Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42006X1227(07)R(01)

    Corrigendum għar-Regolament Nru 123 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Proviżjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi adottivi għad-dwal ta’ quddiem (AFS) għall-vetturi ( ĠU L 375, 27.12.2006 )

    ĠU L 70, 9.3.2007, p. 355–412 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/123(2)/corrigendum/2007-03-09/oj

    9.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    355


    Corrigendum għar-Regolament Nru 123 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Proviżjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi adottivi għad-dwal ta’ quddiem (AFS) għall-vetturi

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 375 tas-27 ta’ Diċembru 2006 )

    Regolament Nru 123 għandu jaqra hekk:

    Regolament Nru 123 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — dwar proposta ta’ proġett ġdid ta’ Regolament: miżuri uniformi dwar l-omologazzjoni tas-sistemi adattivi ta’ dwal ta’ quddiem (adaptive frontlighting system — afs) għall-vetturi bil-mutur

    A.   MIŻURI AMMINISTRATTIVI

    QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

    Ir-Regolament preżenti japplika għas-sistemi adattivi tad-dwal ta’ quddiem (AFS) għall-vetturi bil-mutur.

    1.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet tar-Regolament preżenti,

    1.1.   Id-definizzjonijiet li jidhru fir-Regolament Nru 48 u s-sensiela ta’ emendi tagħha fis-seħħ fil-mument tat-talba ta’ omologazzjoni jridu japplikaw;

    1.2.   “Sistema adattiva ta’ dwal ta’ quddiem” (jew “sistema”) hija sistema ta’ dwal li tarmi raġġi ta’ liema l-karatteristiċi jadattaw ruħhom awtomatikament għall-kundizzjonijiet varjabbli ta’ użu tar-raġġ baxxi u, jekk jinqala’ l-każ, tar-raġġ qawwi b’kontenut minimu ta’ funzjoni, kif indikat fil-paragrafu 6.1.1; din is-sistema tinkludi “l-kontroll tas-sistema”, waħda jew aktar “sistemi ta’ provvista u ta’ tħaddim”, jekk jinqala’ l-każ, u ta’ l-unitajiet ta’ installazzjoni mqiegħda fuq il-lemin u fuq ix-xellug tal-vettura;

    1.3.   “Klassi” ta’ raġġ baxx (C, V, E jew W) hija raġġ baxx li għandu l-karatteristiċi msemmija fir-Regolament preżenti u fir-Regolament Nru 48 (1);

    “Mod” ta’ funzjoni tad-dwal ta’ quddiem żgurata minn sistema hija raġġ konformi mal-paragrafi 6.2 u 6.3 tar-Regolament preżenti, kemm għall-waħda mill-klassijiet ta’ raġġ baxx kemm għar-raġġ qawwi, maħsub mill-manifattur biex jiġi użat fuq ċerti vetturi u f’ċerti kundizzjonijiet ta’ madwarhom;

    1.4.1.   “Mod ta’ dwal fil-liwja” hija funzjoni ta’ dwal ta’ quddiem li tagħhom id-dawl ikun imressaq lateralment jew modifikat (sabiex jinkiseb l-istess riżultat), maħsuba għall-kantunieri, il-liwjiet jew l-intersezzjonijiet tat-triq, u li għandha karatteristiċi fotometriċi tagħha;

    1.4.2.   “Mod ta’ dwal fil-liwja tal-kategorija 1” hija mod ta’ dwal fil-liwja permezz ta’ ċaqliq orizzontali tal-liwja tal-qtugħ;

    1.4.3.   “Mod ta’ dwal fil-liwja tal-kategorija 2” hija mod ta’ dwal fil-liwja mingħajr ċaqliq orizzontali tal-liwja tal-qtugħ;

    1.5.   “Unità ta’ dawl” hija parti mis-sistema li tarmi d-dawl, li tista’ tkun magħmula minn elementi ottiċi, mekkaniċi jew elettriċi, maħsuba biex tiżgura b’mod totali jew parzjali r-raġġ ta’ waħda jew ta’ aktar funzjonijiet tad-dwal ta’ quddiem prodotta(i) mis-sistema;

    1.6.   “Unità ta’ installazzjoni” hija kejsing li ma jistax jinqasam (il-bodi tal-fanal) li għandu waħda jew ħafna unitajiet ta’ dawl;

    1.7.   In-“Naħa leminija” jew in-“naħa xellugija” hija t-totalità ta’ l-unitajiet tad-dwal bil-ħsieb li jiġu mmuntati fuq in-naħa inkwistjoni tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura relatata mal-fus ta’ ċaqliq tagħha ’l quddiem;

    1.8.   “Kontroll ta’ sistema” hija l-parti jew il-partijiet tas-sistema li jirċievu s-sinjali li ġejjin mill-vettura u li jikkontrollaw awtomatikament it-tħaddim ta’ l-unitajiet tad-dwal;

    1.9.   L-“Istat newtrali” huwa l-istat tas-sistema meta mod definit tar-raġġ baxx ta’ klassi C (“raġġ baxx bażiku”) jew tar-raġġ qawwi, jekk jinqala’ l-każ, jintrema u ebda sinjal ta’ kontroll AFS ma jiġi applikat;

    1.10.   “Sinjal” huwa kull sinjal ta’ kontroll AFS kif definit fir-Regolament Nru 48 jew kull sinjal ta’ kontroll supplimentari ta’ dħul tas-sistema, jew ukoll kontroll ta’ ħruġ tas-sistema lejn il-vettura;

    1.11.   “Ġeneratur ta’ sinjal” huwa mezz kapaċi li jipproduċi mill-ġdid wieħed jew aktar sinjali għat-testijiet tas-sistema;

    1.12.   “Sistemi ta’ provvista u ta’ taħdim” hija wieħed jew aktar elementi ta’ sistema li tipprovdi f’enerġija waħda jew ħafna partijiet ta’ din is-sistema, bħal regolatur ta’ provvista u/jew ta’ tensjoni għal wieħed jew aktar sorsi ta’ dawl, per eżempju tagħmir ta’ kontroll elettroniku tas-sorsi tad-dawl;

    1.13.   Il-“Fus ta’ referenza tas-sistema” hija l-linja ta’ intersezzjoni tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vetturi mal-pjan orizzontali fejn l-ebda punt ma jgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza ta’ waħda mill-unitajiet ta’ dwal li jidhru fid-dijagrammi speċifikati fil-paragrafu 2.2.1 t’hawn taħt;

    1.14.   Il-“Lenti” hija l-element li qiegħda l-aktar ’il barra f’unità ta’ installazzjoni, li tittrasmetti d-dawl permezz tal-wiċċ li jillumina;

    1.15.   “Kisja” hija kull prodott applikat f’passata waħda jew aktar fuq in-naħa ta’ barra ta’ lenti;

    Sistemi ta’ “tip” differenti huma sistemi li jippreżentaw bejniethom differenzi essenzjali, bħal:

    1.16.1.   It-trejdmark jew il marka tal-fabbrika;

    1.16.2.   L-inklużjoni jew it-tneħħija ta’ elementi suxxettibbli li jalteraw il-karatteristiċi ottiċi jew fotometriċi tas-sistema;

    1.16.3.   L-adattament għat-traffiku fuq il-lemin jew għat-traffiku fuq ix-xellug jew għat-tnejn;

    1.16.4.   Il-funzjoni jew il-funzjonijiet tad-dwal, il-mod jew il-modi u l-klassijiet prodotti;

    1.16.5.   Il-materjali li bihom jagħmlu l-lentijiet u l-kisja tagħhom, jekk ikun il-każ;

    1.16.6.   Il-karatteristika jew il-karatteristiċi tas-sinjal(i) definit(i) għas-sistema;

    1.17.   L-“Orjentazzjoni” hija l-pożizzjonament tar-raġġ jew ta’ waħda mill-partijiet tiegħu fuq skrin ta’ kejl konformi mal-preskrizzjonijiet;

    1.18.   L-“Issettjar” huwa l-użu ta’ mezzi maħsuba mis-sistema għall-orjentazzjoni vertikali u/jew orizzontali tar-raġġ;

    1.19.   “Funzjoni għat-tibdil ta’ direzzjoni ta’ traffiku” hija kull funzjoni tad-dwal ta’ quddiem, jew waħda mill-modi tagħha jew unikament waħda jew għadd ta’ partijiet tagħha, jew inkella kull tagħqid ta’ dawn l-elementi, maħsuba biex jiġi evitat kull dawl qawwi u jiżgura dawl biżżejjed meta vettura mgħammra b’sistema magħmula biex tiċċirkola fuq naħa tat-triq tkun użata provviżorjament f’pajjiż fejn it-traffiku jsuq fuq in-naħa l-oħra;

    1.20.   “Funzjoni ta’ sostituzzjoni” hija kull funzjoni ta’ dwal u/jew ta’ sinjalazzjoni ta’ quddiem, jew waħda mill-modi tagħha jew unikament waħda jew għadd ta’ partijiet tagħha, jew inkella kull tagħqid ta’ dawn l-elementi, maħsuba biex jissostitwixxu funzjoni jew mod ta’ dwal ta’ quddiem f’każ ta’ falliment.

    2.   TALBA GĦAL OMOLOGAZZJONI TA’ SISTEMA

    It-talba għal omologazzjoni trid tiġi sottomessa minn min għandu t-trejdmark jew il-marka tal-fabbrika tas-sistema jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat kif suppost.

    Din trid tippreċiża:

    Il-funzjonijiet tad-dwal ta’ quddiem li trid tiżgura s-sistema li għalihom qiegħda tintalab l-omologazzjoni konformi mar-Regolament preżenti;

    2.1.1.1.   Kull funzjoni oħra ta’ dwal jew ta’ sinjalazzjoni ta’ quddiem, iggarantiti minn fanal wieħed jew aktar, sew jekk ikunu fi gruppi, kkombinati jew inkorporati ta’ wieħed lill-ieħor jew unitajiet ta’ dwal tas-sistema li jkunu s-suġġett għat-talba ta’ omologazzjoni b’dettalji biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-fanal jew ta’ dawn il-fanali kif ukoll ir-Regolamenti skond liema jridu jiġu omologati (separatament);

    2.1.2.   Jekk ir-raġġ baxx huwiex maħsub kemm għat-traffiku fuq ix-xellug jew fuq il-lemin jew jekk huwiex maħsub b’mod esklussivament għat-traffiku fuq naħa jew oħra;

    Jekk is-sistema hijiex mgħammra b’unità jew aktar ta’ dwal regolabbli:

    2.1.3.1.   Il-pożizzjoni jew il-pożizzjonijiet ta’ muntaġġ ta’ kull unità tad-dwal b’relazzjoni ma’ l-art u mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;

    2.1.3.2.   L-angoli massimi ’l fuq jew ’l isfel mill-pożizzjoni jew il-pożizzjonijiet normali li l-miżura jew il-miżuri ta’ regolazzjoni vertikali jistgħu jilħqu;

    2.1.4.   Il-kategorija, bħal dik definita fir-Regolament Nru 37 jew ir-Regolament Nru 99, tas-sors jew is-sorsi tad-dawl użati sostitwibbli jew mhux sostitwibbli;

    Jekk is-sistema hijiex mgħammra b’sors jew aktar ta’ dawl mhux sostitwibbli:

    2.1.5.1.   l-identifikazzjoni ta’ l-unità jew l-unitajiet tad-dwal ta’ liema dawn is-sorsi ta’ dawl imsemmija m’humiex sostitwibbli;

    2.1.6.   Il-kundizzjonijiet ta’ taħdim, jiġifieri t-tensjonijiet differenti ta’ provvista definit fil-miżuri ta’ l-Anness 9 tar-Regolament preżenti, jekk jingħata l-każ.

