Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42007X0619(03)

    Regolament Nru 103 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-konvertituri katalitiċi għall-vetturi li jaħdmu bil-magni

    ĠU L 158, 19.6.2007, p. 106–117 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/103(2)/oj

    19.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 158/106


    Huma biss it-testi NU/KEE li għandhom effett legali skond il-liġi pubblika internazzjonali. L-istat u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta’ l-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

    Regolament Nru 103 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-konvertituri katalitiċi għall-vetturi li jaħdmu bil-magni

    Addendum 102: Regolament Nru 103

    Tinkorpora t-test validu kollu sa:

    Emendament 1 – Data tad-dħul fis-seħħ: is-6 ta’ Lulju 2000

    Emendament 2 – Data tad-dħul fis-seħħ: l-4 ta’ April 2005

    1.   AMBITU

    Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unitajiet tekniċi separati, ta’ konvertituri katalitiċi li għandhom jiġu mwaħħla fuq tip jew iktar ta’ vetturi bil-magna tal-kategoriji M1 u N1 bħala partijiet ta’ rikambju.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

    2.1.   “Tagħmir oriġinali konvertitur katalitiku”, tfisser konvertitur katalitiku jew assemblaġġ ta’ konvertituri katalitiċi koperti mill-approvazzjoni tat-tip ikkonsenjat għall-vettura u li tipi tagħhom huma indikati fid-dokumenti relatati ma’ l-Anness 2 tar-Regolament Nru 83.

    2.2.   “Konvertitur katalitiku ta’ rikambju” ifisser konvertitur katalitiku jew assemblaġġ ta’ konvertituri li għalihom l-approvazzjoni tista’ tingħata skond dan ir-Regolament, ħlief għal dawk definiti fil-paragrafu 2.1. hawn fuq.

    2.3.   “Rikambju oriġinali ta’ konvertitur katalitiku” tfisser konvertitur katalitiku jew assemblaġġ ta’ konvertituri katalitiċi li t-tipi tagħhom huma indikati fid-dokumenti relatati ma’ l-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, iżda li huma offruti fis-suq bħala unitajiet tekniċi separati minn min ikun fil-pussess tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

    2.4.   “Tip ta’ konvertitur katalitiku” tfisser konvertituri katalitiċi li ma jiddiferux f’aspetti essenzjali bhal:

    (i)

    numru ta’ substrati miksija, struttura u materjal

    (ii)

    tip ta’ attività katalitika (ossidanti, three-way, eċċ.)

    (iii)

    volum, proporzjon ta’ żona frontali u tul tas-substrata

    (iv)

    kontenut ta’ materjal katalitiku

    (v)

    proporzjoni fil-materjali katalitiċi

    (vi)

    densità taċ-ċellola

    (vii)

    dimensjonijiet u għamla

    (viii)

    protezzjoni termali

    2.5.   “It-tip tal-vettura”

    Ara l-paragrafu 2.3. tar-Regolament Nru 83.

    2.6.   “Approvazzjoni ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju” tfisser l-approvazzjoni ta’ konvertitur intiż (jew maħsub) sabiex jitwaħħal bħala parti ta’ rikambju fuq tip wieħed jew aktar speċifiċi ta’ vetturi fir-rigward tal-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi ta’ tniġġis, livell tal-ħoss u effett fuq il-prestazzjoni ta’ vettura u fejn huwa rilevanti, fuq id-dijanjostika abbord tal-vettura (OBD).

    2.7.   “Konvertitur katalitiku ta’ rikambju deterjorat” ifisser konvertitur li huwa antik jew iddeterjora f’mod artifiċjali sal-punt illi jissodisfa l-ħtiġijiet stipolati fil-paragrafu 1 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness 11 tar-Regolament Nru 83.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoi ta’ tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju għandha titressaq mill-manifattur tiegħu jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    Għal kull tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju li għalih it-tip ta’ approvazzjoni huwa rikjest, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin fi tliet kopji.

    3.2.1.   Pjanti tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju li jidentifikaw b’mod partikolari l-karattaeristiċi li jissemmew fil-paragrafu 2.4. ta’ dan ir-Regolament.

    3.2.2.   Deskrizzjoni tat-tip jew tipi tal-vettura li għalihom huwa intenzjonat(jew maħsub) il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju. In-numru u/jew simboli li jikkaratterizzaw il-magna u t-tip tal-vettura(i) għandhom ikunu indikati.

