx ikun possibbli li b'mod involontarju jiġu skambjati partijiet mill-bokkla meta l- bokkla qed tingħalaq; il-bokkla trid tingħalaq biss meta l-partijiet kollha jkunu mdaħħla f'posthom. Kull fejn il-bokkla hija f'kuntatt mat-tfal, din m'għandhiex tkun idjaq mill-wisa' minima taċ-ċinga kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.1.1 t'aktar 'l isfel. Dan il-paragrafu mhux applikabbli għall-montatur taċ-ċinturini li diġà ġew approvati skond ir-Regolament ta' l-ECE Nru 16 jew kwalunkwe standard ekwivalenti fis-seħħ. Fil-każ ta' “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija l-bokkla fuq il-mezz primarju tat-trażżin biss li jeħtieġ li tikkonforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 7.2.1.1 sa 7.2.1.9 biż-żewġ paragrafi msemmija inklużi.

    7.2.1.2.

    Il-bokkla, anki meta mhix taħt tensjoni, għandha tibqa' magħluqa tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha. Għandha titħaddem u tinqabad mingħajr problemi. Għandu jkun possibbli li tinfetaħ billi tkun eżerċitata pressjoni fuq buttuna jew fuq xi tagħmir simili. Is-superfiċje li fuqha trid tiġi eżerċitata din il-pressjoni jrid ikollha fil-pożizzjoni tal-ftuħ reali u meta tiġi projettata fi pjan perpendikolari gћad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna: għal tagħmir magħluq, erja ta' mhux inqas minn 4,5 ċm2 b'wisa' ta' mhux inqas minn 15-il mm; għal tagħmir mhux magħluq, erja ta' 2,5 ċm2 u wisa' ta' mhux inqas minn 10 mm. Il-wisa' għandha tkun l-iżgħar waħda miż-żewġ dimensjonijiet li jifformaw l-erja preskritta.

    7.2.1.3.

    L-erja tal-ftuħ tal-bokkla għandha tkun miżbugħa ħamra. L-ebda parti oħra mill-bokkla m'għandu jkollha dan il-kulur.

    7.2.1.4.

    Għandu jkun possibbli li t-tfal jinħallu mit-trażżin billi bokkla waħda titħaddem darba . Għall-gruppi 0 u 0+ huwa permess li jitneħħew it-tfal flimkien ma' tagħmir bħal benniena għat-trabi li tinġarr/kerrikot/trażżin għall-kerrikot jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal tista' tinħall billi jitħaddmu mhux aktar minn żewġ bokkli.

    7.2.1.4.1.

    Kollegament b'molla bejn iċ-ċineg ta' l-ispalla ta' ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq jitqies bħala li mhux konformi mal-kondizzjoni meħtieġa ta' tħaddim ta' darba mogħtija fil-paragrafu 7.2.1.4 t'aktar 'il fuq.

    7.2.1.5.

    Għall-gruppi II u III il-bokkla għandha titpoġġa b'tali mod li t-tifel(it-tifla) li jkun (tkun) passiġġier jista'(tista') jilħaqha(tilħaqha). Barra minn dan, għandha titpoġġa b'tali mod, għall-gruppi kollha, li l-għan u l-mod tat-tħaddim tagħha huma immedjatament ovvji għal persuna li qed twettaq salvataġġ f'emerġenza.

    7.2.1.6.

    Il-ftuħ tal-bokkla għandu jagħti l-opportunità biex it-tifel(it-tifla) jitneħħa(titneħħa) b'mod indipendenti mis-“siġġu”, mill-“appoġġ tas-siġġu” jew mill-“ħarsien mill-impatt” jekk imwaħħal, u jekk it-tagħmir jinkludi ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox, din iċ-ċinga għandha tinħall billi titħaddem l-istess bokkla.

    7.2.1.7.

    Il-bokkla għandha tkun kapaċi tirreżisti għall-kondizzjonijiet meħtieġa tat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 8.2.8.1 u għal tħaddim ripetut, u qabel it-test dinamiku provdut fil-paragrafu 8.1.3 għandha tgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu ta' ftuħ u għeluq taħt il-kondizzjonijiet normali għall-użu.

    7.2.1.8.

    Il-bokkla għandha tiġi suġġetta għat-testijiet tal-ftuħ li ġejjin:

    7.2.1.8.1.   It-test meta mgħobbija

    7.2.1.8.1.1.

    Għal dan it-test għandu jintuża trażżin għat-tfal li diġà għadda mit-test dinamiku provdut fil-paragrafu 8.1.3 t'aktar 'l isfel.

    7.2.1.8.1.2.

    Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test provdut fil-paragrafu 8.2.1.1 t'aktar 'l isfel m'għandhiex teċċedi 80 N.

    7.2.1.8.2.   It-test mingħajr tagħbija

    7.2.1.8.2.1.

    Għal dan it-test għandha tintuża bokkla li preċedentement ma ġietx suġġetta għal tagħbija. Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-buttuna meta mhix mgħobbija għandha tkun ta' bejn 40-80 N fit-testijiet provduti fil-paragrafu 8.2.1.2 t'aktar 'l isfel.

    7.2.1.9.   Is-saħħa.

    7.2.1.9.1.

    Skond il-paragrafu 8.2.1.3.2, matul it-test l-ebda parti mill-bokkla jew miċ-ċineg ta' ħdejha jew mill-apparati li jaġġustaw m'għandhom jinkisru jew jinqalgħu.

    7.2.1.9.2.

    Bokkla taċ-ċinga integrali fil-gruppi tal-massa 0 u 0+ għandha tirreżisti għal 4 000 N.

    7.2.1.9.3.

    Bokkla taċ-ċinga integrali fil-grupp tal-massa I u ogħla għandha tirreżisti għal 10 000 N.

    7.2.1.9.4.

    L-awtorità kompetenti tista' ma twettaqx it-test tas-saħħa tal-bokkla jekk infomazzjoni li diġà hija disponibbli tagħmel it-test żejjed.

    7.2.2.   L-apparat għall-aġġustament

    7.2.2.1.

    Il-medda ta' l-aġġustament għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti l-aġġustament korrett tat-trażżin għat-tfal bil-manikini kollha tal-grupp tal-piż li t-tagħmir huwa maħsub għalih u biex tippermetti l-installazzjoni sodisfaċenti fil-mudelli kollha tal-vetturi speċifikati.

    7.2.2.2.

    L-apparati kollha għall-aġġustament għandhom ikunu tat-tip “li jaġġustaw malajr”, minbarra l-apparati għall-aġġustament użati biss għall-installazzjoni inizjali tat-trażżin fil-vettura li jistgħu jkunu ta' tip ieħor għajr dak tat-tip “li jaġġustaw malajr”.

    7.2.2.3.

    It-tagħmir tat-tip “li jaġġusta malajr” għandu jintlaħaq faċilment meta t-trażżin għat-tfal ikun installat kif suppost u meta tfal jew il-manikin ikunu f'posthom.

    7.2.2.4.

    Tagħmir tat-tip “li jaġġusta malajr” għandu jkun wieħed li jiġi aġġustat faċilment skond il-fiżiku tat-tifel(tifla). B'mod partikolari, f'test imwettaq skond il-paragrafu 8.2.2.1, il-forza meħtieġa biex jitħaddem apparat għall-aġġustament manwali m'għandhiex teċċedi 50 N.

    7.2.2.5.

    Żewġ kampjuni ta' apparati għall-aġġustament tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu ttestjati kif provdut mill-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 8.2.8.1 u fil-paragrafu 8.2.3 t'aktar 'l isfel.

    7.2.2.5.1.

    L-ammont żgħir ta' ċinga m'għandux jeċċedi l-25 mm għal apparat għall-aġġustament wieħed jew 40 mm għall-apparati għall-aġġustament kollha.

    7.2.2.6.

    It-tagħmir m'għandux jinkiser jew jinqala' meta jiġi ttestjat kif provdut fil-paragrafu 8.2.2.1 t'aktar 'l isfel.

    7.2.2.7.

    Apparat li jaġġusta armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal għandu jkun kapaċi jirreżisti tħaddim ripetut u qabel it-test dinamiku provdut fil-paragrafu 8.1.3 għandu jgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.7.

    7.2.3.   L-apparati li jiġbdu lura

    7.2.3.1.   L-apparati li jiġbdu lura li jissakkru awtomatikament

    7.2.3.1.1.

    Iċ-ċinga taċ-ċinturin tas-sigurtà mgħammar b'apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament m'għandiex tinħall b'aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet ta' imblokk ta' l-apparat li jiġbed lura. Wara moviment lura ta' min jilbsu, iċ-ċinturin irid jew jibqa' fil-pożizzjoni inizjali tiegħu jew jerġa' lura awtomatikament għal dik il-pożizzjoni meta min jilbsu sussegwentement jagħmel(tagħmel) moviment 'il quddiem.

    7.2.3.1.2.

    Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti minn ċinturin li jgħaddi minn fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga m'għandhiex tkun inqas minn 7 N kif imkejla mit-tul ħieles bejn il-manikin u l-apparat li jiġbed lura kif stipulat fil-paragrafu 8.2.4.1 t'aktar 'l isfel. Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti mit-trażżin għas-sider, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga m'għandhiex tkun ta' inqas minn 2 N jew ta' aktar minn 7 N kif imkejla b'mod simili. Jekk iċ-ċinga tagħddi minn gwida jew minn taljola, il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk il-montatura tinkludi tagħmir, li jitħaddem b'mod manwali jew b'mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak it-tagħmir m'għandux ikun qed jaħdem meta jsir dan il-kejl.

    7.2.3.1.3.

    Iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod ripetut mill-apparat li jiġbed lura u titħalla tinġibed lura, fil-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 8.2.4.2 t'aktar 'l isfel, sakemm jiġu kompluti 5 000 ċiklu. L-apparat li jiġbed lura mbagħad għandu jiġi suġġett għall-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 8.2.8.1 u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 8.1.1 u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5 Imbagħad għandu jikkompleta b'mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor ta' ġbid 'il barra u ġbid lura. Wara t-testijiet t'aktar 'il fuq l-apparat li jerġa' jiġbed lura għandu jkompli jaħdem b'mod korrett u għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 7.2.3.1.1 u 7.2.3.1.2 t'aktar 'il fuq.

    7.2.3.2.   L-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'emerġenza

    7.2.3.2.1.

    Apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet t'aktar 'l isfel meta jiġi ttestjat kif provdut fil-paragrafu 8.2.4.3:

    7.2.3.2.1.1.

    Għandu jissakkar meta t-tnaqqis tal-veloċità fil-vettura jilħaq 0,45 g.

    7.2.3.2.1.2.

    M'għandux jissakkar għal aċċellerazzjonijiet taċ-ċinga ta' inqas minn 0,8 g kif imkejla fl-assi tal-ħruġ taċ-ċinga.

    7.2.3.2.1.3.

    M'għandux jissakkar meta t-tagħmir sensittiv tiegħu jiġi inklinat b'mhux aktar minn 12o fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni ta' l-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

    7.2.3.2.1.4.

    Għandu jissakkar meta t-tagħmir sensittiv tiegħu jiġi inklinat b'aktar minn 27o fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni ta' l-installazzjoni speċifikata mill-manifattur.

    7.2.3.2.2.

    Fejn it-tħaddim ta' l-apparat li jiġbed lura jiddependi minn sinjal jew sors ta' enerġija estern, id-disinn għandu jiżgura li l-apparat li jiġbed lura jissakkar awtomatikament jekk dak is-sinjal jew sors ta' enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġu interrott.

    7.2.3.2.3.

    Apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza li għandu sensittività multipla għandu jissodisfa l-kondizzjonjiet meħtieġa stabbiliti aktar 'il fuq. Barra minn dan, jekk wieħed mill-fatturi tas-sensittività jirrelata mal-ħruġ taċ-ċinga, l-apparat irid ikun issakkar f'aċċellerazzjoni taċ-ċinga ta' 1,5 g kif imkejla fl-assi tal-ħruġ taċ-ċinga.

    7.2.3.2.4.

    Fit-testijiet li jissemmew fil-paragrafi 7.2.3.2.1.1 u 7.2.3.2.3 t'aktar 'il fuq, l-ammont ta' ħruġ taċ-ċinga li jseħħ qabel ma jissakkar l-apparat li jiġbed lura m'għandux jeċċedi l-50 mm, bil-50 mm jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.3.1. Fit-test li jissemma fil-paragrafu 7.2.3.2.1.2 t'aktar 'il fuq, l-apparat m'għandux jissakkar matul il-50 mm tal-ħruġ taċ-ċinga bil-50 mm jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.3.1 t'aktar 'l isfel.

    7.2.3.2.5.

    Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti minn ċinturin ta' fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga m'għandhiex tkun ta' inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-apparat li jiġbed lura kif provdut fil-paragrafu 8.2.4.1. Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti mit-trażżin tas-sider, il-forza li tiġbed lura m'għandhiex tkun inqas minn 2 N jew aktar minn 7 N kif imkejla b'mod simili. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew taljola. Jekk il-montatura tinkludi tagħmir, li jitħaddem b'mod manwali jew b'mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak it-tagħmir m'għandux ikun qed jaħdem meta jittieħed dan il-kejl.

    7.2.3.2.6.

    Iċ-ċinga għandha tinħall b'mod ripetut mill-apparat li jiġbed lura u titħalla tinġibed lura, fil-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 8.2.4.2, sakemm jitlestew 40 000 ċiklu. L-apparat li jerġa' jiġbed lura imbagħad għandu jiġi suġġett għall-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 8.2.8.1 u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 8.1.1 u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5. Imbagħad għandu jerġa' jikkompleta b'mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor fejn tinħall u tinġibed lura (jiġifieri 45 000 ċiklu b'kollox). Wara t-testijiet t'aktar 'il fuq l-apparat li jiġbed lura għandu jkompli jaħdem b'mod korrett u għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 7.2.3.2.1 u 7.2.3.2.5 t'aktar 'il fuq.

    7.2.4.   Iċ-ċineg

    7.2.4.1.   Il-wisa'

    7.2.4.1.1.

    Il-wisa' minima taċ-ċineg tat-trażżin għat-tfal li jiġu f'kuntatt mal-manikin għandha tkun ta' 25 mm għall-gruppi 0, 0+ u I, u ta' 38 mm għall-gruppi II u III. Dawn id-daqsijiet għandhom jitkejlu matul it-test tas-saħħa taċ-ċinga provdut fil-paragrafu 8.2.5.1, mingħajr ma titwaqqaf il-magna u b'tagħbija daqs 75 % tat-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga.

    7.2.4.2.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar tal-kamra

    7.2.4.2.1.

    Għandha tkun iddeterminata t-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga, kif provdut fil-paragrafu 8.2.5.1.2 t'aktar 'l isfel, fuq żewġ kampjuni ta' ċineg ikkondizzjonati kif stipulat fil-paragrafu 8.2.5.2.1.

    7.2.4.2.2.

    Id-differenza bejn it-tagħbijiet li bihom tinqata' ċ-ċinga taż-żewġ kampjuni m'għandhiex teċċedi l-10 fil-mija ta' l-akbar tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga fost it-tnejn imkejla.

    7.2.4.3.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar speċjali

    7.2.4.3.1.

    Fuq żewġ ċineg ikkondizzjonati kif stipulat f'waħda mid-dispożizzjonijiet provduti fil-paragrafu 8.2.5.2 (minbarra l-paragrafu 8.2.5.2.1), it-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga għandha tkun ta' mhux inqas minn 75 % tal-medja tat-tagħbijiet iddeterminati fit-test li jissemma fil-paragrafu 8.2.5.1 t'aktar 'l isfel.

    7.2.4.3.2.

    Barra minn dan, it-tagħbija li biha tinqata' ċ-ċinga m'għandhiex tkun ta' inqas minn 3,6 kN għat-trażżin tal-gruppi 0, 0+ u I, 5 kN għal dak tal-grupp II, u 7,2 kN għal dak tal-grupp III.

    7.2.4.3.3.

    L-awtorità kompetenti tista' ma twettaqx wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat, jew informazzjoni diġà disponibbli, tagħmel it-test jew it-testijiet żejjed(żejda).

    7.2.4.3.4.

    Il-proċedura ta' l-ikkondizzjonar tal-brix tat-tip 1 iddefinita fil-paragrafu 8.2.5.2.6 għandha titwettaq biss meta t-test tal-microslip definit fil-paragrafu 8.2.3 t'aktar 'l isfel jagħti riżultat ta' 'l fuq minn 50 fil-mija tal-limitu provdut fil-paragrafu 7.2.2.5.1 t'aktar 'il fuq.

    7.2.4.4.

    M'għandux ikun possibbli li tinġibed iċ-ċinga sħiħa minn ġo kwalunkwe apparat li jaġġusta, bokkla jew punt ta' ankraġġ.

    7.2.5.   It-tagħmir tal-qfil

    7.2.5.1.

    It-tagħmir tal-qfil irid ikun imwaħħal b'mod permanenti mat-trażżin għat-tfal.

    7.2.5.2.

    It-tagħmir tal-qfil m'għandux itellef minn kemm idum iservi ċ-ċinturin għall-adulti u għandu jgħaddi mill-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 8.2.8.1.

    7.2.5.3.

    It-tagħmir tal-qfil m'għandux iwaqqaf milli t-tfal jinħelsu malajr.

    7.2.5.4.   It-tagħmir tal-Klassi A

    L-ammont ta' kemm jiżolqu l-istrixxi m'għandux jeċċedi l-25 mm wara t-test provdut fil-paragrafu 8.2.6.1 t'aktar 'l isfel.

    7.2.5.5.   It-tagħmir tal-Klassi B

    L-ammont ta' kemm jiżolqu l-istrixxi m'għandux jeċċedi l-25 mm wara t-test provdut fil-paragrafu 8.2.6.2 t'aktar 'l isfel.

    7.2.6.   L-ispeċifikazzjonijiet taż-żjidiet ISOFIX

    Iż-“żjidiet ISOFIX” u l-indikaturi tal-qfil gћandhom ikunu kapaċi jifilћu gћal operazzjonijiet ripetuti u, qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3, gћandhom jgħaddu minn test li jinkludi 2 000 ± 5 ċiklu ta' ftuћ u ta' gћeluq f'kondizzjonijiet normali ta' użu.

    8.   ID-DESKRIZZJONI TAT-TESTIJIET (6)

    8.1.   It-testijiet tat-trażżin armat

    8.1.1.   Il-korrużjoni

    8.1.1.1.

    Il-biċċiet tal-metall tat-trażżin għat-tfal għandhom jitpoġġew f'kumpartiment tat-testijiet kif provdut fl-Anness 4. Fil-każ ta' trażżin għat-tfal li jinkludi apparat li jiġbed lura, iċ-ċinga għandha tinħall għalkollox għajr għal 100 ± 3 mm. Minbarra għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, per eżempju għall-kontroll u biex timtela' mill-ġdid is-soluzzjoni tal-melħ, it-test ta' l-espożizzjoni għandu jipproċedi kontinwament għal perjodu ta' 50 ±0,5 siegħa.

    8.1.1.2.

    Meta jitlesta t-test tal-kxif, il-biċċiet tal-metall tat-trażżin għat-tfal għandhom jinħaslu bil-mod, jew jiġu mgħaddsa f'ilma mill-vit nadif b'temperatura ta' mhux aktar minn 38 oC biex jitneħħa kull depożitu tal-melħ li seta' fforma u mbagħad jitħallew jinxfu b'temperatura tal-kamra ta' bejn 18 u 25 oC għal 24 ± 1 siegħa qabel l-ispezzjoni skond il-paragrafu 7.1.1.2 t'aktar 'il fuq.

    8.1.2.   Jinqaleb ta' taħt fuq

    8.1.2.1.

    Il-manikin għandu jitpoġġa fit-trażżin installat skond dan ir-Regolament filwaqt li jitqiesu l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bil-parti mdendla tat-trażżin merħi standard kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.6 t'aktar 'l isfel.

    8.1.2.2.

    It-trażżin għandu jintrabat mas-sit tat-test jew mas-sit tal-vettura. Is-sit kollu għandu jiddawwar madwar assi orizzontali li qiegħed fil-pjan medjan lonġitudinali tas-sit f'angolu ta' 360o b'veloċità ta' 2-5 gradi/sekonda. Għall-finijiet ta' dan it-test, it-tagħmir maħsub biex jintuża f'karrozzi speċifiċi jista' jitwaħħal mas-sit tat-test deskritt fl-Anness 6.

    8.1.2.3.

    Dan it-test għandu jerġa' jitwettaq b'rotazzjoni fid-direzzjoni kuntrarja wara li l-manikin jerġa' jitpoġġa, jekk ikun meħtieġ, fil-pożizzjoni inizjali tiegħu. Bl-assi tar-rotazzjoni fil-pjan orizzontali u f'90o għal dik taż-żewġ testijiet preċedenti, il-proċedura għandha terġa' tiġi ripetuta fiż-żewġ direzzjonijiet tar-rotazzjoni.

    8.1.2.4.

    It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw kemm l-iżgħar u kemm l-akbar manikini xierqa għall-grupp jew għall-gruppi li għalih(om) huwa maħsub it-tagħmir għat-trażżin.

    8.1.3.   It-testijiet dinamiċi

    8.1.3.1.   It-testijiet fuq it-tròli u s-sit tat-test

    8.1.3.1.1.   Li jħarsu 'l quddiem

    8.1.3.1.1.1.

    It-tròli u s-sit tat-test użati fit-test dinamiku għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa ta' l-Anness 6 għal dan ir-Regolament, u l-proċedura ta' l-installazzjoni għat-test dinamiku tal-kraxx għandha tkun skond l-Anness 21.

    8.1.3.1.1.2.

    It-tròli għandu jibqa' orizzontali matul it-tnaqqis fil-veloċità.

    8.1.3.1.1.3

    It-tnaqqis fil-veloċità tat-tròli għandu jinkiseb billi jintuża l-apparat provdut fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħmir ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkun kapaċi li jwettaq dak li huwa speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.4 u fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.

    8.1.3.1.1.4.

    Għandhom jitkejlu:

    8.1.3.1.1.4.1.

    il-veloċità tat-tròli immedjatament qabel l-impatt;

    8.1.3.1.1.4.2.

    id-distanza tat-twaqqif;

    8.1.3.1.1.4.3.

    l-ispostament tar-ras tal-manikin fil-pjani vertikali u orizzontali għall-gruppi I, II u III u għall-gruppi 0 u 0+ l-ispostament tal-manikin mingħajr ma jitqiesu dirgħajh u riġlejh;

    8.1.3.1.1.4.4.

    l-aċċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijiet perpendikolari għal xulxin ħlief għall-manikin ta' tarbija tat-twelid;

    8.1.3.1.1.4.5.

    kwalunkwe sinjal viżibbli ta' penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1) minbarra għall-manikin tat-tarbija tat-twelid.

    8.1.3.1.1.5.

    Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

    8.1.3.1.2.   Li jħarsu lura

    8.1.3.1.2.1.

    Is-sit tat-test għandu jiddawwar 180o meta jsir it-test f'konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa tat-test ta' l-impatt minn wara.

    8.1.3.1.2.2.

    Meta qed jiġi ttestjat trażżin għat-tfal li jħares lura maħsub biex jintuża għall-postijiet ta' bilqiegħda ta' quddiem, id-daxxbord tal-vettura għandha tiġi rrapreżentata minn żbarra riġida mwaħħla mat-tròli b'tali mod li l-assorbiment kollu ta' l-enerġija jseħħ fit-trażżin għat-tfal.

    8.1.3.1.2.3.

    Il-kondizzjonijiet tat-tnaqqis fil-veloċità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 8.1.3.4 t'aktar 'l isfel.

    8.1.3.1.2.4.

    Il-kejl li jrid jittieħed għandu jkun simili għal dak elenkat fil-paragrafi 8.1.3.1.1.4 sa 8.1.3.1.1.4.5 t'aktar 'il fuq.

    8.1.3.1.2.5.

    Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm kwalunkwe ħsara jew ksur.

    8.1.3.2.   It-testijiet fuq it-tròli u l-qafas tal-bodì tal-vettura

    8.1.3.2.1   Li jħarsu 'l quddiem

    8.1.3.2.1.1

    Il-metodu użat biex tintrabat sew il-vettura matul it-test m'għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġ tas-sits tal-vettura, iċ-ċinturini tas-sigurtà għall-adulti u kwalunkwe ankraġġ addizzjonali meħtieġ biex jintrabat sew it-trażżin għat-tfal jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali ta' l-istruttura. M'għandha tkun preżenti l-ebda parti mill-vettura li, billi tillimita l-moviment tal-manikin, tista' tnaqqas it-tagħbija imposta fuq it-trażżin għat-tfal matul it-test. Il-partijiet ta' l-istruttura li tneħħew jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta' saħħa ekwivalenti, sakemm dawn ma jtellfux il-moviment tal-manikin.

    8.1.3.2.1.2.

    Tagħmir li jorbot sew għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk dan ma jipproduċi l-ebda effett fuq erja li testendi tul il-wisa' kollha ta' l-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura jiġu bblokkati jew imwaħħla quddiem f'distanza ta' mhux inqas minn 500 mm minn fejn hija marbuta s-sistema tat-trażżin. Fuq in-naħa ta' wara l-istruttura għandha tintrabat f'distanza suffiċjenti wara l-ankraġġ biex ikun żgurat li l-kondizzjonijiet meħtieġa kollha tal-paragrafu 8.1.3.2.1.1 t'aktar 'il fuq jiġu sodisfatti.

    8.1.3.2.1.3.

    Is-sit tal-vettura u t-trażżin għat-tfal għandhom jitwaħħlu u jitpoġġew f'pożizzjoni magħżula mis-servizz tekniku li qed iwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni sabiex jinkisbu l-kondizzjonijiet l-aktar avversi fir-rigward tas-saħħa, li huma kompatibbli ma' l-installazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura u tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport. Id-dahar tas-sit tal-vettura, jekk jista' jiġi aġġustat għall-inklinazzjoni, għandu jissakkar kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta' kwalunkwe speċifikazzjoni, f'angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista' jkun viċin il-25o.

    8.1.3.2.1.4.

    Sakemm l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u għall-użu ma jeħtiġux mod ieħor, is-sit ta' quddiem għandu jitpoġġa fil-pożizzjoni l-aktar 'il quddiem li tintuża normalment għat-trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża fil-pożizzjoni li fiha jpoġġu bilqiegħda l-passiġġieri ta' quddiem, u fil-pożizzjoni l-aktar lura li tintuża normalment għat-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni li fiha jpoġġu bilqiegħda l-passiġġieri ta' fuq wara.