    Kull talba ta’ omologazzjoni jrid ikollha magħha:

    2.2.1.   Dijagrammi bi tliet kopji dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip, li juru t-tqegħid tan-numru jew tan-numri ta’ omologazzjoni kif ukoll is-simboli supplimentari b’relazzjoni maċ-ċirku ta’ madwar il-marka jew il-marki ta’ omologazzjoni, u li jindikaw f’liema pożizzjoni ġeometrika l-unitajiet ta’ dwal iridu jiġu mmuntati fuq il-vettura b’relazzjoni ma’ l-art u mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u juru wkoll kull wieħed minnhom f’sezzjoni vertikali (ta’ l-assi) u minn quddiem, b’indikazzjoni tad-dettalji ewlenija tal-karatteristiċi ottiċi, notevolment l-assi jew l-assijiet ta’ referenza u l-punt jew il-punti li jridu jiġu kkunsidrati bħala ċentru ta’ referenza waqt it-testijiet kif ukoll il-karatteristiċi ottiċi tal-lentijiet, jekk jingħata l-każ;

    Deskrizzjoni teknika konċiża tas-sistema li tippreċiża:

    (a)

    Il-funzjoni jew il-funzjonijiet tad-dwal kif ukoll il-modi tagħhom żgurati mis-sistema (2);

    (b)

    L-unitajiet tad-dwal li jikkontribwixxu għal kull waħda minnhom (2) kif ukoll is-sinjali (3) flimkien mal-karatteristiċi tekniċi tat-taħdim tagħhom;

    (ċ)

    Il-kategoriji (2) tal-mod tad-dwal fil-liwja, jekk jingħata l-każ;

    (d)

    Il-ġabra jew il-ġabriet ta’ fatti supplimentari li jiġbru l-miżuri applikabbli għar-raġġi baxxi ta’ klassi E f’konformità mat-tabella 6 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti, jekk jingħata l-każ;

    (e)

    Il-ġabra jew il-ġabriet ta’ miżuri applikabbli għar-raġġi baxxi ta’ klassi W f’konformità ma’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti, jekk jingħata l-każ;

    (f)

    L-unitajiet tad-dwal (3) li jipproduċu qtugħ jew aktar tar-raġġi baxxi jew jikkontribwixxu għalihom;

    (g)

    L-indikazzjoni jew l-indikazzjonijiet (2) f’konformità mal-miżuri tal-paragrafu 6.4.6 tar-Regolament preżenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-paragrafi 6.22.6.1.2.1 u 6.22.6.1.3 tar-Regolament Nru 48;

    (h)

    L-unitajiet tad-dwal maħsuba biex jiżguraw id-dawl minimu tal-fanali baxxi f’konformità mal-paragrafi 6.2.9.1 tar-Regolament preżenti;

    (i)

    Il-preskrizzjonijiet ta’ muntaġġ u ta’ tħaddim għall-finijiet tat-testijiet;

    (j)

    Kull informazzjoni oħra rilevanti;

    2.2.2.1.   Il-kunċett ta’ sikurezza bħal ma’ huwa definit fid-dokumentazzjoni li għandha, għas-sodisfazzjoni tas-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet ta’ omologazzjoni:

    (i)

    Tiddeskrivi l-miżuri integrati fis-sistema biex jiżguraw il-konformità tagħha mal-miżuri fil-paragrafi 5.7.3, 5.9. u 6.2.6.4 ta’ hawn taħt;

    (ii)

    Tindika l-istruzzjonijiet relatati mal-verifika tagħhom konformi mal-paragrafu 6.2.7 ta’ hawn taħt;

    u/jew

    (iii)

    Tagħti aċċess għad-dokumenti rilevanti li juru l-effikaċja tas-sistema minħabba l-fatt tal-kredibbiltà u tat-tħaddim tajjeb tal-miżuri definiti f’konformità mal-paragrafi 2.2.2.1 i) ta’ hawn fuq, per eżempju l-analiżi tal-modi ta’ falliment u l-effetti tagħhom (FMEA) u l-analiżi skond il-kawża tad-difetti (FTA), jew kull proċess ieħor adattat għall-kundizzjonijiet ta’ sikurezza.

    2.2.2.2.   Il-marka u t-tip tal-miżura jew tal-miżuri ta’ provvista u ta’ taħdim, jekk jinqala’ l-każ, bil-kundizzjoni li ma jagħmlux parti minn unità ta’ installazzjoni;

    2.2.3.   Żewġ kampjuni tat-tip ta’ sistema li għaliha qiegħda tintalab l-omologazzjoni, inklużi l-miżuri ta’ muntaġġ, il-miżuri ta’ provvista u ta’ tħaddim u l-ġeneraturi ta’ sinjali, jekk jinqala’ l-każ;

    Għat-test tal-materjal plastiku li jikkostitwixxi l-lentijiet:

    Erbatax-il lenti;

    2.2.4.1.1.   Għaxra minn dawn il-lentijiet jistgħu jkunu sostitwiti minn 10 kampjuni ta’ materjal plastiku ta’ mill-inqas 60 × 80 mm, li jkollhom naħa ta’ barra ċatta jew konvessa u, fin-nofs, żona prattikament ċatta ta’ mill-inqas 15 × 15 mm (b’raġġ ta’ kurvatura ta’ mill-inqas 300 mm);

    2.2.4.1.2.   Kull lenti jew kampjun ta’ materjal plastiku trid tkun prodotta skond il-proċeduri applikati fil-fabbrikazzjoni ta’ serje;

    2.2.4.2.   Ta’ element ta’ dawl jew ta’ ġabra ottika, jekk jingħata l-każ, għal-liema l-lentijiet jistgħu jitwaħħlu f’konformità ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

    2.2.5.   Għat-test ta’ reżistenza l-elementi ta’ trasmissjoni tad-dawl b’materjal plastiku għar-raġġi ultra-vjola suxxettibbli li jintremew mis-sors jew is-sorsi illuminanti li jagħmlu parti mis-sistema, per eżempju fil-każ ta’ lampi li jiddisċarġjaw, f’konformità mal-paragrafu 2.2.4 ta’ l-Anness 6 tar-Regolament preżenti:

    Kampjun ta’ kull materjal użat fis-sistema, jew ukoll sistema sħiħa jew parti tagħha jew aktar li għandhom dawn il-materjali. Il-kampjuni kollha ta’ materjal irid ikollhom l-istess dehra u jridu jkunu għaddew mill-istess trattament tal-wiċċ, jekk jingħata l-każ, daqs li kieku kienu maħsuba biex jiġu użati fis-sistema sottomessa għall-omologazzjoni;

    2.2.6.   Il-materjali li jikkostitwixxu l-lentijiet u l-kisjiet, jekk jingħata l-każ, irid ikollhom magħhom rapport miktub ta’ test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u l-kisjiet jekk dawn kienu diġà sottomessi għal testijiet;

    2.2.7.   Jekk din hija sistema f’konformità mal-paragrafu 4.1.7 ta’ hawn taħt, vettura li tirrappreżenta l-vettura jew il-vetturi speċifikati fil-paragrafu 4.1.6 ta’ hawn taħt.

    3.   MARKI TAT-TOROQ

    3.1.   L-unitajiet ta’ installazzjoni ta’ sistema ppreżentata għall-omologazzjoni jrid ikollhom it-trejdmark jew il-marka tal-fabbrika ta’ min qiegħed jagħmel it-talba.

    Irid ikollhom, fuq il-lenti tagħhom u l-kejsing tagħhom, spazji kbar biżżejjed biex jitqiegħdu l-marki ta’ omologazzjoni u s-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 4; dawn l-ispazji jridu jiġu indikati fuq id-dijagrammi msemmija fil-paragrafu 2.2.1 ta’ hawn fuq.

    3.2.1.   Sadanittant, jekk il-lenti ma tistax tiġi sseparata mill-bodi prinċipali ta’ l-unità ta’ installazzjoni, tkun biżżejjed iskrizzjoni f’konformità mal-paragrafu 4.2.5.

    3.3.   L-unitajiet ta’ installazzjoni jew is-sistemi li ġew maħsuba biex jissodisfaw l-esiġenzi kemm tat-traffiku fuq il-lemin u tat-traffiku fuq ix-xellug irid ikollhom iskrizzjonijiet li jippreċiżaw iż-żewġ pożizzjonijiet ta’ muntaġġ ta’ l-element jew l-elementi ottiċi tal-vettura jew tas-sors jew is-sorsi ta’ dawl tar-riflettur jew ir-rifletturi; dawn l-iskrizzjonijiet ikunu magħmula mill-ittri “R/D” għat-traffiku fuq il-lemin u “L/G” għat-traffiku fuq ix-xellug.

    3.4.   Fil-każ ta’ sistema maħsuba biex tissodisfa l-preskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.8.2 ta’ hawn taħt, mill-inqas, jekk jinqala’ l-każ tal-ħabi ta’ spazju supplimentari li qiegħed quddiem il-lenti ta’ l-unità ta’ installazzjoni, l-ispazju msemmi jrid jiġi indikat b’mod indelibbli. Jekk l-ispazju huwa indikat b’mod ċar, ma hemmx bżonn ta’ din l-iskrizzjoni.

    4.   OMOLOGAZZJONI

    4.1.   Ġeneralitajiet

    4.1.1.   Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ sistema sottomessi f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ hawn fuq jissodisfaw il-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, l-omologazzjoni tingħata.

    4.1.2.   Meta fanali fi gruppi, ikkumbinati jew inkorporati wieħed ma’ ieħor mas-sistema jissodisfaw il-preskrizzjonijiet ta’ għadd ta’ regolamenti, wieħed jista’ jpoġġi marka internazzjonali ta’ omologazzjoni unika, bil-kundizzjoni li kull wieħed minnhom ikun issodisfa l-preskrizzjonijiet li jkunu applikabbli għalih.

    4.1.3.   Kull tip omologat jirċievi numru ta’ omologazzjoni, ta’ liema l-ewwel żewġ ċifri (attwalment 00) jindikaw is-serje ta’ emendi li jikkorrispondu għall-modifiki tekniċi maġġuri l-aktar reċenti magħmula skond ir-Regolament fid-data ta’ ħruġ ta’ l-omologazzjoni. L-istess Parti kontraenti ma tistax tagħti dan l-istess numru lil tip ieħor ta’ sistema msemmija fir-Regolament preżenti.

    L-omologazzjoni, l-estensjoni ta’ l-omologazzjoni, ir-rifjut jew l-irtirar ta’ l-omologazzjoni jew il-waqfa definittiva tal-produzzjoni ta’ tip ta’ sistema, fl-applikazzjoni tar-Regolament preżenti, iridu jiġu kkomunikati lill-Partijiet fil-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw ir-Regolament preżenti, permezz ta’ formola konformi ma’ l-eżempju li jidher fl-Anness 1 tar-Regolament preżenti u li tinkludi l-indikazzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2.1.3.

    4.1.4.1.   Jekk l-unità jew l-unitajiet ta’ installazzjoni jkunu mgħammra b’riflettur regolabbli u dawn ikunu maħsuba esklussivament biex jiġu użati fil-pożizzjonijiet ta’ muntaġġ li jikkorrispondu għall-indikazzjonijiet tal-paragrafu 2.1.3, min qiegħed jagħmel it-talba huwa marbut, ladarba tinkiseb l-omologazzjoni, li jispjega korrettament lil min ser jużahom liema hi jew liema huma l-pożizzjonijiet tajbin għal muntaġġ.

    4.1.5.   Fuq kull unità ta’ installazzjoni ta’ sistema konformi għat-tip omologat skond ir-Regolament preżenti, fl-ispazji speċifikati fil-paragrafu 3.2 ta’ hawn fuq, barra mill-marka preskritta fil-paragrafu 3.1, titqiegħed marka ta’ omologazzjoni f’konformità ma’ dik deskritta fil-paragrafi 4.2 u 4.3 ta’ hawn taħt.

    4.1.6.   Min qiegħed jagħmel it-talba jrid jindika, fuq formola konformi ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 1 tar-Regolament preżenti, il-vettura jew il-vetturi għal-liema s-sistema hija mmirata.

    Jekk l-omologazzjoni tintalab għal sistema li m’hijiex immirata li tkun koperta mill-omologazzjoni ta’ tip ta’ vettura, f’konformità mar-Regolament Nru 48,

    4.1.7.1.   Min qiegħed jagħmel it-talba jrid jippreżenta dokument li jipprova biżżejjed li s-sistema tista’ tissodisfa l-preskrizzjonijiet tal-paragrafu 6.22 tar-Regolament Nru 48, meta din tkun immuntata korrettament, u

    4.1.7.2.   Is-sistema trid tkun omologata f’konformità mar-Regolament Nru 10.

    4.2.   Kompożizzjoni tal-marka ta’ omologazzjoni

    Il-marka ta’ omologazzjoni hija komposta:

    Minn marka ta’ omologazzjoni internazzjonali, li tinkludi:

    4.2.1.1.   Ċirku li ġo fih hemm l-ittra “E” segwita min-numru distintiv tal-pajjiż li ħareġ l-omologazzjoni (4);

    4.2.1.2.   In-numru ta’ omologazzjoni preskritt fil-paragrafu 4.1.3 ta’ hawn fuq;

    Is-simbolu jew is-simboli addizzjonali li ġejjin:

    4.2.2.1.   Fuq is-sistema, l-ittra “X” u l-ittra jew l-ittri li jikkorrispondu għall-funzjonijiet żgurati mis-sistema:

    “C”

    għar-raġġ baxx ta’ klassi C, flimkien ma’ simboli ta’ klassijiet oħrajn rilevanti għal raġġ baxx,

    “E”

    għar-raġġ baxx ta’ klassi E,

    “V”

    għar-raġġ baxx ta’ klassi V,

    “W”

    għar-raġġ baxx ta’ klassi W,

    “R”

    għar-raġġ qawwi;

    4.2.2.2.   Linja orizzontali fuq kull simbolu, jekk il-funzjoni jew il-mod ta’ dawl ikun żgurat minn diversi unitajiet ta’ installazzjoni mqiegħda fuq naħa jew iż-żewġ naħat;

    4.2.2.3.   Is-simbolu “T”, imqiegħed wara s-simbolu tal-funzjonijiet kollha u/jew il-klassijiet ta’ dwal maħsuba biex jissodisfaw il-miżuri relatati mad-dwal fil-liwja, fejn dawn is-simboli ġew miġbura kollha fuq ix-xellug;