    3.2.3.   Deskrizzjoni u pjanti li juru l-pożizzjoni ta’ skambju tal-konvertitur ħdejn il-pajpijiet ta’ ħruġ ta’ l-exhaust mill-magna.

    3.2.4.   Pjanti li jindikaw il-post intenzjonat għall-marka ta’ approvazzjoni.

    3.2.5.   Indikazzjoni tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju huwa maħsub li jkun kompatibbli mal-kondizzjonijiet OBD.

    3.2.6.   L-Appendiċi jagħti mudell tad-dokument ta’ informazzjoni.

    L-applikant għall-approvazzjoni għandu jipprovdi s-servizz tekniku għat-testijiet ta’ approvazzjoni:

    3.3.1.   Vettura(i) ta’ tip approvat skond ir-Regolament Nru 83 mgħammra b’konvertitur katalitiku oriġinali ġdid. Din (Dawn) il-vettura(i) għandha (għandhom) tkun (ikunu) magħżula mill-applikant bi qbil mas-servizz tekniku. Hi (huma) għandha (għandhom) jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ l-anness 4 tar-Regolament Nru 83.

    Il-vettura(i) tat-test m’għandux ikollha (ikollhom) difetti fis-sistema ta’ kontroll ta’ emissjoni; kull parti oriġinali li ddeterjorat jew li tikkawża malfunzjonament fl-emissjoni għandha tiġi msewwija jew sostitwita. Il-vettura(i) tat-test għandha (għandhom) tiġi (jiġu) ttjunjata(i) tajjeb u ssettjata(i) għall-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant qabel ma jibda l-ittestjar tal-emissjoni.

    3.3.2.   Kampjun wieħed tat-tip tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju. Dan il-kampjun għandu jkun immarkat b’mod ċar u li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali ta’ l-applikant u d-deżinjazzjoni kummerċjali.

    3.3.3.   Kampjun addizzjonali tat-tip tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju, fil-każ ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju intenzjonat (jew maħsub) sabiex jitwaħħal fuq vettura mgħammra b’sistema OBD. Dan il-kampjun għandu jkun immarkat b’mod ċar u li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali ta’ l-applikant u d-deżinjazzjoni kummerċjali. Hija għandha tkun iddeterjorat kif imfisser fil-paragrafu 2.7. hawn fuq.

    4.   APPROVAZZJONI

    4.1.   Jekk it-tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju li tresssaq għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 aktar ‘l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju.

    Konvertituri katalitiċi ta’ rikambju oriġinali, li huma ta’ tip li huma koperti mill-paragrafu 18 ta’ l-Anness 2 tar-Regolament Nru 83 u li huma intenzjonati (jew maħsuba) sabiex jitwaħħlu f’vettura li għaliha jirreferi d-dokument rilevanti tat-tip ta’ approvazzjoni, m’għandhomx bżonn li jkunu approvati skond dan ir-Regolament bil-kondizzjoni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2.

    4.2.1.   L-immarkar

    Konvertituri katalitiċi oriġinali ta’ rikambju għandu jkollhom fuqhom għall-inqas il-mezzi ta’ identifikazzjoni li ġejjin:

    4.2.1.1.   l-isem tal-fabbrikant tal-vettura jew il-marka tal-kummerċ.

    4.2.1.2.   L-għamla u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali kif irreġistrat fl-informazzjoni msemmija f’paragrafu 4.2.3.

    4.2.2.   Dokumentazzjoni

    Konvertituri katalitiċi ta’ rikambju oriġinali għandhom jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja:

    4.2.2.1.   L-isem tal-fabbrikant tal-vettura jew il-marka tal-kummerċ.

    4.2.2.2.   L-għamla u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali kif irreġistrat fl-informazzjoni msemmija f’paragrafu 4.2.3.

    4.2.2.3.   Il-vetturi li jkollhom konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali li huwa ta’ tip kopert mill-punt 18 ta’ l-Anness 2 tar-Regolament Nru 83, li jinkludi, fejn applikabbli, marka sabiex tidentifika jekk il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali huwiex tajjeb sabiex jitwaħħal f’vettura li hija mgħammra b’sistema dianjostika abbord il-vettura (OBD).