    8.1.3.2.1.5.

    Il-kondizzjonijiet tat-tnaqqis fil-veloċità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 8.1.3.4 t'aktar 'l isfel. Is-sit tat-test ser ikun is-sit tal-vettura reali.

    8.1.3.2.1.6.

    Għandu jittieħed il-kejl li ġej:

    8.1.3.2.1.6.1.

    il-veloċità tat-tròli immedjatament qabel l-impatt;

    8.1.3.2.1.6.2.

    id-distanza tat-twaqqif;

    8.1.3.2.1.6.3.

    kwalunkwe kuntatt bejn ir-ras tal-manikin u l-intern tal-qafas tal-bodì tal-vettura;

    8.1.3.2.1.6.4

    it-tnaqqis fil-veloċità tas-sider fi tliet direzzjonijiet perpendikolari għal xulxin, minbarra għall-manikin tat-tarbija tat-twelid;

    8.1.3.2.1.6.5

    kwalunkwe sinjal viżibbli ta' penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1), minbarra għall-manikin tat-tarbija tat-twelid.

    8.1.3.2.1.7

    Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara.

    8.1.3.2.2   Li jħarsu lura

    8.1.3.2.2.1

    Għal testijiet ta' impatt minn wara, il-qafas ta' l-istruttura tal-vettura għandu jiddawwar 180o fuq it-tròli tat-test.

    8.1.3.2.2.2

    L-istess kondizzjonijiet meħtieġa bħall-impatt minn quddiem.

    8.1.3.3   It-test bil-vettura kompluta

    8.1.3.3.1

    Il-kondizzjonijiet tat-tnaqqis fil-veloċità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 8.1.3.4 t'aktar 'l isfel.

    8.1.3.3.2.

    Il-proċedura għat-testijiet ta' l-impatt minn quddiem għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 9 għal dan ir-Regolament.

    8.1.3.3.3

    Il-proċedura għat-testijiet ta' l-impatt minn wara għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 10 għal dan ir-Regolament.

    8.1.3.3.4

    Għandhom jitkelju:

    8.1.3.3.4.1.

    il-veloċità tal-vettura/ta' l-apparat ta' l-impatt immedjatament qabel l-impatt;

    8.1.3.3.4.2

    kwalunkwe kuntatt bejn ir-ras tal-manikin (fil-każ tal-grupp 0 tal-manikin mingħajr ma jitqiesu dirgħajh u riġlejh) u l-intern tal-vettura;

    8.1.3.3.4.3

    l-aċċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijeit perpendikulari għal xulxin, ħlief għall-manikin tat-tarbija tat-twelid;

    8.1.3.3.4.4

    kwalunkwe sinjal viżibbli ta' penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1), ħlief għall-manikin tat-tarbija tat-twelid.

    8.1.3.3.5

    Is-sits ta' quddiem, jekk jistgħu jiġu aġġustati għall-inklinazzjoni, għandhom jissakkru kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta' kwalunkwe speċifikazzjoni, f'angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista' jkun viċin il-25o.

    8.1.3.3.6.

    Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm kwalunkwe ħsara jew ksur.

    8.1.3.4

    Il-kondizzjonijiet għat-test dinamiku huma miġbura fil-qosor fit-tabella t'hawn taħt:

     

     

    IMPATT MINN QUDDIEM

    IMPATT MINN WARA

    Test

    Trażżin

    Veloċità

    (km/s)

    Il-livell tat-test

    Distanza tat-twaqqif matul it-test (mm)

    Veloċità

    (km/s)

    Il-livell tat-test

    Distanza tat-twaqqif matul it-test (mm)

    Tròli bis-sit tat-test

    Sits li jħarsu 'l quddiem ta' quddiem u ta' wara universali, semi-universali jew ristretti (*)

    50+0

    -2

    1

    650±50

    Sits li jħarsu lura ta' quddiem u ta' wara universali, semi-universali jew ristretti (**)

    50+0

    -2

    1

    650±50

    30+2

    -0

    2

    275±25

    Il-bodì tal-vettura fuq it-tròli

    Li jħares 'il quddiem (*)

    50+0

    -2

    1 jew 3

    650±50

    Li jħares lura (**)

    50+2

    -2

    1 jew 3

    650±50

    30+2

    -0

    2 jew 4

    275±25

    It-test ta' l-ostaklu għall-vettura sħiħa

    Li jħares 'il quddiem

    50+0

    -2

    3

    Mhux speċifikat

    Li jħares lura

    50+0

    -2

    3

    Mhux speċifikat

    30+2

    -0

    4

    Mhux speċifikat

    8.1.3.5.   It-trażżin għat-tfal li jinkludi l-użu ta' l-ankraġġi addizzjonali

    8.1.3.5.1.

    Fil-każ tat-trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża kif speċifikat fil-paragrafu 2.1.2.3 u li jinkludi l-użu ta' ankraġġi addizzjonali, il-kondizzjoni meħtieġa għal test ta' l-impatt minn quddiem, skond il-paragrafu 8.1.3.4, għandu jitwettaq kif ġej:

    8.1.3.5.2.

    Għat-tagħmir biċ-ċineg ta' l-irbit ta' fuq qosra, per eżempju li huma maħsuba biex jitwaħħlu ma' l-ixkaffa għall-pakketti ta' wara, il-konfigurazzjoni ta' l-ankraġġi ta' fuq it-tròli tat-test għandha tkun kif provdut fl-Appendiċi 3 ta' l-Anness 6,.

    8.1.3.5.3.

    Għat-tagħmir biċ-ċineg ta' l-irbit ta' fuq twal, per eżempju li huma maħsuba biex jintużaw fejn m'hemmx xkaffa riġida għall-pakketti u fejn iċ-ċineg ta' l-irbit ta' fuq huma mwaħħla mal-qiegħ tal-vettura, l-ankraġġi fuq it-tròli tat-test għandu jkun kif provdut fl-Appendiċi 3 ta' l-Anness 6.

    8.1.3.5.4.

    Għat-tagħmir maħsub biex jintuża fiż-żewġ konfigurazzjonijiet, għandhom jitwettqu t-testijiet stipulati fil-paragrafi 8.1.3.5.2 u 8.1.3.5.3 bl-eċċezzjoni li, fil-każ tat-test imwettaq skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 8.1.3.5.3 t'aktar 'il fuq, għandu jintuża biss manikin aktar tqil.

    8.1.3.5.5.

    Għal tagħmir li jħares lura, l-ankraġġi t'isfel tal-konfigurazzjoni fuq it-tròli tat-test għandu jkun kif stipulat fl-Appendiċi 3 ta' l-Anness 6.

    8.1.3.5.6.

    Gћal kerrikots li jużaw ċineg addizzjonali li jintrabtu ma' żewġ ċinturini tas-sigurtà gћall-adulti, fejn il-mogћdija tat-tagћbija gћandha tiġi applikata direttament miċ-ċinturin tas-sigurtà gћall-adulti gћall-ankraġġ t'isfel taċ-ċinturin tas-sigurtà gћall-adulti, l-ankraġġ fuq it-tròli tat-test gћandu jkun kif preskritt fil-paragrafu 7 (A1, B1) ta' l-Appendiċi 3 għall-Anness 6. L-installazzjoni fuq il-bank tat-test gћandha ssir kif deskritt fin-nota 5 ta' l-Anness 21. Din is-sistema trid taħdem b'mod korrett anki biċ-ċinturini tas-sigurtà gћall-adulti maћlula, u titqies bћala Universali meta tkun konformi mal-pargrafu 6.1.8.

    8.1.3.6.   Il-manikini tat-test

    8.1.3.6.1.

    It-trażżin għat-tfal u l-manikini għandhom jiġu installati b'tali mod li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 8.1.3.6.3.

    8.1.3.6.2.

    It-trażżin għat-tfal għandu jiġi ttestjat billi jintużaw il-manikini provduti fl-Anness 8 għal dan ir-Regolament.

    8.1.3.6.3.

    L-installazzjoni tal-manikin.

    8.1.3.6.3.1.

    Il-manikin għandu jitpoġġa b'tali mod li l-ispazju jkun bejn il-parti ta' wara tal-manikin u t-trażżin. Fil-każ tal-kerrikots il-manikin jitpoġġa f'pożizzjoni orizzontali dritta viċin kemm jista' jkun tal-linja taċ-ċentru tal-kerrikot.

    8.1.3.6.3.2.

    Poġġi s-siġġu tat-tfal fuq is-sit tat-test.

    Poġġi l-manikin fis-siġġu tat-tfal.

    Poġġi bord biċ-ċappetti jew tagħmir flessibbli simili bi ħxuna ta' 2,5 ċm u b'wisa' ta' 6 ċm u b'tul ugwali għall-għoli ta' l-ispalla (bilqiegħda, l-Anness 8) li minnu jitnaqqas l-għoli taċ-ċentru tal-ġenbejn (bilqiegħda, fl-Anness 8 l-għoli tal-popliteus miżjud ma' nofs l-għoli tal-koxxa, bilqiegħda) rilevanti għad-daqs tal-manikin li qed jiġi ttestjat bejn il-manikin u d-daħar tas-sit tas-siġġu. Il-bord għandu jkun kemm jista' jkun simili għall-kurvatura tas-siġġu u l-parti t'isfel tiegħu għandha tkun għolja daqs il-ġog tal-ġenbejn tal-manikin.

    Aġġusta ċ-ċinturin skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma għal tensjoni ta' 250 ± 25 N aktar mill-forza ta' l-apparat li jaġġusta, bl-angolu tal-liwja taċ-ċinga fl-apparat li jaġġusta ta' 45 ± 5o, jew inkella bl-angolu provdut mill-manifattur.

    Lesti l-installazzjoni tas-siġġu għat-tfal mas-sit tat-test skond l-Anness 21 għal dan ir-Regolament.

    Neħħi t-tagħmir flessibbli.

    Dan japplika biss għal trażżin li jikkontrolla ċ-ċaqliq u għal-trażżin fejn it-tfal jitrażżnu miċ-ċinturin bi tliet ankraġġi (three-point) għall-adulti u fejn jintuża tagħmir tal-qfil u ma japplikax għaċ-ċineg li jrażżnu t-tfal imqabbda direttament ma' apparat li jiġbed lura.

    8.1.3.6.3.3.

    Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jiġi stabbilit fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi taċ-ċinturini t'isfel, madankollu għandu wkoll jitqies il-paragrafu 8.1.3.2.1.3. Fil-każ tal-booster cushions li għandhom jiġu ttestjati bil-manikin li jirrapreżenta tifel(tifla) ta' 10 snin, il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jitqiegħed 75 ± 5 mm lejn ix-xellug jew il-lemin fir-rigward tal-punt li jinstab fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi taċ-ċinturini t'isfel.

    8.1.3.6.3.4.

    Fil-każ ta' tagħmir li jeħtieġ l-użu ta' ċinturin standard, iċ-ċinga ta' l-ispalla tista' titqiegħed fuq il-manikin qabel it-test dinamiku billi jintuża tejp ħafif li jgħatti ta' wisa' u tul suffiċjenti. Fil-każ ta' tagħmir li jħares lura, ir-ras tista' tinżamm mal-parti fejn jistrieħ id-dahar tas-sistema tat-trażżin permezz ta' tejp ħafif li jgħatti ta' wisa' u tul suffiċjenti . Fil-każ tat-trażżin li jħares lura, huwa permess li jintuża tejp ħafif li jgħatti biex ikun hemm kollegament bejn ir-ras tal-manikin u l-iżbarra ta' 100 mm jew il-parti ta' wara tat-trażżin matul l-aċċellerazzjoni ta' l-islitta.

    8.1.3.7.   Il-kategorija tal-manikin li se jintuża

    8.1.3.7.1.

    It-tagħmir għall-grupp 0

    :

    it-test bl-użu tal-manikin tat-'tarbija tat-twelid' u manikin ta' 9 kg;

    8.1.3.7.2.

    It-tagħmir għall-grupp 0+

    :

    it-test bl-użu tal-manikin tat-tarbija tat-twelid u manikin ta' 11-il kg;

    8.1.3.7.3.

    It-tagħmir għall-grupp I

    :

    it-testijiet bl-użu ta' manikin b'massa ta' 9 kg u 15-il kg rispettivament;

    8.1.3.7.4.

    It-tagħmir għall-grupp II

    :

    it-testijiet bl-użu ta' manikin b'massa ta' 15-il kg u 22 kg rispettivament;

    8.1.3.7.5.

    It-tagħmir għall-grupp III

    :

    it-testijiet bl-użu ta' manikin b'massa ta' 22 kg u 32 kg rispettivament.

    8.1.3.7.6.

    Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal hija xierqa għal żewġ gruppi ta' mases jew aktar, it-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw l-eħfef u l-itqal manikini speċifikati aktar 'il fuq għall-gruppi kollha kkonċernati. Madankollu, jekk il-konfigurazzjoni tat-tagħmir tvarja b'mod konsiderevoli minn grupp għall-ieħor, per eżempju meta l-konfigurazzjoni taċ-ċinga integrali jew it-tul taċ-ċinga integrali tinbidel, il-laboratorju li qed iwettaq it-testijiet jista', jekk iqis li jkun għall-aħjar, iżid test b'manikin ta' piż intermedju.

    8.1.3.7.7.

    Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal hija maħsuba għal żewġt itfal jew aktar, għandu jitwettaq test wieħed fejn l-itqal manikini jokkupaw il-postijiet tas-sits kollha. Għandu jitwettaq test ieħor bl-eħfef u bl-itqal manikini speċifikati aktar 'il fuq. It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintuża s-sit tat-test kif muri fil-figura 3 ta' l-Appendiċi 3 ta' l-Anness 6. Il-laboratorju li qed iwettaq it-testijiet jista', jekk iqis li jkun għall-aħjar, iżid test ieħor bi kwalunkwe kombinazzjoni ta' manikini jew postijiet tas-sits vojta.

    8.1.3.7.8.

    Jekk sistema tat-trażżin gћat-tfal fil-grupp 0 jew 0+ toffri konfigurazzjonijiet differenti skond il-massa tat-tifel/tifla, kull konfigurazzjoni gћandha tiġi ttestjata biż-żewġ manikini tal-grupp tal-massa rispettiv.

    8.1.3.7.9.

    Jekk is-sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX trid tuża rbit ta' fuq, test wieħed gћandu jsir bl-iżgћar manikin bl-iqsar distanza ta' l-irbit ta' fuq (il-punt ta' l-ankraġġ G1). It-tieni test gћandu jsir b'manikin li jkun itqal b'distanza itwal ta' l-irbit ta' fuq (il-punt ta' l-ankraġġ G2). Aġġusta l-irbit ta' fuq sabiex tikseb tagћbija ta' tensjoni ta' 50 ± 5 N.

    8.1.3.7.10.

    It-test speċifikat fil-paragrafu 7.1.4.1.10.1.2 jeħtieġ li jsir biss bl-ikbar manikin li gћalih ikun ġie mfassal it-trażżin gћat-tfal.

    8.1.4.   It-trażżin tal-booster cushions

    Poġġi biċċa drapp tal-qoton fuq is-superfiċje fejn wieħed jista' jpoġġi bilqiegħda tal-bank tat-test. Qiegħed il-booster cushion fuq il-bank tat-test, qiegħed il-blokka tal-ġisem tal-parti t'isfel tat-torso kif deskritt fil-figura 1 ta' l-Anness 22, fuq is-superfiċje fejn wieħed jista' jpoġġi bilqiegħda, qiegħdha f'postha u applika ċ-ċinturin tas-sigurtà bi tliet ankraġġi għall-adulti u t-tensjoni kif provdut fl-Anness 21. B'biċċa strixxa wiesa' 25 mm jew oġġett simili marbut madwar il-booster, applika tagħbija ta' 250 ± 5 N fid-direzzjoni tal-vleġġa A, ara l-figura 2 ta' l-Anness 22, f'linja mas-superfiċje ta' fejn wieħed jista' jpoġġi bilqiegħda fuq il-bank tat-test.

    8.2.   It-testijiet tal-komponenti individwali

    8.2.1.   Il-bokkla

    8.2.1.1.   It-test tal-ftuħ meta mgħobbija

    8.2.1.1.1.

    Għal dan it-test għandu jintuża trażżin għat-tfal li li diġà ġie soġġett għat-test dinamiku kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.

    8.2.1.1.2.

    It-trażżin għat-tfal għandu jitneħħa mit-tròli tat-test jew mill-vettura mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Fuq il-bokkla gћandha tiġi applikata tensjoni ta' 200 + 2 N. Jekk il-bokkla tkun imwaħħla ma' parti riġid, il-forza gћandha tiġi applikata billi jiġi riprodott l-angolu fformat bejn il-bokkla u dik il-parti riġida matul it-test dinamiku.

    8.2.1.1.3.

    Għandha tiġi applikata tagħbija b'veloċità ta' 400 ± 20 mm/min fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna li tħoll il-bokkla tul assi fiss li huwa parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tas-superfiċje tal-bokkla li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni. Il-bokkla għandha tkun marbuta sew ma' appoġġ riġidu matul l-applikazzjoni tal-forza tal-ftuħ.

    8.2.1.1.4.

    Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha tiġi applikata, billi jintuża dinamometru jew tagħmir simili bil-mod u fid-direzzjoni ta' l-użu normali. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall ippolixxjat b'radju ta' 2,5 ±0,1 mm.

    8.2.1.1.5.

    Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha titkejjel u kwalunkwe ħsara għandha tkun innotata.

    8.2.1.2.   It-test tal-ftuħ mingħajr tagħbija

    8.2.1.2.1.

    Montatura ta' bokkla li preċedentement ma kenitx mgħobbija għandha tintrama u titqiegħed taħt kondizzjoni ta' “ebda tagħbija”.

    8.2.1.2.2.

    Il-metodu tal-kejl tal-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandu jkun kif stipulat fil-paragrafi 8.2.1.1.3 u 8.2.1.1.4.

    8.2.1.2.3.

    Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel.

    8.2.1.3.   It-test tas-saħħa

    8.2.1.3.1

    Għat-test tas-saħħa għandhom jintużaw żewġ kampjuni. L-apparati li jaġġustaw kollha, minbarra dawk l-apparati li jaġġustaw armati direttament fuq trażżin għat-tfal huma inklużi fit-test.

    8.2.1.3.2.

    L-Anness 20 juri tagħmir tipiku għal test tas-saħħa tal-bokkla. Il-bokkla titpoġġa fuq il-pjanċa tonda ta' fuq (A) fi ħdan ir-riljiev. Iċ-ċineg kollha ta' ħdejha għandhom tul ta' mill-inqas 250 mm u huma rranġati mdendlin 'l isfel mill-pjanċa ta' fuq rispettivament għall-pożizzjoni tagħhom mal-bokkla. It-truf ħielsa taċ-ċineg imbagħad iduru madwar il-pjanċa tonda t'isfel (B) sakemm joħorġu mill-fetħa ta' ġewwa tal-pjanċa. Iċ-ċineg kollha jridu jkunu vertikali bejn A u B. Il-pjanċa tonda li torbot (C) imbagħad tintrabat ħafif mal-wiċċ t'isfel ta' (B), għalkemm xorta tippermetti ċertu moviment taċ-ċineg bejniethom. B'forza żgħira fil-magna tat-tensjoni, iċ-ċineg jitqiegħdu taħt tensjoni u dawn jinġibdu bejn (B) u (C) sakemm iċ-ċineg kollha jitgħabbew rispettivament għall-arranġament tagħhom. Il-bokkla trid tibqa' ħielsa mill-pjanċa (A) jew minn kwalunkwe parti li qiegħda f'(A) matul din il-ħidma u t-test innifsu. (B) u (C) imbagħad jintrabtu sew flimkien u l-forza tat-tensjoni tiżdied b'veloċità tat-traversa ta' 100 ± 20 mm/min sakemm jintlaħqu l-valuri meħtieġa.

    8.2.2.   L-apparat għall-aġġustament

    8.2.2.1.   Il-faċilità ta' l-aġġustament

    8.2.2.1.1.

    Meta jiġi ttestjat apparat manwali għall-aġġustament, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-kondizzjonijiet normali ta' l-użu, iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod stabbli mill-apparat għall-aġġustament b'rata ta' 100 ± 20 mm/min u l-forza massima għandha titkejel sa l-eqreb valur sħiħ ta' N wara l-ewwel 25 ± 5 mm ta' moviment taċ-ċinga.

    8.2.2.1.2.

    It-test għandu jitwettaq fiż-żewġ direzzjonjiet li fihom timxi ċ-ċinga minn ġot-tagħmir, biċ-ċinga timxi ċ-ċiklu sħiħ għal 10 darbiet qabel il-kejl.

    8.2.3.   It-test tal-microslip (ara l-figura 3 ta' l-Anness 5)

    8.2.3.1.

    Il-komponenti jew it-tagħmir li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-microslip għandhom jinżammu għal minimu ta' 24 siegħa qabel l-ittestjar f'atmosfera b'temperatura ta' 20 ± 5 oC u b'umdità relattiva ta' 65 ± 5 fil-mija. It-test għandu jitwettaq f'temperatura bejn 15 u 30 oC.

    8.2.3.2.

    It-tarf ħieles taċ-ċinga għandu jiġi rranġat fl-istess konfigurazzjoni bħal meta t-tagħmir jintuża fil-vettura, u m'għandu jitwaħħal ma' l-ebda parti oħra.

    8.2.3.3.

    L-apparat għall-aġġustament għandu jitpoġġa fuq biċċa ċinga vertikali li tarf minnha hija mgħobbija b'50 ±0,5 N (iggwidata b'mod li t-tagħbija ma titħalliex titbandal u ċ-ċinga tinbaram). It-tarf ħieles taċ-ċinga mill-apparat għall-aġġustament għandu jintrama b'mod vertikali 'l fuq jew 'l isfel kif inhu fil-vettura. It-tarf l-ieħor għandu jgħaddi minn fuq romblu li jilwi bl-assi orizontali tiegħu parallel għall-pjan tas-sezzjoni taċ-ċinga li ssostni t-tagħbija, bis-sezzjoni tgħaddi minn fuq ir-romblu li jkun f'pożizzjoni orizzontali.

    8.2.3.4.

    It-tagħmir li qed jiġi ttestjat għandu jiġi rranġat b'tali mod li ċ-ċentru tiegħu, fl-ogħla pożizzjoni li jista' jittella' fiha, ikun 300 ± 5 mm minn mejda ta' l-appoġġ, u t-tagħbija ta' 50 N għandha tkun 100 ± 5 mm minn dik il-mejda ta' l-appoġġ.

    8.2.3.5.

    Imbagħad għandhom jitwettqu 20 ± 2 ċiklu ta' qabel it-test u wara għandhom jitwettqu 1 000 ± 5 ċiklu bi frekwenza ta' 30 ± 10 ċiklu fil-minuta, bl-estensjoni totali tkun ta' 300 ± 20 mm jew kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.5.2.6.2. It-tagħbija ta' 50 N għandha tiġi applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għaċ-ċaqliq ta' 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu. Il-microslip għandha titkejjel mill-pożizzjoni fit-tmiem ta' l-20 ċiklu ta' qabel it-test.

    8.2.4.   L-apparat li jiġbed lura

    8.2.4.1.   Il-forza li tiġbed lura

    8.2.4.1.1.

    Il-forzi li jiġbdu lura għandhom jitkejlu bil-montatura taċ-ċinturin tas-sigurtà, imwaħħal mal-manikin bħal fit-test dinamiku stipulat fil-paragrafu 8.1.3. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt tal-kuntatt (imma eżatt qabel) mal-manikin waqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura bir-rata approssimattiva ta' 0,6 m/min.

    8.2.4.2.   Kemm idum iservi l-mekkaniżmu ta' l-apparat li jiġbed lura

    8.2.4.2.1.

    Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata u titħalla tinġibed lura għan-numru meħtieġ ta' ċikli b'rata ta' mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta. Fil-każ ta' apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'emerġenza, għandu jiġi introdott skoss f'kull ħames ċiklu biex jissakkar l-apparat li jiġbed lura. L-iskossi jseħħu f'numri ugwali f'kull waħda mill-ħames ġibdiet differenti, jiġifieri, 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga fuq l-apparat li jiġbed lura. Madankollu, fejn it-tul taċ-ċinga jeċċedi d-900 mm il-persentaġġi msemmija aktar 'il fuq għandhom jiġu relatati ma' l-aħħar 900 mm taċ-ċinga li tista' tiġi rtirata mill-apparat li jiġbed lura.

    8.2.4.3.   L-imblukkar ta' l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'emerġenza

    8.2.4.3.1.

    L-apparat li jiġbed lura għandu jiġi ttestjat darba għall-imblukkar, meta t-tul kollu taċ-ċinga jkun inħall ħlief għal 300 ± 3 mm.

    8.2.4.3.2.

    Fil-każ ta' apparat li jiġbed lura li jibda jaħdem permezz ta' moviment taċ-ċinga, il-qligħ għandu jkun fid-direzzjoni li fiha jseħħ normalment meta l-apparat li jiġbed lura huwa installat fil-vettura.

    8.2.4.3.3.

    Meta l-apparati li jiġbdu lura qed jiġu ttestjati għas-sensittività għall-aċċellerazzjonijiet tal-vettura, għandhom jiġu ttestjati fuq it-tul tal-qligħ imsemmi aktar 'il fuq fiż-żewġ direzzjonijiet tul żewġ assi perpendikolari għal xulxin li huma orizzontali jekk l-apparati li jiġbdu lura ser jiġu installati f'vettura kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Meta din il-pożizzjoni ma tiġix speċifikata, l-awtorità ta' l-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Għandha tintagħżel waħda minn dawn id-direzzjonijiet tat-test mis-servizz tekniku li qed iwettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni biex jinħolqu l-aktar kondizzjonijiet avversi fir-rigward ta' l-attwazzjoni tal-mekkaniżmu li jsakkar.

    8.2.4.3.4.

    Id-disinn ta' l-apparat użat għandu jkun tali li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata b'rata medja ta' żjieda fl-aċċellerazzjoni ta' mill-inqas 25 g/sek (***).

    8.2.4.3.5.

    Għall-konformità fl-ittestjar mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 7.2.3.2.1.3 u 7.2.3.2.1.4 l-apparat li jiġbed lura għandu jintrama fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi mmejla b'veloċità li ma teċċedix 2E għal kull sekonda sakemm jissakkar l-apparat. It-test għandu jiġi ripetut billi l-mejda tiġi mmejla f'direzzjonijiet oħra biex ikun żgurat li l-kondizzjonijet meħtieġa jiġu sodisfatti.