    4.2.2.4.   Fuq l-unitajiet ta’ installazzjoni distinti, l-ittra “X”, kif ukoll l-ittra jew l-ittri li jikkorrispondu għall-funzjonijiet żgurati mill-unità jew l-unitajiet tad-dwal li huma jinkludu;

    4.2.2.5.   Jekk l-unità ta’ installazzjoni mqiegħda fuq waħda min-naħat m’hijiex l-unika li tiżgura l-funzjoni tad-dwal jew il-mod tagħhom, is-simbolu tal-funzjoni irid ikollu fuqu linja orizzontali;

    4.2.2.6.   Fuq is-sistemi jew parti jew bosta mill-partijiet tagħhom, konformi unikament mal-preskrizzjonijiet applikabbli għat-traffiku fuq ix-xellug, vleġġa orizzontali li tħares lejn il-lemin meta wieħed qiegħed iħares minn quddiem l-unità ta’ installazzjoni, jiġifieri min-naħa tat-triq fejn jimxi t-traffiku;

    4.2.2.7.   Fuq is-sistemi jew parti jew bosta mill-partijiet tagħhom maħsuba biex jirrispondu għall-preskrizzjonijiet taż-żewġ direzzjonijiet ta’ traffiku, per eżempju permezz ta’ regolazzjoni ta’ l-element ottiku jew tas-sors tad-dawl, vleġġa orizzontali li tipponta fl-istess ħin lejn ix-xellug u lejn il-lemin;

    4.2.2.8.   Fuq l-unitajiet ta’ installazzjoni li jinkludu lenti ta’ materjal plastiku, l-ittri “PL” jitqiegħdu viċin is-simboli preskritti fil-paragrafi 4.2.2.1 sa 4.2.2.7 ta’ hawn fuq;

    4.2.2.9.   Fuq l-unitajiet ta’ installazzjoni li jikkontribwixxu għall-esiġenzi tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti għar-raġġ qawwi, indikazzjoni ta’ l-intensità tad-dawl massima spjegata permezz ta’ marki definiti fil-paragrafu 6.3.2.1.3 ta’ hawn taħt imqiegħda viċin iċ-ċirku madwar l-ittra “E”;

    Fil-każijiet kollha, il-mod ta’ installazzjoni applikat waqt il-proċedura ta’ test definit fil-paragrafu 1.1.1.1 ta’ l-Anness 4 u t-tensjoni jew it-tensjonijiet awtorizzati f’konformità mal-paragrafu 1.1.1.2 ta’ l-Anness 4 jridu jkunu indikati fuq iċ-ċertifikati ta’ omologazzjoni u fuq il-formoli kkomunikati lill-pajjiżi li huma parti mill-Ftehim li japplikaw għar-Regolament preżenti.

    Fil-każijiet li huma kkunsidrati, is-sistemi jew parti jew partijiet tagħhom irid ikollhom l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

    4.2.3.1.   Fuq l-unitajiet ta’ installazzjoni f’konformità mal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti maħsuba b’mod li jeskludi kull tqabbid simultanju tas-sors jew tas-sorsi tad-dawl tar-raġġ baxx u ta’ kull funzjoni oħra tad-dwal ma’ liema jista’ jiġi inkorporat wieħed lill-ieħor, tiżdied il-marka ta’ omologazzjoni b’linja djagonali (/) wara s-simbolu jew is-simboli tad-dawl baxx.

    4.2.3.2.   Fuq l-unitajiet ta’ installazzjoni li ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-Anness 4 tar-Regolament preżenti li filwaqt li jkunu taħt tensjoni ta’ 6 jew 12 V, simbolu magħmul miċ-ċifra 24 maqtugħa b’salib imxaqleb (X) irid jitqiegħed viċin ir-rifda tas-sors jew is-sorsi tad-dawl.

    4.2.4.   Iż-żewġ ċifri tan-numru ta’ omologazzjoni (attwalment 00) li jindikaw is-serje ta’ emendi li jikkorrispondu għall-modifiki tekniċi maġġuri l-aktar reċenti magħmula skond ir-Regolament fid-data tal-ħruġ ta’ l-omologazzjoni u, skond il-bżonn, il-vleġġa speċifikata, jistgħu jidhru viċin is-simboli addizzjonali ta’ hawn fuq.

    4.2.5.   Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2 ta’ hawn fuq iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u jkunu indelibbli. Jistgħu jitqiegħdu fuq ġewwa jew fuq barra (parti trasparenti jew le) ta’ l-unitajiet ta’ installazzjoni mhux separati mill-wiċċ li jarmi d-dawl tagħhom. Fil-każijiet kollha, iridu jkunu jidhru meta l-unità ta’ installazzjoni tkun immuntata fuq il-vettura. Iċ-ċaqliq ta’ parti mobbli tal-vettura jkun awtorizzat biex din l-ispeċifikazzjoni tiġi sodisfatta.

    4.3.   Pożizzjoni tal-marka ta’ omologazzjoni

    4.3.1.   Fanali indipendenti

    L-Anness 2, id-dijagrammi 1 sa 10, tar-Regolament preżenti jagħtu eżempji ta’ marka ta’ omologazzjoni u tas-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

    Fanali fi grupp, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament

    Meta fanali fi grupp, kombinati jew inkorporati reċiprokament flimkien mas-sistema jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ bosta regolamenti, tista’ titqiegħed marka internazzjonali ta’ omologazzjoni unika, magħmula minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li ħareġ l-omologazzjoni u bin-numru ta’ omologazzjoni. Din il-marka ta’ omologazzjoni tista’ titqiegħed fi kwalunkwe post tal-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, b’kundizzjoni:

    4.3.2.1.1.   Li jkunu jidhru kif indikat fil-paragrafu 4.2.5;

    4.3.2.1.2.   Li ebda element tal-fanali fi grupp, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li jittrasmetti d-dawl ma jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa fl-istess ħin il-marka ta’ omologazzjoni.

    Is-simbolu ta’ identifikazzjoni ta’ kull fanal li jikkorrispondi għal kull regolament fl-applikazzjoni ta’ liema l-omologazzjoni tingħata kif ukoll is-serje ta’ emendi li tikkorrispondi għal modifiki tekniċi maġġuri l-aktar reċenti magħmula skond ir-Regolament fid-data tal-ħruġ ta’ l-omologazzjoni, u jekk hemm bżonn, il-vleġġa adattata jridu jitqiegħdu

    4.3.2.2.1.   Kemm fuq il-wiċċ illuminanti adattat,

    4.3.2.2.2.   Kemm fi grupp, b’mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, jistgħu jingħarfu b’mod ċar (għall-eżempji possibbli, ara l-Anness 2).

    4.3.2.3.   Il-qisien ta’ l-elementi ta’ marka ta’ omologazzjoni unika ma jistgħux ikunu inqas mill-qisien minimi meħtieġa għall-iċken iskrizzjoni skond ir-Regolament taħt liema titlu nħarġet l-omologazzjoni.

    4.3.2.4.   Kull tip approvat jirċievi numru ta’ omologazzjoni. L-istess parti kontraenti ma tistax tagħti dan l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, skond ir-Regolament preżenti.

    4.3.2.5.   Fl-Anness 2, id-dijagrammi 11 u 12, tar-Regolament preżenti jagħtu eżempji ta’ marka ta’ omologazzjoni għal fanali fi grupp, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament, flimkien mas-simboli kollha addizzjonali msemmija hawn fuq, għas-sistemi li tagħhom il-funzjonijiet huma żgurati minn bosta unitajiet ta’ installazzjoni mal-ġenb tal-vettura.

    4.3.2.6   Fl-Anness 2, id-dijagramma 13, tar-Regolament preżenti tagħti eżempji ta’ marka ta’ omologazzjoni li għandha x’taqsam mas-sistema sħiħa.

    B.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI APPLIKABBLI GĦAS-SISTEMI TA’ WAĦDA JEW BOSTA MILL-PARTIJIET TAGĦHOM

    Ħlief għal dispożizzjoni kuntrarja, il-pożizzjonijiet fotometriċi jridu jkunu effettwati f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness 9 tar-Regolament preżenti.

    5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    Il-kampjuni kollha, li tagħhom tintalab l-omologazzjoni unikament għat-traffiku fuq il-lemin, iridu jkunu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6 u 7 ta’ hawn taħt; jekk, min-naħa l-oħra, l-omologazzjoni tintalab għat-traffiku fuq ix-xellug, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 ta’ hawn taħt, inklużi l-annessi rilevanti tar-Regolament preżenti, japplikaw billi jinqalbu x-xellug u l-lemin u viċeversa.

    Bl-istess mod, wieħed ibiddel id-deskrizzjoni tal-pożizzjonijiet angulari u ta’ l-elementi billi “R” titbiddel ma’ “L” u viċeversa.

    5.1.2.   Is-sistemi jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħhom iridu jkunu maħsuba b’mod li jżommu l-karatteristiċi fotometriċi tagħhom u li jibqgħu jaħdmu tajjeb f’kundizzjonijiet ta’ użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li għalihom jistgħu jkunu sottomessi.

    Is-sistemi jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħhom iridu jkollhom mezz li jippermetti l-kontroll tagħhom fil-vettura f’konformità mal-pożizzjonijiet li huma applikabbli għalihom.

    5.2.1.   Is-sistemi jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħhom jistgħu jkunu eżentati minn dan, bil-kundizzjoni li l-użu ta’ dawn il-mezzi jkun limitat għall-vetturi li fuqhom il-kontroll ikun possibbli permezz ta’ mezzi oħra jew inutli, skond id-deskrizzjoni ta’ min qiegħed jagħmel it-talba.

    Is-sistemi ma jistgħux ikunu mgħammra b’sorsi illuminanti mhux omologati f’konformità mar-Regolamenti Nru 37 jew Nru 99;

    5.3.1.   Ir-rifda tas-sorsi illuminanti sostitwibbli trid tkun konformi mal-karatteristiċi dimensjonali li jidhru fil-formola ta’ spjegazzjoni tal-pubblikazzjoni Nru 60061-62 taċ-Ċentru tal-Kummerċ u l-Innovazzjoni (BIC), kif indikat fir-Regolament rilevanti li għandu x’jaqsam mas-sorsi illuminanti;

    5.3.2.   Jekk sors illuminanti ma jinbidilx, dan m’għandux jagħmel parti minn unità ta’ dwal li tipproduċi r-raġġ baxx fi stat newtru.

    5.4.   Is-sistemi jew waħda jew bosta mill-partijiet mibnija b’mod li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet kemm tat-traffiku fuq il-lemin u kemm tat-traffiku fuq ix-xellug jistgħu jiġu adattati fid-direzzjoni jew l-oħra tat-traffiku kemm permezz ta’ kontroll inizjali adattat waqt l-immuntar fuq il-vettura, kemm permezz ta’ manuvra volontarja ta’ min qiegħed jużaha. Fil-każijiet kollha, huma biss żewġ kontrolli perfettament distinti, il-wieħed għat-traffiku fuq il-lemin u l-ieħor għat-traffiku fuq ix-xellug, li għandhom ikunu possibbli, u l-mogħdija bi żvista minn pożizzjoni għall-oħra kif ukoll il-waqfa fuq pożizzjoni intermedjarja għandhom ikunu magħmula impossibbli.

    5.5.   Għandhom isiru testijiet komplementari f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-Anness 4 tar-Regolament preżenti biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi fotometriċi ma jġarrbux varjazzjonijiet eċċessivi waqt l-użu

    5.6.   Jekk il-lenti ta’ unità tad-dwal hija ta’ materjal plastiku, it-testijiet iridu jsiru f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-Anness 6 tar-Regolament preżenti.

    Fuq is-sistemi jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħhom maħsuba biex jarmu alternattivament raġġ baxx u raġġ qawwi, kull mezz mekkaniku, elettromekkaniku jew ieħor inkorporat ma’ l-unità tad-dwal biex jgħaddi minn raġġ għall-ieħor irid jiġi maħsub b’tali mod:

    5.7.1.   Li jkun reżistenti biżżejjed biex jaħdem 50 000 darba mingħajr avariji, minkejja l-vibrazzjonijiet għal-liema hemm ir-riskju li jkun sottomess fl-użu normali;

    5.7.2.   Li dejjem jinkiseb kemm ir-raġġ baxx kif ukoll ir-raġġ qawwi, mingħajr possibbiltà ta’ pożizzjoni intermedjarja jew ta’ stat indefinit; fil-każ li jkun impossibbli, l-istat miksub irid iwieġeb għall-pożizzjonijiet tal-paragrafu 5.7.3 ta’ hawn taħt;

    5.7.3.   F’każ ta’ ħsara, is-sistema tmur awtomatikament fuq ir-raġġ baxx jew fi stat fejn il-valuri fotometriċi ma jkunux akbar minn 1,5 lx taż-żona IIIb definita fl-Anness 3 tar-Regolament preżenti u mhux inqas minn 4 lx f’punt tas-“parti Emax”, b’mezzi bħal, per eżempju, it-tifi, it-tnaqqis u l-baxxej tar-raġġ u/jew sostituzzjoni ta’ funzjoni;

    5.7.4.   Li jkun possibbli għal min jużah biex ibiddel, b’għodda komuni, il-forma jew il-pożizzjoni ta’ l-elementi mobbli jew biex iqabbad l-iswiċċ.