    4.2.2.4.   Istruzzjonijiet ta’ istallazzjoni, fejn neċessarji.

    4.2.2.5.   Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta:

    bħala fuljett li jakkompanja l-konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali,

    jew

    fuq l-ipakkjar li fiħ il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali huwa mibjugħ,

    jew

    permezz ta’ kwalunkwe’ mezz ieħor applikabbli.

    Fi kwalunkwe’ każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit sal-postijiet ta’ fejn isir il-bejgħ permezz tal-fabbrikant tal-vettura.

    4.2.3.   Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lis-servizz tekniku u/jew l-awtorità ta’ approvazzjoni, l-informazzjoni neċessarja f’format elettroniku li jagħmel konnessjoni bejn in-numri tal-partijiet relevanti u d-dokumentazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

    Din l-informazzjoni għandu jkollha:

    (i)

    għamla(iet) u tip(i) ta’ vettura.

    (ii)

    għamla(iet) u tip(i) ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali.

    (iii)

    numru(i) tal-parti tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju oriġinali.

    (iv)

    numru ta’ approvazzjoni tat-tip(i) rilevanti tal-vettura.

    4.3.   Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju approvat. L-ewwel żewġ ċifri ta’ dan (00 għar-Regolament fil-verżjoni attwali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju. L-istess numru ta’ approvazzjoni jista’ jkopri l-użu ta’ dak it-tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju fuq numru ta’ tipi ta’ vetturi differenti.

    4.4.   Meta l-applikant ta’ l-approvazzjoni tat-tip jista’ juri lill-awtorità ta’ approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku li l-konvertitur katalitiku ta’ rikambju huwa ta’ tip indikat fil-punt 18 ta’ l-Anness 2 sa 05 ta’ l-emendi tar-Regolament Nru 83, l-għoti ta’ ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip mhux ser ikun jiddipendi mill-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 5. li għandhom jiġu vverifikati.

    4.5.   L-avviż ta’ l-approvazzjoni jew tar-rifjut ta’ l-approvazzjoi tat-tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju skond dan ir-regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ forma li tikkonforma mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    Għandu jiġi mehmuż, b’mod li jidher u f’post speċifiakt fuq il-formola ta’ l-approvazzjoni, il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju li jikkonforma mat-tip ta’ konvertitur ta’ rikambju approvat skond dan ir-Regolament, u marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

    4.6.1.   Ċirku bil-ġnub li jdawwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1);

    4.6.2.   In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru ta’ l-approvazzjoni, ħdejn iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.6.1.

    4.7.   Jekk il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju huwa konformi mat-tip approvat ta’ konvertitur katalitiku, skond wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, m’għandux għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.6.1. f’dan il-każ, in-numri tar-Regolament u ta’ l-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.6.1.

    4.8.   Il-mark ta’ approvazzjoni għandha tkun indellibbli u li tista tinqara sew meta l-konvertitur katalitiku ta’ rikambju jiġi mmontat taħt il-vettura.

    4.9.   L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ ftehim dwar marki ta’ l-approvazzjoni.

    5.   KONDIZZJONIJIET

    5.1.   Kondizzjonijiet ġenerali

    5.1.1.   Il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju għandu jiġi mfassal, mibni u magħmul b’tali mod li jkun jista’ jiġi mmontat sabiex il-vettura tkun tista’ tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk ir-Regolamenti li kienet oriġinalment tikkonforma magħhom u li l-emissjonijiet ta’ tniġġis jiġu limitati b’mod effettiv matul il-ħajja normali tal-vettura taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu.

    5.1.2.   L-istallazzjoni tal-konvertitur katalitiku ta’ rikmabju għandha ssir fil-pożizzjoni eżatta tal-konvertitur katalitiku oriġinali, u l-pożizzjoni fuq il-linja ta’ l-exhaust tal-prob(i) ta’ l-ossiġnu u sensuri oħra, jekk applikabbli, m’għandhomx ikunu modifikati.

    5.1.3.   Jekk il-konvertitur katalitiku tat-tagħmir oriġinali jinkludi protezzjonijiet termali, il-konvertitur katalitiku ta’ rimpjazzament għandu jinkludi protezzjonijiet ekwivalenti.

    5.1.4.   Il-konvertitur katalitiku ta’ rimpjazzament għandu jkun durabbli, jiġifieri diżinjat, mibni u kapaċi li jkun immontat sabiex tinkiseb reżistenza raġonevoli għall-fenomeni ta’ korrożjoni u ossidazzjoni li għaliha huwa espost, b’attenzjoni għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu tal-vettura.