    8.2.4.4.   It-test tal-korrużjoni

    8.2.4.4.1.

    It-test tal-korrużjoni huwa deskritt fil-paragrafu 8.1.1 t'aktar 'il fuq.

    8.2.4.5.   It-test tar-reżistenza għat-trab

    8.2.4.5.1.

    L-apparat li jiġbed lura għandu jitqiegħed f'kumpartiment għall-ittestjar kif deskritt fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament. Għandu jintrama f'orjentazzjoni simili għal dik li jkun armat fiha fuq il-vettura. Il-kumpartiment għall-ittestjar għandu jkun fih it-trab kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.5.2 t'aktar 'l isfel. Tul ta' 500 mm miċ-ċinga għandu jinqala' mill-apparat li jiġbed lura u jinżamm maqlugħ, ħlief li għandu jkun soġġett għal 10 ċikli kompleti ta' ġbid lura u rtirar fi żmien minuta jew tnejn wara kull darba li jiġi mċaqlaq it-trab. Għal perjodu ta' ħames sigħat, it-trab għandu jiġi mċaqlaq kull 20 minuta għal ħames sekondi permezz ta' arja kompressata ħielsa miż-żejt u mill-umdità b'kejl ta' pressjoni ta' 5,5 ±0,5 bars li jidħlu minn fetħa b'dijametru ta' 1,5 ±0,1 mm.

    8.2.4.5.2.

    It-trab użat fit-test deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5.1 għandu jikkonsisti minn madwar 1 kg ta' kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli għandha tkun kif ġejja:

    (a)

    jgħaddu minn fetħa ta' 150 μm, minn wajer b'dijametru ta' 104 μm: 99 sa 100 fil-mija;

    (b)

    jgħaddu minn fetħa ta' 105 μm, minn wajer b'dijametru ta' 64 μm: 76 sa 86 fil-mija;

    (c)

    jgħaddu minn fetħa ta' 75 μm, minn wajer b'dijametru ta' 52 μm: 60 sa 70 fil-mija.

    8.2.5.   It-test statiku għaċ-ċineg

    8.2.5.1.   It-test tas-saħħa taċ-ċineg

    8.2.5.1.1.

    Kull test għandu jitwettaq fuq żewġ kampjuni ġodda ta' ċineg, ikkondizzjonati kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.

    8.2.5.1.2.

    Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta' magna li tittestja s-saħħa tat-tensjoni. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jiġi evitat li tinqata' ċ-ċinga fihom jew ħdejhom. Il-veloċità tat-traversa għandha tkun ta' 100 ± 20 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta' 200 mm ± 40 mm.

    8.2.5.1.3.

    It-tensjoni għandha tiġi miżjuda sakemm tinqata' ċ-ċinga u tiġi nnotata t-tagħbija li qattgħet iċ-ċinga.

    8.2.5.1.4.

    Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinqata' f'xi waħda mill-klamps jew fi ħdan 10 mm minn xi waħda minnhom, it-test m'għandux ikun validu u għandu jitwettaq test ġdid fuq kampjun ieħor.

    8.2.5.2.

    Il-kampjuni miċ-ċineg, kif jissemmew fil-paragrafu 3.2.3, għandhom jiġu kkondizzjonati kif ġej:

    8.2.5.2.1.   L-ikkondizzjonar tal-kamra

    8.2.5.2.1.1.

    Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 24 ± 1 siegħa f'atmosfera b'temperatura ta' 23 ± 5o u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija. Jekk it-test ma jitwettaqx immedjatament wara l-ikkondizzjonar, il-kampjun għandu jitpoġġa f'kontenitur magħluq ermetikament sakemm jibda t-test. It-tagħbija li tqatta' ċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata fi żmien ħames minuti wara li titneħħa ċ-ċinga mill-atmosfera ta' l-ikkondizzjonar jew mill-kontenitur.

    8.2.5.2.2.   L-ikkondizzjonar tad-dawl

    8.2.5.2.2.1.

    Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO/105-B02(1978). Iċ-ċinga għandha tkun esposta għad-dawl matul il-ħin meħtieġ biex tintefa' ż-Żebgħa Blù Standard Nru 7 għal kuntrast ugwali għall-Grad 4 fuq l-iskala tal-griż.

    8.2.5.2.2.2.

    Wara li tiġi esposta, iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta' 24 siegħa f'atmosfera b'temperatura ta' 23E ± 5 oC u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija. It-tagħbija li tqatta' ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-installazzjoni ta' l-ikkondizzjonar.

    8.2.5.2.3.   L-ikkondizzjonar tal-kesħa

    8.2.5.2.3.1.

    Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta' 24 siegħa f'atmosfera b'temperatura ta' 23 ± 5 oC u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija.

    8.2.5.2.3.2.

    Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal 90 ± 5 minuta fuq superfiċje ordinarja f'kumpartiment b'temperatura baxxa fejn it-temperatura ta' l-arja hija ta' - 30 ± 5 oC. Din imbagħad għandha tintewa u t-tinja għandha titgħabba b'piż ta' 2 ±0,2 kg li qabel tkun tkessħet għal - 30 ± 5 oC. Meta ċ-ċinga tkun inżammet mgħobbija għal 30 ± 5 minuta fl-istess kumpartiment tat-temperatura baxxa, għandu jitneħħa l-piż u t-tagħbija li tqatta' ċ-ċinga għandha titkejjel fi żmien ħames minuti wara li titneħħa ċ-ċinga mill-kumpartiment tat-temperatura baxxa.

    8.2.5.2.4.   L-ikkondizzjonar tas-sħana

    8.2.5.2.4.1.

    Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 180 ± 10 minuta f'atmosfera ta' kumpartiment li jsaħħan b'temperatura ta' 60 ± 5 oC u b'umdità relattiva ta' 65 ± 5 fil-mija.

    8.2.5.2.4.2.

    It-tagħbija li tqatta' ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kumpartiment li jsaħħan.

    8.2.5.2.5.   L-espożizzjoni għall-ilma

    8.2.5.2.5.1.

    Iċ-ċinga għandha tinżamm mgħaddsa totalment fl-ilma għal 180 ± 10 minuta f'ilma distillat, b'temperatura ta' 20 ± 5 oC, li żdidietlu traċċa ta' aġent li jxarrab. Jista' jintuża kwalunkwe aġent li jxarrab adattat għall-fibra li qed tiġi ttestjata.

    8.2.5.2.5.2.

    It-tagħbija li tqatta' ċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien 10 minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-ilma.

    8.2.5.2.6.   L-ikkondizzjonar tal-brix

    8.2.5.2.6.1.

    Il-komponenti jew it-tagħmir li ser jitressqu għat-test tal-brix għandhom jinżammu għal minimu ta' 24 siegħa, qabel ma jiġu ttestjati, f'atmosfera b'temperatura ta' 23E ± 5 oC u b'umdità relattiva ta' 50 ± 10 fil-mija. It-temperatura tal-kamra matul l-ittestjar għandha tkun bejn 15o u 30 oC.

    8.2.5.2.6.2.

    It-tabella t'hawn taħt tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali għal kull test:

     

    Tagħbija (N)

    Ċikli fil-minuta

    Ċikli (Nru)

    Proċedura tat-tip 1

    10 ±0,1

    30 ± 10

    1 000 ± 5

    Proċedura tat-tip 2

    5 ±0,05

    30 ± 10

    5 000 ± 5

    Fil-każ li ma jkunx hemm biżżejjed ċinga biex jiġu ttestjati aktar minn 300 mm ta' ċaqliq, it-test jista' jiġi applikat fuq biċċa iżgħar li ma tridx tkun inqas minn 100 mm.

    8.2.5.2.6.3.   Il-kondizzjonijiet partikolari għat-test

    8.2.5.2.6.3.1.

    Il-proċedura tat-tip 1: għall-każijiet fejn iċ-ċinga tiżloq mill-apparat li jaġġusta malajr. It-tagħbija ta' 10 N għandha tiġi applikata b'mod vertikali u permanenti fuq waħda miċ-ċineg. Iċ-ċinga l-oħra, imqiegħda b'mod orizzontali, għandha titwaħħal ma' tagħmir, biex jagħti moviment 'il quddiem u lura lill-istrixxi. L-apparat għall-aġġustament għandu jitpoġġa b'tali mod li ċ-ċinga orizzontali ta' l-istrixxi tibqa' taħt tensjoni (ara l-figura 1 ta' l-Anness 5).

    8.2.5.2.6.3.2.

    Il-proċedura tat-tip 2: għall-każijiet li fihom iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni meta tgħaddi minn parti riġida. Matul dan it-test, l-angoli taż-żewġ ċineg ta' l-istrixxi għandhom ikunu kif jintwera fil-figura 2 ta' l-Anness 5. It-tagħbija ta' 5 N għandha tiġi applikata b'mod permanenti. Għall-każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni għal aktar minn darba meta tgħaddi minn parti riġida, it-tagħbija ta' 5 N tista' tiġi miżjuda sabiex jinkiseb il-moviment provdut ta' 300 mm miċ-ċinga minn ġol-parti riġida.

    8.2.6.   It-tagħmir tal-qfil

    8.2.6.1.   It-Tagħmir tal-Klassi A

    Għandhom jiġu installati t-trażżin għat-tfal u l-akbar manikin li t-trażżin għat-tfal huwa maħsub għalih kif muri fil-Figura 5 t'hawn isfel. L-istrixxi użati għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness 13 għal dan ir-Regolament. It-tagħmir tal-qfil għandu jiġi applikat bis-sħiħ u ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn iċ-ċinturin jidħol fit-tagħmir tal-qfil. It-tagħmir li jkejjel il-forza għandu jitwaħħal maċ-ċinturin permezz ta' anell D (D ring), u għandha tiġi applikata, ta' l-inqas għal sekonda, forza daqs darbtejn (± 5 fil-mija) il-massa ta' l-itqal manikin tal-grupp I. Il-pożizzjoni t'isfel għandha tintuża għat-tagħmir tal-qfil fil-pożizzjoni A u l-pożizzjoni ta' fuq għat-tagħmir tal-qfil fil-pożizzjoni B. Il-forza għandha tiġi applikata għal 9 darbiet oħra. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fit-tagħmir tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki. Matul dan it-test, l-apparat li jiġbed lura m'għandux ikun imsakkar.

    Figura 5

    Image

    8.2.6.2.   It-Tagħmir tal-Klassi B

    It-trażżin għat-tfal għandu jintrabat sew u l-istrixxi, kif speċifikat fl-Anness 13 għal dan ir-Regolament, għandhom jiġu mgħoddija mill-qfil u mill-qafas skond ir-rotta deskritta fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Iċ-ċinturin għandu jgħaddi mill-apparat ta' l-ittestjar kif deskritt fil-Figura 6 t'hawn taħt u jitwaħħal ma' massa ta' 5,25 ±0,05 kg. Għandu jkun hemm 650 ± 40 mm ta' strixxi ħielsa bejn il-massa u l-punt fejn l-istrixxi jħallu l-qafas. It-tagħmir tal-qfil għandu jiġi applikat kollu u għandha ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fit-tagħmir tal-qfil. Il-massa għandha tiġi mgħollija u tinħeles sabiex taqa' liberament fuq distanza ta' 25 ± 1 mm. Dan għandu jiġi ripetut għal 100 darba ± 2 bi frekwenza ta' 60 ± 2 ċiklu fil-minuta, biex tiġi simulata l-azzjoni ta' ċaqliq bl-iskossi fuq it-trażżin għat-tfal f'karozza. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fit-tagħmir tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki. It-tagħmir tal-qfil irid ikopri l-wisa' kollha ta' l-istrixxi meta installat b'manikin ta' 15-il kg installat. Dan it-test għandu jitwettaq billi jintużaw l-istess angoli ta' l-istrixxi bħal dawk li jiġu fformati waqt l-użu normali. It-tarf ħieles tal-parti taċ-ċinturin li jgħaddi minn fuq il-ħoġor għandu jkun imwaħħal. It-test għandu jitwettaq bis-sistema tat-trażżin għat-tfal imwaħħla sew mal-bank tat-test użat fit-test tal-qlib ta' taħt fuq jew fit-test dinamiku. Iċ-ċinga tat-tagħbija tista' titwaħħal mal-bokkla simulata.

    Figura 6:

    It-tqassim skematiku tat-test tat-tagħmir tal-qfil tal-Klassi B.

    Image

    8.2.7.   It-test ta' l-ikkondizzjonar għall-apparati li jaġġustaw armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal

    Installa l-akbar manikin li huwa maħsub it-trażżin għalih, bħallikieku għat-test dinamiku, bil-parti mdendla tat-tagħmir illaxkat standard, kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.6, inkluża. Immarka linja ta' referenza fuq l-istrixxi fejn it-tarf ħieles ta' l-istrixxi jidħol fl-apparat li jaġġusta.

    Neħħi l-manikin u poġġi t-trażżin fit-tagħmir ta' l-ikkondizzjonar kif muri fl-Anness 19 tal- Figura 1.

    L-istrixxi jridu jgħaddu minn ċikli għal distanza totali ta' mhux inqas minn 150 mm minn ġewwa l-apparat li jaġġusta. Dan il-moviment għandu jkun tali li ta' l-inqas 100 mm mill-istrixxi fuq in-naħa tal-linja tar-referenza lejn it-tarf ħieles ta' l-istrixxi u l-bqija tad-distanza tal-movimenti (appross. 50 mm) fuq in-naħa ta' l-ċinga integrali tal-linja tar-referenza jgħaddi mill-apparat li jaġġusta.

    Jekk it-tul ta' l-istrixxi mil-linja ta' referenza għat-tarf ħieles ta' l-istrixxi mhux biżżejjed għall-moviment deskritt aktar 'il fuq, il-150 mm ta' moviment minn ġo l-apparat li jaġġusta għandu jkun mill-pożizzjoni totalment stirata taċ-ċinga integrali.

    Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta' 10 ± 1 cikli/minuta, b'veloċità fuq “B” ta' 150 ± 10 mm/sek.

    8.2.8.   It-test tat-temperatura

    8.2.8.1.

    Il-komponenti speċifikati fil-paragrafu 7.1.5.1 għandhom jiġu esposti għal ambjent fuq superfiċje ta' l-ilma fi spazju magħluq, bl-ambjent ikollu temperatura ta' mhux inqas minn 80 oC, għal perjodu kontinwu ta' mhux inqas minn 24 siegħa u mbagħad jitkessħu f'ambjent b'temperatura li ma teċċedix it-23 oC. Il-perjodu tat-tkessiħ għandu jiġi segwit immedjatament minn tliet ċikli konsekuttivi ta' 24 siegħa l-wieħed, b'kull ċiklu jinkludi s-sekwenzi konsekuttivi li ġejjin:

    (i)

    ambjent b'temperatura ta' mhux inqas minn 100 oC għandu jinżamm għal perjodu kostanti ta' 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 80 minuta mill-bidu taċ-ċiklu; imbagħad

    (ii)

    ambjent b'temperatura ta' mhux aktar minn 0 oC għandu jinżamm għal perjodu kontinwu ta' 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 90 minuta; imbagħad

    (iii)

    ambjent b'temperatura ta' mhux aktar minn 23 oC għandu jinżamm matul il-bqija taċ-ċiklu ta' 24 siegħa.

    8.3.   Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Kuxxin tal-Bank tat-Test

    8.3.1.

    Il-kuxxin tas-sit tat-test għandha tiġi ċċertifikata meta tkun għadha ġdida sabiex jiġu stabbiliti l-valuri inizjali tal-penetrazzjoni ta' l-impatt u t-tnaqqis massimu tal-veloċità, u mbagħad wara kull 50 test dinamiku jew ta' l-inqas kull xahar, skond liema minnhom jiġi l-ewwel, jew qabel kull test jekk it-tagħmir tat-test jintuża b'mod frekwenti.

    8.3.2.

    Il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma' dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti ta' l-ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi ma' l-ispeċifikazzjoni ta' kanal tad-data bil-klassi tal-filtru tal-kanal ta' (CFC) 60.

    Wettaq 3 testijiet permezz tat-tagħmir tat-test iddefinit fl-Anness 17 għal dan ir-Regolament, f'distanza ta' 150 ± 5 mm mit-tarf ta' quddiem tal-kuxxin fuq il-linja taċ-ċentru u f'distanza ta' 150 ± 5 mm f'kull direzzjoni mil-linja taċ-ċentru.

    Poġġi t-tagħmir f'pożizzjoni vertikali fuq wiċċ lixx u riġidu. Baxxi l-massa ta' l-impatt sakemm tiġi f'kuntatt mal-wiċċ u qiegħed il-markatur tal-penetrazzjoni fuq il-pożizzjoni żero. Poġġi t-tagħmir b'mod vertikali 'l fuq mill-punt tat-test, għolli l-massa b'500 ± 5 mm u ħalliha taqa' liberament sabiex tagħmel impatt fuq il-wiċċ tas-sit. Irreġistra l-penetrazzjoni u l-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità.

    8.3.3.

    Il-valuri massimi rreġistrati m'għandhomx jiddevjaw b'aktar minn 15 fil-mija mill-valuri inizjali.

    8.4.   Ir-reġistrazzjoni ta' l-imġiba dinamika

    8.4.1.

    Sabiex jiġu ddeterminati l-imġiba tal-manikin u l-ispostamenti tiegћu, it-testijiet dinamiċi kollha għandhom jiġu rreġistrati skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    8.4.1.1.

    Il-kondizzjonijiet ta' l-iffilmjar u ta' l-irrekordjar:

    il-frekwenza gћandha tkun ta' mill-inqas 500 fotogramm kull sekonda;

    it-test gћandu jiġi rrekkordjat fuq pellikola, vidjo jew ġarrier tad-data diġitali;

    8.4.1.2.

    L-istima ta' l-inċertezza:

    Il-laboratorji ta' l-ittestjar gћandu jkollhom u gћandhom japplikaw proċeduri sabiex jistmaw l-inċertezza tal-kejl ta' l-ispostament tar-ras tal-manikin. L-inċertezza gћandha tkun fi ħdan ± 25 mm.

    Eżempji ta' standards internazzjonali ta' proċedura bħal din huma EA-4/02 ta' l-Organizzazzjoni Ewropea gћall-Akkreditazzjoni jew ISO 5725:1994 jew il-metodu tal-Kejl Ġenerali ta' l-Inċertezza (GUM).

    8.4.2.

    Għandu jintrama sew immarkar ta' l-ikkalibrar xieraq fuq it-tròli jew fl-istruttura tal-vettura sabiex ikun jista' jiġi ddeterminat l-ispostament tal-manikin.

    8.5.   Il-kejl ta' l-elettriku.

    Il-proċeduri tal-kejl għanhom jikkorrispondu ma' dawk iddefiniti fl-edizzjoni l-aktar reċenti ta' l-ISO 6487. Il-klassijiet tal-frekwenza tal-kanal għandhom ikunu:

    Tip ta' kejl

    CFC (Hz)

    It-tagħbijiet taċ-ċinturini

    60

    L-aċċellerazzjoni tar-ras(forma)

    1 000

    L-aċċellerazzjoni tas-sider

    180

    L-aċċellerazzjoni tat-tròli

    60

    Ir-rata tal-kampjun għandha tkun mill-inqas ta' tmien darbiet il-FH.(jiġifieri, f'installazzjonijiet b'filters ta' qabel il-kampjun tal-klassi 1 000, dan jikkorrispondi għal rata minima tat-teħid tal-kampjun ta' appross. 8 000 kampjun fis-sekonda għal kull kanal).

    9.   IR-RAPPORTI TAT-TEST TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP U TAL-KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

    9.1.

    Fir-rapport tat-test għandhom jitniżżlu r-riżultati tat-testijiet u tal-kejl kollu (inklużi l-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tat-tròli u r-reġistrazzjoni tal-ћin (f'msek) meta r-ras tal-manikin tilћaq l-ispostament massimu tagћha matul it-twettiq tat-test dinamiku), u l-veloċitajiet tat-tròli, il-post okkupat mill-bokkla matul it-testijiet, jekk dan ikun jista' jiġi varjat, u kwalunkwe ħsara jew ksur.

    9.2.

    Jekk ma ġewx irrispettati d-dispożizzjonijiet relatati ma' l-ankraġġi, li jinsabu fl-Appendiċi 3 ta' l-Anness 6 għal dan ir-Regolament, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi kif huwa installat it-trażżin għat-tfal u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti.

    9.3.

    Meta t-trażżin għat-tfal huwa ttestjat f'vettura jew fi struttura ta' vettura, ir-rapport tat-test għandu jispeċifika kif twaħħlet l-istruttura tal-vettura mat-tròli, il-pożizzjoni tat-trażżin għat-tfal u s-sit tal-vettura u l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura.

    9.4

    Ir-rapporti tat-test ta' l-approvazzjoni ta' tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni gћandhom jirreġistraw il-verifika ta' l-immarkar u ta' l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-użu.

    10.   IL-MODIFIKI U L-ESTENSJONI TA' L-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' SISTEMA TA' TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

    10.1.

    Kull modifika ta' trażżin għat-tfal għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-trażżin għat-tfal. Id-dipartiment jista' mbagħad jew:

    10.1.1.

    iqis li l-modifiki magħmula ma tantx huwa probabbli li jkollhom effett avvers li jista' jiġi nnutat u li fi kwalunkwe każ it-trażżin għat-tfal għadu konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa; jew

    10.1.2.

    jeħtieġ rapport tat-test ieħor mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    10.2.

    Il-konferma jew ir-rifjut ta' l-approvazzjoni, bit-tibdil ikun speċifikat, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3. t'aktar 'il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    10.3.

    L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta' l-approvazzjoni għandha tagħti numru ta' serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta' l-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    11.   IL-KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

    11.1.

    Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-produzzjoni tal-manifattur hija sodisfaċenti, is-servizz tekniku, li jkun wettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip, irid jagћmel testijiet sabiex jikkwalifika l-produzzjoni skond il-paragrafu 11.2.

    11.2.   Il-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni tas-sistemi tat-trażżin gћat-tfal

    Il-produzzjoni ta' kull tip ġdid approvat ta' sistema ta' trażżin gћat-tfal tal-kategoriji “universali”, “semi-universali”, u “ristretta” trid titressaq gћat-testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

    Gћal dan il-gћan, ser jittieћed kampjun bl-addoċċ ta' 5 sistemi ta' trażżin gћat-tfal mill-ewwel grupp tal-produzzjoni.

    L-ewwel grupp tal-produzzjoni jitqies bћala l-produzzjoni ta' l-ewwel blokk li jkun fih minimu ta' 50 sistema ta' trażżin gћat-tfal u massimu ta' 5 000 sistema ta' trażżin gћat-tfal.

    11.2.1.   It-testijiet dinamiċi

    11.2.1.1.

    Għat-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 8.1.3, iridu jitressqu ħames sistemi ta' trażżin gћat-tfal. Is-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip gћandu jagћżel il-kondizzjonijiet li pproduċew id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras matul it-testijiet dinamiċi ta' l-approvazzjoni tat-tip, ћlief il-kondizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.1.4.1.10.1.2 t'aktar 'il fuq. Il-ћames sistemi ta' trażżin gћat-tfal gћandhom jiġu ttestjati kollha fl-istess kondizzjonijiet.

    11.2.1.2.

    Gћal kull test deskritt fi 11.2.1.1 gћandhom jitkejlu d-devjazzjoni orizzontali tar-ras u l-aċċellerazzjonijiet tas-sider.

    11.2.1.3.

    (a)

    Id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras gћandha tkun konformi maż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    L-ebda valur m'gћandu jeċċedi 1,05 L, u

    X + S m'gћandhomx jeċċedu L,

    Fejn:

    L

    =

    il-valur ta' limitu preskritt

    X

    =

    in-nofsi tal-valuri

    S

    =

    id-devjazzjoni standard tal-valuri

    (b)

    Ir-riżultati ta' l-aċċelerazzjoni tas-sider gћandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 7.1.4.2.1 u, barra minn hekk, il-kondizzjoni X + S fi 11.2.1.3 (a) gћandha tiġi applikata gћar-riżultati kklippjati ta' l-aċċelerazzjoni tas-sider ta' 3 ms li jirriżultaw (kif iddefiniti fil-paragrafu 7.1.4.2.1) u tiġi reġistrata bħala informazzjoni biss.

    11.2.2.   Il-Kontroll ta' l-Immarkar

    11.2.2.1

    Is-servizz tekniku li wettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 4.

    11.2.3.   Il-Kontroll ta' l-Istruzzjonijiet dwar l-Installazzjoni u ta' l-Istruzzjonijiet gћall-Użu.

    11.2.3.1.

    Is-servizz tekniku li wettaq it-testijiet ta' l-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 15.

    12.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI U T-TESTIJIET TA' RUTINA

    Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma' dawk stabbiliti fl-appendiċi 2 tal-Ftehim, (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bil-kondizzjonijiet meħtieġa li ġejjin:

    12.1.

    Kwalunkwe sistema tat-trażżin għat-tfal approvata skond dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b'tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 8 t'aktar 'il fuq.

    12.2.

    Għandu jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet minimi meħtieġa għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 16 għal dan ir-Regolament.

    12.3.

    L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista' tivverifika fi kwalunkwe ħin il-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darbtejn fis-sena.

    13.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    13.1.

    L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-trażżin għat-tfal skond dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk trażżin għat-tfal li għandu fuqu d-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4 ma jgħaddix mill-kontrolli ta' kif ġew deskritti fil-paragrafu 11 jew ma jkunx konformi mat-tip approvat.

    13.2.

    Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    14.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    14.1.

    Jekk id-detentur ta' l-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip speċifiku ta' trażżin għat-tfal skond dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    15.   L-ISTRUZZJONIJIET

    15.1.

    Kull trażżin għat-tfal għandu jkollu miegħu struzzjonijiet bil-lingwa tal-pajjiż fejn it-tagħmir ser jinbiegħ bil-kontenut li ġej:

    15.2.

    L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

    15.2.1

    Għal trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali” it-tikketta li ġejja għandha tkun viżibbli mingħajr problemi minfejn jinbiegħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

    AVVIŻ

    1.

    Dan huwa trażżin għat-tfal “Universali”. Huwa approvat skond ir-Regolament Nru 44, serje ta' emendi 03, biex jintuża b'mod ġenerali fil-vetturi u se jaqbel ma' ħafna mis-sits tal-karozzi, imma mhux ma' kollha.