    Is-sistemi jridu jkunu mgħammra b’mezzi li jippermettu l-użu temporanju tagħhom f’pajjiżi fejn id-direzzjoni tat-traffiku hija bil-kontra ta’ dik għal liema qiegħda tintalab l-omologazzjoni, mingħajr ma toħloq wisq inkonvenjent għat-traffiku li ġej mid-direzzjoni kuntrarja. Għal dan il-għan, is-sistemi jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħhom iridu:

    5.8.1.   Jippermettu lil min se jużahom biex jagħmel aġġustament f’konformità mal-paragrafu 5.4 ta’ hawn fuq, mingħajr għodod speċjali; jew

    Ikollhom funzjoni għat-tibdil ta’ direzzjoni tat-traffiku li tipproduċi dawl ta’ mhux aktar minn 1,5lx fiż-żona IIIb għat-traffiku li ġej mid-direzzjoni kuntrarja u ta’ mill-inqas 6 lx għall-punt 50V meta t-testijiet isiru f’konformità mal-paragrafu 6.2 ta’ hawn taħt, mingħajr modifika ta’ aġġustament b’relazzjoni mad-direzzjoni tat-traffiku inizjali; għalhekk:

    5.8.2.1.   il-ħabi ta’ żona adattata tal-lenti f’konformità mal-paragrafu 3.4 ta’ hawn fuq tista’ tkun soluzzjoni totali jew parzjali.

    5.9.   Is-sistemi jridu jkunu maħsuba b’tali mod li, f’każ ta’ falliment ta’ sors illuminanti, jiġi attivat sinjal sabiex jissodisfa l-pożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 48.

    5.10.   L-element jew l-elementi li magħhom huwa mwaħħal is-sors illuminanti li jista’ jinbidel iridu jkunu maħsuba b’tali mod li s-sors illuminanti jkun faċli biex ikun immuntat, mingħajr ebda riskju li jsir żball, anke fid-dlam.

    Fil-każ ta’ sistema f’konformità mal-paragrafu 4.1.7 ta’ hawn fuq:

    5.11.1.   Is-sistema jrid ikollha magħha eżempju tal-formola definita fil-paragrafu 4.1.4 ta’ hawn fuq u istruzzjonijiet li jippermettu l-muntaġġ tagħha f’konformità mal-pożizzjonijiet tar-Regolament Nru 48.

    5.11.2.   Is-servizz tekniku responsabbli għall-omologazzjoni jrid jiżgura li:

    a)

    Is-sistema tista’ tkun immuntata korrettament f’konformità ma’ l-istruzzjonijiet;

    b)

    Is-sistema, ladarba mmuntata fuq il-vettura, tissodisfa l-pożizzjonijiet tal-paragrafu 6.22 tar-Regolament Nru 48;

    test ta’ sewqan fuq it-triq li jservi biex jikkonferma l-konformità mal-pożizzjonijiet tal-paragrafu 6.22.7.4 tar-Regolament Nru 48 huwa obbligatorju, inkluż f’kull sitwazzjoni rilevanti relatata mal-kontroll tas-sistema, fuq il-bażi tad-deskrizzjoni magħmula minn min qiegħed jagħmel it-talba. Irid jiġi indikat jekk il-modi kollha humiex attivati, qegħdin jaħdmu jew inattivati f’konformità mad-deskrizzjoni magħmula minn min qiegħed jagħmel it-talba; kull falliment li jidher (angolu eċċessiv jew dija per eżempju) għandha tiġi mistħarrġa.

    6.   DWAL

    6.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

    6.1.1.   Kull sistema għandha tarmi raġġ baxx ta’ klassi C f’konformità mal-paragrafu 6.2.5 ta’ hawn taħt u wieħed jew bosta raġġi baxxi ta’ waħda jew aktar klassijiet; tista’ tinkludi mod jew bosta modi oħrajn fuq ġewwa ta’ kull klassi ta’ raġġ baxx kif ukoll il-funzjonijiet ta’ dwal ta’ quddiem f’konformità mal-paragrafi 6.3 u/jew 2.1.1.1 tar-Regolament preżenti.

    6.1.2.   Is-sistema għandha tippermetti modifiki awtomatiċi b’mod li jinkiseb dawl tajjeb fuq it-triq mingħajr ebda inkonvenjent, la għas-sewwieq u lanqas għall-oħrajn li qegħdin jużawha.

    6.1.3.   Is-sistema tkun ikkunsidrata bħala aċċettabbli jekk tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi rilevanti tal-paragrafi 6.2 u 6.3.

    Il-pożizzjonijiet fotometriċi jkunu effettwati f’konformità ma’ l-indikazzjonijiet ta’ min qiegħed jagħmel it-talba:

    6.1.4.1.   Fi stat newtru bħal dak definit fil-paragrafu 1.0;

    6.1.4.2.   Fis-sinjal V, fis-sinjal W, fis-sinjal E jew fis-sinjal T, f’konformità mal-paragrafu 1.10, skond il-każ;

    6.1.4.3.   Jekk jingħata l-każ, f’kull sinjal ieħor f’konformità mal-paragrafu 1.10 jew taħlita ta’ dawn, f’konformità ma’ l-indikazzjonijiet ta’ min qiegħed jagħmel it-talba.

    6.2.   Pożizzjonijiet applikabbli għar-raġġi baxxi

    Qabel kull test skond il-paragrafi ta’ hawn taħt, is-sistema trid titqiegħed fl-istat newtru, jiġifieri tarmi raġġ baxx ta’ klassi C.

    Fuq kull naħa tas-sistema (jiġifieri tal-vettura), ir-raġġ baxx fl-istat newtru jrid jipproduċi, permezz ta’ mill-inqas unità ta’ dwal, cut-off f’konformità ma’ l-Anness 8 tar-Regolament preżenti jew,

    6.2.1.1.   is-sistema għandha toffri mezzi oħrajn, per eżempju mezzi ottiċi jew raġġi awżiljari proviżorji, li jippermettu orjentazzjoni ċara u korretta tar-raġġi.

    6.2.1.2.   L-Anness 8 ma japplikax għall-funzjoni ta’ tibdil tad-direzzjoni tat-traffiku bħal dak deskritt fil-paragrafi 5.8 sa 5.8.2.1 ta’ hawn fuq.

    6.2.2.   Is-sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha trid tkun orjentata b’tali mod li l-pożizzjoni tal-cut-off tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet speċifikati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti.

    6.2.3.   Meta tkun orjentata hekk, is-sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha, fil-każ li l-omologazzjoni tagħha tiffoka esklussivament fuq ir-raġġ baxx, trid tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi rilevanti ta’ hawn taħt; min-naħa l-oħra, jekk hija maħsuba biex tipprovdi dawl supplimentari jew funzjonijiet ta’ sinjalazzjoni illuminanti f’konformità ma’ l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament preżenti, għandha wkoll tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi rilevanti ta’ hawn taħt. Bil-kundizzjoni li ma jistax ikun aġġustat separatament.

    6.2.4.   Meta sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha hekk orjentati ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 6.2.3 ta’ hawn fuq, l-aġġustament tagħha jista’, f’konformità ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ikun modifikat sal-massimu ta’ 0,5 ta’ grad lejn il-lemin jew lejn ix-xellug u ta’ 0,2 ta’ grad ’l fuq jew ’l isfel, b’relazzjoni ma’ l-aġġustament inizjali.

    6.2.5.   Meta tarmi ċertu mod ta’ raġġ baxx, is-sistema trid tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tas-sezzjoni rilevanti (C, V, E jew W) tal-parti A tat-Tabella 1 (valuri fotometriċi) u tat-Tabella 2 (Emax u tqegħid tal-cut-off) ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti, kif ukoll is-sezzjoni 1 (speċifikazzjonijiet applikabbli għall-cut-off) ta’ l-Anness 8 tar-Regolament preżenti.

    Raġġ jista’ jintrema b’mod ta’ dwal fil-liwja, bil-kundizzjoni li:

    6.2.6.1.   Is-sistema tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tal-parti B tat-Tabella 1 (valuri fotometriċi) u tal-punt 2 tat-Tabella 2 (speċifikazzjonijiet applikabbli għall-cut-off) ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti meta l-valuri jitqiesu konformi mal-proċedura indikata fl-Anness 9, skond il-kategorija (1 jew 2) tal-mod ta’ dwal fil-liwja li għalih qiegħda tintalab l-omologazzjoni;

    6.2.6.2.   Il-punt Emax ma jitqiegħedx barra mir-rettanglu inkluż bejn il-pożizzjoni vertikali l-aktar għolja definita fit-Tabella 2 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti għall-klassi tar-raġġ baxx ikkonċernat u 2 gradi taħt il-linja H-H, u bejn 45 grad fuq ix-xellug u 45 grad fuq il-lemin ta’ l-assi ta’ referenza tas-sistema;

    6.2.6.3.   Meta s-sinjal T jikkorrispondi għat-turning circle tal-vettura lejn ix-xellug (jew lejn il-lemin), is-sistema tipproduċi dawl ta’ mill-inqas 3 lx f’punt jew f’bosta punti taż-żona inkluża bejn il-linja H-H u 2 gradi taħt, u bejn 10 u 45 grad fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ l-assi ta’ referenza tas-sistema;

    6.2.6.4.   Jekk l-omologazzjoni tintalab għal mod ta’ liwja tal-kategorija 1, l-użu tas-sistema huwa limitat għall-vettura maħsuba b’tali mod li l-parti orizzontali tat-tarf tal-cut-off prodotta mis-sistema tkun konformi mal-pożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu 6.22.7.4.5 i) tar-Regolament Nru 48;

    Jekk l-omologazzjoni tintalab għal mod ta’ dawl fil-liwja tal-kategorija 1, is-sistema trid tkun maħsuba b’tali mod li, f’każ ta’ falliment tal-moviment laterali jew tal-modifika tad-dwal, ikun possibbli li jinkisbu awtomatikament kundizzjonijiet fotometriċi, kemm li jikkorrispondu għal dawk definiti fil-paragrafu 6.2.5 ta’ hawn fuq, kemm li jipproduċu valuri li ma jaqbżux 1,5 lx fiż-żona IIIb, bħal dawk definiti fl-Anness 3 tar-Regolament preżenti, u mill-inqas 4 lx f’punt tas-“parti Emax”;

    6.2.6.5.1.   sadanittant, dan ma jkunx meħtieġ jekk, għal pożizzjonijiet fuq ix-xellug ta’ l-assi ta’ referenza tas-sistema, fuq il-linja 0,3° ’l fuq mil-linja HH sa 5° fuq ix-xellug u taħt il-linja sa 0,57° ’l isfel minn HH lil hinn minn 5° fuq ix-xellug, il-valur ta’ 1 lx ma jinqabeż fl-ebda post.

    6.2.7.   Is-sistema trid tiġi verifikata f’konformità ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur, skond il-prinċipju ta’ sikurezza definit fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ hawn fuq.

    6.2.8.   Is-sistemi jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħhom maħsuba kemm għat-traffiku fuq il-lemin u t-traffiku fuq ix-xellug iridu, f’kull waħda miż-żewġ pożizzjonijiet, f’konformità mal-paragrafu 5.4 ta’ hawn fuq, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet definiti għad-direzzjoni tat-traffiku kkonċernat.

    Is-sistemi jridu jkunu maħsuba b’tali mod li:

    6.2.9.1.   Kull mod ta’ raġġ baxx speċifikat jipproduċi mill-inqas 3 lx sal-punt 50V fuq kull naħa tas-sistema;

    il-mod jew il-modi ta’ raġġ baxx ta’ klassi V jitqassmu minn din l-ispeċifikazzjoni;

    6.2.9.2.   Erba’ sekondi wara li tinxtegħel is-sistema, li ma ħadmitx wara mill-inqas 30 minuta, ir-raġġ baxx ta’ klassi C irid jipproduċi mill-inqas 5 lx sal-punt 50V;

    6.2.9.3.   Modi oħrajn:

    F’każ ta’ sinjali ta’ input definiti fil-paragrafu 6.1.4.3 tar-Regolament preżenti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 6.2 iridu jinkisbu.

    6.3.   Pożizzjonijiet dwar ir-raġġ qawwi

    Qabel kull test skond il-paragrafi ta’ hawn taħt, is-sistema trid titqiegħed fi stat newtru.

    L-unità jew l-unitajiet ta’ dwal tas-sistema jridu jkunu kkontrollati f’konformità ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur, b’tali mod li ż-żona ta’ dawl massimu tkun iċċentrata fuq il-punt ta’ intersezzjoni (HV) tal-linji H-H u V-V;

    6.3.1.1.   Kull unità ta’ dawl li ma tistax tkun ikkontrollata separatament, jew li tagħha l-aġġustament sar wara l-pożizzjonijiet effettwati f’konformità mal-paragrafu 6.2, trid titqiegħed għal test ikkontrollat b’dan il-mod.