    5.2.   Kondizzjonijiet dwar emissjonijiet

    Il-vettura(i) indikata(i) fil-paragrafu 3.3.1. ta’ dan ir-Regolament, mgħammra b’konvertitur ta’ rikambju tat-tip li għaliha l-approvazzjoni hija rikjesta, għandha (għandhom) tkun (ikunu) soġġetta(i) għal-test tat-tip I taħt il-kundizzjonijiet deskritti fl-annessi korrispondenti għar-Regolament Nru 83 sabiex tiġi mqabbla l-prestazzjoni tagħha mal-konvertitur katalitiku oriġinali skond il-proċedura deskritta hawn taħt.

    5.2.1.   Osservanza tal-bażi tat-tqabbil

    Il-vettura(i) għandha (għandhom) tkun (ikunu) mgħammra b’konvertitur katalitiku oriġinali ġdid (ara paragrafu 3.3.1) li għandu jitħaddem bi12-il ċiklu urban żejjed (test tat-tip I parti 2).

    Wara dan il-prekondizzjonament, il-vettura(i) għandha (għandhom) tinżamm (jinżammu) f’kamra li fiha t-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir mill-inqas għal sitt siegħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-coolant, jekk hemm, huma sa tat-temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.

    5.2.2.   Test tal-gass tal-exhaust b’konvertitur katalitiku ta’ rikambju

    Il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju tat-test tal-vettura(i) għandu jkun sostitwit bil- konvertitur katalitiku sostituttiv (ara paragrafu 3.3.2) li għandu jitħaddem b’12-il ċiklu urban żejjed (test tat-tip I parti 2). Wara dan il-prekondizzjonament, il-vettura(i) għandha (għandhom) tinżamm (jinżammu) f’kamra li fiha t-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir mill-inqas għal sitt siegħat u jkompli sakemm it-temperatura ta’ żejt tal-magna u l-coolant, jekk hemm, huma bejn ±2 K ta’ temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.

    5.2.3.   Valutazzjoni ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi ta’ tniġġis ta’ vetturi mgħammra b’konvertituri katalitiċi ta’ rikambju

    Il-vettura(i) tat-test bil-konvertitur katalitiku oriġinali għandha (għandhom) tikkonfroma (jikkonforma) mal-valuri tal-limitu skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i) inklużi - jekk applikabbli - il-fatturi ta’ deterjorazzjoni applikati waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i).

    Il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw l-emissjonijiet tal-vettura(i) mgħammra bil-konvertitur katalitiku ta’ rikambju għandhom ikunu meqjusa li jkunu sodisfatti jekk ir-riżultati, għal kull sustanza ta’ tniġġis regolata (CO, HC, NOx u partikulati) jissodisfaw il- kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    M ≤ 0,85 S + 0,4 G

    (2)

    M ≤ G

    fejn:

    M

    :

    huwa l-valur medju tal-emissjonijiet ta’ sustanza ta’ aġent tat-tniġġis wieħed (CO, HC, NOx u partikulati) jew it-total ta’ żewġ aġenti ta’ tniġġis (HC + NOx) miksub mit-tliet testijiet tat-tip I bil-konvertitur katalitiku ta’ rikambju.

    S

    :

    huwa l-valur medju ta’ l-emissjonijiet ta’ aġent tat-tniġġis wieħed (CO, HC, NOx u partikulati) jew it-total ta’ żewġ aġenti ta’ tniġġis (HC + NOx) miksub mit-tliet testijiet tat-tip I bil-konvertitur katalitiku oriġinali.

    G

    :

    huwa l-valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet ta’ aġent ta’ tniġġis wieħed (CO, HC, NOx u partikulati) jew it-total ta’ żewġ aġenti ta’ tniġġis (HC + NOx) skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i) diviżi - jekk applikabbli - bil-fatturi ta’ deterjorazzjoni determinati skond il-punt 5.4. hawn taħt.

    Fejn l-approvazzjoni hija applikata għal tipi differenti ta’ vetturi mill-istess fabbrikant ta’ karrozzi, u bil-kondizzjoni illi dawn it-tipi differenti ta’ vettura huma mgħammra bl-istess tip ta’ konvertitur katalitiku oriġinali, it-testjar tat-tip I jista’ jkun limitat għal mill-inqas żewġ vetturi magħżula wara ftehim mas-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni.