    2.

    Probabbli li jaqbel jekk il-manifattur tal-vettura ddikjara fil-manwâl tal-vettura li l-vettura kapaċi takkomoda trażżin għat-tfal “Universali” għall-grupp ta' din l-età.

    3.

    It-trażżin għat-tfal ġie klassifikat bħala “Universali” taħt kondizzjonijiet aktar stretti minn dawk li kienu applikati għal disinji preċedenti li m'għandhomx dan l-avviż.

    4.

    Jekk għandek xi dubju, ikkonsulta jew lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

    15.2.2

    Għal trażżin għat-tfal tal-kategoriji “ristrett” u “semi-universali” l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli mingħajr problemi waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

    Dan it-Trażżin għat-Tfal huwa kklassifikat għall-użu “(Ristrett/Semi-universali)” u huwa adattat biex jiġi installat fil-pożizzjonijiet tas-sits tal-karozzi li ġejjin

    KAROZZA

    QUDDIEM

    WARA

     

     

    Fuq barra

    Fin-nofs

    (Mudell)

    Iva

    Iva

    Le

    Il-pożizzjonijiet tas-sits f'karozzi oħra jistgħu wkoll ikunu adattati biex jakkomodaw dan it-trażżin għat-tfal. Jekk għandek xi dubju, ikkonsulta jew lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

    15.2.3.

    Għal trażżin għat-tfal tal-kategorija “Vettura speċifika” l-informazzjoni fuq il-vettura applikabbli għandha tkun viżibbli mingħajr problemi fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar.

    15.2.4.

    Jekk it-tagħmir jeħtieġ ċinturin tas-sigurtà għall-adulti, il-kliem li ġej għandu wkoll ikun viżibbli mingħajr problemi fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

    “Adattat biss jekk il-vetturi approvati huma mgħammra b'ċinturini tas-sigurtà ta' fuq il-ħoġor/ta' 3 ankraġġi/statiċi/bl-apparat li jiġbed lura, approvati skond ir-Regolament Nru 16 tan-NU/ECE jew standards oħra ekwivalenti.” (Aqta' dak li ma japplikax.)

    Fil-każ tat-trażżin għall-kerrikots għandha tkun inkluża lista tal-kerrikots li t-tagħmir huwa adattat għalihom.

    15.2.5.

    Fuq il-kaxxa ta' l-ippakkjar, il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-indirizz fejn il-konsumatur jista' jikteb biex jirċievi aktar informazzjoni dwar kif jiġi installat it-trażżin għat-tfal f'karozzi speċifiċi.

    15.2.6.

    Il-metodu ta' l-installazzjoni muri permezz ta' ritratti u/jew disinni tassew ċari;

    15.2.7.

    L-utent għandu jiġi mgħarraf li l-oġġetti riġidi u l-partijiet tal-plastik ta' trażżin għat-tfal għandhom jitpoġġew u jiġu installati b'tali mod li ma jkunx possibbli li dawn jinqabdu minn sit li jista' jiċċaqlaq jew f'xi bieba tal-vettura, waqt l-użu ta' kuljum tal-vettura;

    15.2.8.

    l-utent għandu jiġi mgħarraf li juża l-kerrikots b'mod perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura;

    15.2.9.

    fil-każ ta' sistemi li jħarsu lura, il-konsumatur għandu jiġi mgħarraf biex ma jużahomx fil-postijiet fejn ipoġġu bilqiegħda l-passiġġieri li huma mgħammra b'airbag. Din l-informazzjoni għandha tkun viżibbli mingħajr problemi waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar;

    15.2.10

    għal “Trażżin għal Bżonnjijiet Speċjali” l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli mingħajr problemi waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

    Dan “it-Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” huwa maħsub biex jagħti aktar appoġġ lil tfal li għandhom diffikultà biex ipoġġu bilqiegħda sew f'sits konvenzjonali. Dejjem ikkonsulta lit-tabib tiegħek biex tiżgura li din is-sistema ta' trażżin hija adattata għat-tifel/tifla tiegħek.

    15.2.11.

    Gћal sistema ta' trażżin gћat-tfal ISOFIX it-tikketta li ġejja gћandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-punt tal-bejgћ mingћajr ma jitneћћa l-ippakkjar:

    AVVIŻ

    1.

    Din hija SISTEMA TA' TRAŻŻIN GĦAT-TFAL ISOFIX. Ġiet approvata skond is-Suppliment 5 gћas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 44 gћall-użu ġenerali f'vetturi mgћammra b'sistemi ta' ankraġġi ISOFIX.

    2.

    Se taqbel ma' vetturi b'pożizzjonijiet approvati bћala pożizzjonijiet ISOFIX (kif imfisser fid-dettal fil-manwal tal-vettura), jiddependi mill-kategorija tas-sit tat-tfal u mit-tagħmir.

    3.

    Il-grupp tal-massa u l-klassi tad-daqs ISOFIX li gћalihom huwa maћsub dan it-tagћmir huma:

    15.3.

    L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

    15.3.1.

    Il-gruppi tal-massa u l-apparat iffissat li gћalihom huwa maћsub it-tagħmir

    15.3.2.

    meta t-tagħmir jiġi użat flimkien ma' ċinturin tas-sigurtà għall-adulti għandu jintuża permezz tal-kliem li ġejjin: Adattat biss għall-użu fil-vetturi elenkati mgħammra b'ċinturini tas-sigurtà ta' fuq il-ħoġor/ta' 3 ankraġġi/statiċi/bl-apparat li jiġbed lura, approvati skond ir-Regolament Nru 16 ta' l-ECE jew skond standards oħra ekwivalenti. (Aqta' dak li ma japplikax.)

    15.3.3.

    il-metodu ta' l-użu għandu jintwera b'ritratti u/jew disinni tassew ċari. Fil-każ ta' sits li jistgħu jintużaw kemm iħarsu 'l quddiem u kemm iħarsu lura, trid tingħata twissija ċara biex it-trażżin jinżamm iħares lura sakemm il-massa tat-tifel hija akbar minn limitu ddikjarat, jew sakemm ma jinqabiżx xi kriterju dimensjonali ieħor.

    15.3.4.

    it-tħaddim tal-bokkla u ta' l-apparati għall-aġġustament għandu jiġi spjegat b'mod li jinftiehem;

    15.3.5.

    għandu jkun rakkomandat li kwalunkwe ċinga li żżomm it-trażżin mal-vettura għandha tkun issikkata, li kwalunkwe ċinga li trażżan it-tfal għandha tkun aġġustata skond il-ġisem tat-tfal, u li ċ-ċineg m'għandhomx jinbarmu;

    15.3.6.

    għandha tiġi enfasizzata l-importanza li jkun żgurat li kwalunkwe ċinga ta' fuq il-ħoġor tintlibes 'l isfel, biex il-pelvi jkun marbut sew;

    15.3.7.

    għandu jkun rakkomandat li t-tagħmir għandu jitbiddel meta dan ġie suġġett għal tensjonijiet vjolenti f'aċċident;

    15.3.8.

    għandhom jingħataw struzzjonijiet kif jitnaddaf it-tagħmir;

    15.3.9.

    għandha tingħata twissija ġenerali lill-utent rigward il-periklu li ssir kwalunkwe alterazzjoni jew żjieda mat-tagħmir mingħajr l-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti, u l-periklu jekk ma jiġux segwiti mill-qrib l-istruzzjonijiet ta' l-installazzjoni pprovduti mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal;

    15.3.10.

    meta s-siġġu ma jkunx provdut b'kisi tad-drapp, għandu jkun rakkomandat li s-siġġu jinżamm 'il bogħod mid-dawl tax-xemx, inkella jista' jsir jaħraq wisq għall-ġilda tat-tfal;

    15.3.11.

    għandu jkun rakkomandat li t-tfal ma jitħallewx fis-sistema tat-trażżin għat-tfal tagħhom mingħajr sorveljanza;

    15.3.12.

    għandu jkun rakkomandat li kwalunkwe bagalja jew oġġett ieħor li jista' jkun il-kawża li xi ħadd iweġġa' fil-każ ta' kolliżjoni għandu jkun marbut kif suppost.

    15.3.13.

    Għandu jkun rakkomandat li:

    (a)

    It-trażżin għat-tfal m'għandux jintuża mingħajr il-kisi.

    (b)

    Il-kisi tas-sit m'għandu jitbiddel ma' l-ebda kisi ieħor ħlief dak irrakkomandat mill-manifattur, għax il-kisi huwa parti integrali mill-attività tat-trażżin.

    15.3.14.

    Għandu jkun hemm test jew disinn li jindika kif l-utent jista' jidentifika pożizzjoni mhux sodisfaċenti tal-bokkla taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti relattiva għall-punti tal-kuntatt prinċipali li jerfgħu t-tagħbija fuq it-trażżin. L-utent għandu jiġi mgħarraf biex jikkuntattja lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jekk għandu xi dubju dwar dan il-punt.

    15.3.15.

    Jekk it-trażżin għat-tfal joffri punt tal-kuntatt li jerfa' t-tagħbija alternattiv, l-użu tiegħu għandu jiġi deskritt b'mod ċar. L-utent għandu jiġi informat dwar kif għandu jiġġudika li l-użu ta' din ir-rotta alternattiva huwa sodisfaċenti. L-utent għandu jiġi mgħarraf biex jikkuntattja lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jekk għandu xi dubju dwar dan il-punt. L-utent għandu jiġi mgħarraf b'mod ċar biex jibda l-installazzjoni tat-trażżin għat-tfal f'pożizzjonijiet li fihom ipoġġu l-passiġġieri tal-vettura kklassifikatai bħala “Universali” fil-manwal tal-propjetarju tal-vettura, billi juża r-rotta primarja taċ-ċinturin.

    15.3.16.

    Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet biex l-istruzzjonijiet jistgħu jinżammu fuq it-trażżin għat-tfal matul il-perjodu li dan idum iservi jew fil-manwâl tal-vettura fil-każ ta' trażżin inkorporat.

    15.3.17.

    Għandu jkun hemm twissija espliċita biex ma jintuża l-ebda punt ta' kuntatt li jerfa' t-tagħbija ħlief dawk deskritti fl-istruzzjonijiet u mmarkati fit-trażżin għat-tfal.

    15.3.18.

    Gћal sistema ta' trażżin gћat-tfal ISOFIX, fl-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jingħataw struzzjonijiet sabiex jinqara l-manwal tal-manifattur tal-vettura.

    16.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA' APPROVAZZJONI, U TAD- DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    16.1.

    Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli milli jwettqu t-testijiet ta' l-approvazzjoni u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' l-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


    (1)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda,5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnia u Ħerzegovina, 32 gaħl-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għall-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ta ’ l-ECE rispettiv tagħhom) 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t ’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. Numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta ’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta ’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b ’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

    (2)  ISOFIX universal CRS tfisser sistemi ta' trażżin li jħarsu 'l quddiem sabiex jintużaw f'vetturi b'pożizzjonijiet mgħammra bis-sistema ta' ankoraġġi ISOFIX u ankoraġġ minn fuq.

    (3)  ISOFIX semi universal CRS tfisser:

    sistemi ta' trażżin li jħarsu 'l quddiem mgħammra b'appoġġ għas-saqajn jew

    sistemi ta' trażżin li jħarsu lura mgħammra b'appoġġ għas-saqajn jew ċinga minn fuq għall-użu f'vetturi b'pożizzjonijiet mgħammra bis-sistemi ta' ankoraġġ jew ankoraġġ minn fuq jekk meħtieġ

    jew sistemi ta' trażżin li jħarsu lura, appoġġati bid-dexbord tal-vettura, għall-użu f'vetturi li għandhom sit tal-passiġġier ta' quddiem mgħammar bis-sistema ta' ankoraġġ ISOFIX, jew sistemi ta' trażżin li jħarsu lejn il-ġenb mgħammra jekk meħtieġ b'tagħmir kontra d-dawran għall-użu f'vetturi b'pożizzjonijiet mgħammra bis-sistema ta' ankoraġġi ISOFIX u ankoraġġ minn fuq jekk meħtieġ.

    (4)  Il-limiti għall-aċċellerazzjoni tas-sider ma japplikawx meta jintuża l-manikin “tat-tarbija tat-twelid” għax dan m ’għandux tagħmir li jkejjel.

    (5)  Il-manikin tat-tarbija tat-twelid m ’huwa mgħammar bl-ebda inserzjoni ta’ l-addome. Għalhekk tista’ tintuża biss analiżi suġġettiva bħala gwida għall-penetrazzjoni ta’ l-addome.

    (6)  It-tolleranzi fuq id-dimensjonijiet sakemm mhux speċifikat mod ieħor, li mhumiex validi għal-limiti

    Medda ta ’ dimen- sjonijiet (mm)

    Inqas minn 6

    aktar minn 6 sa 30

    aktar minn 30 sa 120

    aktar minn 120 sa 315

    aktar minn 315 sa 1 000

    Aktar minn 1 000

    Tolleranza (mm)

    ±0,5

    ± 1

    ±1,5

    ± 2

    ± 3

    ± 4

    Tolleranzi angulari sakemm mhux iddikjarat mod ieħor: ± 1.

    (*)  Matul l-ikkalibrar, id-distanza tat-twaqqif għandha tkun ta' 650 ± 30 mm

    (**)  Matul l-ikkalibrar, id-distanza tat-twaqqif għandha tkun ta' 275 ± 20 mm.

    Nota

    :

    Is-sistemi kollha tat-trażżin għall-gruppi 0 u 0+ għandhom jiġu ttestjati skond il-kondizzjonijiet “Li jħarsu lura” f'impatt minn quddiem u minn wara.

    IT-TIFSIRA:

    Il-livell tat-test Nru 1

    :

    Kif stipulat fl-Anness 7 – impatt minn quddiem.

    Il-livell tat-test Nru 2

    :

    Kif stipulat fl-Anness 7 – impatt minn wara.

    Il-livell tat-test Nru 3

    :

    Il-livell tat-tnaqqis fil-veloċità tal-vettura soġġetta għal impatt minn quddiem.

    Il-livell tat-test Nru 4

    :

    Il-livell tat-tnaqqis fil-veloċità tal-vettura soġġetta għal impatt minn wara.

    (***)  g = 9,81 m/sek2


    ANNESS 1

    IL-KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 x 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA' L-APPROVAZZJONI

    Image

    Is-sistema tat-trażżin għat-tfal li għandha l-marka ta' l-approvazzjoni t’hawn fuq hija tagħmir li jista' jiġi installat fi kwalunkwe vettura u li jista' jintuża għal medda ta' mases ta' bejn id-9 kg u s-36 kg (il-Gruppi I sa III); hija approvata fl-Olanda (E4) taħt in-numru 042439. In-numru ta' l-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ingħatat skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament li jikkonċerna l-approvazzjoni ta'tagħmir ta' trażżin għal tfal li jirkbu bħala passiġġieri f’vetturi bil-magna (“sistema ta' trażżin għat-tfal”) kif emendati mis-serje 03 ta' emendi.

    Image

    Is-sistema tat-trażżin għat-tfal li għandha l-marka ta' l-approvazzjoni t’hawn fuq hija tagħmir li ma jistax jiġi installat f'kull vettura u li jintuża għal medda ta' mases ta' bejn id-9 kg u l-25 kg (il-Gruppi I u II); hija approvata fl-Olanda (E4) taħt in-numru 042439. In-numru ta' l-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ingħatat skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' tagħmir ta' trażżin għal tfal li jirkbu bħala passiġġieri f’vetturi bil-magna (“sistema ta' trażżin għat-tfal”) kif emendati mis-serje 03 ta' emendi. Is-simbolu “Y” jindika li s-sistema tinkludi ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox.

    Nota:

    In-numru ta' l-approvazzjoni u s-simbolu(i) addizzjonali jridu jitpoġġew viċin taċ-ċirku u jew ’il fuq jew ’l isfel mill-“E” jew lejn il-lemin jew lejn ix-xellug tagħha. Il-figuri tan-numru ta' l-approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa ta' l-“E” u jridu jkunu orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu(i) addizzjonali jrid(u) ikun(u) dijametrikament opposti għan-numru ta' l-approvazzjoni. L-użu ta' numri Rumani bħala numri ta' l-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx jista' jkun hemm konfużjoni ma' simboli oħra.


    ANNESS 3

    L-ARRANĠAMENT TA' L-APPARAT GĦAT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAT-TRAB

    (id-dimensjonijiet huma f'millimetri)

    Image Image

    ANNESS 4

    IT-TEST TAL-KORRUŻJONI

    1.   L-APPARAT TAT-TEST

    1.1.

    L-apparat għandu jikkonsisti minn kumpartiment għar-raxx irqiq ta' likwidu, kontenitur fejn tinżamm is-soluzzjoni tal-melħ, provvista ta' arja kkompressata kkondizjonata kif inhu xieraq, żennuna waħda jew aktar li jatomizzaw, l-appoġġi tal-kampjuni, il-faċilità li jissaħħan il-kumpartiment, u l-mezzi meħtieġa għall-kontroll. Id-daqs u l-kostruzzjoni ddettaljata ta' l-apparat jistgħu jingħażlu, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet tat-test.

    1.2.

    Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumula mas-saqaf jew ma' l-għatu tal-kumpartiment ma jaqax fuq il-kampjuni tat-test.

    1.3.

    Il-qtar tas-soluzzjoni li jaqa' mill-kampjuni tat-test m'għandux jerġa' jitpoġġa fil-kontenitur biex ikunu sprejjati mill-ġdid.

    1.4.

    L-apparat m'għandux jinbena minn materjali li se jaffetwaw il-kondizzjoni tal-kurrużjoni tar-raxx irqiq tal-likwidu.

    2.   IL-POST TAL-KAMPJUNI TAT-TEST FIL-KABINETT TAR-RAXX IRQIQ TAL-LIKWIDU

    2.1.

    Il-kampjuni, minbarra l-apparati li jiġbdu lura, għandhom jiġu sostnuti jew sospiżi bejn 15o u 30o mil-linja vertikali u preferibbilment ikunu paralleli għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq tal-likwidu minn ġol-kumpartiment, ibbażat fuq is-superfiċje dominanti li tkun qed tiġi ttestjata.

    2.2.

    L-apparati li jiġbdu lura għandhom jiġu sostnuti jew sospiżi b'mod li l-assi tar-rukkell fejn tintrefa' ċ-ċinga għandhom ikunu perpendikulari għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq tal-likwidu minn ġol-kumpartiment. Il-fetħa taċ-ċinga fl-apparat li jiġbed lura għandha tkun qed tħares ukoll f'din id-direzzjoni prinċipali.

    2.3.

    Kull kampjun għandu jitpoġġa b'tali mod li jippermetti li r-raxx irqiq tal-likwidu joqgħod liberament fuq il-kampjuni kollha.

    2.4.

    Kull kampjun għandu jitpoġġa b'mod li ma jħallix li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun wieħed tqattar fuq kwalunkwe kampjun ieħor.

    3.   IS-SOLUZZJONI TAL-MELĦ

    3.1.

    Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata billi jinħallu 5 ± 1 partijiet skond il-massa ta' melħ komuni tal-mejda f'95 parti ta' ilma distillat. Il-melħ għandu jkun melħ komuni li huwa sostanzjalment ħieles minn nîkil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta' jodur tas-sodju u mhux aktar minn 0,3 fil-mija ta' l-impuritajiet totali meta jkun xott.

    3.2.

    Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f'temperatura ta' 35 oC, is-soluzzjoni li tinġabar tkun f'medda ta' pH ta' 6,5 sa 7,2.

    4.   L-ARJA KKOMPRESSATA

    4.1.

    Il-provvista ta' l-arja kkompressata għaż-żennuna jew għaż-żennuni li jatomizzaw is-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-ħmieġ, u għandha tinżamm fi pressjoni ta' bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.

    5.   IL-KONDIZZJONIJIET FIL-KUMPARTIMENT TAR-RAXX IRQIQ TAL-LIKWIDU

    5.1.

    Iż-żona ta' l-espożizzjoni tal-kumpartiment tar-raxx irqiq tal-likwidu għandha tinżamm f'35 ± 5EC. Ta' l-inqas żewġ reċipjenti nodfa li jiġbru r-raxx irqiq tal-likwidu għandhom jitpoġġew fiż-żona ta' l-espożizzjoni, ħalli ma tinġabar l-ebda qatra tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn kwalunkwe sors ieħor. Ir-reċipjeni li jiġbru għandhom jitpoġġew viċin il-kampjuni tat-test, wieħed viċin kemm jista' jkun ta' kwalunkwe żennuna u wieħed 'il bogħod kemm jista' jkun miż-żennuni kollha. Ir-raxx irqiq tal-likwidu għandu jkun tali li, għal kull 80 ċm2 ta' erja orizzontali tal-ġbir, jinġabru f'kull reċipjent li jiġbor minn 1,0 sa 2,0 ml ta' soluzzjoni kull siegħa, meta mkejla fuq medja ta' mill-inqas 16-il siegħa.

    5.2.

    Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu diretti jew irregolati, ħalli l-isprej ma jaffetwax direttament il-kampjuni tat-test.


    ANNESS 5

    IT-TEST TAL-BRIX U TAL-MICROSLIP

    Figura 1:

    Il-proċedura tat-tip 1

    L-eżempju a

    Image

    L-eżempju b

    Image

    Eżempji ta' arranġamenti tat-test li jikkorrispondu mat-tip ta' apparat għall-aġġustament.

    Figura 2:

    Il-proċedura tat-tip 2

    Image Image

    Figura 3:

    It-test tal-microslip

    Image

    It-tagħbija ta' 50 N fuq it-tagħmir ta' l-ittestjar għandha tkun iggwidata vertikalment b'tali mod li t-tagħbija ma titħallix titbandal u lanqas iċ-ċinga tinbaram.

    It-tagħmir li jwaħħal għandu jiġi ffissat mat-tagħbija ta' 50 N bl-istess mod bħal fil-vettura.


    ANNESS 6

    ID-DESKRIZZJONI TAT-TRÒLI

    1.   IT-TRÒLI

    1.1.

    Għal testijiet fuq sistemi ta' trażżin gћat-tfal, it-tròli, li jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa ta' 400 ± 20 kg. Għal testijiet fuq sistemi tat-trażżin gћat-tfal fil-kategorija speċifika tal-vettura, it-tròli bl-istruttura tal-vettura mwaħħla miegħu għandu jkollu massa ta' 800 kg. Madankollu, il-massa totali tat-tròli u ta' l-istruttura tal-vettura tista', jekk ikun meħtieġ, tiġi miżjuda b'żjidiet ta' 200 kg. Il-massa totali m'għandha tvarja mill-valur nominali b'aktar minn ± 40 kg fl-ebda każ.

    2.   L-ISKRIN TA' L-IKKALIBRAR

    2.1.

    Għandu jitwaħħal sew skrin ta' l-ikkalibrar mat-tròli b'linja tal-limitu tal-moviment immarkata fuqu b'mod ċar biex ikun hemm konformità mal-kriterji tal-moviment 'il quddiem li jridu jiġu determinati mid-dokumentazzjoni fotografika.

    3.   IS-SIT

    3.1.

    Is-sit għandu jkun mibni kif ġej:

    3.1.1.

    Dahar riġidu, fiss, bid-dimensjonijiet tiegħu jingħataw fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness. Il-parti t'isfel u l-parti ta' fuq huma magħmula minn tubu b'dijametru ta' 20 mm;

    3.1.2.

    Postijiet bilqiegħda riġidi, li d-dimensjonijiet tagħhom huma mogħtija fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness. Il-parti ta' wara tal-post bilqiegħda hija magħmula minn pjanċa riġida tal-metall, li t-tarf ta' fuq tagħha hija tubu b'dijametru ta' 20mm. Il-parti ta' quddiem tal-post bilqiegħda hija wkoll magħmula minn tubu b'dijametru ta' 20 mm;

    3.1.3.

    Għall-aċċess għas-saljaturi ta' l-ankraġġ, għandhom isiru fetħiet fuq in-naħa ta' wara tal-kuxxin tas-sit, kif provdut fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness;

    3.1.4.

    Il-wisa' tas-sit għandha tkun ta' 800 mm;

    3.1.5.

    Id-dahar u l-post bilqiegħda għandhom jinksew b'fowm tal-polijuretejn, li l-karatteristiċi tiegħu jingħataw fit-Tabella 1. Id-dimensjonijiet tal-kuxxin jingħataw fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness;

    Tabella 1:

    Id-densità skond l-ISO 485 (kg/m3)

    43

    Kemm jiflaħ jissaporti skond l-ISO 2439B (N)

     

    P – 25 %

    125

    P – 40 %

    155

    Il-fattur ta' kemm jiflaħ jissaporti skond l-ISO 3386 (kPa)

    4

    It-titwil fil-ftuq skond l-ISO 1798 ( %)

    180

    Is-saħħa tal-ksur skond l-ISO 1798 (kPa)

    100

    Il-kompressjoni ffissata skond l-ISO 1856 ( %)

    3

    3.1.6.

    Il-fowm tal-polijuretejn għandu jinkesa bi drapp li jħares mix-xemx, magħmul minn fibra tal-poly-acrylate, li l-karatteristiċi tagħha jingħataw fit-Tabella 2.

    Tabella 2:

    Il-massa speċifika (g/m2)

    290

    Is-saħħa tal-ksur skond id-DIN 53587 fuq kampjun tat-test wiesa' 50 mm:

     

    għat-tul (kg):

    għall-wisa' (kg):

    120

    80

    3.1.7.

    Jinkesa s-sit u d-dahar tas-sit (1)

    3.1.7.1.

    Il-kuxxin tal-fowm tas-sit hija magħmula minn blokka kwadra tal-fowm (800 × 575 × 135 mm) b'tali mod (ara l-Figura 1 ta' l-Appendiċi 1 għal dan l-Anness) li l-forma tagħha tixbah il-forma tal-pjanċa tal-qiegħ ta' l-aluminju kif speċifikat fil-Figura 2 ta' l-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

    3.1.7.2.

    Sitt toqbiet jittaqbu bit-trapan fil-pjanċa tal-qiegħ sabiex din tkun tista' titwaħħal mat-tròli bil-boltijiet. It-toqbiet jittaqqbu bi trapan matul l-itwal naħa tal-pjanċa, tlieta fuq kull naħa, bil-pożizzjoni tagħhom tkun dipendenti fuq il-kostruzzjoni tat-tròli. Jiddaħħlu sitt boltijiet mit-toqob. Huwa rrakkomandat li l-boltijiet jiġu inkollati fuq il-pjanċa permezz ta' sustanza li twaħħal xierqa. Wara, l-boltijiet għandhom jintrabtu bl-skorfini.