    Meta jitqies b’mod konformi mal-pożizzjonijiet speċifikati fl-Anness 9 tar-Regolament preżenti, id-dawl irid ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    Il-punt HV irid jitqiegħed fuq ġewwa ta’ l-isolux li jirrappreżenta 80 % ta’ l-illuminazzjoni massima tar-raġġ qawwi.

    6.3.2.1.1.   Il-valur massimu (EM) ma jistax ikun inqas minn 48 lx u fl-ebda ċirkostanza m’għandu jkun iktar minn 240 lx.

    6.3.2.1.2.   L-intensità massima (IM) ta’ kull unità ta’ installazzjoni li tagħmel sehem minn jew tikkontribwixxi għall-intensità massima tar-raġġ qawwi, imfissra f’eluf ta’ kandela, tiġi kkalkolata permezz tal-formula ta’ hawn taħt:

    IM = 0,625 EM

    6.3.2.1.3.   Il-marka ta’ referenza (I’M) ta’ l-intensità massima, definita fil-paragrafu 4.2.2.9 ta’ hawn fuq, tiġi kkalkolata permezz tal-formula:

    Formula

    Dan il-valur jinġieb sa l-eqreb valur 5 - 10 - 12,5 - 17,5 - 20 - 25 - 27,5 - 30 - 37,5 - 40 - 45 - 50.

    6.3.2.2.   Meta tibda mill-punt HV u timxi orizzontalment lejn il-lemin u x-xellug, l-illuminazzjoni tar-raġġ qawwi trid tkun mill-inqas daqs 24 lx sa 2,6 gradi u mill-inqas daqs 6 lx sa 5,2 gradi.

    L-illuminazzjoni jew parti mill-illuminazzjoni li tintrema mis-sistema tista’ tiċċaqlaq lateralment b’mod awtomatiku (jew modifikata biex jinkiseb l-istess effett), b’kundizzjoni li:

    6.3.3.1.   Is-sistema tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 6.3.2.1.1 u 6.3.2.2 ta’ hawn fuq, fejn kull unità ta’ dawl tkun imkejla f’konformità mal-proċedura speċifikata fl-Anness 9.

    Is-sistema trid tkun maħsuba b’tali mod li:

    6.3.4.1.   L-unità jew l-unitajiet tad-dawl tan-naħa leminija u tan-naħa xellugija kull waħda jipprovdu mill-inqas in-nofs ta’ l-illuminazzjoni minima tar-raġġ qawwi speċifikata fil-paragrafi 6.3.2.2 ta’ hawn fuq;

    6.3.4.2.   Erba’ sekondi wara li tinxtegħel is-sistema, li ma kienitx qiegħda taħdem għal mill-inqas 30 minuta, illuminazzjoni ta’ mill-inqas 42 lx trid tinkiseb sal-punt HV tar-raġġ qawwi;

    6.3.4.3.   Meta sinjali ta’ l-input f’konformità mal-paragrafu 6.1.4.3 tar-Regolament preżenti, jiġu applikati, l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 6.3 iridu jinkisbu.

    6.3.5.   Jekk l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għar-raġġ konċernat ma jinkisbux, wieħed jista’ jipproċedi għal orjentazzjoni mill-ġdid tar-raġġ ta’ 0,5 ta’ grad ’l fuq jew ’l isfel u/jew ta’ grad wieħed lejn il-lemin jew ix-xellug, b’relazzjoni ta’ l-aġġustament inizjali tiegħu. F’din il-pożizzjoni ġdida, l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi jridu jinkisbu. Dawn il-pożizzjonijiet ma japplikawx għall-unitajiet ta’ dawl definiti fil-paragrafu 6.3.1.1 tar-Regolament preżenti.

    6.4.   Pożizzjonijiet oħrajn

    Fil-każ ta’ sistema jew ta’ waħda jew bosta mill-partijiet tagħha mgħammra b’unitajiet ta’ dawl kontrollabbli, l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 6.2 (raġġ baxx) u 6.3 (raġġ qawwi) japplikaw għal kull waħda mill-pożizzjonijiet ta’ muntaġġ definiti fil-paragrafu 2.1.3 (skala ta’ aġġustament). Il-proċedura li ġejja hija applikata għall-finijiet ta’ verifika:

    6.4.1.   Kull pożizzjoni indikata tinkiseb permezz tal-gonjometru ta’ test b’relazzjoni mal-linja dritta li torbot iċ-ċentru ta’ referenza u l-punt HV fuq l-iskrin ta’ kejl. Is-sistema aġġustabbli jew parti jew bosta mill-partijiet tagħha għalhekk jitqiegħdu f’pożizzjoni bħall-illuminazzjoni fuq l-iskrin ta’ kejl li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ orjentazzjoni rilevanti;

    6.4.2.   Is-sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha li fil-bidu kienu mqiegħda f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.1, il-mezz jew il-partijiet tiegħu jridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi rilevanti tal-paragrafi 6.2 u 6.3;

    Wieħed irid jipproċedi għal testijiet supplimentari wara li jkun tmexxa r-riflettur jew is-sistema jew parti jew bosta mill-partijiet tagħha vertikalment bi ftit jew wisq 2 gradi jew ikun imqiegħed għall-inqas fil-pożizzjoni massima tiegħu jekk din hija inqas minn 2 gradi, b’relazzjoni mal-pożizzjoni inizjali, bl-użu tal-mezz ta’ aġġustament tas-sistema jew ta’ waħda jew bosta mill-partijiet tagħha. Wara li s-sistema sħiħa jew parti jew bosta mill-partijiet tagħha tkun orjentata mill-ġdid (per eżempju permezz tal-gonjometru), fid-direzzjoni kuntrarja li tikkorrispondi, il-kwantità ta’ dawl mixħuta fid-direzzjonijiet li ġejjin iridu jkunu kkontrollati u jibqgħu fil-limiti speċifikati:

    6.4.3.1.   Raġġ baxx: il-punti HV u 75R, jew 50R jekk jingħata l-każ, u raġġ qawwi: IM u l-punt HV (f’persentaġġ ta’ IM);

    6.4.4.   Jekk min qiegħed jagħmel it-talba indika aktar minn pożizzjoni waħda għal muntaġġ, il-proċedura msemmija fil-paragrafi 6.4.1 sa 6.4.3 trid tiġi ripetuta għal kull waħda mill-pożizzjonijiet l-oħrajn;

    6.4.5.   Jekk min qiegħed jagħmel it-talba ma indikax pożizzjoni speċjali ta’ muntaġġ, is-sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha trid tiġi orjentata skond il-pożizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 6.2 (raġġ baxx) u 6.3 (raġġ qawwi), li l-mezz ta’ aġġustament tas-sistema jew ta’ waħda jew bosta mill-partijiet tagħha titqiegħed f’pożizzjoni medja. It-testijiet supplimentari speċifikati fil-paragrafu 6.4.3 jridu jiġu effettwati wara li r-riflettur jew partijiet tiegħu jitqiegħdu fil-pożizzjoni massima (minflok ma jitmexxew b’2 gradi ftit jew wisq) bl-użu tal-mezz ta’ aġġustament tagħhom.

    6.4.6.   Irid jiġi indikat permezz ta’ formola f’konformità ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 1 tar-Regolament preżenti liema unità jew unitajiet ta’ dawl jipproduċu cut-off bħal dak definit fl-Anness 8 tar-Regolament preżenti, li jipprojetta ruħu fuq żona inkluża bejn 6 gradi fuq ix-xellug u 4 gradi fuq il-lemin u fuq linja orizzontali mqiegħda 0,8 ta’ grad ’l isfel.

    6.4.7.   Irid jiġi indikat permezz ta’ formola f’konformità ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 1 tar-Regolament preżenti liema mod(i) ta’ raġġ baxx ta’ klassi E, jekk jingħata l-każ, jissodisfa “l-fatti komuni” tat-Tabella 6 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti.

    7.   KULUR

    7.1.   Id-dawl mixħut irid ikun ta’ kulur abjad. F’koordinati trikronomatiċi CEI, id-dawl mixħut minn kull parti tas-sistema jrid ikun fil-limiti li ġejjin:

    limitu lejn il-blu

    x ≥ 0,310

    limitu lejn l-isfar

    x ≤ 0,500

    limitu lejn l-aħdar

    y ≤ 0,150 + 0,640 x

    limitu lejn l-aħdar

    y ≤ 0,440

    limitu lejn il-vjola

    y ≥ 0,050 + 0,750 x

    limitu lejn l-aħmar

    y ≥ 0,382.

    C.   MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRAJN

    8.   MODIFIKA TAT-TIP TAS-SISTEMA U ESTENSJONI TA’ OMOLOGAZZJONI

    Kull modifika tat-tip tas-sistema trid tiġi notifikata lis-servizz amministrattiv li ta l-omologazzjoni, li jista’ mbagħad:

    8.1.1.   Kemm jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jkunux fil-periklu li jkollhom konsegwenzi koroh notevoli u li fil-każijiet kollha din is-sistema għadha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet;

    8.1.2.   Kif ukoll jesiġi rapport ġdid ta’ test mis-servizz tekniku inkarigat li jagħmel it-testijiet.

    8.2.   Il-konferma ta’ l-omologazzjoni jew ukoll ir-rifjut tagħha, b’indikazzjoni tal-modifiki, trid tiġi notifikata lill-Partijiet kontraenti għall-Ftehim li japplikaw ir-Regolament preżenti, skond il-proċedura definita fil-paragrafu 4.1.4 ta’ hawn fuq.

    8.3.   L-awtorità kompetenti inkarigata li toħroġ l-estensjoni ta’ omologazzjoni talloka numru ta’ serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni mwassla taħt it-titlu ta’ din l-estensjoni u tinnotifika b’dan lill-Partijiet l-oħrajn tal-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw ir-Regolament preżenti, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni f’konformità ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 1 tar-Regolament preżenti.

    9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri ta’ verifika tal-konformità tal-produzzjoni jridu jkunu konformi ma’ dawk speċifikati fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) u jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    9.1.   Is-sistemi omologati skond ir-Regolament preżenti jridu jkunu manifatturati b’mod li jkunu konformi għat-tip omologat u li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 6 u 7.

    9.2.   Iridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet minimi ta’ konformità tal-proċeduri ta’ kontroll tal-produzzjoni speċifikati fl-Anness 5 tar-Regolament preżenti.

    9.3.   Iridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet minimi ta’ kampjun magħmul minn spettur, speċifikati fl-Anness 7 tar-Regolament preżenti.

    9.4.   L-awtorità li ħarġet l-omologazzjoni tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll ta’ konformità applikati f’kull unità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki hija ta’ kontroll wieħed kull sentejn.

    9.5.   Ma jingħatax kas tas-sistemi jew ta’ waħda jew bosta mill-partijiet tagħha li jidhru difettużi.

    9.6.   Ma jingħatax kas tal-marka ta’ referenza.

    10.   SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    10.1.   L-omologazzjoni maħruġa għal tip ta’ sistema bl-applikazzjoni tar-Regolament preżenti tista’ tiġi rtirata jekk l-ispeċifikazzjonijiet ma jiġux rispettati jew jekk sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha li għandhom il-marka ta’ omologazzjoni m’hijiex konformi mat-tip omologat.

    10.2.   Fil-każ ta’ Parti kontraenti għall-Ftehim li japplika r-Regolament preżenti jirtira omologazzjoni li qabel kien ta, dan għandu jinforma b’dan minnufih lill-Partijiet l-oħrajn kontraenti li japplikaw ir-Regolament preżenti, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 1 tar-Regolament preżenti.

    11.   WAQFA DEFINITTIVA TAL-PRODUZZJONI

    11.1.   Jekk min għandu omologazzjoni jwaqqaf b’mod definittiv il-produzzjoni ta’ tip ta’ sistema omologata f’konformità mar-Regolament preżenti, huwa jinforma b’dan lill-awtorità li ħarġet l-omologazzjoni, li, min-naħa tagħha, tinnotifika b’dan lill-Partijiet l-oħrajn kontraenti għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw ir-Regolament preżenti, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 1 tar-Regolament preżenti.

    12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI INKARIGATI BIT-TESTIJIET TA’ OMOLOGAZZJONI U TAS-SERVIZZI AMMINISTRATTIVI

    12.1.   Il-Partijiet kontraenti għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw ir-Regolament preżenti jridu jikkomunikaw lis-Segretarjat ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi inkarigati bit-testijiet ta’ omologazzjoni u dawk tas-servizzi amministrattivi li joħorġu l-omologazzjoni u li lilhom iridu jintbagħtu l-formoli ta’ omologazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut jew ta’ irtirar ta’ omologazzjoni, jew il-waqfa definittiva tal-produzzjoni, maħruġin f’pajjiżi oħrajn.