    5.3.   Kondizzjonijiet fir-rigward ta’ ħoss u prestazzjoni tal-vettura

    Il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet tekniċi tar-Regolament Nru 59. Bħala alternattiva għall-kejl tal-back-pressure kif speċifikat mir-Regolament Nru 59, il-verifika tal-prestazzjoni tal-vettura jista’ jsir billi titkejjel il-potenza massima assorbita permezz ta’ chassis dynamometer f’veloċità li tikkorrispondi għall-potenza massima tal-magna. Il-valur imkejjel taħt kondizzjonijiet ambjentali ta’ referenza kif speċifikat fir-Regolament Nru 85 bil-konvertitur katalitiku ta’ rikambju m’għandux ikun iktar baxx minn 5 fil-mija minn dak li jiġi osservat bil-konvertitur katalitiku oriġinali.

    5.4.   Kondizzjonijiet fir-rigward tad-durabilità

    Il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-paragrafu 5.3.5. tar-Regolament Nru 83 jiġifieri it-test tat-tip V jew fatturi ta’ deterjorament mit-tabella li ġejja għar-riżultati tat-testijiet tat-tip I.

    Kategorija ta’ Magna

    Fattur ta’ deterjormanet

    CO

    HC (2)

    NOx  (2)

    HC + NOx

    Partikulati

    Positive-ignition

    1,2

    1,2

    1,2

    1,2 (3)

    Compression ignition

    1,1

    1,0

    1,0

    1,2

    Kondizzjonijiet fir-rigward tal-kompatibbiltà fl-OBD (applikabbli biss fil-konvertituri katalitiċ ta’ rikambju maħsuba li jiġu ffittjati fil-vetturi li huma mgħammra b’sistema OBD).

    Id-dimostrazzjoni tal-kompatibbiltà OBD hija rikjesta biss meta l-katalizzaturi oriġinali ġiet immonitorjata fil-konfigurazzjoni oriġinali.

    5.5.1.   Il-kompatibbiltà tal-konvertitur katalitiku mgħammar b’sistema OBD għandha tiġi ddimostrata permezz ta’ proċeduri deskritti fis-serje 05 ta’ l-emendi mar-Regolament Nru 83, l-Anness 11, l-Appendiċi 1.

    5.5.2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ l-emendi tas-serje 05 tar-regolament Nru 83, l-Anness 11, l-Appendiċi 1 applikabbli għall-komponenti li mhumiex il-konvertitur katalitiku m’għandhomx japplikaw.

    5.5.3.   Il-manifattur ta’ wara l-bejgħ jista’ juża l-istess prekondizzjonament u proċedura ta’ test użati fl-approvazzjoni tat-tip oriġinali. Għal dan il-każ, id-dipartimenti amministrattivi għandhom jipprovdu, fuq rikjesta u fuq bażi mhux diskriminatorja, l-Appendiċi 1 għat-tip ta’ approvazzjoji ta’ komunikazzjoni li fih numru u tip ta’ ċikli ta’ prekondizzjonament u t-tip ta’ ċiklu tat-test użat mill-manifattur oriġinali ta’ l-apparat għat-testjar OBD tal-konvertitur katalitiku.

    5.5.4.   Sabiex jiġu vverifikati l-istallazzjoni u l-funzjonament korretti tal-komponenti kollha oħrajn immonitorjati mis-sistema OBD, is-sistema OBD n’għandha tindika l-ebda malfunzjonament u m’għandu jkollu l-ebda kodiċi ta’ difetti miżmuma fiha qabel l-istallazzjoni ta’ kull konvertitur katalitiku ta’ rikambju. Valutazzjoni ta’ l-istat tas-sistema ta’ l-OBD fl-aħħar tat-testijiet deskritti fil-paragrafu 5.2.1. tista’ tintuża għal dan il-għan.

    5.5.5.   L-indikatur tal-malfunzjonament (MI: ara l-paragrafu ta’ referenza 2.5. ta’ l-Anness 11 tas-serje 05 ta’ l-emendi tar-Regolament Nru 83) m’għandux jiġi attivat matul l-operat tal-vettura kif meħtieġ skond il-paragrafu 5.2.2.