    3.1.7.3.

    Il-materjal tal-kisi (1 250 × 1 200 mm, ara l-Figura 3 ta' l-Appendiċi 1 għal dan l-Anness) jinqata' mill-wisa' b'tali mod li ma jkunx possibbli għall-materjal li jitrikkeb wara l-kisi. Għandu jkun hemm spazju ta' madwar 100 mm bejn it-truf tal-materjal tal-kisi. Għalhekk il-materjal għandu jinqata' b'daqs ta' 1 200 mm, bejn wieħed u ieħor.

    3.1.7.4.

    Il-materjal tal-kisi huwa mmarkat b'żewġ linji min-naħa għall-oħra tal-materjal. Dawn jiġu mmarkati 375 mm mil-linja taċ-ċentru tal-materjal tal-kisi. (Ara l-Figura 3 ta' l-Appendiċi 1 għal dan l-Anness)

    3.1.7.5.

    Il-kuxxin tal-fowm tas-sit titpoġġa rasha 'l isfel fuq il-materjal tal-kisi bil-pjanċa tal-qiegħ ta' l-aluminju tiġi fuq.

    3.1.7.6.

    Fuq iż-żewġ naħat il-materjal tal-kisi jiġġebbed sakemm il-linji mmarkati fuqu jiġu jaqblu mat-truf tal-pjanċa tal-qiegħ ta' l-aluminju. F'kull pożizzjoni tal-bolt, isiru qatgħat żgħar u l-materjal tal-kisi jinġibed fuq il-boltijiet.

    3.1.7.7.

    Il-materjal tal-kisi għandu jinqaras fil-pożizzjoni tal-gruvs fil-pjanċa tal-qiegħ u fil-fowm.

    3.1.7.8.

    Il-kisi jiġi inkollat mal-pjanċa ta' l-aluminju b'kolla flessibbli. L-iskorfini għandhom jitneħħew qabel ma dan jiġi inkollat.

    3.1.7.9.

    Il-biċċiet ta' materjal ċatt li jiddendlu fuq il-ġenb jintlewew għal fuq il-pjanċa u jiġu inkollati wkoll.

    3.1.7.10.

    Il-biċċiet ta' materjal ċatt li jiddendlu fil-gruvs jintlewew 'l ġewwa u jitwaħħlu b'tejp b'saħħtu.

    3.1.7.11.

    Il-kolla flessibbli għandha tinxef ta' l-inqas għal 12-il siegħa.

    3.1.7.12.

    Il-kuxxin tad-dahar tas-sit jinkesa eżattament bl-istess mod bħas-sit, biss il-linji fuq il-materjal tal-kisi (1 250 × 850 mm) jiġu mmarkati 320 mm 'il bogħod mil-linja taċ-ċentru tal-materjal.

    3.1.8.

    Il-linja Cr tikkoinċidi mal-linja ta' l-intersezzjoni bejn il-pjan ta' fuq tas-sit u l-pjan ta' quddiem tad-dahar tas-sit.

    3.2.

    It-test tat-tagħmir li jħares lura

    3.2.1.

    Qafas speċjali għandu jitwaħħal fuq it-tròli sabiex isostni t-trażżin għat-tfal kif muri fil-figura 1.

    3.2.2.

    Tubu ta' l-azzar għandu jitwaħħal b'mod sod mat-tròli b'tali mod li tagħbija ta' 5 000 ± 50 N applikata b'mod orizzontali fuq iċ-ċentru tat-tubu ma tikkawżax moviment akbar minn 2 mm.

    3.2.3.

    Id-dimensjonijiet tat-tubu għandhom ikunu: 500 × 100 × 90 mm.

    Figura 1

    L-arranġament għall-ittestjar tat-tagħmir li jħares lura

    Image

    Dimensjonijiet f'mm

    3.3.

    Il-pjanċa tal-qiegħ tat-tròli

    3.3.1.

    Il-pjanċa tal-qiegħ tat-tròli gћandha tkun magћmula minn pjanċa ċatta tal-metall ta' ћxuna u ta' materjal uniformi, ara l-Figura 2 ta' l-Appendiċi 3 gћal dan l-Anness.

    3.3.1.1.

    Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun immontata b'mod riġidu fuq it-tròli. L-gћoli tal-pjanċa tal-qiegħ relattiv gћall-punt tal-projezzjoni ta' l-assi Cr, id-dimensjoni × 2/ (2) fil-Figura 2, gћandhom jiġu aġġustati sabiex jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 7.1.4.1.9.

    3.3.1.2.

    Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun iddisinjata b'tali mod li l-ebusija tas-superfiċje m'għandiex tkun inqas minn 120 HB, skond EN ISO 6506-1:1999.

    3.3.1.3.

    Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun tiflaћ gћal tagћbija applikata kkonċentrata vertikali ta' 5 kN mingћajr ma tikkawża moviment vertikali akbar minn 2 mm li jirreferi gћall-assi Cr u mingћajr ma jkun hemm deformazzjoni permanenti.

    3.3.1.4.

    Il-pjanċa tal-qiegħ gћandu jkollha ħruxija tas-superfiċje li ma teċċedix Ra 6,3 skond l-ISO 4287:1997.

    3.3.1.5.

    Il-bażi gћandha tkun iddisinjata b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti wara test dinamiku fuq sistema tat-trażżin gћat-tfal, skond dan ir-Regolament.

    4.   IT-TAGĦMIR LI JWAQQAF

    4.1.

    It-tagħmir jikkonsisti minn żewġ apparati li jassorbixxu identiċi armati b'mod parallel.

    4.2.

    Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża apparat assorbenti addizzjonali għal kull żjieda ta' 200 kg f'massa nominali. Kull apparat assorbenti għandu jinkludi:

    4.2.1.

    kisi fuq barra għall-ħarsien fformat minn tubu ta' l-azzar;

    4.2.2.

    tubu tal-polijuretejn assorbenti l-enerġija;

    4.2.3.

    pum ta' l-azzar ippolixxjat f'forma ta' żebbuġa li jippenetra l-apparat assorbenti; u

    4.2.4.

    xaft u pjanċa għall-impatt.

    4.3.

    Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta' dan l-apparat assorbenti jintwerew fid-disinn riprodott fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

    4.4.

    Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti jingħataw fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4 ta' dan l-Anness.

    4.5.

    Il-montatura tat-tagħmir li jwaqqaf għandha tinżamm ta' l-inqas għal 12-il siegħa f'temperatura bejn 15o u 25 oC qabel ma tintuża għat-testijiet ta' l-ikkalibrar deskritti fl-Anness 7 għal dan ir-Regolament. It-tagħmir li jwaqqaf għandu, għal kull tip ta' test, jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa tar-rendiment stabbiliti fl-appendiċi 1 u 2 ta' l-Anness 7. Għal testijiet dinamiċi ta' trażżin għat-tfal, il-montatura tat-tagħmir li jwaqqaf għandha tinżamm għal ta' l-inqas 12-il siegħa fl-istess temperatura, sa ± 2 oC, bħal dak tat-test ta' l-ikkalibrar. Kwalunkwe tagħmir ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti jista' jiġi aċċettat.

    Tabella 3

    Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti “A”

    (Il-Metodu D 735 ta' l- ASTM (is-Soċjetà Amerikana ta' l-Ittestjar u tal-Materjali) sakemm mhux iddikjarat mod ieħor)

    L-ebusija tat-tagħfis (fuq struttura) A:

    95 ± 2 f'temperatura ta' 20 ± 5 oC

    Is-saħħa tal-ksur:

    Ro 350 kg/ċm2

    It-titwil minimu:

    Ao 400 %

    Il-modulu meta mtawwal 100 %:

    110 kg/ċm2

    meta mtawwal 300 %:

    240 kg/ċm2

    Il-fraġilità f'temperatura baxxa (Il-Metodu D736 ta' l-ASTM):

    5 sigħat f'temperatura ta' - 55 oC

    Is-sett tal-kompressjoni (Metodu B):

    22 siegħa f'70 oC 45 %

    Id-densità f'25 oC:

    1,05 sa 1,10

    Il-mogħdija taż-żmien fl-arja (Il-Metodu D 573 ta' l-ASTM)

    70 siegħa f'temperatura ta' 100 oC:

    l-ebusija tat-tagħfis: varjazzjoni mass. ta' ± 3

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis b'< 10 % fir-Ro

    it-titwil: tnaqqis ta' < 10 % fl-Ao

    il-piż: tnaqqis ta' < 1 %

    Tgħaddis fiż-żejt (Il-Metodu Nru 1 ta' l-ASTM Żejt):

    70 siegħa f'temperatura ta' 100 oC:

    l-ebusija tat-tagħfis: varjazzjoni mass. ta' ± 4

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 % fir-Ro

    it-titwil: tnaqqis ta' < 10 % fl-Ao

    il-volum: nefħa ta' < 5 %

    Tgħaddis fiż-żejt (Il-Metodu Nru 3 ta' l-ASTM Żejt):

    70 siegħa f'temperatura ta' 100 oC:

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 % fir-Ro

    it-titwil: tnaqqis ta' < 15 % fl-Ao

    il-volum: nefħa ta' < 20 %

    Tgħaddis fl-ilma distillat:

    Ġimgħa f'temperatura ta' 70 oC:

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 35 % fir-Ro

    it-titwil: żjieda ta' < 20 % fl-Ao


    Tabella 4

    Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti “B”

    (Il-Metodu 2000 ta' l-ASTM (1980) sakemm mhux iddikjarat mod ieħor)

    L-ebusija tat-tagħfis A:

    88 ± 2 f'temperatura ta' 20 ± 5 oC

    Is-saħħa tal-ksur:

    Ro 300 kg/ċm2

    It-titwil minimu:

    Ao 400 %

    Il-modulu meta mtawwal 100 %:

    70 kg/ċm2

    meta mtawwal 300 %:

    130 kg/ċm2

    Il-fraġilità f'temperatura baxxa (Il-Metodu D 736 ta' l-ASTM):

    5 sigħat f'temperatura ta' – 55 oC

    Is-sett tal-kompressjoni (il-Method B):

    22 siegħa f'temperatura ta' 70 oC 45 %

    Id-densità f'temperatura ta' 25 oC:

    1,08 sa 1,12

    Il-mogħdija taż-żmien fl-arja (Il-Metodu D573 ta' l-ASTM (1981)):

    70 siegħa f'temperatura ta' 100 oC:

    l-ebusija tat-tagħfis: varjazzjoni mass. ta' ± 3

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 10 % fir-Ro

    it-titwil: tnaqqis ta' < 10 % fl-Ao

    il-piż: tnaqqis ta' < 1 %

    Tgħaddis fiż-żejt (Il-Metodu D 471 ta' l-ASTM (1979) Żejt Nru 1):

    70 siegħa f'temperatura ta' 100 oC:

    l-ebusija tat-tagħfis: varjazzjoni mass. ta' ± 4

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 % fir-Ro

    it-titwil: tnaqqis ta' < 10 % fl-Ao

    il-volum: nefħa ta' < 5 %

    Tgħaddis fiż-żejt (Il-Metodu D 471 ta' l-ASTM (1979) Żejt Nru 3):

    70 siegħa f'temperatura ta' 100 oC:

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 15 % fir-Ro

    it-titwil: tnaqqis ta' < 15 % fl-Ao

    il-volum: nefħa ta' < 20 %

    Tgħaddis fl-ilma distillat:

     

    Ġimgħa f'temperatura ta' 70 oC:

    is-saħħa tal-ksur: tnaqqis ta' < 35 % fir-Ro

    it-titwil: żjieda ta' < 20 % fl-Ao


    (1)  Id-dettalji tal-materjali użati f'dan il-proċess jistgħu jinkisbu mit-TNO (L-Istitut tar-Riċerka għall-Vetturi tat-Triq), Schoemakerstraat 97, 2628 VK Delft, l-Olanda.

    (2)  Id-dimensjoni × għandha tkun ta' 210 mm b'medda ta' aġġustament ta' ± 70 mm

    L-Appendiċi 1

    Figura 1:

    Id-dimensjonijiet tas-sit u tal-kuxxins tas-sit

    Image

    Figura 2:

    Id-dimensjonijiet tal-pjanċa tal-qiegħ ta' l-aluminju

    Il-pjanċa ta' l-aluminju qabel il-liwja

    Image

    Dimensjonijiet f'mm.

    Figura 3:

    Id-dimensjonijiet tal-materjal tal-kisi

    Immarka l-linji fuq il-materjal

    Image

    dimensjonijiet f'mm

    Figura 4:

    Dehra tridimensjonali tas-sit

    Image

    L-Appendiċi 2

    It-tagħmir li jwaqqaf

    id-dimensjonijiet ta' l-impatt minn quddiem (f'mm)

    Figura 1

    Image

    Figura 1a

    Il-materjal A

    Image

    Figura 1b

    Il-materjal B

    Image

    Figura 2

    Il-pum f'forma ta' żebbuġa tat-tagħmir li jwaqqaf

    Image

    *

    din id-dimensjoni tista' tvarja bejn 43 u 49 mm

    Figura 3

    Il-pum f'forma ta' żebbuġa tat-tagħmir li jwaqqaf

    Image

    Dimensjonijiet f'mm

    Figura 4

    It-tagħmir li jwaqqaf (armat)

    L-impatt minn wara

    Dimensjonijiet f'mm

    Image

    Figura 5

    It-tubu tal-polijuretejn tat-tagħmir li jwaqqaf

    L-impatt minn wara

    Image

    materjal A

    L-Appendiċi 3

    L-ARRANĠAMENT U L-UŻU TA' L-ANKRAĠĠI FUQ IT-TRÒLI TAT-TEST

    1.

    L-ankraġġi għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni kif muri fil-figura t'aktar 'l isfel. Meta titwaћћal il-pjanċa standard ta' l-ankraġġ mal-punti ta' l-ankraġġ A u B jew B0, il-pjanċi gћandhom ikunu mmontati bil-bolt fid-direzzjoni trasversali orizzontali bis-superfiċje angolata tћares 'il ġewwa, u gћandu jkun liberu sabiex idur madwar l-assi.

    2.

    It-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali” u “ristrett” għandhom jużaw il-punti għall-ankraġġi li ġejjin:

    2.1.

    Għat-trażżin għat-tfal li jużaw ċinturini ta' fuq il-ħoġor, il-punti A u B;

    2.2.

    Għat-trażżin għat-tfal li jużaw ċinturini ta' fuq il-ħoġor u dawk dijagonali, il-punti A, B0, u C.

    2.3.

    Gћal trażżin gћat-tfal li jużaw żjieda ISOFIX, l-iktar punt fuq wara H1 u H2.

    3.

    L-ankraġġi A, B u/jew (l-aktar lura) H1 H2 u D għandhom jintużaw għat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “semi-universali” li għandhom ankraġġi ta' fuq addizzjonali wieħed biss.

    4.

    L-ankraġġi A, B u/jew (l-aktar lura) H1 H2, E u F għandhom jintużaw għat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “semi-universali” li għandhom żewġ ankraġġi ta' fuq addizzjonali.

    5.

    Il-punti ta' l-ankraġġi R1, R2, R3, R4 u R5 huma l-punti ta' l-ankraġġi addizzjonali għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal li jħarsu lura fil-kategorija “semi-universali” li għandhom ankraġġ addizzjonali wieħed jew aktar (ara l-paragrafu 8.1.3.5.3.).

    6.

    Ħlief fil-każ tal-punt C, (li jirrapreżenta l-pożizzjoni ta' l-ingassa ta' mal-kolonna) il-punti li jikkorrispondu għall-arranġament ta' l-ankraġġ juru fejn it-truf taċ-ċinturin għandhom jintrabtu mat-tròli jew mat-transducer (kull apparat maħsub biex jibdel sinjal li mhux elettriku f'sinjal elettriku) tat-tagħbija, skond il-każ. L-istruttura li qed iġġorr l-ankraġġi għandha tkun riġida. L-ankraġġ ta' fuq m'għandux jiġi spostat b'aktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tiġi applikata tagħbija ta' 980 N f'dik id-direzzjoni. It-tròli għandu jkun mibni b'tali mod li m'għandha sseħħ l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li jġorru l-ankraġġi matul it-test.

    7.

    Għall-kerrikots tal-grupp 0, il-punti A1 u/jew B1 jistgħu jintużaw alternattivament, kif speċifikat mill-manifattur tas-sistemi tat-trażżin. A1 u B1 jinstabu fuq linja trasversali li tgħaddi minn R1 f'distanza ta' 350 mm minn R1.

    8.

    Għall-ittestjar tat-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali” u “ristretta”, mas-sit tat-test għandu jitwaħħal ċinturin standard ta' l-apparat li jinġibed lura, kif speċifikat fl-Anness 13. L-istrixxi li jintużaw bejn l-apparat li jiġbed lura u l-pjanċa ta' l-ankraġġ A1 taċ-ċinturin tas-sigurtà standard gћandha tiġi mġedda gћal kull test dinamiku.

    9.

    Gћall-ittestjar tat-trażżin gћat-tfal bl-irbit ta' fuq, gћandu jintuża l-ankraġġ G1 jew G2.

    10.

    Fil-każ ta' trażżin gћat-tfal li juża riġel ta' appoġġ, is-servizz tekniku gћandu jagћżel l-ankraġġi li gћandhom jintużaw skond il-paragrafi 2, 3, 4 jew 5 t'aktar 'il fuq u bir-riġel ta' appoġġ aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.4.1.9.

    Figura 1

    Image

    Figura 2

    Image

    Figura 3

    Image

    ANNESS 7

    IL-KURVA TAT-TNAQQIS FIL-VELOĊITÀ TAT-TRÒLI BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

    1.

    Il-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tat-tròli mgħobbi b'mases li ma jiċċaqalqux biex jipproduċu massa totali ta' 455 ± 20 kg fil-każ tat-testijiet tat-trażżin għat-tfal imwettqa skond il-paragrafu 8.1.3.1 ta' dan ir-Regolament, u ta' 910 ± 40 kg fil-każ tat-testijiet tat-trażżin għat-tfal imwettqa skond il-paragrafu 8.1.3.2 ta' dan ir-Regolament, fejn il-massa nominali tat-tròli u l-istruttura tal-vettura hija ta' 800 kg, trid tibqa', fil-każ ta' impatt minn quddiem, ġewwa l-erja skura murija fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness, u fil-każ ta' impatt minn wara, ġewwa l-erja skura murija fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

    2.

    Jekk ikun meħtieġ, il-massa nominali tat-tròli u l-istruttura tal-vettura mwaħħla tista' tiġi miżjuda għal kull żjieda ta' 200 kg permezz ta' massa li ma tiċċaqlaqx addizzjonali ta' 28 kg. Il-massa totali tat-tròli u l-istruttura tal-vettura u l-mases li ma jiċċaqalqux fl-ebda każ m'għandhom ivarjaw mill-valur nominali tat-testijiet ta' l-ikkalibrar b'aktar minn ± 40 kg. Matul l-ikkalibrar tat-tagħmir li jwaqqaf, id-distanza tat-twaqqif għandha tkun ta' 650 ± 30 mm għall-impatt minn quddiem, u 275 ± 20 mm għall-impatt minn wara.

    3.

    Il-proċeduri ta' l-ikkalibrar u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma' dawk iddefiniti fl-istandard internazzjonali ta' l-ISO 6487 (1980), it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi ma' l-ispeċifikazzjoni ta' kanal tad-data, bi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) 60.

    Appendiċi 1

    Il-kurvi tat-tnaqqis fil-veloċità tat-tròli bħala funzjoni tal-ħin

    (il-kurva għall-ikkalibrar tat-tagħmir li jwaqqaf)

    L-impatt minn quddiem

    Image

    Appendiċi 2

    Il-kurvi tat-tnaqqis fil-veloċità tat-tròli bħala funzjoni tal-ħin

    (il-kurva għall-ikkalibrar tat-tagħmir li jwaqqaf)

    L-impatt minn wara

    Image

    ANNESS 8

    ID-DESKRIZZJONI TAL-MANIKINI

    1.

    Ġenerali

    1.1.

    Il-manikini stipulati f'dan ir-Regolament huma deskritti fl-Appendiċi 1 sa 3 għal dan l-Anness, u fid-disinni tekniċi prodotti mit-TNO (L-Istitut tar-Riċerka għall-Vetturi tat-Triq), Schoemakerstraat 97, 2628 VK Delft, l-Olanda.

    1.2.

    Jistgħu jintużaw manikini alternattivi sakemm:

    1.2.1.

    Tista' tinwera l-ekwivalenza tagħhom għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti, u

    1.2.2.

    L-użu tagħhom huwa ddokumentat fir-rapport tat-test, u fil-formola tal-komunikazzjoni deskritta fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    Appendiċi 1

    ID-DESKRIZZJONI TAL-MANIKINI TA' 9 XHUR U TA' 3, 6 U 10 SNIN

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikini deskritti aktar 'l isfel huma bbażati fuq l-antropometrija ta' 50 fil-mija tat-trabi li għandhom 9 xhur, u 3, 6 u 10 snin rispettivament.

    1.2.

    Il-manikini jikkonsistu fi skeletru tal-metall u tal-polijester b'komponenti tal-ġisem magħmula minn forom tal-polijuretejn.

    1.3.

    Għal disinn li juri l-bċejjeċ tal-manikin bħallikieku mifrudin minn xulxin imma fil-pożizzjonijiet relattivament normali tagħhom, ara l-Figura 9.

    2.   IL-KOSTRUZZJONI

    2.1.   Ir-ras

    2.1.1.

    Ir-ras hija magħmula mill-polijuretejn u rrinforzata minn strixxi tal-metall. Ġewwa r-ras ikun possibbli li jiġi installat it-tagħmir tal-kejl fuq blokka tal-polijamide fiċ-ċentru tal-gravità.

    2.2.   L-irkiekel (tas-sinsla tad-dahar tal-manikin)

    2.2.1.   L-irkiekel ta' l-għonq

    2.2.1.1.

    L-għonq huwa magħmul minn 5 ċrieki tal-polijuretejn li fihom ċentru ta' elementi tal-polijamide. Il-blokka ta' l-ewwel u t-tieni rkiekel ta' l-għonq hija magħmula mill-polijamide.

    2.2.2.   L-irkiekel tal-ġenbejn

    2.2.2.1.

    Il-ħames irkiekel tal-ġenbejn huma magħmula mill-polijamide.

    2.3.   Is-sider

    2.3.1.

    L-iskeletru tas-sider jikkonsisti minn qafas ta' l-azzar f'forma ta' tubu li fuqu huma armati l-ġogi tad-dirgħajn. Is-sinsla tikkonsisti minn kejbil ta' l-azzar b'erba' terminali mwaħħla bil-kamin.

    2.3.2.

    L-iskeletru huwa miksi bil-polijuretejn. Fil-ħofra tas-sider jista' jitpoġġa tagħmir għall-kejl.

    2.4.   Id-dirgħajn u r-riġlejn

    2.4.1.

    Id-dirgħajn u r-riġlejn huma wkoll magħmula mill-polijuretejn, irrinforzat b'elementi tal-metall fil-forma ta' tubi, strixxi u pjanċi kwadri. L-irkopptejn u l-minkbejn huma mgħammra b'ġogi tal-pern li jistgħu jiġu aġġustati. Il-ġogi tal-parti ta' fuq tad-driegħ u tal-parti ta' fuq tar-riġel jikkonsistu minn ġogi magħmula minn boċċa u sokit li jistgħu jiġu aġġustati.

    2.5.   Il-pelvi

    2.5.1.

    Il-pelvi huwa magħmul minn polijester irrinforzat bil-ħġieġ li huwa wkoll miksi bil-polijuretejn.

    2.5.2.

    Il-forma tal-parti ta' fuq tal-pelvi, li hija importanti biex tiġi ddeterminata s-sensittività għat-tagħbija ta' l-addome, hija simulata kemm jista' jkun possibbli mill-forma ta' pelvi tat-tfal.

    2.5.3.

    Il-ġogi tal-ġenbejn jinstabu eżatt taħt il-pelvi.

    2.6.   Il-montatura tal-manikin

    2.6.1.   L-għonq, is-sider u l-pelvi

    2.6.1.1.

    L-irkiekel tal-ġenbejn u tal-pelvi huma mwaħħla b'kamin fuq il-kejbil ta' l-azzar u t-tensjoni tagħhom hija aġġustata permezz ta' skorfina. L-irkiekel ta' l-għonq huma armati u aġġustati bl-istess mod. Minħabba li l-kejbil ta' l-azzar ma jridx jitħalla ħieles li jiċċaqlaq minn ġos-sider, ma jridx kun possibbli li tiġi aġġustata t-tensjoni ta' l-irkiekel tal-ġenbejn mill-għonq jew bil-kontra.

    2.6.2.   Ir-ras u l-għonq

    2.6.2.1.

    Ir-ras tista' tiġi armata u aġġustata permezz ta' bolt u skorfina li jgħaddu mill-blokka ta' l-ewwel u tat-tieni rukkell ta' l-għonq.

    2.6.3.   It-torso, id-dirgħajn u r-riġlejn

    2.6.3.1.

    Id-dirgħajn u r-riġlejn jistgħu jiġu armati u aġġustati mat-torso permezz ta' ġogi magħmula minn boċċa u sokit.

    2.6.3.2.

    Għall-ġogi tad-dirgħajn il-boċċi jitqabbdu mat-torso; fil-każ tal-ġogi tar-riġlejn, dawn jitqabbdu mar-riġlejn.

    3.   IL-KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI

    3.1.   Il-massa

    Tabella 1

    Komponent

    Massa f'kg għal kull grupp ta' età

    9 xhur

    3 snin

    6 snin

    10 snin

    Ir-ras +

    2,20

    ±0,10

    2,70

    ±0,10

    3,45

    ±0,10

    3,60

    ±0,10

    It-torso

    3,40

    ±0,10

    5,80

    ±0,15

    8,45

    ±0,20

    12,30

    ±0,30

    Ta' fuq

    0,70

    ±0,05

    1,10

    ±0,05

    1,85

    ±0,10

    2,00

    ±0,10

    T'isfel

    0,45

    ±0,05

    0,70

    ±0,05

    1,15

    ±0,05

    1,60

    ±0,10

    Ta' fuq

    1,40

    ±0,05

    3,00

    ±0,10

    4,10

    ±0,15

    7,50

    ±0,15

    T'isfel

    0,85

    ±0,05

    1,70

    ±0,10

    3,00

    ±0,10

    5,00

    ±0,15

    Total

    9,00

    ±0,20

    15,00

    ±0,30

    22,00

    ±0,50

    32,00

    ±0,70

    3.2.   Id-dimensjonijiet prinċipali

    3.2.1.