    ANNESS 1

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    EŻEMPJI TA’ MARKI TA’ OMOLOGAZZJONI

    Eżempju 1

    a ≥ 8 mm (lenti tal-ħġieġ)

    a ≥ 5 mm (lenti tal-plastik)

    Image

    Image

    Dijagramma 1

    Dijagramma 2

    L-unità ta’ installazzjoni ta’ sistema li għandha waħda mill-marki ta’ omologazzjoni ta’ hawn fuq kienet omologata fl-Olanda (E4) f’konformità mar-Regolament preżenti, taħt in-numru ta’ omologazzjoni 19 243, u ssodisfat l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti taħt il-forma inizjali tagħha (00). Ir-raġġ baxx huwa maħsub unikament għat-traffiku fuq il-lemin. L-ittri “CT” (Dijagramma 1) jindikaw li dan huwa raġġ baxx b’mod ta’ dawl fil-liwja, u l-ittri “CWR” (Dijagramma 2) jindikaw li dan huwa raġġ baxx ta’ klassi C, ta’ raġġ baxx ta’ klassi W u ta’ raġġ qawwi.

    Iċ-ċifra 30 tindika li l-intensità massima tar-raġġ baxx hija bejn 86 250 u 101 250 kandela.

    Nota: In-numru ta’ omologazzjoni u s-simboli addizzjonali jridu jitqiegħdu qrib taċ-ċirku ta’ madwar l-ittra “E”, ’l fuq jew ’l isfel ta’ din l-ittra jew inkella fuq il-lemin jew fuq ix-xellug tagħha. Iċ-ċifri tan-numru ta’ omologazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa ta’ l-ittra “E” u jkunu jħarsu lejn l-istess direzzjoni.

    L-użu ta’ ċifri Rumani bħala numri ta’ omologazzjoni għandu jkun evitat sabiex tiġi eskluża kull konfużjoni ma’ simboli oħrajn.

    Eżempju 2

    Image

    Image

    Dijagramma 3

    Dijagramma 4 a)

    Image

    Dijagramma 4 b)

    L-unità ta’ installazzjoni ta’ sistema li għandha l-marka ta’ omologazzjoni ta’ hawn fuq hija konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mar-raġġ baxx u r-raġġ qawwi, u hija maħsuba:

    Dijagramma 3: Raġġ baxx ta’ klassi C flimkien ma’ raġġ baxx ta’ klassi E, unikament għat-traffiku fuq ix-xellug.

    Dijagrammi 4 a) u 4 b): Raġġ baxx ta’ klassi C u raġġ baxx ta’ klassi V, għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku bis-saħħa ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament ta’ l-element ottiku jew tas-sors illuminanti, u raġġ qawwi. Ir-raġġ baxx ta’ klassi C, ir-raġġ baxx ta’ klassi V u r-raġġ qawwi jridu jissodisfaw il-pożizzjonijiet applikabbli għad-dawl fil-liwja, kif tindika l-ittra “T”. Il-linja fuq l-ittra “R” tindika li l-funzjoni ta’ raġġ qawwi hija żgurata minn bosta unitajiet ta’ installazzjoni fuq din in-naħa tas-sistema.

    Eżempju 3

    Image

    Image

    Dijagramma 5

    Dijagramma 6

    L-unità ta’ installazzjoni li għandha l-marka ta’ omologazzjoni ta’ hawn fuq tinkludi lenti ta’ materjal plastiku u hija konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti unikament f’dak li għandu x’jaqsam mar-raġġ baxx, u hija maħsuba:

    Dijagramma 5: Raġġ baxx ta’ klassi C u raġġ baxx ta’ klassi W, għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku.

    Dijagramma 6: Raġġ baxx ta’ klassi C flimkien ma’ mod ta’ dawl fil-liwja, unikament għat-traffiku fuq il-lemin.

    Eżempju 4

    Image

    Image

    Dijagramma 7

    Dijagramma 8

    Dijagramma 7: L-unità ta’ installazzjoni li għandha l-marka ta’ omologazzjoni ta’ hawn fuq tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti f’dak li għandu x’jaqsam mar-raġġ baxx ta’ klassi C u r-raġġ baxx ta’ klassi V, u hija unikament maħsuba għat-traffiku fuq ix-xellug.

    Dijagramma 8: L-unità ta’ installazzjoni li għandha l-marka ta’ omologazzjoni ta’ hawn fuq hija unità ta’ installazzjoni (distintiva) li tagħmel parti minn sistema, u hija tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti unikament għal dak li għandu x’jaqsam mar-raġġ qawwi.

    Eżempju 5: Identifikazzjoni ta’ unità ta’ installazzjoni li tinkludi lenti ta’ materjal plastiku konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti

    Image

    Image

    Dijagramma 9

    Dijagramma 10

    Dijagramma 9: Raġġ baxx ta’ klassi C u raġġ baxx ta’ klassi W, it-tnejn li huma b’mod ta’ dawl fil-liwja u raġġ qawwi, unikament maħsubin għat-traffiku fuq il-lemin.

    Ir-raġġ baxx u l-modi tiegħu m’għandhomx jaħdmu fl-istess ħin tar-raġġ qawwi f’projettur ieħor inkorporat reċiprokament.

    Dijagramma 10: Raġġ baxx ta’ klassi E u raġġ baxx ta’ klassi W maħsuba unikament għat-traffiku fuq il-lemin, u raġġ qawwi. Il-linja mqiegħda fuq il-“E” u l-“W” tindika li dawn il-klassijiet ta’ raġġi baxxi huma żgurati min-naħa tas-sistema konċernata minn aktar minn unità ta’ installazzjoni waħda.

    Eżempju 6: Immarkar semplifikat għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, omologati f’konformità ma’ regolament ieħor li m’huwiex dan (dijagramma 11) (il-linji vertikali u orizzontali ma jagħmlux parti mill-marka ta’ omologazzjoni u jservu sempliċement biex jissemplifikaw il-forma tal-mezz ta’ sinjalazzjoni illuminanti)

    Dawn iż-żewġ eżempji jikkorrispondu għal żewġ unitajiet ta’ installazzjoni mqiegħda fuq l-istess naħa ta’ sistema u li għandhom marka ta’ omologazzjoni li tinkludi (Mudell A u Mudell B):

    Unità ta’ installazzjoni Nru 1

    Fanal ta’ quddiem omologat konformi mas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 7;

    Waħda jew bosta unitajiet ta’ dawl li jarmu raġġ baxx ta’ klassi C fil-mod tal-liwja, maħsuba biex jaħdmu flimkien ma’ unità waħda jew bosta unitajiet ta’ installazzjoni fuq l-istess naħa tas-sistema (kif tindikah il-linja mqiegħda fuq iċ-“C”), u raġġ baxx ta’ klassi V, it-tnejn maħsuba għat-traffiku fuq il-lemin u fuq ix-xellug, kif ukoll raġġ qawwi li għandu intensità massima ta’ bejn 86 250 u 101 250 kandela (kif tindikah iċ-ċifra 30), omologat f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti taħt il-forma inizjali tiegħu (00) u li jinkludi lenti b’materjal plastiku;

    Fanal għat-traffiku ta’ bi nhar omologat konformi mas-serje 00 ta’ emendi tar-Regolament Nru 87;

    Fanal ta’ l-indikejter ta’ quddiem ta’ kategorija 1a omologat konformi mas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 6.

    Unità ta’ installazzjoni Nru 3

    Fanal ta’ quddiem taċ-ċpar omologat konformi mas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 19, jew raġġ baxx ta’ klassi C fil-mod ta’ dawl fil-liwja, maħsub għat-traffiku fuq il-lemin u fuq ix-xellug u biex jaħdem flimkien ma’ unità jew bosta unitajiet ta’ installazzjoni fuq l-istess naħa tas-sistema, kif tindikah il-linja fuq iċ-“C”.

    Eżempju 7: Pożizzjoni tal-marki ta’ omologazzjoni relatati ma’ sistema (dijagramma 12)

    Image

    Dawn iż-żewġ eżempji jikkorrispondu għal sistema adattiva ta’ dawl ta’ quddiem magħmula minn żewġ unitajiet ta’ installazzjoni (li jiżguraw l-istess funzjonijiet) man-naħa tas-sistema (l-unitajiet Nru 1 u Nru 3 għan-naħa xellugija, u l-unitajiet Nru 2 u Nru 4 għan-naħa leminija).

    L-unità ta’ installazzjoni Nru 1 (jew Nru 2) tas-sistema li għandha n-numri ta’ omologazzjoni ta’ hawn fuq hija konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti (is-serje 00 ta’ emendi) f’dak li għandu x’jaqsam kemm mar-raġġ baxx ta’ klassi C maħsub għat-traffiku fuq ix-xellug u raġġ qawwi li għandu intensità illuminanti ta’ bejn 86 250 u 101 250 kandela (indikata miċ-ċifra 30), raggruppati flimkien ma’ fanal ta’ quddiem ta’ l-indikejter tal-kategorija 1a, omologat konformi mas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 6.

    Image

    Fl-eżempju 7 a), l-unità ta’ installazzjoni Nru 1 (jew Nru 2) tas-sistema tinkludi raġġ baxx ta’ klassi C fil-mod ta’ dawl fil-liwja, raġġ baxx ta’ klassi W, raġġ baxx ta’ klassi V u raġġ baxx ta’ klassi E. Il-linja ta’ fuq iċ-“C” tindika li r-raġġ baxx ta’ klassi C jinkiseb biż-żewġ unitajiet ta’ installazzjoni tan-naħa kkonċernata tas-sistema.

    L-unità ta’ installazzjoni Nru 3 (jew Nru 4 hija maħsuba biex tipproduċi t-tieni parti tar-raġġ baxx ta’ klassi C ma’ naħa tas-sistema, kif indikat mil-linja vertikali mqiegħda fuq iċ-“C”.

    Fl-eżempju 7 b), l-unità ta’ installazzjoni Nru 1 (jew Nru 2) tas-sistema hija maħsuba biex tarmi raġġ baxx ta’ klassi C, raġġ baxx ta’ klassi W u raġġ baxx ta’ klassi E. Il-linja fuq il-“W” tindika li r-raġġ baxx ta’ klassi W jintrema miż-żewġ unitajiet ta’ installazzjoni tan-naħa kkonċernata tas-sistema. L-ittra “T”, imqiegħda fuq il-lemin wara l-lista tas-simboli (u fuq ix-xellug tan-numru ta’ omologazzjoni), tindika li kull wieħed mir-raġġi, jiġifieri r-raġġ baxx ta’ klassi “C”, ir-raġġ baxx ta’ klassi W, ir-raġġ baxx ta’ klassi E u r-raġġ qawwi, jinkludi mod ta’ dawl fil-liwja.

    L-unità ta’ installazzjoni Nru 3 (jew Nru 4) tas-sistema hija maħsuba biex tipproduċi t-tieni parti tar-raġġ baxx ta’ klassi W tan-naħa kkonċernata tas-sistema (kif indikat mil-linja ta’ fuq il-“W”) u tar-raġġ baxx ta’ klassi V.

    Eżempju 8:

    Pożizzjoni tal-marki ta’ omologazzjoni relatati maż-żewġ naħat ta’ sistema (dijagramma 13)

    Dan l-eżempju juri sistema adattiva ta’ dawl ta’ quddiem magħmula minn żewġ unitajiet ta’ installazzjoni tan-naħa xellugija tal-vettura u minn unità ta’ installazzjoni tan-naħa leminija.

    Is-sistema li għandha l-marki ta’ omologazzjoni ta’ hawn fuq hija konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti (is-serje 00 ta’ emendi) f’dak li għandu x’jaqsam kemm ma’ raġġ baxx għat-traffiku fuq ix-xellug kif ukoll ma’ raġġ qawwi li tiegħu l-intensità massima hija bejn 86 250 u 101 250 kandela (kif tindikah iċ-ċifra 30), raggruppati flimkien ma’ fanal ta’ quddiem ta’ l-indikejter ta’ kategorija 1a omologat konformi mas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 6 u fanal ta’ quddiem omologat konformi mas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 7.

    Image

    L-unità ta’ installazzjoni Nru 1 tas-sistema (fuq ix-xellug) hija maħsuba biex tikkontribwixxi għar-raġġ baxx ta’ klassi C u għar-raġġ baxx ta’ klassi E. Il-linja mqiegħda fuq iċ-“C” tindika li, min-naħa kkonċernata, bosta unitajiet ta’ installazzjoni jikkontribwixxu għar-raġġ baxx ta’ klassi C. L-ittra “T”, imqiegħda fuq il-lemin wara l-lista ta’ simboli, tindika li r-raġġ baxx ta’ klassi C u r-raġġ baxx ta’ klassi E t-tnejn li huma jinkludu mod ta’ dawl fil-liwja.

    L-unità ta’ installazzjoni Nru 3 tas-sistema (fuq ix-xellug) hija maħsuba biex tiżgura t-tieni parti tar-raġġ baxx ta’ klassi C min-naħa kkonċernata (kif indikat bil-linja ta’ fuq iċ-“C”) u r-raġġ baxx ta’ klassi W.

    L-unità ta’ installazzjoni Nru 2 tas-sistema (fuq il-lemin) hija maħsuba biex tikkontribwixxi għar-raġġ baxx ta’ klassi C, għar-raġġ baxx ta’ klassi E, li t-tnejn li huma jinkludu mod ta’ dawl fil-liwja, u għar-raġġ baxx ta’ klassi W.