    6.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ KONVERTITUR KATALITIKU TA’ RIKAMBJU U ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI

    Kull modifika ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva dan it-tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju.

    Id-dipartiment imbagħad jista’:

    (i)

    jikkunsidra li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom daqstant effett ħażin li jkun innutat u li fi kwalunkwe każ konvertitur katalitiku ta’ rikambju għadu konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa,

    jew

    (ii)

    jeħtieġ rapport ta’ test ieħor għal uħud jew għat-testijiet kollha deskritti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament mis-servizz tekniku risponsabbli għat-tmexxija tat-testijiet.

    Il-konferma jew ir-rifjut ta’ l-approvazzjoni, li tispeċifika l-bidla, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4.5. aktar ‘il fuq.

    L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tassenja numru serjali għal kull formola ta’ komunikazzjoni mimlija għal kull estensjoni bħal din.

    7.   KONFORMITÀ TAL- PRODUZZJONI

    Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha tkun konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

    7.1.   Konvertituri katalitiċi ta’ rikambju approvati skond dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati biex jikkonformaw mat-tip approvat fil-karatteristiċi kif inhu definit skond il-paragrafu 2.4. ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipolati fil-paragarfu 5 u, fejn ikun applikabbli, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tat-testijiet speċifikati f’dan ir-Regolament.

    7.2.   L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kull kontroll jew test preskritt f’dan ir-Regolament. Partikolarment, it-testijiet deskritti fil-paragrafu 5.2. ta’ dan ir-Regolament (kondizzjonijiet fir-rigward ta’ l-emissjonijiet) jistgħu jinġiebu fis-seħħ. F’dan il-każ, id-detentur ta’ l-approvazzjoni jista’ jitlob, bħala alternattiva, sabiex juża bħala bażi għat-tqabbil mhux il-konvertitur katalitiku oriġinali, iżda l-konvertitur katalitiku ta’ rikambju li intuża waqt it-testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip (jew kampjun ieħor li kien ippruvat li jikkonforma mat-tip approvat). Valuri ta’ emissjoni mkejla bil-kampjun li jkun qed jiġi vverifikat ma jistax jeċċedi b’aktar minn 15 % il-valuri medji mkejla bil-kampjun użat għar referenza.

    8.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    8.1.   L-approvazzjoni mogħtija skond it-tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju skond dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk il-kondizzjonijiet stipolati fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq ma jkunux tħarsu.

    8.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    9.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    Jekk min għandu l-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura t-tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju approvat skond ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni.

    Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    10.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ L-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi risponsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

    11.   DOKUMENTAZZJONI

    Konvertituri katalitiċi ta’ rikambju ġodda għandhom jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja:

    11.1.1.   L-isem tal-manifattur tal-katalista u l-marka tal-kummerċ.

    11.1.2.   Il-vetturi (inkluża s-sena tal-manifattura) li għalih huwa approvat il-konvertitur katalitiku, inkluża, fejn japplika marka li tidentifika l-konvertitur katalitiku ta’ rikambju bħala xieraq għall-iffittjar fuq vettura li hija mgħammra b’sistema on-board ta’ dijanjostika (OBD).

    11.1.3.   Istruzzjonijiet ta’ istallazzjoni, fejn meħtieġa.

    11.2.   Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta:

    (i)

    bħala fuljett li jakkompanja l-konvertitur katalitiku ta’ rikambju;

    jew

    (ii)

    fuq l-ippakkjar li fiħ il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju huwa mibjugħ;

    jew

    (iii)

    permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor applikabbli.

    Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott imqassam lill-postijiet tal-bejgħ mill-manifattur tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju.


    (1)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u għall-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (battal), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (battal), 31 għall-Bożnja u l-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (battal), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (battal), 37 għat-Turkija, 38-39 (battal), 40 għar-Repubblika eks-Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (battal), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (battal), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fih jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Parts li jistgħu Jitwaħħlu fuq u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet dwar l-Għarfien Reċiproku ta' l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta' dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk assenjati għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

    (2)  Applikabbli biss għall-vetturi li huma approvati skond is-serje 05 ta’ l-emendi tar-Regolament Nru 83.

    (3)  Applikabbli biss għall-vetturi positive-ignition li huma approvati qabel is-serje 05 ta’ l-emendi tar-Regolament Nru 83.