    Id-dimensjonijiet prinċipali, ibbażati fuq il-figura 1 ta' dan l-Anness, jingħataw fit-tabella 2

    Figura 1

    Id-dimensjonijiet prinċipali tal-manikin

    Image

    Tabella 2

    Nru

    Dimensjonijiet

    Dimensjonijiet f'mm għal kull grupp ta' età

    9 xhur

    3 snin

    6 snin

    10 snin

    1

    Mill-parti ta' wara tan-nâtka sa quddiem ta' l-irkoppa

    195

    334

    378

    456

    2

    Mill-parti ta' wara tan-nâtka sal-popliteus, bilqiegħda

    145

    262

    312

    376

    3

    Miċ-ċentru tal-gravità sas-sit

    180

    190

    190

    200

    4

    Iċ-ċirkonferenza tas-sider

    440

    510

    580

    660

    5

    Il-fond tas-sider

    102

    125

    135

    142

    6

    Id-distanza bejn l-għadam ta' l-ispalla

    170

    215

    250

    295

    7

    Il-wisa' tar-ras

    125

    137

    141

    141

    8

    It-tul tar-ras

    166

    174

    175

    181

    9

    Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, bilqiegħda

    510

    590

    668

    780

    10

    Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, wieqaf (ma tintweriex)

    470

    550

    628

    740

    11

    Il-fond tal-ġenbejn, bilqiegħda

    125

    147

    168

    180

    12

    Il-wisa' tal-ġenbejn, bilqiegħda

    166

    206

    229

    255

    13

    Il-wisa' ta' l-għonq

    60

    71

    79

    89

    14

    Mis-sit sal-minkeb

    135

    153

    155

    186

    15

    Il-wisa' ta' l-ispalla

    216

    249

    295

    345

    16

    L-għoli ta' l-għajn, bilqiegħda

    350

    460

    536

    625

    17

    L-għoli, bilqiegħda

    450

    560

    636

    725

    18

    L-għoli ta' l-ispalla, bilqiegħda

    280

    335

    403

    483

    19

    Mill-qiegħ tas-sieq sal-popliteus, bilqiegħda

    125

    205

    283

    355

    20

    L-istatura (ma tintweriex)

    708

    980

    1 166

    1 376

    21

    It-tul tal-koxxa, bilqiegħda

    70

    85

    95

    106

    4.   L-AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI

    4.1.   Ġenerali

    4.1.1.

    Biex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu riprodotti billi jintużaw l-manikini, huwa essenzjali li jkunu speċifikati u aġġustati l-frizzjoni fil-ġogi differenti, it-tensjoni fil-kejbils ta' l-għonq u tal-ġenbejn, u l-ebusija tal-parti li tiddaħħal fl-addome.

    4.2.   L-aġġustament tal-kejbil ta' l-għonq

    4.2.1.

    Poġġi t-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

    4.2.2.

    Arma l-montatura kompleta ta' l-għonq mingħajr ir-ras.

    4.2.3.

    Issikka l-vit ta' l-apparat li jżid it-tensjoni fuq il-blokka ta' l-ewwel u tat-tieni rukkell ta' l-għonq.

    4.2.4.

    Għaddi żbarra jew vit bir-ras u bil-kamin adattat mill-blokka ta' l-ewwel u tat-tieni rukkell ta' l-għonq.

    4.2.5.

    Ħoll il-vit ta' l-apparat li jżid it-tensjoni sakemm il-blokka ta' l-ewwel u tat-tieni rukkell ta' l-għonq titniżżel b'10 ± 1 mm meta tiġi applikata tagħbija ta' 50 N diretta 'l isfel fuq l-iżbarra jew fuq il-vit bir-ras u bil-kamin minn ġo l-blokka ta' l-ewwel u tat-tieni rukkell ta' l-għonq (ara l-figura 2).

    Figura 2

    Image

    50 N

    4.3.   Il-ġog ta' l-ewwel u tat-tieni rukkell ta' l-għonq

    4.3.1.

    Poġġi t-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

    4.3.2.

    Arma l-montatura kompleta ta' l-għonq u tar-ras.

    4.3.3.

    Issikka l-vit u l-iskorfina ta' l-aġġustament minn ġor-ras u minn ġol-blokka ta' l-ewwel u tat-tieni rukkell ta' l-għonq bir-ras f'pożizzjoni orizzontali.

    4.3.4.

    Ħoll l-iskorfina ta' l-aġġustament sakemm ir-ras tibda tiċċaqlaq (ara l-figura 3).

    Figura 3

    Image

    4.4.   Il-ġogi tal-ġenbejn

    4.4.1.

    Poġġi l-pelvi fuq żaqqu fi pjan orizzontali.

    4.4.2.

    Arma l-parti ta' fuq tar-riġel mingħajr il-parti t'isfel.

    4.4.3.

    Issikka l-iskorfina ta' l-aġġustament filwaqt li l-parti ta' fuq tar-riġel tkun f'pożizzjoni orizzontali.

    4.4.4.

    Ħoll l-iskorfina ta' l-aġġustament sakemm il-parti ta' fuq tar-riġel tibda tiċċaqlaq.

    4.4.5.

    Il-ġog tal-ġenbejn għandu jkun ikkontrollat ta' sikwit fil-fażijiet tal-bidu minħabba problemi ta' “running in” (ara l-figura 4).

    Figura 4

    Image

    4.5.   Il-ġog ta' l-irkoppa

    4.5.1.

    Poġġi l-parti ta' fuq tar-riġel f'pożizzjoni orizzontali.

    4.5.2.

    Arma l-parti t'isfel tar-riġel.

    4.5.3.

    Issikka l-iskorfina ta' l-aġġustament tal-ġog ta' l-irkoppa filwaqt li l-parti t'isfel tar-riġel tkun f'pożizzjoni orizzontali.

    4.5.4.

    Ħoll l-iskorfina ta' l-aġġustament sakemm il-parti t'isfel tar-riġel tibda tiċċaqlaq (ara l-figura 5).

    Figura 5

    Image

    4.6.   Il-ġog ta' l-ispalla

    4.6.1.

    Poġġi t-torso f'pożizzjoni veritikali.

    4.6.2.

    Arma l-parti ta' fuq tad-driegħ mingħajr il-parti t'isfel tad-driegħ.

    4.6.3.

    Issikka l-iskorfini ta' l-aġġustament ta' l-ispalla filwaqt li l-parti ta' fuq tad-driegħ tkun f'pożizzjoni orizzontali.

    4.6.4.

    Ħoll l-iskorfini ta' l-aġġustament sakemm il-parti ta' fuq tad-driegħ tibda tiċċaqlaq (ara l-figura 6).

    4.6.5.

    Il-ġogi ta' l-ispalla għandhom jiġu kkontrollati ta' sikwit fil-fażijiet inizjali minħabba problemi sakemm joqgħod il-manikin.

    Figura 6

    Image

    4.7.   Il-ġog tal-minkeb

    4.7.1.

    Poġġi l-parti ta' fuq tad-driegħ f'pożizzjoni vertikali.

    4.7.2.

    Arma l-parti t'isfel tad-driegħ.

    4.7.3.

    Issikka l-iskorfina ta' l-aġġustament tal-minkeb filwaqt li l-parti t'isfel tad-driegħ tkun f'pożizzjoni orizzontali.

    4.7.4.

    Ħoll l-iskorfina ta' l-aġġustament sakemm il-parti t'isfel tad-driegħ tibda tiċċaqlaq (ara l-figura 7).

    Figura 7

    Image

    4.8.   Il-kejbil tal-ġenbejn

    4.8.1.

    Arma l-parti ta' fuq tat-torso, l-irkiekel tal-ġenbejn, il-parti t'isfel tat-torso, it-tidħil, il-kejbil u l-molla ta' l-addome.

    4.8.2.

    Issikka l-iskorfina ta' l-aġġustament tal-kejbil fil-parti t'isfel tat-torso sakemm il-molla tkun ikkompressata għal 2/3 tat-tul tagħha mingħajr tagħbija (ara l-figura 8).

    Figura 8

    Image

    4.9.   L-ikkalibrar tal-parti li tiddaħħal fl-addome

    4.9.1.   Ġenerali

    4.9.1.1.

    It-test għandu jitwettaq permezz ta' magna adattata li tipproduċi t-tensjoni.

    4.9.2.

    Poġġi l-parti li tiddaħħal fl-addome fuq blokka riġida bl-istess tul u wisa' tal-kolonna tas-sinsla tal-ġenbejn. Il-ħxuna ta' din il-blokka għandha tkun ta' l-inqas darbtejn dik tal-kolonna tas-sinsla tal-ġenbejn (ara l-figura 9).

    4.9.3.

    Għandha tiġi applikata tagħbija inizjali ta' 20 N.

    4.9.4.

    Għandha tiġi applikata tagħbija kostanti ta' 50 N.

    4.9.5.

    Il-liwja tal-parti li tiddaħħal fl-addome wara żewġ minuti għandha tkun:

    għall-manikin ta' 9 xhur:

    11,5  ±2,0  mm

    għall-manikin ta' 3 snin:

    11,5  ±2,0  mm

    għall-manikin ta' 6 snin:

    13,0  ±2,0  mm

    għall-manikin ta' 10 snin:

    13,0  ±2,0  mm

    Figura 9

    Image

    5.   IT-TAGĦMIR TAL-KEJL

    5.1.   Ġenerali

    5.1.1.

    Il-proċeduri ta' l-ikkalibrar u tal-kejl għandhom jiġu bbażati fuq l-istandards intenazzjonali ta' l-ISO 6487 (1980).

    5.2.   L-installazzjoni ta' l-aċċellerometru fis-sider

    L-aċċellerometru għandu jkun armat fil-ħofra mħarsa fis-sider.

    5.3.   L-indikazzjoni tal-penetrazzjoni ta' l-addome

    5.3.1.

    Kampjun tat-tafal artab għandu jitqabbad b'mod vertikali mal-parti ta' quddiem ta' l-irkiekel tal-ġenbejn permezz ta' tejp irqiq li jwaħħal.

    5.3.2.

    Liwja fit-tafal artab ma tfissirx neċessarjament li kien hemm penetrazzjoni.

    5.3.3.

    Il-kampjuni tat-tafal artab għandhom ikunu ta' l-istess tul u wisa' bħall-kolonna tas-sinsla tal-ġenbejn; il-ħxuna tal-kampjuni għandha tkun ta' 25 ± 2 mm.

    5.3.4.

    Għandu jintuża biss it-tafal artab provdut mal-manikini.

    5.3.5.

    It-temperatura tat-tafal artab matul it-test għandha tkun ta' 30 ± 5 oC.

    Appendiċi 2

    ID-DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN TAT-“TARBIJA TAT-TWELID”

    Il-manikin jinkludi ras, torso, dirgħajn u riġlejn bħala unità waħda. It-torso, id-dirgħajn u r-riġlejn jinħadmu mis-Sorbothane ġewwa forma waħda u jinksew b'ġilda tal-PVC u li fiha sinsla ta' molla ta' l-azzar. Ir-ras hija biċċa fowm tal-polijuretejn maħduma f'forma u miksija b'ġilda tal-PVC u hija mwaħħla mat-torso b'mod permanenti. Il-manikin huwa mlibbes b'libsa tal-qoton/polijester li tiġġebbed skond il-forma.

    Id-dimensjonijiet u d-distribuzzjoni tal-massa tal-manikin huma bbażati fuq dawk ta' 50 fil-mija tat-trabi tat-twelid u jingħataw fit-tabelli 1 u 2 u fil-figura 1.

    Tabella 1

    Id-dimensjonijiet prinċipali tal-manikin “tat-twelid”

    Dimensjoni

    mm

    Dimensjoni

    mm

    A

    Koxxa-Qurriegħa

    345

    E

    Il-wisa' ta' l-ispalla

    150

    B

    Koxxa-Qiegħ tas-sieq

    250

    F

    Il-wisa' tas-sider

    105

     

    (bir-riġel dritt)

     

    G

    Il-fond tas-sider

    100

    C

    Il-wisa' tar-ras

    105

    H

    Il-wisa' tal-ġenbejn

    105

    D

    Il-fond tar-ras

    125

    I

    C ta' G mill-parti ta' fuq tar-ras

    235


    Tabella 2

    Id-distribuzzjoni tal-massa tal-manikin “tat-twelid” (*)

    Ir-ras u l-għonq

    0,7  kg

    It-torso

    1,1  kg

    Id-dirgħajn

    0,5  kg

    Ir-riġlejn

    1,1  kg

    Il-massa totali

    3,4  kg

    Figura 1

    Image

    L-ikkalibrar tal-manikin tat-tarbija

    1.   L-EBUSIJA TA' L-ISPALLA

    1.1.

    Poġġi l-manikin fuq dahru fuq superfiċje orizzontali u sostni t-torso min-naħa waħda, biex ma jkunx jista' jiċċaqlaq. (il-Figura 2)

    1.2.

    Applika tagħbija ta' 150 N, fuq pompa (plunger) b'wiċċ ċatt b'dijametru ta' 40 mm, b'mod orizzontali, f'direzzjoni perpendikulari għall-assi superjuri-inferjuri tal-manikin. L-assi tal-pompa għandha tkun fiċ-ċentru ta' l-ispalla tal-manikin u ħdejn il-punt A fuq l-ispalla (ara l-figura 2). Il-liwja laterali tal-pompa mill-punt ta' l-ewwel kuntatt mad-driegħ għandha tkun ta' bejn 30 mm u 50 mm.

    1.3.

    Irrepeti fuq l-ispalla opposta – dawwar l-appoġġ ta' taħt fuq.

    2.   L-EBUSIJA TAL-ĠOGI TAR-RIĠEL

    2.1.

    Poġġi l-manikin fuq dahru fuq pjan orizzontali (il-figura 3) u orbot iż-żewġ partijiet tar-riġel t'isfel flimkien, billi ġġib f'kuntatt il-parti ta' ġewwa ta' l-irkoppa.

    2.2.

    Applika tagħbija vertikali fuq l-irkopptejn b'pompa b'wiċċ ċatt b'daqs ta' 35 mm x 95 mm bil-linja taċ-ċentru tal-pompa tiġi fuq il-parti l-aktar għolja ta' l-irkopptejn.

    2.3.

    Applika forza biżżejjed fuq il-pompa biex tgħawweġ il-ġenbejn sakemm il-wiċċ tal-pompa jkun 85 mm 'il fuq mill-pjan ta' l-appoġġ. Din il-forza għandha tkun bejn 30 N u 70 N. Kun żgur li l-partijiet t'isfel tad-digħajn u tar-riġlejn ma jiġu f'kuntatt ma' l-ebda superfiċje matul it-test.

    3.   IT-TEMPERATURA

    L-ikkalibrar għandu jitwettaq f'temperatura ta' bejn 15 oC u 30 oC.

    Figura 2

    Image

    Figura 3

    Image

    (*)  Il-ħxuna tal-ġilda tal-PVC għandha tkun ta' 1 ±0,5 mm.

    Il-gravità speċifika għandha tkun ta' 0,865±0,1.

    L-Appendiċi 3

    ID-DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN TA' 18-IL XAHAR

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikin huma bbażati fuq l-antropometrija ta' 50 fil-mija tat-trabi ta' 18-il xahar.

    2.   IL-KOSTRUZZJONI

    2.1.   Ir-ras

    2.1.1.

    Ir-ras tikkonsisti minn kranju ta' plastik semi-riġidu miksi b'ġilda tar-ras. Il-kranju għandu ħofra li taħseb għall-armar ta' tagħmir tal-kejl (mhux obbligatorju).

    2.2.   L-għonq

    2.2.1.

    L-għonq jikkonsisti minn tliet partijiet:

    2.2.2.

    Kolonna solida tal-lastku,

    2.2.3.

    Ġog taċ-ċirkonferenza esterna (OC) li tista' tiġi aġġustata fil-parti ta' fuq tal-kolonna tal-lastku, li tippermetti rotazzjoni taħt frizzjoni li tista' tiġi aġġustata madwar l-assi laterali.

    2.2.4.

    Ġog li ma jistax jiġi aġġustat fil-bażi ta' l-għonq.

    2.3.   It-torso

    2.3.1.

    It-torso jikkonsisti minn skeletru tal-plastik, miksi b'sistema ta' mili/ġilda. It-torso għandu ħofra fuq quddiem ta' l-iskeletru u joqgħod mili tal-fowm biex tinkiseb l-ebusija korretta tat-toraċi. It-torso għandu ħofra fuq in-naħa ta' wara li taħseb għall-montatura tat-tagħmir tal-kejl.

    2.4.   L-addome

    2.4.1.

    L-addome tal-manikin huwa element f'parti waħda li jista' jiġi ddeformat li jiddaħħal fil-fetħa ta' bejn it-toraċi u l-pelvi.

    2.5.   Is-sinsla tal-ġenbejn

    2.5.1.

    Is-sinsla tal-ġenbejn tikkonsisti minn kolonna tal-lastku li hija armata bejn l-iskeletru tat-toraċi u l-pelvi. L-ebusija tas-sinsla tal-ġenbejn hija ffissata minn qabel permezz ta' kejbil tal-metall li jgħaddi miċ-ċentru vojt tal-kolonna tal-lastku.

    2.6.   Il-pelvi

    2.6.1.

    Il-pelvi huwa magħmul minn plastik semi-riġidu, u huwa magħmul fil-forma ta' pelvi tat-tfal. Huwa miksi minn sistema ta' ġilda tal-ġisem, li tissimula l-laħam/il-ġilda ta' madwar il-pelvi u n-nâtka.

    2.7.   Il-ġog tal-ġenbejn

    2.7.1.

    Il-ġogi tal-ġenbejn jiġu armati mal-parti t'isfel tal-pelvi. Il-ġog jippermetti rotazzjoni madwar assi laterali kif ukoll għar-rotazzjoni madwar assi f'angolu rett ma' l-assi laterali permezz ta' gimbal joint. Il-frizzjoni li tista' tiġi aġġustata tapplika għaż-żewġ assi.

    2.8.   Il-ġog ta' l-irkoppa

    2.8.1.

    Il-ġog ta' l-irkoppa jippermetti l-flessjoni u l-estensjoni tar-riġel t'isfel taħt frizzjoni li tista' tiġi aġġustata.

    2.9.   Il-ġog ta' l-ispalla

    2.9.1.

    Il-ġog ta' l-ispalla jiġi armat fuq l-iskeletru tat-toraċi. Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f'posthom jippermettu li d-driegħ jitqiegħed f'żewġ pożizzjonijiet inizjali.

    2.10.   Il-ġog tal-minkeb

    2.10.1.

    Il-ġog tal-minkeb jippermetti l-flessjoni u l-estensjoni tad-driegħ t'isfel. Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f'posthom jippermettu li d-driegħ t'isfel jitqiegħed f'żewġ pożizzjonijiet inizjali.

    2.11.   Il-montatura tal-manikin

    2.11.1.

    Il-kejbil tas-sinsla huwa armat fis-sinsla tal-ġenbejn.

    2.11.2.

    Is-sinsla tal-ġenbejn hija armata fl-iskeletru bejn il-pelvi u s-sinsla tat-toraċi.

    2.11.3.

    Il-parti li tiddaħħal fl-addome hija mwaħħla bejn it-toraċi u l-pelvi.

    2.11.4.

    L-għonq huwa armat fuq il-parti ta' fuq tat-toraċi.

    2.11.5.

    Ir-ras hija armata fuq l-għonq bl-użu tal-pjanċa komuni għaż-żewġ partijiet.

    2.11.6.

    Jiġu armati d-dirgħajn u r-riġlejn.

    3.   IL-KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI

    3.1.   Il-massa

    Tabella 1

    Id-distribuzzjoni tal-massa għall-manikin ta' 18-il xahar

    Komponent

    Massa (kg)

    Ir-ras+l-għonq

    2,73

    It-torso

    5,06

    Id-driegħ ta' fuq

    0,27

    Id-driegħ t'isfel

    0,25

    Ir-riġel ta' fuq

    0,61

    Ir-riġel t'isfel

    0,48

    Il-massa totali

    11,01

    3.2.   Id-dimensjonijiet prinċipali

    3.2.1.

    Id-dimensjonijiet prinċipali, ibbażati fuq il-figura 1 ta' dan l-anness (riprodotti hawn taħt), jingħataw fit-tabella 2.

    Figura 1

    Id-dimensjonijiet prinċipali tal-manikin ta' 18-il xahar

    Image

    Tabella 2

    Nru

    Dimensjoni

    Valur (mm)

    1

    Mill-parti ta' wara tan-nâtka għall-parti ta' quddiem ta' l-irkoppa

    239

    2

    Mill-parti ta' wara tan-nâtka għall-popliteus, bilqiegħda

    201

    3

    Miċ-ċentru tal-gravità għas-sit

    193

    4

    Iċ-ċirkonferenza tas-sider

    474

    5

    Il-fond tas-sider

    113

    7

    Il-wisa' tar-ras

    124

    8

    It-tul tar-ras

    160

    9

    Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, bilqiegħda

    510

    10

    Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, bilwieqfa (ma tintweriex)

    471

    11

    Il-fond tal-ġenbejn, bilqiegħda

    125

    12

    Il-wisa' tal-ġenbejn, bilqiegħda

    174

    13

    Il-wisa' ta' l-għonq

    65

    14

    Mis-sit sal-minkeb

    125

    15

    Il-wisa' ta' l-ispalla

    224

    17

    It-tul, bilqiegħda

    495 (*)

    18

    It-tul ta' l-ispalla, bilqiegħda

    305

    19

    Mill-qiegħ tas-sieq sal-popliteus, bilqiegħda

    173

    20

    L-istatura (ma tintweriex)

    820 (*)

    21

    It-tul tal-koxxa, bilqiegħda

    66

    4.   L-AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI

    4.1.   Ġenerali

    4.1.1.

    Biex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu riprodotti bl-użu tal-manikini, huwa essenzjali li jiġu aġġustati l-frizzjoni fil-ġogi differenti, it-tensjoni fis-sinsla tal-ġenbejn u l-ebusija tal-parti li tiddaħħal fl-addome.

    Il-partijiet kollha jridu jiġu kkontrollati għal ħsarat qabel dawn l-istruzzjonijiet.

    4.2.   Is-sinsla tal-ġenbejn

    4.2.1.

    Is-sinsla tal-ġenbejn hija kkalibrata qabel ma tiġi armata fil-manikin.

    4.2.2.

    Waħħal il-pjanċa tal-montatura t'isfel tas-sinsla tal-ġenbejn ma' tagħmir b'tali mod li n-naħa ta' quddiem tas-sinsla tal-ġenbejn tinsab fil-qiegħ (il-figura 2).

    Figura 2

    Image

    4.2.3.

    Applika forza 'l isfel ta' 250 N mal-pjanċa tal-montatura ta' fuq. L-ispostament 'l isfel li jirriżulta għandu jiġi rreġistrat bejn sekonda u tnejn wara l-bidu ta' l-appikazzjoni tal-forza, u għandu jkun bejn 9 u 12-il mm.

    4.3.   L-addome

    4.3.1.

    Arma l-parti li tiddaħħal fl-addome fuq blokka riġida ta' l-istess tul u wisa' bħall-kolonna tas-sinsla tal-ġenbejn. Il-ħxuna ta' din il-blokka għandha tkun ta' l-inqas darbtejn dik tal-kolonna tas-sinsla tal-ġenbejn (il-figura 3).

    4.3.2.

    Għandha tiġi applikata tagħbija inizjali ta' 20 N.

    4.3.3.

    Għandha tiġi applikata tagħbija kostanti ta' 50 N.

    4.3.4.

    Wara żewġ minuti, il-liwja tal-parti li tiddaħħal fl-addome għandha tkun ta' 12 ± 2 mm.

    Figura 3

    Image

    4.4.   L-aġġustament ta' l-għonq

    4.4.1.

    Arma l-għonq sħiħ, li jikkonsisti mill-kolonna tal-lastku, mill-ġog tal-bażi f'forma ta' sfera u mill-ġog ta' l-OC ma' superfiċje vertikali b'tali mod li n-naħa ta' quddiem tkun tħares 'l isfel (il-figura 4).

    Figura 4

    Image

    4.4.2.

    Applika forza ta' 100 N b'direzzjoni vertikali fuq l-assi tal-linja ta' l- OC. Il-pożizzjoni tal-ġog ta' l-OC għandha turi spostament 'l isfel ta' bejn 22 ± 2 mm.

    4.5.   Il-ġog ta' l-OC

    4.5.1.

    Arma l-montatura kompleta ta' l-għonq u tar-ras

    4.5.2.

    Poġġi t-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

    4.5.3.

    Issikka l-vit u l-iskorfina ta' l-aġġustament minn ġor-ras u mill-ġog ta' l-OC permezz ta' spàner apposta (torque wrench) sakemm ir-ras ma tkunx tista' tiċċaqlaq minħabba l-gravità.

    4.6.   Il-ġenb

    4.6.1.

    Arma r-riġel ta' fuq, mingħajr ir-riġel t'isfel, mal-pelvi.

    4.6.2.

    Poġġi r-riġel ta' fuq f'pożizzjoni orizzontali.

    4.6.3.

    Żid il-frizzjoni eżerċitata fuq l-assi laterali sakemm ir-riġel ma jkunx jista jiċċaqlaq minħabba l-gravità.

    4.6.4.

    Poġġi r-riġel ta' fuq f'pożizzjoni orizzontali, fid-direzzjoni ta' l-assi laterali.

    4.6.5.

    Żid il-frizzjoni fil-gimbal joint sakemm ir-riġel ta' fuq ma jiċċaqlaqx minħabba l-gravità.

    4.7.   L-irkoppa

    4.7.1.

    Arma r-riġel t'isfel mar-riġel ta' fuq.

    4.7.2.

    Poġġi r-riġlejn ta' fuq u t'isfel f'pożizzjoni orizzontali, bir-riġel ta' fuq sostnut.

    4.7.3.

    Issikka l-iskorfina ta' l-aġġustament fl-irkoppa sakemm ir-riġel t'isfel ma' jkunx jista' jiċċaqlaq minħabba l-gravità.

    4.8.   L-ispalel

    4.8.1.

    Estendi d-driegħ t'isfel u poġġi d-driegħ ta' fuq fl-ogħla pożizzjoni li jfaqqa' fiha.

    4.8.2.

    Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f'posthom fl-ispalla għandhom jingħataw servis jew jinbidlu jekk id-driegħ ma jibqax f'din il-pożizzjoni.

    4.9.   Il-minkeb

    4.9.1.

    Poġġi d-driegħ ta' fuq fl-aktar pożizzjoni baxxa li jfaqqa' fiha, u d-driegħ t'isfel fil-pożizzjoni ta' waqfa ta' fuq li jfaqqa' fiha.

    4.9.2.

    Il-waqqafiet li jfaqqgħu fil-minkeb għandhom jingħataw servis jew jinbidlu jekk id-driegħ t'isfel ma jibqax f'din il-pożizzjoni.

    5.   IT-TAGĦMIR TAL-KEJL

    5.1.   Ġenerali

    5.1.1.

    Għalkemm saru tħejjijiet biex il-manikin tat-18-il xahar jiġi mgħammar b'numru ta' transducers, huwa mgħammar b'mod standard b'sostituzzjonijiet ta' daqs u piż ugwali.

    5.1.2.

    Il-proċeduri ta' l-ikkalibrar u tal-kejl għandhom jiġu bbażati fuq l-istandard internazzjonali ta' l-ISO 6487:1980.

    5.2.   L-installazzjoni ta' l-aċċellerometru fis-sider

    5.2.1.

    L-aċċellerometru għandu jiġi armat fil-ħofra fis-sider. Dan isir mill-parti ta' wara tal-manikin.

    5.3.   L-indikazzjoni tal-penetrazzjoni ta' l-addome

    5.3.1.

    Jekk ikun hemm jew ma jkunx hemm penetrazzjoni ta' l-addome trid tiġi vvalutata billi tintuża fotografija ta' veloċità għolja (high speed photography).


    (*)  In-nâtki, id-dahar u r-ras tal-manikin jistrieħu ma' superfiċje vertikali.


    ANNESS 9

    IT-TEST TA' L-IMPATT MINN QUDDIEM KONTRA OSTAKLU

    1.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURA U T-TAGĦMIR TAL-KEJL

    1.1.   Fejn isir it-test

    L-erja għat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-mogħdija tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi meħtieġa għat-test. L-aħħar parti tal-mogħdija, għal ta' l-inqas 5 m qabel l-ostaklu, trid tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

    1.2.   L-ostaklu

    L-ostaklu jikkonsisti minn blokka tal-konkrit rrinforzat wiesgħa mhux inqas minn 3 m fuq quddiem u għolja mhux inqas minn 1,5 m. L-ostaklu jrid ikun ta' tali ħxuna li jiżen ta' l-inqas 70 tunnellata metrika. Il-wiċċ ta' quddiem irid ikun vertikali, perpendikulari għall-assi tal-mogħdija tar-rankatura, u miksi b'bords tal-plajwud bi ħxuna ta' 20 ± 1 mm f'kondizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jew ikun marbut ma' l-art jew impoġġi fuq l-art b'tagħmir addizzjonali għat-twaqqif biex ikun limitat l-ispostament tiegħu, jekk ikun meħtieġ. Ostaklu b'karatteristiċi differenti, imma li jagħti riżultati ta' l-inqas li jwasslu għall-istess konklużjoni, jistgħu wkoll jiġu użati.

    1.3.   Il-propulsjoni tal-vettura

    Fil-mument ta' l-impatt, il-vettura m'għandhiex tiġi aktar soġġetta għall-azzjoni ta' kwalunkwe tagħmir li jidderieġi jew ta' kwalunkwe tagħmir li jimbotta addizzjonali. Għandha tilħaq l-ostaklu f'rotta perpendikulari għall-ħajt tal-kolliżjoni; it-telfien massimu fl-allinjament laterali permess bejn il-linja medjana vertikali ta' quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta' ± 30 ċm.

    1.4.   L-istat tal-vettura

    1.4.1.

    Il-vettura li qed tiġi ttestjata trid jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir kollha normali inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr passiġġieri tagħha jew tkun f'tali kondizzjoni li tissodisfa din il-kondizzjoni meħtieġa fir-rigward tal-komponenti u t-tagħmir tal-kumpartiment tal-passiġġieri u lid-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

    1.4.2.

    Jekk il-vettura hija misjuqa permezz ta' mezzi esterni, l-installazzjoni tal-fjuwil trid tkun ta' l-inqas sa 90 % tal-kapaċità tagħha, jew bi fjuwil jew b'likwidu li ma jaqbadx, b'densità u viskożità simili għal dawk tal-fjuwil li jintuża normalment. Is-sistemi l-oħra kollha (il-kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) iridu jkunu vojta.

    1.4.3.

    Jekk il-vettura tinsaq permezz tal-magna tagħha stess, it-tank tal-fjuwil għandu jkun ta' l-inqas 90 % mimli. It-tankijiet l-oħra kollha li jżommu xi likwidu għandhom jimtlew sa fejn jifilħu jimtlew.

    1.4.4.

    Jekk il-manifattur jitlob hekk, is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq it-testijiet jista' jippermetti li tintuża l-istess vettura użata għal testijiet provduti minn Regolamenti oħra (inklużi testijiet li jistgħu jaffetwaw l-istruttura tagħha) ukoll għat-testijiet provduti f'dan ir-Regolament.

    1.5.   Il-veloċità ta' l-impatt

    Il-veloċità ta' l-impatt trid tkun ta' 50 +0/-2 km/siegħa. Madankollu, jekk it-test twettaq b'veloċità ta' l-impatt akbar u l-vettura ssodisfat il-kondizzjonijiet stipulati, it-test jitqies bħala sodisfaċenti.

    1.6.   It-tagħmiri tal-kejl

    It-tagħmir użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità li tissemma fil-paragrafu 1.5. t“aktar”il fuq għandha tkun eżatta sa 1 fil-mija.


    ANNESS 10

    IL-PROĊEDURA TAT-TEST TA' L-IMPATT MINN WARA

    1.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U T-TAGĦMIR TAL-KEJL

    1.1.   Fejn isir it-test

    L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda s-sistema tal-propulsjoni ta' l-apparat ta' l-impatt u biex tippermetti l-ispostament ta' wara l-impatt tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti fejn isiru l-impatt tal-vettura u l-ispostament għandhom ikunu orizzontali. (In-niżla għandha tkun ta' inqas minn 3 fil-mija mkejla fuq kwalunkwe tul ta' metru.)

    1.2.   L-apparat ta' l-impatt

    1.2.1.

    L-apparat ta' l-impatt għandu jkun magħmul mill-azzar u jkun ta' kostruzzjoni riġida.

    1.2.2.

    Is-superfiċje ta' l-impatt għandha tkun ċatta u wiesgħa ta' l-inqas 2 500 mm u għolja ta' l-inqas 800 mm. It-truf tagħha għandhom jiġu ttondjati għal kurvatura b'radju ta' bejn 40 u 50 mm. Din għandha tinkesa b'saff ta' plajwudd oħxon 20 ± 1 mm.

    1.2.3.

    Fil-mument ta' l-impatt għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet meħtieġa li ġejjin:

    1.2.3.1.

    is-superfiċje ta' l-impatt għandha tkun vertikali u perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

    1.2.3.2.

    id-direzzjoni tal-moviment ta' l-apparat ta' l-impatt għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

    1.2.3.3.

    id-devjazzjoni laterali massima permessa bejn il-linja vertikali medjana tas-superfiċje ta' l-apparat ta' l-impatt u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta' 300 mm. Barra minn dan, is-superfiċje ta' l-impatt għandha testendi fuq il-wisa' kollha tal-vettura milquta;

    1.2.3.4.

    l-għoli mill-art tal-parti t'isfel tas-superfiċje ta' l-impatt għandha tkun ta' 175 ± 25 mm.

    1.3.   Il-propulsjoni ta' l-apparat ta' l-impatt

    L-apparat ta' l-impatt jista' jew jintrabat sew ma' keriġ (ostaklu li jimxi) jew jifforma parti minn pendlu.

    1.4.   Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża ostaklu li jimxi

    1.4.1.

    Jekk l-apparat ta' l-impatt jintrabat ma' keriġ (ostaklu li jimxi) permezz ta' element li jrażżan, dan ta' l-aħħar irid ikun riġidu u m'għandux ikun jista' jiġi deformat mill-impatt; il-keriġ għandha, fil-mument ta' l-impatt, tkun tista' tiċċaqlaq liberament u m'għandiex tkun aktar soġġett għall-azzjoni tat-tagħmir li jimbuttah.

    1.4.2.

    Il-massa tal-keriġ u ta' l-apparat ta' l-impatt flimkien għandha tkun ta' 1 100 ± 20 kg.

    1.5.   Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża pendlu

    1.5.1.

    Id-distanza bejn iċ-ċentru tas-superfiċje ta' l-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu m'għandhiex tkun inqas minn 5 m.

    1.5.2.

    L-apparat ta l-impatt għandu jkun sospiż liberament permezz ta' dirgħajn riġidi, li jkunu marbuta miegħu b'mod riġidu. Sostanzjalment, il-pendlu li huwa magħmul b'dan il-mod m'għandux ikun jista' jiġi deformat mill-impatt.

    1.5.3.

    Għandu jiġi inkorporat tagħmir li jwaqqaf fil-pendlu biex jipprevjeni kwlaunkwe impatt sekondarju mill-apparat ta' l-impatt fuq il-vettura tat-test.

    1.5.4.

    Fil-mument ta' l-impatt, il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun bejn 30 u 32 km/s.

    1.5.5.

    Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (1) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz ta' l-ekwazzjoni li ġejja:

    mr..m.(l/a)

    1.5.6.

    Il-massa mnaqqsa “mr” għandha tkun 1 100 ± 20 kg.

    1.6.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrelataw mal-massa u mal-veloċità ta' l-apparat ta' l-impatt

    Jekk it-test twettaq b'veloċità ta' l-impatt akbar minn dawk stipulati fil-paragrafu 1.5.4. u/jew b'massa akbar minn dawk stipulati fil-paragrafi 1.5.3 jew 1.5.6, u l-vettura ssodisfat il-kondizzjonijiet meħtieġa stipulati, it-test għandu jiġi kkunsidrat sodisfaċenti.

    1.7.   L-istat tal-vettura matul it-test

    Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr il-passiġġieri tagħha jew tkun f'tali kondizzjoni li tissodisfa din il-kondizzjoni meħtieġa fejn għandha x'taqsam id-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura fit-total tagħha.

    1.8.

    Il-vettura kompleta bit-trażżin għat-tfal installat skond l-istruzzjonijiet ta' l-installazzjoni għandha titpoġġa fuq wiċċ iebes, ċatt u livell, bill-ħendbrejk imniżżel u f'ger newtrali. Jista' jiġi ttestjat aktar minn trażżin għat-tfal wieħed fl-istess test ta' l-impatt.


    (1)  Id-distanza “a” hija ugwali għat-tul tal-pendlu sinkoroniku li qed jiġi kkunsidrat.


    ANNESS 11

    ANKRAĠĠI ADDIZZJONALI MEĦTIEĠA BIEX JINTRABAT IT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL TAL-KATEGORIJA SEMI-UNIVERSALI MA' VETTURI BIL-MAGNA

    1.

    Dan l-anness japplika biss ankraġġi addizzjonali biex jintrabat trażżin għat-tfal tal-kategorija “semi-universali” jew ma' żbarri jew ma' oġġetti oħra speċjali użati biex jitwaħħal sew ittagħmir tat-trażżin għat-tfal mal-qafas, kemm jekk jintuża l-ankraġġi tar-Regolament Nru 14 u kemm jekk le.

    2.

    L-ankraġġi għandhom jiġu determinati mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal u d-dettalji għandhom jitressqu għall-approvazzjoni lis-servizz tekniku li qed iwettaq it-testijiet.

    Is-servizzi tekniċi jistgħu jqisu l-informazzjoni miksuba mingħand il-manifattur tal-vettura.

    3.

    Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi l-partijiet meħtieġa għall-installazzjoni ta' l-ankraġġi u pjanta speċjali għal kull vettura li turi l-pożizzjoni eżatta tagħhom.

    4.

    Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jindika jekk l-nkraġġi meħtieġa biex jintrabat it-trażżin ma' l-istruttura tal-karrozza huwiex skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-pożizzjoni u tas-saħħa tal-paragrafu 3 ’il quddiem fir-rakkomandazzjoni mogħtija lill-Gvernijiet li biħsiebhom jadottaw kondizzjonijiet meħtieġa speċifiċi fir-rigward ta' ankraġġi għat-trażżin għat-tfal użati fil-karozzi tal-passiġġieri. (*)


    (*)  Ara t-test tar-Regolament Nru 16.


    ANNESS 12

    IS-SIĠĠU

    Image

    ANNESS 13

    IĊ-ĊINTURIN TAS-SIGURTÀ STANDARD

    1.

    Iċ-ċinturin tas-sigurtà għat-test dinamiku u għall-kondizzjoni meħtieġa tat-tul massimu għandu jsir skond waħda mill-konfigurazzjonijiet murija fil-Figura 1. Dawn huma ċinturin bi tliet ankraġġi li jinġibed lura u ċinturin statiku b'żewġ ankraġġi.

    2.

    Iċ-ċinturin bi tliet ankraġġi li jinġibed lura għandu l-partijiet riġidi li ġejjin:

     

    apparat li jiġbed lura (R), ingassa ta' mal-kolonna (P), żewġ punti għall-ankraġġ (A1 u A2) (ara l-Figura 1), u parti ċentrali (N, fid-dettal fil-Figura 3). L-apparat li jiġbed lura għandu jkun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 16 għall-forza li biha jiġbed lura. Id-dijametru tar-rukkell ta' l-apparat li jiġbed lura huwa ta' 33 ±0,5 mm.

    3.

    Iċ-ċinturin li jinġibed lura għandu jiġi installat ma' l-ankraġġi fuq is-sit tat-test, deskritti fl-appendiċi 1 u 4 ta' l-Anness 6, , kif ġej:

     

    L-ankraġġ għaċ-ċinturin A1 għandu jitwaħħal ma' l-ankraġġ tat-tròli B0 (lejn in-naħa ta' barra)

     

    L-ankraġġ għaċ-ċinturin A2 għandu jitwaħħal ma' l-ankraġġ tat-tròli A (lejn in-naħa ta' ġewwa)

     

    L-ingassa ta' mal-kolonna taċ-ċinturin P għandha titwaħħal ma' l-ankraġġ tat-tròli C.

    L-apparat li jiġbed lura taċ-ċinturin R għandu jitwaħħal ma' l-ankraġġ tat-tròli b'tali mod li l-linja taċ-ċentru tar-rukkell titqiegħed fuq Re.

    Il-valur ta' X fil-Figura 1 t'aktar 'l isfel huwa ta' 200 ± 5 mm. It-tul effettiv taċ-ċinga bejn A1 u l-linja taċ-ċentru tar-rukkell ta' l-apparat li jiġbed lura Re (meta l-istrixxi jkunu estratti għalkollox, inkluż it-tul minimu ta' 150 mm */għall-ittestjar tal-kategoriji universali u semi-universali għandu jkun ta' 2 820 + 5 mm meta dan jitkejjel f'linja dritta mingħajr tagħbija u fuq superfiċje orizzontali; dan it-tul jista' jiġi miżjud għall-ittestjar tal-kategorija ristretta; għall-kategoriji kollha bit-trażżin għat-tfal installat għandu jkun hemm minimu ta' tul ta' ċinga ta' 150 mm */fuq ir-rukkell ta' l-apparat li jiġbed lura.

    4.

    Il-kondizzjonijiet meħtieġa taċ-ċinga huma kif ġej:

    Materjal: polijester spinnblack

    wisa':

    48 ± 2 mm f'10,000  N

     

    ħxuna:

    1,0 ±0,2  mm

     

    titwil:

    8 ± 2 % f'10,000  N

    5.

    Iċ-ċinturin statiku b'żewġ ankraġġi kif muri fil-Figura 1 jikkonsisti f'żewġ pjanċi ta' l-ankraġġ standard kif muri fil-Figura 2 u ċinga li tissodisfa l-kondizzjonijiet meġtieġa tal-paragrafu 4 t'aktar 'il fuq.

    6.

    Il-pjanċi ta' l-ankraġġ taċ-ċinturin b'żewġ ankraġġi għandhom jitwaħħlu ma' l-ankraġġ tat-tròli A u B. Il-valur ta' Y fil-Figura 1 huwa ta' 1,300 ± 5 mm. Din hija l-kondizzjoni meħtieġa tat-tul massimu għall-approvazzjoni tat-trażżin għat-tfal universali b'ċinturini b'żewġ ankraġġi (ara l-para. 6.1.9)

    Figura 1

    Il-konfigurazzjonijiet taċ-ċinturini tas-sigurtà standard

    Image

    Figura 2

    Pjanċa ta' l-ankraġġ standard tipika.

    Dimensjonijiet f'mm

    Image

    Figura 3

    Il-parti ċentrali tal-konfigurazzjoni taċ-ċinturin standard

    Dimensjonijiet f'mm

    Image

    Sezzjoni A – A

    Figura 4

    L-ingassa ta' mal-kolonna

    Finitura: Kisja tal-kromju

    Image

    ANNESS 14

    L-ISKEMA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP (FLOW CHART ISO 9002:2000)

    Image

    ANNESS 15

    NOTI TA' SPJEGAZZJONI

    Dawn huma maħsuba bħala gwida għas-servizzi tekniċi li qed iwettqu t-testijiet.

    Il-paragrafu 2.10.1

    Apparat li jaġġusta malajr jista' jkun ukoll tagħmir b'xâft u molla għar-rotazzjoni simili għal apparat li jiġbed lura li jinħall b'mod manwali. L-apparat li jaġġusta għandu jiġi ttestjat skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 7.2.2.5 u 7.2.3.1.3.

    Il-paragrafu 2.19.2

    Trażżin semi-universali speċifikat biex jitwaħħal mas-sit ta' wara kemm f'vetturi tat-tip saloon (karozza li fiha fejn joqgħodu s-sewwieq u l-passiġġieri huwa maqtugħ minn fejn jitqiegħdu l-bagalji) u kemm f'dawk tat-tip estate, li fihom il-montatura taċ-ċinturin kollu huwa identiku, huwa “tip” wieħed.

    Il-paragrafu 2.19.3

    Għandu jitqies is-sinfikat tal-bidliet fid-dimensjonijiet u/jew fil-massa tas-sit, fl-ikkuttunar jew fil-ħarsien mill-impatt u fil-karatteristiċi li jassorbixxu l-enerġija jew fil-kulur tal-materjal meta tittieħed id-deċiżjoni jekk jinħoloqx tip ġdid.

    Il-paragrafi 2.19.4 u 2.19.5

    Dawn il-paragrafi m'għandhomx japplikaw għal kwalunkwe ċinturin tas-sigurtà approvat separatament skond ir-Regolament Nru 16 li huwa bżonnjuż biex jintrabat it-trażżin għat-tfal mal-vettura jew biex jitrażżan it-tifel.

    Il-paragrafu 6.1.2

    Għal trażżin għat-tfal li jħares lura, il-pożizzjoni korretta tal-parti ta' fuq tat-trażżin relattiva għar-ras tal-manikin ta' tifel(tifla) hija żgurata billi jiġi installat l-akbar manikin, li t-tagħmir kien speċifikat għalih, fil-konfigurazzjoni l-aktar mimduda, u filwaqt li jkun żgurat li linja orizzontali fl-għoli ta' l-għajn tgħaddi taħt il-parti ta' fuq tas-sit.

    Il-paragrafu 6.1.8

    Il-kondizzjoni meħtieġa ta' 150 mm tapplika wkoll għall-kerrikots, minbarra jekk jintuża tagħmir speċjali biex jintrabtu l-kerrikot u ċ-ċinturin tas-sigurtà.

    Il-paragrafu 6.2.4

    Il-limitu ta' moviment aċċettabbli taċ-ċinturin ta' l-ispalla huwa li t-tarf li jinsab aktar 'l isfel tal-parti ta' l-ispalla taċ-ċinturin tas-sigurtà standard m'għandux ikun aktar baxx mill-minkeb tal-manikin fil-punt tal-ħruġ massimu tal-manikin.

    Il-paragrafu 6.2.9

    Huwa mifhum li dan japplika wkoll għat-tagħmir li għandhom tagħmir tal-qfil bħal dan anki jekk dan mhux meħtieġ għal dak il-grupp. Għalhekk it-test għandu jkun applikat biss għal tagħmir tal-grupp 2, imma skond il-forza provduta, jiġifieri darbtejn il-massa tal-manikin tal-grupp 1.

    Il-paragrafu 7.1.2.1 u l-Annessi 17 u 18

    Jew il-materjal assorbenti l-enerġija, jew il-materjal integrali ta' l-istruttura tat-trażżin għat-tfal jistgħu jiġu ttestjati għall-konformità ma' l-Annessi 17 u 18, fejn l-istruttura mhix omoġenja, jew jekk ikun probabbli li jkun hemm turija differenti tul l-istruttura tas-sistema tat-trażżin għat-tfal, l-organizzazzjoni li tittestja ser tiddetermina l-agħar każ għall-ittestjar tal-konformità. Il-materjal assorbenti l-enerġija jista' jifforma l-kisi tas-sistema tat-trażżin għat-tfal kollu jew parti minnu.

    Il-paragrafu 7.1.3

    It-test tal-qlib ta' taħt fuq ser jitwettaq bl-użu ta' l-istess proċedura ta' l-installazzjoni u parametri bħal dawk definiti għat-test dinamiku.

    Il-paragrafu 7.1.3.1

    Mhux permess li jitwaqqaf it-tagħmir matul il-qlib.

    Il-paragrafu 7.1.4.2.2

    Il-kliem ta' dan il-paragrafu jirreferi għall-aċċellerazzjonijiet li jirrapreżentaw it-tagħbijiet tat-tensjoni fis-sinsla tal-manikin.

    Il-paragrafu 7.1.4.3.1

    Is-sinjali viżibbli tal-penetrazzjoni tfisser il-penetrazzjoni tat-tafal permezz tat-tidħil ta' l-addome (taħt pressjoni mit-trażżin) imma mhux it-tagħwiġ tat-tafal mingħajr kompressjoni f'direzzjoni orizzontali bħal ma jiġri per eżempju permezz ta' tagħwiġ sempliċi tas-sinsla. Ara wkoll l-interpretazjoni tal-paragrafu 6.2.4.

    Il-paragrafu 7.2.1.5

    Ikun hemm konformità ma' l-ewwel sentenza jekk l-id tal-manikin setgħet tilħaq il-bokkla.

    Il-paragrafu 7.2.2.1

    Għandu jintuża biex ikun żgurat li ċineg għall-gwida approvati separatament jistgħu jitwaħħlu faċilment

    Il-paragrafu 7.2.4.1.1

    Huma meħtieġa żewġ ċineg. Kejjel it-tagħbija li tqatta' ċ-ċinga ta' l-ewwel ċinga. Kejjel il-wisa' tat-tieni ċinga b'75 fil-mija ta' din it-tagħbija.

    Il-paragrafu 7.2.4.4

    M'għandhomx ikunu permessi oġġetti li jistgħu jiżżarmaw jew jinħallu mill-kamin u fejn l-armar mill-ġdid mhux korrett huwa probabbli meta jsir minn utent li mhux imħarreġ u jista' jirriżulta f'konfigurazzjoni perikoluża.

    Il-paragrafu 8.1.2.2

    “Marbut mas-sit” tfisser is-sit tat-test kif provdut fl-Anness 6. “Tagħmir speċifiku jista” tfisser li trażżin “speċifiku” normalment għandu jiġi ttestjat għall-qlib meta jkun installat fis-sit tat-test, imma li l-ittestjar fis-sit tal-vettura kien permess.

    Il-paragrafu 8.2.2.1.1

    'B'kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet normali ta' l-użu' tfisser li dan it-test għandu jitwettaq bit-trażżin armat fuq is-sit tat-test jew fuq is-sit tal-vettura imma mingħajr il-manikin.

    Il-manikin għandu jintuża biss biex jiġi jitqiegħed it-tagħmir għall-aġġustament fil-pożizzjoni tiegħu. Fl-ewwel każ iċ-ċineg għandhom jiġu aġġustati skond il-paragrafi 8.1.3.6.3.2 jew 8.1.3.6.3.3 (skond dak li huwa xieraq). It-test imbagħad għandu jitwettaq wara li jitneħħa l-manikin.

    Il-paragrafu 8.2.5.2.6

    Dan il-paragrafu m'għandux japplika għaċ-ċineg tal-gwida li huma approvati separatament skond dan ir-Regolament.


    ANNESS 16

    IL-KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    1.   IT-TESTIJIET

    Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal għandhom ikunu meħtieġa juru l-konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa li fuqhom huma bbażati t-testijiet li ġejjin:

    1.1.   Il-verifika tal-limitu tas-sokra u għal kemm idumu jservu l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'emerġenza

    Skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.4.3 fid-direzzjoni l-inqas favorevoli kif jixraq wara li jkunu għaddew mill-ittestjar ta' kemm idumu jservu provdut fid-dettall fil-paragrafi 8.2.4.2, 8.2.4.4 u 8.2.4.5 bħala kondizzjoni meħtieġa tal-paragrafu 7.2.3.2.6.

    1.2.   Il-verifika ta' kemm iservu l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru awtomatikament

    Skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.4.2 ikkompletati mit-testijiet fil-paragrafi 8.2.4.4 u 8.2.4.5 bħala kondizzjoni meħtieġa tal-paragrafu 7.2.3.1.3.

    1.3.   It-test tas-saħħa taċ-ċineg wara l-ikkondizzjonar

    Skond il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.4.2 wara l-ikkondizzjonar skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 8.2.5.2.1 sa 8.2.5.2.5.

    1.3.1.   It-test tas-saħħa taċ-ċineg wara l-brix

    Skond il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.4.2 wara l-ikkondizzjonar skond il-kondizzjonijiet meħtieġa deskritti fil-paragrafu 8.2.5.2.6.

    1.4.   It-test tal-microslip

    Skond il-proċedura deskritta fil-paragrafu 8.2.3 ta' dan ir-Regolament.

    1.5.   L-assorbiment ta' l-enerġija

    Skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1.2 ta' dan ir-Regolament.

    1.6.   Il-verifika tal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' rendiment tas-sistema tat-trażżin għat-tfal meta din tiġi soġġetta għat-test dinamiku xieraq

    Skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 8.1.3 bi kwalunkwe bokkla li ġiet ikkondizzjonata minn qabel skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 7.2.1.7 b'tali mod li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa xierqa tal-paragrafu 7.1.4 (għar-rendiment totali tat-trażżin għat-tfal) u tal-paragrafu 7.2.1.8.1 (għar-rendiment ta' kwalunkwe bokkla mgħobbija).