    Nota: Fl-eżempji 6, 7 u 8 ta’ hawn fuq, l-unitajiet ta’ installazzjoni differenti tas-sistema jrid ikollhom l-istess numru ta’ omologazzjoni.

    ANNESS 3

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET FOTOMETRIĊI APPLIKABBLI GĦAR-RAĠĠ BAXX (5)

    Għall-finijiet ta’ l-Anness preżenti, wieħed jifhem b’:

    “’l fuq”, imqiegħed ’l fuq, skond assi vertikali;“’l isfel”, imqiegħed ’l isfel, skond assi vertikali.

    Il-pożizzjonijiet angulari jkunu mfissra f’gradi ’l fuq (U) jew f’gradi ’l isfel (D) b’relazzjoni mal-linja H-H, u fuq il-lemin (R) jew fuq ix-xellug (L) tal-linja V-V.

    Dijagramma 1: Pożizzjonijiet angulari ta’ speċifikazzjonijiet fotometriċi tar-raġġ baxx (għat-traffiku fuq il-lemin).

    Image

    Tabella 1

    Karatteristiċi fotometriċi applikabbli għar-raġġ baxx

    Speċifikazzjonijiet imfissra f’lux sa 25 m

    Pożizzjoni/gradi

    Raġġ baxx

    orizzontali

    vertikali

    klassi C

    klassi V

    klassi E

    klassi W

     

    Nru

    Element

    għal/ta’

    għal

    għal

    minimu

    massimu

    minimu

    massimu

    minimu

    massimu

    minimu

    massimu

    Parti A

    1

    B50L (9)

    L 3,43

     

    U 0,57

     

    0,4

     

    0,4

     

    0,7 (13)

     

    0,7

    2

    HV (9)

    V

     

    H

     

    0,7

     

    0,7

     

     

     

     

    3

    BR (9)

    R 2,5

     

    U 1

    0,2

    2

    0,1

    1

    0,2

    2

    0,2

    3

    4

    Parti BRR (9)

    R 8

    R 20

    U 0,57

     

    4

     

    1

     

    4

     

    6

    5

    Parti BLL (9)

    L 8

    L 20

    U 0,57

     

    0,7

     

    1

     

    1

     

    1

    6

    P

    L 7

     

    H

    0,1

     

     

     

     

     

    0,1

     

    7

    Żona III (kif definita fit-Tabella 3 ta’ hawn taħt)

     

     

     

     

    0,7

     

    0,7

     

    1

     

    1

    8 a

    S50, S50LL, S50RR (10)

     

     

    U 4

    0,1 (12)

     

     

     

    0,1 (12)

     

    0,1 (12)

     

    9 a

    S100, S100LL, S100RR (10)

     

     

    U 2

    0,2 (12)

     

     

     

    0,2 (12)

     

    0,2 (12)

     

    10

    50R

    R 1,72

     

    D 0,86

     

     

    6

     

     

     

     

     

    11

    75R

    R 1,15

     

    D 0,57

    12

     

     

     

    18

     

    24

     

    12

    50V

    V

     

    D 0,86

    6

     

    6

     

    12

     

    12

     

    13

    50L

    L 3,43

     

    D 0,86

    4,2

    15

    4,2

    15

    8

     

    8

    30

    14

    25LL

    L 16

     

    D 1,72

    1,4

     

    1

     

    1,4

     

    4

     

    15

    25RR

    R 11

     

    D 1,72

    1,4

     

    1

     

    1,4

     

    4

     

    16

    Parti 20 u ’l isfel

    L 3,5

    V

    D 2

     

     

     

     

     

     

     

    20 (7)

    17

    Parti 10 u ’l isfel

    L 4,5

    R 2,0

    D4

     

    14 (6)

     

    14 (6)

     

    14 (6)

     

    8 (7)

    18

    Emax  (8)

     

     

     

    20

    50

    10

    50

    20

    90 (13)

    35

    80 (7)

    Parti B (modi ta’ dawl fil-liwja): It-Tabella 1 Parti A tapplika iżda wara li jiġu sostitwiti l-elementi tal-linji nri 1, 2, 7, 13 u 18 b’dawk li jidhru hawn taħt.

    Parti B

    1

    B50L (9)

    L 3,43

     

    U 0,57

     

    0,6

     

    0,6

     

     

     

    0,9

    2

    HV (9)

     

     

     

     

    1

     

    1

     

     

     

     

    7

    Żona III (kif definita fit-Tabella 3 ta’ hawn taħt)

     

     

     

     

    1

     

    1

     

    1

     

    1

    13

    50L

    L 3,43

     

    D 0,86

    2

     

    2

     

    4

     

    4

     

    18

    Emax  (11)

     

     

     

    12

    50

    6

    50

    12

    90 (13)

    24

    80 (7)


    Tabella 2

    Elementi, pożizzjoni angulari jew valur fi gradi ta’ raġġ baxx u speċifikazzjonijiet supplimentari

     

    Pożizzjoni angulari/valur fi gradi

    Raġġ baxx klassi C

    Raġġ baxx klassi V

    Raġġ baxx klassi E

    Raġġ baxx klassi W

    Nru

    Deskrizzjoni tal-parti tar-raġġ u speċifikazzjonijiet

    orizzontali

    vertikali

    orizzontali

    vertikali

    orizzontali

    vertikali

    orizzontali

    vertikali

    2.1

    L-Emax m’għandux ikun barra r-rettanglu li hemm inkluż (fuq il-parti Emax):

    bejn 0,5 L

    u 3 R

    bejn 0,3 D

    u 1,72 D

     

    bejn 0,3 D

    u 1,72 D

    bejn 0,5 L

    u 3 R

    bejn 0,1 D

    u 1,72 D

    bejn 0,5 L

    u 3 R

    bejn 0,3 D

    u 1,72 D

    2.2

    Il-cut-off u l-partijiet tiegħu jridu

    jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Anness 8 tar-Regolament preżenti, fejn it-tarf kien fuq V-V,

    u

     

    jkunu mqiegħda b’tali mod li l-parti orizzontali tkun:

     

    sa V = 0,57 D

     

    ≤ 0,57 D

    ≥ 1,3D

     

    ≤ 0,23 D (14)

    ≥ 0,57 D

     

    ≤ 0,23 D

    ≥ 0,57D


    Tabella 3

    Żoni III tar-raġġ baxx, ikkoordinati minn fuq

    Pożizzjoni angulari fi gradi

    Referenza trijangulari nru

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    Żona III a

    għar-raġġ baxxta’ klassi C jew ta’ klassi V

    orizzontali

    8 L

    8 L

    8 R

    8 R

    6 R

    1,5 R

    V-V

    4 L

    vertikali

    1 U

    4 U

    4 U

    2 U

    1,5 U

    1,5 U

    H-H

    H-H

    Żona III b

    għar-raġġ baxx ta’ klassi W jew ta’ klassi E

    orizzontali

    8L

    8L

    8R

    8R

    6R

    1,5R

    0,5L

    4L

    vertikali

    1 U

    4 U

    4 U

    2 U

    1,5 U

    1,5 U

    0,34 U

    0,34 U


    Tabella 4

    Pożizzjonijiet supplimentari għar-raġġ baxx ta’ klassi W, imfissra f’lux sa 25 m

    4.1.

    Definizzjoni u speċifikazzjonijiet applikabbli għall-partijiet E, F1, F2 u F3 (mhux indikati fid-dijagramma 1 ta’ hawn fuq)

    Il-massimu awtorizzat huwa ta’ 0,2 lx: a) fuq parti E inkluż sa 10 gradi U bejn 20 L u 20 grad R; u b) fuq tliet partijiet vertikali (F1, F2 u F3) fuq pożizzjonijiet orizzontali 10 gradi L, V u 10 gradi R, fejn it-tlieta jmorru minn 10 U sa 60 grad U.

    4.2.

    Kull ġabra (supplimentari) ta’ speċifikazzjonijiet għall-Emax, parti 20 u parti 10:

    Il-parti A jew B tat-Tabella 1 tapplika bil-kundizzjoni li tissostitwixxi l-ispeċifikazzjonijiet massimi tal-linji nri 16, 17 u 18 b’dawk indikati hawn taħt.

    Jekk, waqt l-applikazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ta’ min qiegħed jagħmel it-talba konformi mal-paragrafu 2.2.2 e) tar-Regolament preżenti, raġġ baxx ta’ klassi W huwa maħsub biex jarmi fuq il-parti 20 u ’l isfel mhux aktar minn 10 lx u fuq il-parti 10 u ’l isfel mhux aktar minn 4 lx, il-valur nominali ta’ l-Emax ta’ dan ir-raġġ ma jistax jaqbeż 100 lx.


    Tabella 5

    Speċifikazzjonijiet applikabbli għall-parti superjuri u pożizzjoni angulari tal-punti ta’ kejl

    Deskrizzjoni tal-punt

    S50LL

    S50

    S50RR

    S100LL

    S100

    S100RR

    Pożizzjoni angulari fi gradi

    4 U/8 L

    4 U/V-V

    4 U/8 R

    2 U/4 L

    2 U/V-V

    2 U/4 R


    Tabella 6

    Speċifikazzjonijiet supplimentari applikabbli għar-raġġ baxx ta’ klassi E

    Il-partijiet A u B tat-Tabella 1 kif ukoll it-Tabella 2 ta’ hawn fuq japplikaw, b’ kundizzjoni li jissostitwixxu l-linji nri 1 u 18 tat-Tabella 1 u l-punt 2.2 tat-Tabella 2 kif indikat hawn taħt

    Punt

    Deskrizzjoni

    Linja 1 tat-Tabella 1 ta’ hawn fuq, Parti A jew B

    Linja 18 tat-Tabella 1 ta’ hawn fuq, Parti A jew B

    Punt 2.2 tat-Tabella 2 ta’ hawn fuq

    Nru

    Ġabra ta’ fatti

    EB50L f’lux sa 25 m

    Emax f’lux sa 25 m

    Pożizzjoni tal-Parti orizzontali tal-cut-off fi gradi

     

     

    massimu

    massimu

    mhux ’il fuq

    6.1

    E1

    0,6

    80

    0,34 D

    6.2

    E2

    0,5

    70

    0,45 D

    6.3

    E3

    0,4

    60

    0,57 D

    Għal tagħrif biss: il-valuri fotometriċi indikati fit-Tabella 1 ta’ hawn fuq huma mfissra hawn taħt f’kandela.

    L-ispeċifikazzjonijiet huma mfissra f’cd

    Pożizzjoni/gradi

    Raġġ baxx

    orizzontali

    vertikali

    klassi C

    klassi V

    klassi E

    klassi W

     

    Nru

    Element

    Sa/ta’

    Sa

    sa

    minimu

    massimu

    minimu

    massimu

    minimu

    massimu

    minimu

    massimu

    Parti A

    1

    B50L (18)

    L 3,43

     

    U 0,57

     

    250

     

    250

     

    438 (22)

     

    438

    2

    HV (18)

    V

     

    H

     

    438

     

    438

     

     

     

     

    3

    BR (18)

    R 2,5

     

    U 1

    125

    1 250

    63

    625

    125

    1 250

    125

    1 875

    4

    Parti BRR (18)

    R 8

    R 20

    U 0,57

     

    2 500

     

    625

     

    2 500

     

    3 750

    5

    Parti BLL (18)

    L 8

    L 20

    U 0,57

     

    438

     

    625

     

    625

     

    625

    6

    P

    L 7

     

    H

    63

     

     

     

     

     

    63

     

    7

    Żona III (kif definita fit-Tabella 3 ta’ hawn fuq)

     

     

     

     

    438

     

    438

     

    625

     

    625

    8 a

    S50, S50LL, S50RR (19)

     

     

    U 4

    63 (21)

     

     

     

    63 (21)

     

    63 (21)

     

    9 a

    S100, S100LL, S100RR (19)

     

     

    U 2

    125 (21)

     

     

     

    125 (21)

     

    125 (21)

     

    10

    50 R

    R 1,72

     

    D 0,86

     

     

    3 750

     

     

     

     

     

    11

    75 R

    R 1,15

     

    D 0,57

    7 500

     

     

     

    11 250

     

    15 000

     

    12

    50 V

    V

     

    D 0,86

    3 750

     

    3 750

     

    7 500

     

    7 500

     

    13

    50 L

    L 3,43

     

    D 0,86

    2 625

    9 375

    2 625

    9 375

    5 000

     

    5 000

    18 750

    14

    25LL

    L 16

     

    D 1,72

    875

     

    625

     

    875

     

    2 500

     

    15

    25 RR

    R 11

     

    D 1,72

    875

     

    625

     

    875

     

    2 500

     

    16

    Parti 20 u ’l isfel

    L 3,5

    V

    D 2

     

     

     

     

     

     

     

    12 500

    17

    Parti 10 u ’l isfel

    L 4,5

    R 2,0

    D 4

     

    8 750  (15)

     

    8 750  (15)

     

    8 750  (15)

     

    5 000  (16)

    18

    Emax  (17)

     

     

     

    12 500

    31 250

    6 250

    31 250

    12 500

    56 250  (22)

    21 875

    50 000  (16)

    Parti B (modi ta’ dawl fil-liwja): It-Tabella 1 Parti A tapplika iżda wara li jkunu sostitwiti n-numri 1, 2, 7, 13 u 18 b’dawn li jidhru hawn taħt.