    Appendiċi

    NRU TA’ DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI … FIR-RIGWARD TAT-TIP GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ KONVERTITURI KATALITIĊI TA’ RIKAMBJU

    Kwanlunke disinji għandhom ikunu pprovduti fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru biżżejjed dettall.

    Jekk is-sistema, il-komponenti jew it-taqsimiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni li tikkonċerna r-rendiment tagħhom.

    1.   ĠENERALI

    1.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

    1.2.   Tip:

    1.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

    1.7.   Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, post u metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni ECE:

    1.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

    2.   DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

    2.1.   Għamla u tip ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju:

    2.2.   Pjanti tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju li jidentifikaw b’mod partikolari l-karatteristiċi li jissemmew fil-punti 2.3 sa 2.3.2. ta’ dan l-appendiċi:

    Deskrizzjoni tat-tip jew tipi tal-vettura li għalihom huwa intenzjonat il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju:

    2.3.1.   Numru(i) u/jew simbolu(i) li jikkaratterizza(w) il-magna u t-tip(i) ta’ vettura:

    2.3.2.   Il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju maħsub li jkun kompatibbli mal-kondizzjoniijiet OBD: Iva/Le (Aqta’ dak li ma japplikax).

    2.4.   Deskrizzjoni u pjanti li juru l-pożizzjoni ta’ rikambju tal-konvertitur ħdejn il-pajpijiet ta’ ħruġ ta’ l-exhaust mill-magna:


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

     (1)

     

    maħruġa minn:

    Isem l-amministrazzjoni:


    li tikkonċerna (2):

    APPROVAZZJONI MOGĦTIJA

    APPROVAZZJONI ESTIŻA

    APPROVAZZJONI RIFJUTATA

    APPROVAZZJONI RTIRATA

    PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju skond ir-Regolament Nru 103

    Nru ta’ l-approvazzjoni …

    Nru ta’ l-estensjoni …

    Ir-raġuni għall-estensjoni:

    1.   L-isem u l-indirizz ta’ l-applikant: …

    2.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

    3.   L-isem tal-marka kummerċjali jew marka tal-manifattur: …

    4.   Tip u deżinjazzjoni kummerċjali tal-konvertitur katalitiku ta’ rikambju: …

    Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat:

    5.1.   Fejn tinsab il-marka: …

    6.   It-tip(i) ta’ vetturi li għalihom it-tip ta’ konvertitur katalitiku jikkwalifika bħala konvertitur katalitiku ta’ rikambju: …

    Tip(i) ta’ vettura (i) li fuqhom ġie ittestjat il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju: …

    7.1.   Il-konvertitur katalitiku ta’ rikambju wera kompatibbiltà mal-kondizzjoniijiet ta’ l-OBD: Iva/Le (2)

    8.   Il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni: …

    9.   Imressaq għall-approvazzjoni fi: …

    Is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni: …

    10.1.   Id-data tar-rapport tat-test: …

    10.2.   In-numru tar-rapport tat-test: …

    11.   Approvazzjoni mogħtija/estiża/irrifjutata/irtirata (2)

    12.   Il-post: …

    13.   Data: …

    14.   Firma: …

    15.   Anness ma’ din il-komunikazzjoni hemm lista ta’ dokumenti fil-file ta’ approvazzjoni iddepożitat fis-servizzi amministrattivi wara li jkunu taw l-approvazzjoni u li tista’ tinkiseb fuq rikjesta partikolari.


    (1)  Numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni fir-Regolament).

    (2)  Aqta’ fejn ma japplikax.


    ANNESS 2

    EŻEMPJI TA’ L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI

    MUDELL A

    (Ara l-paragrafu 4.4. ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta’ approvazzjoni hawn fuq mwaħħla ma’ komponent ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4), skond ir-Regolament Nru 103 skond l-approvazzjoni Nru 001234. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ l-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond il-kondizzjonijiet tar-Regolament Nru 103 kien fil-forma oriġinali tiegħu.

    MUDELL B

    (Ara l-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta’ approvazzjoni hawn fuq mwaħħla ma’ komponent ta’ konvertitur katalitiku ta’ rikambju turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4), skond ir-Regolamenti Nru 103 u 59. 1 (1)

    L-ewwel żewġ ċifri tan-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-data li fiha ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolamenti Nri 103 u 59 kienu fil-forma oriġinali tagħhom.


    (1)  It-tieni numru hu mogħti biss bħala eżempju.


    Top