    1.7.   It-test tat-temperatura

    Skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1.5 ta' dan ir-Regolament.

    2.   IL-FREKWENZA U R-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET

    2.1.

    Il-frekwenza ta' l-ittestjar skond il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 1.1 sa 1.5 u 1.7 għandha ssir fuq bażi kkontrollata b'mod statistiku u kif jinzerta skond waħda mill-proċeduri regolari ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità, u trid issir mill-inqas darba fis-sena.

    2.2.

    Il-kondizzjonijiet minimi għall-kontroll tal-konformità tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “Universali”, “Semi-Universali” u “Ristretta”, f'relazzjoni għat-testijiet dinamiċi skond il-paragrafu 1.6.

    Skond l-awtoritajiet rilevanti, id-detentur ta' approvazzjoni se jissuperviżjona l-kontroll tal-konformità billi jsegwi l-metodu tal-kontroll tal-grupp (il-paragrafu 2.2.1.) jew billi jesgwi l-metodu tal-kontroll kontinwu (il-paragrafu 2.2.2).

    2.2.1.   Il-kontroll tal-grupp għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal

    2.2.1.1.

    Id-detentur ta' approvazzjoni jrid jaqsam is-sistemi tat-trażżin għat-tfal fi gruppi li jkunu kemm jista' jkun uniformi fejn jikkonċerna l-materja prima jew il-prodotti intermedji involuti fil-manifattura tagħhom (il-kulur different tal-qoxra, il-manifattura differenti tat-tagħmir li jikkontrolla ċ-ċaqliq) kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni. In-numri fi grupp ma jridux jeċċedu l-5 000 unità.

    Bi ftehim ma' l-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mill-awtoritajiet tas-servizz tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta' approvazzjoni.

    2.2.1.2.

    Irid jittieħed kampjun minn kull grupp skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.4. minn minimu ta' 20 fil-mija tal-kwantità tal-grupp, li għandu jiġi prodott mill-grupp effettiv.

    2.2.1.3.

    Il-karatteristiċi tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal u n-numru ta' testijiet dinamiċi li għandhom isiru jingħataw fil-paragrafu 2.2.1.4.

    2.2.1.4.

    Sabiex jiġi aċċettat, grupp ta' sistemi tat-trażżin għat-tfal irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    In-numru fil-grupp

    In-numru ta' kampjuni/il-karatteristiċi tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal

    In-numru kkumbinat ta' kampjuni

    Il-kriterji ta' aċċettazzjoni

    Il-kriterji ta' ċaħda

    Il-grad ta' severità tal-kontroll

    N < 500

    l-ewwel = 1MH

    it-tieni = 1MH

    1

    2

    0

    1

    2

    Normali

    500 < N < 5 000

    l-ewwel = 1MH+1LH

    it-tieni = 1MH+1LH

    2

    4

    0

    1

    2

    2

    Normali

    N < 500

    l-ewwel = 2MH

    it-tieni = 2MH

    2

    4

    0

    1

    2

    2

    Imsaħħaħ

    500 < N < 5 000

    l-ewwel = 2MH+2LH

    it-tieni = 2MH+2LH

    4

    8

    0

    1

    2

    2

    Imsaħħaħ

    Nota:

    MH

    =

    tfisser konfigurazzjoni aktar iebsa (l-inqas riżultati tajbin miksuba fl-approvazzjoni jew fl-estensjomi ta' l-approvazzjoni)

    LH

    =

    tfisser konfigurazzjoni inqas iebsa (l-aħjar riżultati miksuba fl-approvazzjoni jew fl-estensjoni ta' l-approvazzjoni)

    Dan il-pjan ta' teħid ta' kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

    Għal kontroll normali, jekk l-ewwel kampjun ma jkun fih l-ebda unità difettuża, il-grupp jiġi aċċettat mingħajr ma jiġi ttestjat it-tieni kampjun. Jekk ikollu żewġ unitajiet difettużi, il-grupp jiġi miċħud. Fl-aħħarnett, jekk ikollu unità difettuża waħda, jiġi estrattat it-tieni kampjun u jrid ikun in-numru kumulattiv, li jissodisfa l-kondizzjoni tal-kolonna 5 tat-tabella t'aktar 'il fuq.

    Ikun hemm bidla minn kontroll normali għal kontroll imsaħħaħ jekk, minn 5 gruppi konsekuttivi, tnejn jiġu miċħuda. Il-kontroll normali jerġa' jinbeda jekk jiġu aċċettati 5 gruppi konsekuttivi.

    Jekk kwalunkwe grupp jiġi miċħud, il-produzzjoni titqies bħala li mhix konformi u l-grupp m'għandux jiġi rilaxxat.

    Jekk żewġ gruppi konsekuttivi li jiġu soġġetti għall-kontroll imsaħħaħ jiġu miċħuda, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13.

    2.2.1.5.

    Il-kontroll tal-konformità tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal isir billi jibda bil-grupp li ġie manifatturat wara l-ewwel grupp li kien soġġett għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

    2.2.1.6.

    Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.1.4 m'għandhomx jeċċedu L, fejn L huwa l-valur ta' limitu preskritt għal kull test ta' l-approvazzjoni.

    2.2.2.   Il-kontroll kontinwu

    2.2.2.1.

    Id-detentur ta' approvazzjoni għandu jkun obbligat li jwettaq kontroll kontinwu tal-kwalità tal-proċess tal-manifattura tiegħu fuq bażi statistika u permezz tat-teħid tal-kampjuni. Bi ftehim ma' l-awtoritajet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mill-awtoritajiet tas-servizz tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta' approvazzjoni li jkun responsabbli għat-traċċabilità tal-prodott.

    2.2.2.2.

    Il-kampjuni jridu jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.2.4.

    2.2.2.3.

    Il-karatteristika tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tittieħed bl-addoċċ u t-testijiet li għandhom isiru huma deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4.

    2.2.2.4.

    Il-kontroll għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa li ġejjin.

    Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal meħuda

    Il-grad tas-severità tal-kontroll

    0,02  % ifisser sistema waħda tat-trażżin għat-tfal meħuda minn kull 5 000 li ġew manifatturati

    Normali

    0,05  % ifisser sistema waħda tat-trażżin għat-tfal meħuda minn kull 2 000 li ġew manifatturati

    Imsaħħaħ

    Dan il-pjan ta' teħid ta' kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

    Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal titqies bħala konformi, il-produzzjoni tkun konformi.

    Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal ma tissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa, għandha tittieħed it-tieni sistema tat-trażżin għat-tfal,

    Jekk it-tieni sistema tat-trażżin għat-tfal tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa, il-produzzjoni tkun konformi,

    Jekk iż-żewġ sistemi tat-trażżin għat-tfal (l-ewwel u t-tieni) ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet meħtieġa, il-produzzjoni ma tkunx konformi u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal li x'aktarx jippreżentaw l-istess nuqqas għandhom jiġu rtirati, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

    Il-kontroll imsaħħaħ se jieħu post dak normali jekk, minn 10 000 sistema tat-trażżin għat-tfal li jiġu manifatturati konsekuttivament, il-produzzjoni jkollha tiġi rtirata darbtejn.

    Il-kontroll normali jibda mill-ġdid jekk 10 000 sistema tat-trażżin għat-tfal li jiġu manifatturati konsekuttivament jitqiesu bħala konformi.

    Jekk il-produzzjoni li tiġi soġġetta għall-kontroll imsaħħaħ tkun ġiet irtirata f'żewġ okkażjonijiet konsekuttivi, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13.

    2.2.2.5.

    Il-kontroll kontinwu fuq is-sistemi tat-trażżin għat-tfal isir billi jibda wara l-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

    2.2.2.6.

    Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4 m'għandhomx jeċċedu L, fejn L huwa l-valur tal-limitu preskritt għal kull test ta' l-approvazzjoni.

    2.3.

    Għal tagħmir inkorporat f'vetturi speċifiċi għandhom japplikaw il-frekwenzi tat-test li ġejjin:

    Trażżin għat-tfal, minbarra l-booster cushions:

    Darba kull 8 ġimgħat

    Il-Booster cushions:

    Darba kull 12-il ġimgħa

    F'kull test il-kondizzjonijiet meħtieġa kollha skond il-paragrafi 7.1.4 u 7.2.1.8.1 iridu jiġu sodisfatti. Jekk it-testijiet kollha matul sena waħda juru riżultati sodisfaċenti, il-manifattur, wara ftehim ma' l-awtorità kompetenti, jista' jnaqqas il-frekwenzi kif ġej:

    Trażżin għat-tfal, minbarra l-booster cushions:

    Darba kull 16-il ġimgħa

    Il-Booster cushions:

    Darba kull 24 ġimgħa

    Madankollu, għandha tiġi permessa frekwenza minima ta' test fis-sena fejn il-produzzjoni annwali hija ta' 1 000 sistema tat-trażżin għat-tfal jew inqas.

    2.3.1.

    Għat-tagħmir ta' vetturi speċifiċi skond il-paragrafu 2.1.2.4.1, il-manifattur tat-trażżin għat-tfal jista' jagħżel il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni jew skond il-paragrafu 2.2, fuq sit tat-test, jew skond il-paragrafu 2.3, f'qafas ta' bodì ta' vettura.

    2.3.2.

    Fejn kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li jkun ġie soġġett għalih, għandu jsir test ieħor għall-istess rekwiżit fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra. Fil-każ tat-testijiet dinamiċi, jekk wieħed minn dawn ta' l-aħħar ifalli, il-produzzjoni titqies li mhix konformi u l-frekwenza għandha tiġi miżjuda għal waħda ogħla, jekk dik li kienet aktar baxxa kienet intużat skond il-paragrafu 2.3 u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

    2.4.

    Meta jinstab li l-produzzjoni mhix konformi skond il-paragrafi 2.2.1.4, 2.2.2.4 jew 2.3.2, id-detentur ta' l-approvazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu li kien akkreditat b'mod xieraq għandu:

    2.4.1.

    Jinnotifika lill-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip fejn jindika x'passi ttieħdu biex terġa' tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

    2.5.

    Il-manifattur irid jinforma lill-awtorità kompetenti fuq bażi ta' kull tliet xhur, dwar il-volum tal-prodotti magħmula skond kull numru ta' l-approvazzjoni, billi jipprovdi mezz ta' kif jiġu identifikati liema prodotti jikkorrispondu ma' dak in-numru ta' l-approvazzjoni.


    ANNESS 17

    IT-TEST TAL-MATERJAL ASSORBENTI L-ENERĠIJA

    1.   IL-FORMA TAR-RAS

    1.1.

    Il-forma tar-ras għandha tikkonsisti minn emisfera solida ta' l-injam b'segment iżgħar f'forma ta' sfera miżjud kif muri fil-Figura A hawn isfel. Din għandha tkun mibnija b'mod li tkun tista' titwaqqa' liberament tul l-assi mmarkat u għandu jkollha fejn jintrama aċċellerometru biex titkejjel l-aċċellerazzjoni tul id-direzzjoni tal-waqgħa.

    1.2.

    Il-forma tar-ras għandu jkollha massa totali ta' 2,75 ±0,05 kg, bl-aċċellerometru inkluż.

    Figura A

    Il-forma tar-ras

    Image

    Dimensjonijiet f'mm

    2.   IT-TAGĦMIR TAL-KEJL

    L-aċċellerazzjoni għandha tiġi rreġistrata matul it-test, billi jintuża tagħmir skond il-klassi tal-kanal tal-frekwenza 1 000 kif speċifikat fl-aħħar verżjoni ta' l-ISO 6487.

    3.   IL-PROĊEDURA

    3.1.

    It-test għandu jsir fuq trażżin għat-tfal immontat kompletament b'minimu ta' modifika biss fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat aċċess għall-appoġġ (direttament taħt il-punt ta' l-impatt) u għall-apparat ta' l-impatt u b'tali mod li bil-modifika jkun hemm effett minimu fuq ir-rendiment.

    3.2.

    It-trażżin għat-tfal immontat għandu jkun għalkollox appoġġjat fuq is-superfiċje ta' barra tiegħu fir-reġjun ta' l-impatt u għandu jkun appoġġjat direttament taħt il-punt ta' l-impatt fuq bażi riġida u lixxa, pereżempju bażi kwadra solida tal-konkrit.

    3.3.

    Ogħlli l-forma tar-ras għal għoli ta' 100 –0/+5 mm mis-superfiċji ta' fuq rispettivi tat-trażżin għat-tfal immontat sa l-iktar punt baxx fuq il-forma tar-ras, u ħalliha taqa'. Irreġistra l-aċċelerazzjoni li tkun għaddiet minnha l-forma tar-ras matul l-impatt.


    ANNESS 18

    IL-METODU LI BIH TIĠI DDEFINITA L-ERJA TA' L-IMPATT TAR-RAS TAT-TAGĦMIR B’POST FEJN ISSERRAĦ ID-DAHAR U GĦAT-TAGĦMIR LI JĦARES LURA GĦAD-DEFINIZZJONI TAD-DAQS MINIMU TAL-MADGARDS TAL-ĠENB

    1.

    Poġġi t-tagħmir fuq is-sit tat-test deskritt fl-Anness 6. Tagħmir li jista’ jitmejjel għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar dritta. Poġġi l-iżgħar manikin fit-tagħmir skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Immarka punt ’A’ fuq il-post fejn jistrieħ id-dahar fuq l-istess livell orizzontali ta' l-ispalla ta' l-iżgħar manikin f’punt 2 ċm ’il ġewwa mit-tarf ta' barra tad-driegħ. Is-superfiċji kollha ta' ġewwa ’l fuq mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt A għandhom jinkludu materjal speċjali assorbenti l-enerġija ttestjat skond l-Anness 17. Dan il-materjal għandu jkopri s-superfiċji ta' ġewwa ta' fejn jistrieħ id-dahar u l-madgards tal-ġenb, inklużi t-trufijiet ta' fuq ġewwa (iż-żona tar-radju) tal-madgards tal-ġenb. Il-materjal assorbenti l-enerġija jista’ jkun parti integrali mis-sit tat-tfal. Fil-każ ta' apparati għall-kerrikots fejn, skond l-istruzzjonijiet ta' l-apparat u l-istruzzjonijiet tal-manifattur, installazzjoni simmetrika tal-manikin ma tkunx possibbli, il-limitu t’isfel ta' erja fejn għandu jintuża materjal li jikkonforma ma' l-Anness 17, għandhom ikunu l-erjas kollha lilhinn mill-ispalla tal-manikin fid-direzzjoni tar-ras, meta mkejla b’dan il-manikin fil-kerrikot fl-agħar pożizzjoni tiegħu, b’mod konsistenti ma' l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-kerrikot tkun imqiegħda fuq il-bank tat-test.

    Jekk installazzjoni simmetrika tal-manikin fil-kerrikot tista’ tkun possibbli, is-superfiċji sħaħ ta' ġewwa għandhom ikunu miskija b’materjal li jkun konfomi ma' l-Anness 17; dan il-materjal irid jissodisfa l-iskop tiegħu flimkien ma' l-istruttura tal-ġenb ta' ġewwa; is-servizz tekniku jista’ jivvaluta dan l-aspett permezz ta' aktar testijiet.

    2.

    Għat-tagħmir li jħares lura għandu jkun hemm madgards tal-ġenb b’fond minimu ta' 90 mm imkejjel mill-medjan tas-superfiċje ta' fejn jistrieħ id-dahar. Dawn il-madgards tal-ġenb għandhom jibdew fil-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt “A” u jkomplu sal-parti ta' fuq nett tad-dahar tas-sit. Bil-bidu minn punt 90 mm ’l isfel mill-parti ta' fuq tad-dahar tas-sit, il-fond tal-madgards tal-ġenb jista’ jitnaqqas bil-mod.

    3.

    Il-kondizzjoni meħtieġa fil-paragrafu 2 t’aktar ’il fuq għad-daqs minimu tal-madgards tal-ġenb ma' tapplikax għat-trażżin għat-tfal tal-gruppi tal-massa II u III fil-kategorija tal-vettura speċifika li ser jintuża fl-erja tal-bagalji skond il-paragrafu 6.1.2. ta' dan ir-Regolament.


    L-ANNESS 19

    ID-DESKRIZZJONI TA' L-IKKONDIZZJONAR TA' L-APPARATI LI JAĠĠUSTAW ARMATI DIRETTAMENT FUQ IT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

    Figura 1

    Image

    1.   IL-METODU

    1.1.

    Bl-istrixxi ssettjati fil-pożizzjoni ta' referenza deskritta fil-paragrafu 8.2.7, iġbed ta' l-inqas 50 mm ta' l-istrixxi mill-ankraġġ integrali li jikkontrolla ċ-ċaqliq billi tiġbed fuq it-tarf liberu ta' l-istrixxi.

    1.2.

    Waħħal il-parti aġġustata ta' l-ankraġġ integrali li jikkontrolla l-moviment mat-tagħmir li jiġbed A.

    1.3.

    Attiva l-apparat li jaġġusta u iġbed ta' l-inqas 150 mm ta' l-istrixxi fl-ankraġġ integrali li jikkontrolla ċ-ċaqliq. Dan jirrapreżenta nofs ċiklu wieħed u jpoġġi it-tagħmir li jiġbed A fil-pożizzjoni massima ta' qligħ ta' l-istrixxi.

    1.4.

    Qabbad it-tarf liberu ta' l-istrixxi mat-tagħmir li jiġbed B.

    2.   IĊ-ĊIKLU HUWA:

    2.1.

    Iġbed B ta' l-inqas 150 mm filwaqt li A ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq l-ankraġġ integrali li jikkontrolla ċ-ċaqliq.

    2.2.

    Attiva l-apparati li jaġġustaw u iġbed A filwaqt li B ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq it-tarf liberu ta' l-istrixxi.

    2.3.

    Fit-tmiem ta' tefgħa, itfi l-apparat li jaġġusta.

    2.4.

    Irrepeti ċ-ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.2.7.


    ANNESS 20

    IT-TAGĦMIR TIPIKU TAT-TEST TAS-SAĦĦA TAL-BOKKLA

    Image

    ANNESS 21

    L-INSTALLAZZJONI TAT-TEST DINAMIKU TAL-ĦBIT

    Image

    1.   IL-METODU

    1.1.   Iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor biss

    Qiegħed iċ-ċellula tal-karga 1 mal-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra kif muri aktar 'il fuq. Installa t-trażżin għat-tfal u applika tensjoni fuq iċ-ċinturin ta' referenza fil-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra biex tinkiseb tagħbija ta' 75N ± 5N fuq il-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra.

    1.2.   Iċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor u dak dijagonali

    1.2.1.

    Qiegħed iċ-ċellula tal-karga 1 mal-pożizzjoni ta' fuq in-naħa ta' barra kif muri aktar 'il fuq. Installa t-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni korretta. Jekk jitwaħħal tagħmir tal-qfil mat-trażżin għat-tfal u jaġixxi fuq iċ-ċinturin dijagonali, poġġi ċ-ċellula tal-karga 2 f'pożizzjoni konvenjenti wara t-trażżin għat-tfal bejn it-tagħmir tal-qfil u l-bokkla kif muri aktar 'il fuq. Jekk m'hemm l-ebda tagħmir tal-qfil imwaħħal jew jekk it-tagħmir tal-qfil huwa mwaħħal mal-bokkla, qiegħed iċ-ċellula tal-karga f'pożizzjoni konvenjenti bejn l-ingassa tal-kolonna u t-trażżin għat-tfal.

    1.2.2.

    Aġġusta l-parti ta' fuq il-ħoġor taċ-ċinturin ta' referenza biex tikseb tagħbija ta' tensjoni ta' 50N ± 5N fiċ-ċellula tal-karga 1. Għamel marka bil-ġibs fuq l-istrixxi fejn jgħaddu minn ġol-bokkla simulata. Filwaqt li ċ-ċinturin jinżamm f'din il-pożizzjoni, aġġusta d-dijagonali biex tinkiseb tensjoni ta' 50N ± 5N fuq iċ-ċellula tal-karga 2 jew billi taqfel l-istrixxi fit-tagħmir tal-qfil ta' l-istrixxi tat-trażżin għat-tfal jew billi ġġebbed iċ-ċinturin viċin ta' l-apparat standard li jiġbed lura.

    1.2.3.

    Oħroġ l-istrixxi kollha mir-rukkell ta' l-apparat li jiġbed lura u dawwar lura b'tensjoni fiċ-ċinturin ta' 4 ± 3 N bejn l-apparat li jiġbed lura u l-ingassa tal-kolonna. Ir-rukkell għandu jissakkar qabel it-test dinamiku. Wettaq it-test dinamiku tal-kraxx.

    1.2.4.

    Qabel ma tibda l-installazzjoni, ikkontrolla t-trażżin għat-tfal biex tiddetermina l-konformità mal-paragrafu 6.2.1.3. Jekk hemm tibdil fit-tensjoni ta' l-installazzjoni minħabba l-bidla fil-funzjoni ta' l-angolu, allura ttestja għall-kondizzjoni li toħloq l-installazzjoni l-aktar illaxkata, wettaq l-installazzjoni u kkawża tensjoni fil-pożizzjoni l-aktar issikkata u mbagħad erġa' qiegħed it-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni għall-agħar każ mingħajr ma terġa' żżid it-tensjoni fiċ-ċinturin għall-adulti. Wettaq it-test dinamiku.

    1.3.   Iż-żjieda ISOFIX

    Għal sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX b' ankraġġi tal-koljatura tas-sit b'pożizzjonijiet aġġustabbli ISOFIX. Waħħal is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX mingħajr il-passiġġier ma' l-ankraġġi tal-koljatura tas-sit H1-H2 fil-pożizzjoni xierqa tat-test. Ħalli l-mekkaniżmi ta' l-imqafel tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jiġbdu s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX mingħajr il-passiġġier lejn il-koljatura tas-sit. Applika forza addizzjonali ta' 135 ± 15 N fi pjan parallel għas-superfiċje tal-kuxxin tas-sit tal-bank tat-test fid-direzzjoni tal-koljatura tas-sit sabiex tegħleb il-forzi tal-frizzjoni bejn is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u l-kuxxin tas-sit, waqt li tgħin l-effetti ta' awto-tensjoni tal-mekkaniżmu ta' l-imqafel. Il-forza għandha tiġi applikata fuq jew b'mod ugwali madwar il-linja taċ-ċentru tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u f'għoli ta' mhux iktar minn 100 mm 'il fuq mis-superfiċje tal-kuxxin tal-bank tat-test. Jekk ikun meħtieġ, aġġusta l-irbit ta' fuq sabiex tinkiseb tagħbija ta' tensjoni ta' 50 ± 5 N (*). Qiegħed il-manikin tat-test xieraq fit-trażżin għat-tfal meta s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX tkun ġiet aġġustata b'dan il-mod.

    Nota

    1.

    L-installazzjoni titwettaq wara li jitqiegħed il-manikin fit-trażżin għall-paragrafi 1.1 u 1.2.

    2.

    Minħabba li l-kuxxin tal-fowm tat-test ser jikkompressa wara l-installazzjoni tat-trażżin għat-tfal, it-test dinamiku jrid jitwettaq, possibilment, mhux aktar minn 10 minuti wara l-installazzjoni. Biex il-kuxxin titħalla terġa' tikseb il-forma tagħha, il-perjodu minimu bejn żewġ testijiet fejn tintuża l-istess kuxxin għandu jkun ta' 20 minuta.

    3.

    Iċ-ċelluli tal-karga jitwaħħlu direttament fuq l-istrixxi taċ-ċinturin jistgħu jiġu skonnettjati b'mod elettriku, imma jridu jitħallew fil-post matul it-test dinamiku. Il-massa ta' kull ċellula m'għandhiex teċċedi l-250 gramma. Alternattivament, iċ-ċellula tal-karga ta' l-istrixxi taċ-ċinturin ta' fuq il-ħoġor tista' tiġi sostitwita minn ċellula tal-karga mwaħħla fil-punt ta' l-ankraġġ.

    4.

    Fil-każ tat-trażżin mgħammar b'i tagħmir maħsub biex iżid it-tensjoni taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti, il-metodu tat-test għandu jkun: Installa s-sistema tat-trażżin għat-tfal kif meħtieġ f'dan l-Anness u mbagħad applika t-tagħmir li jżid it-tensjoni kif iddikjarat fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Jekk it-tagħmir ma jistax jiġi applikat minħabba tensjoni eċċessiva allura dan jitqies bħala tagħmir mhux aċċettabbli.

    5.

    M'għandha tiġi applikata l-ebda forza addizzjonali fuq is-sistema tat-trażżin għat-tfal għajr il-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-forzi korretti ta' l-installazzjoni kif speċifikat fil-paragrafi 1.1 u 1.2.2.

    6.

    F'każ ta' kerrikot installat kif deskritt fil-paragrafu 8.1.3.5.6, il-kollegament bejn iċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti u t-trażżin għandu jkun simulat. Ċinturin tas-sigurtà għall-adulti twil 500 mm u b'tarf ħieles (imkejjel kif deskritt fl-Anness 13) jiġi kollegat bil-pjanċa ta' l-ankraġġ deskritta fl-Anness 13 mal-punti ta' l-ankraġġ preskritti. It-trażżin imbagħad jiġi kollegat maċ-ċinturini tas-sigurtà għall-adulti b'tarf ħieles. It-tensjoni fuq iċ-ċinturin tas-sigurtà għall-adulti, imkejla bejn il-punt ta' l-ankraġġ u t-trażżin, għandha tkun ta' 50 ± 5 N.


    (*)  Fil-każ ta' trażżin mgħammar b'apparati maħsuba biex iżidu t-tensjoni ta' l-irbit ta' fuq, il-metodu tat-test għandu jkun:

    Installa s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX kif meħtieġ f'dan l-Anness u mbagħad applika l-apparat li jżid it-tensjoni kif iddikjarat fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-apparat ma jkunx jista' jiġi applikat minħabba tensjoni żejda mela dan jitqies bħala apparat mhux aċċettabbli .


    ANNESS 22

    IT-TEST TAL-BLOKKA TAL-ĠISEM TAL-PARTI T'ISFEL TAT-TORSO

    Figura 1:

    Il-blokka tal-manikin P10 maqtugħa

    Materjal: EPS (40 sa 45 g/l)

    Image

    Figura 2:

    It-test tal-ġbid tal-booster bl-użu tal-blokka tal-manikin

    Image

    Top