    Parti B

    1

    B50L (18)

    L 3,43

     

    U 0,57

     

    375

     

    375

     

     

     

    563

    2

    HV (18)

     

     

     

     

    625

     

    625

     

     

     

     

    7

    Żona III (kif definita fit-Tabella 3 ta’ hawn fuq)

     

     

     

     

    625

     

    625

     

    625

     

    625

    13

    50L

    L 3,43

     

    D 0,86

    1 250

     

    1 250

     

    2 500

     

    2 500

     

    18

    Emax  (20)

     

     

     

    7 500

    31 250

    3 750

    31 250

    7 500

    56 250  (22)

    15 000

    50 000  (16)

    ANNESS 4

    TESTIJIET TA’ STABBILTÀ TAL-KARATTERISTIĊI FOTOMETRIĊITAS-SISTEMI LI QEGĦDIN JAĦDMU

    TESTIJIET TA’ SISTEMI SĦAĦ

    Ladarba mkejla l-valuri fotometriċi konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti, sal-punt Emax għar-raġġ qawwi u sal-punti HV, 50V u B50L (jew R) skond il-każ, għar-raġġ baxx, kampjun ta’ sistema sħiħa trid tkun sottomessa għal test ta’ stabbiltà tal-karatteristiċi fotometriċi li qegħdin jaħdmu.

    Għall-finijiet ta’ l-Anness preżenti, wieħed jifhem b’:

    a)

    “Sistema sħiħa”, in-naħa leminija u n-naħa xellugija ta’ sistema inklużi l-kontroll jew il-kontrolli elettroniċi ta’ dawl u/jew il-mezzi ta’ provvista u ta’ manuvra kif ukoll il-biċċiet ta’ karozzerija u l-fanali li x’aktarx jinfluwenzaw it-tixrid termiku tagħha. Kull unità ta’ installazzjoni tas-sistema u l-fanal jew il-fanali, jekk jingħata l-każ, tas-sistema sħiħa jistgħu jiġu ttestjati separatament;

    b)

    “Kampjun tat-test”, fit-test ta’ hawn taħt, kemm is-sistema sħiħa kemm l-unità ta’ installazzjoni sottomessa(i) għat-test;

    c)

    “Sors illuminanti”, kull filament ta’ lampa tal-filament b’ħafna filamenti.

    It-testijiet iridu jsiru:

    i)

    F’arja niexfa u kalma f’temperatura ta’ l-ambjent ta’ 23 ± 5 °C, fejn il-kampjun tat-test jitqiegħed fuq rifda li tissimula l-muntaġġ korrett tiegħu fuq il-vettura.

    ii)

    Fil-każ ta’ sorsi illuminanti sostitwibbli, bl-użu ta’ lampa ta’ serje tal-filament, użata mill-inqas għal siegħa, jew inkella lampa ta’ serje li tiddisċarġja, użata mill-inqas għal 15-il siegħa.

    It-tagħmir ta’ kejl irid ikun l-istess bħal dak użat fit-testijiet ta’ omologazzjoni tas-sistemi.

    Is-sistema jew parti jew bosta mill-partijiet tagħha jridu jitqiegħdu fl-istat newtru qabel it-testijiet li ġejjin.

    1.   TESTIJIET TA’ STABBILTÀ TAL-KARATTERISTIĊI FOTOMETRIĊI

    1.1.   Kampjun tat-test proprju

    Kull kampjun tat-test irid jaħdem għal 12-il siegħa, kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1, u jiġi verifikat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.2.

    1.1.1.   Proċedura ta’ test

    1.1.1.1.   Sekwenza ta’ test

    a)

    Meta kampjun tat-test huwa maħsub biex jiżgura funzjoni waħda ta’ dawl (raġġ baxx jew raġġ qawwi) u għal klassi waħda fil-każ ta’ raġġ baxx, is-sors jew is-sorsi illuminanti li jikkorrispondu jinxtegħlu matul il-ħin (23)definit fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq.

    b)

    Jekk il-kampjun tat-test jiżgura aktar minn funzjoni waħda jew aktar minn klassi ta’ raġġ baxx f’konformità mar-Regolament preżenti u, jekk min qiegħed jagħmel it-talba jiddikjara li kull waħda mill-funzjonijiet jew mill-klassijiet tal-kampjun tat-test għandha s-sors jew is-sorsi illuminanti tagħhom stess, mixgħula/mixgħulin wara xulxin (24), it-test irid isir skond din il-kundizzjoni, waqt li jitħaddem (23) il-mod li juża l-aktar enerġija ta’ kull funzjoni jew klassi tar-raġġ baxx, suċċessivament waqt id-dewmien (imqassam ugwalment) definit fil-paragrafu 1.1.

    Fil-każijiet l-oħrajn kollha (23)  (24), il-kampjun tat-test irid ikun sottomess għaċ-ċiklu ta’ hawn taħt għal kull wieħed mill-modi tar-raġġ baxx ta’ klassi C, ta’ klassi V, ta’ klassi E u ta’ klassi W, ikun xi jkun dak mormi parzjalment jew totalment mill-kampjun tat-test, waqt l-istess dewmien (imqassam ugwalment) definit fil-paragrafu 1.1:

     

    15-il minuta, l-ewwelnett, per eżempju għar-raġġ baxx ta’ klassi C mixgħul fil-mod li jaħli l-aktar enerġija, fil-kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal traffiku fuq toroq dritti;

     

    5 minuti, fanali baxxi mixgħula fl-istess mod bħal ta’ qabel iżda barra minn hekk b’illuminazzjoni ta’ kull sors illuminanti (25) tal-kampjun tat-test li wieħed jista’ jixgħel fl-istess ħin, konformi ma’ l-indikazzjonijiet ta’ dawk li qegħdin jagħmlu t-talba;

    Wara li jintlaħaq id-dewmien (imqassam ugwalment) definit fil-paragrafu 1.1, iċ-ċiklu ta’ test ta’ hawn fuq irid jerġa’ jsir mat-tieni, it-tielet u r-raba’ klassi ta’ raġġ baxx, jekk jingħata l-każ, fl-ordni definit ta’ hawn fuq.

    c)

    Fil-każijiet fejn il-kampjun tat-test jinkludi funzjonijiet oħrajn ta’ dwal raggruppati, kull waħda mill-funzjonijiet trid tkun attivata fl-istess ħin matul il-ħin definit taħt a) jew b) ta’ hawn fuq għal kull waħda mill-funzjonijiet ta’ dwal, konformi mar-rakkomandazzjoni tal-manifattur.

    d)

    Fil-każ ta’ kampjun tat-test maħsub biex jarmi raġġ baxx fil-mod ta’ dwal fil-liwja bi tqegħid taħt tensjoni ta’ sors illuminanti supplimentari, l-imsemmi sors irid jinxtegħel fl-istess ħin għal minuta u mitfi għal 9 minuti unikament waqt l-illuminazzjoni tar-raġġ baxx, kif speċifikat fil-paragrafi a) u b) ta’ hawn fuq.

    1.1.1.2.   Tensjoni ta’ test

    a)

    Każijiet ta’ sorsi illuminanti sostitwibbli tal-filament li jaħdmu direttament sat-tensjoni tal-vettura:

    It-tensjoni trid tkun aġġustata b’mod li tipprovdi 90 % ta’ qawwa massima definita fir-Regolament Nru 37 għas-sors jew is-sorsi illuminanti użati tal-filament. Il-qawwa użata għandha fil-każijiet kollha tkun konformi mal-valur li jikkorrispondi ma’ sors illuminanti tal-filament ta’ 12V ta’ tensjoni nominali, ħlief jekk min qiegħed jagħmel it-talba jistipula li l-kampjun tat-test jista’ jintuża taħt tensjoni oħra. F’dan il-każ, it-test irid isir bis-sors illuminanti tal-filament li tiegħu l-qawwa hija l-aktar għolja li tista’ tintuża.

    b)

    Każijiet ta’ sorsi illuminanti sostitwibbli li jiddisċarġjaw: It-tensjoni ta’ test tal-kontroll elettroniku tagħhom huwa ta’ 13,5 ± 0,1 V għal vettura li taħdem taħt tensjoni ta’ 12 V, ħlief għal indikazzjoni kuntrarja fit-talba ta’ omologazzjoni.

    c)

    Każ ta’ sors illuminanti mhux sostitwibbli li jaħdem direttament sat-tensjoni tal-vettura: Il-qisien kollha ta’ l-unitajiet tad-dwal mgħammra b’sors illuminanti mhux sostitwibbli (sorsi illuminanti tal-filament u/jew oħrajn) iridu jkunu sat-tensjonijiet ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28 V jew inkella tensjonijiet oħrajn li jikkorrispondu mat-tensjoni tal-vettura definita minn min qiegħed jagħmel it-talba, skond il-każ.

    d)

    Fil-każ ta’ sorsi illuminanti sostitwibbli jew mhux sostitwibbli, li jaħdmu indipendentement mit-tensjoni ta’ provvista tal-vettura u kkontrollati bi sħiħ mis-sistema, jew fil-każ ta’ sorsi illuminanti attivati b’mezz ta’ provvista u ta’ tħaddim, it-tensjonijiet ta’ test definiti hawn fuq iridu jiġu applikati fit-terminali ta’ input tal-mezz ikkonċernat. Il-laboratorju inkarigat mit-testijiet jista’ jitlob lill-manifattur biex jipprovdilu l-mezz ta’ provvista u ta’ tħaddim jew provvista elettrika speċjali meħtieġa biex tipprovdi s-sors jew is-sorsi illuminanti.

    1.1.2.   Riżultati tat-test

    1.1.2.1.   Spezzjoni viżwali

    Ladarba t-temperatura tal-kampjun tat-test tkun stabbilita fit-temperatura ta’ l-ambjent, il-lenti li sservi ta’ kampjun tat-test u l-lenti ta’ barra, jekk jingħata l-każ, jitnaddfu b’biċċa ċarruta tal-qoton nadifa u niedja. Il-kampju jiġi mbagħad eżaminat viżwalment u wieħed ma għandu josserva l-ebda tagħwiġ, deformazzjoni, xquq jew tibdil fil-kulur tal-lenti tal-kampjun tat-test jew tal-lenti ta’ barra, jekk jingħata l-każ.

    1.1.2.2.   Test fotometriku

    Konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti, il-valuri fotometriċi huma kkontrollati fil-punti li ġejjin:

     

    Għar-raġġ baxx ta’ klassi C u ta’ ċerti klassijiet oħrajn, 50V, B50L (jew R), u HV, jekk jingħata l-każ.

     

    Għar-raġġ qawwi fl-istat newtru, il-punt Emax.

     

    Aġġustament ġdid ta’ orjentazzjoni jista’ jkun meħtieġ biex jinżamm amment ta’ deformazzjoni eventwali ta’ l-irfid tal-kampjun tat-test minħabba s-sħana (għaċ-ċaqliq tal-cut-off, ara l-paragrafu 2 ta’ l-Anness preżenti).

     

    Wieħed jittolera differenza ta’ 10 %, inklużi t-tolleranzi minħabba l-proċedura ta’ pożizzjonijiet fotometriċi, bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test.

    1.2.   Kampjun maħmuġ għal test

    Ladarba ttestjat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1 ta’ hawn fuq, il-kampjun tat-test jinxtegħel għal siegħa kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1 għal kull funzjoni jew klassi ta’ raġġ baxx (26), wara li kien ippreparat kif speċifikat fil-paragrafu 1.2.1 u vverifikat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.2; kull test irid ikun segwit minn perjodi ta’ tkessiħ twil biżżejjed.

    1.2.1.   Preparazzjoni tal-kampjun tat-test

    1.2.1.   Taħlita għal test

    1.2.1.1.   Għal sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha li tinkludi lenti tal-ħġieġ: it-taħlita ta’ ilma u ta’ sustanza li tniġġes biex tiġi applikata fuq il-kampjun tat-test hija magħmula hekk kif ġej:

     

    9 partijiet (bil-piż) ta’ ramel siliċiku li għandu daqs tal-granula ta’ bejn 0 sa 100 µm, li jikkorrispondi għad-distribuzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.1.3;

     

    parti 1 (bil-piż) ta’ trab faħam ta’ l-injam (injam tal-fagu) li għandu daqs tal-granula ta’ bejn 0 sa 100 µm;

     

    0,2 ta’ parti (bil-piż) ta’ NaCMC (27);

    u

     

    kwantità biżżejjed ta’ ilma distillat li għandu konduttività ta’ inqas minn 1 mS/m.

    1.2.1.2.   Għas-sistemi jew parti jew bosta mill-partijiet tagħhom li l-lenti ta’ barra hija ta’ materjal plastiku: It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġenti li jniġġsu li trid tiġi applikata fuq il-materjal għat-test irid ikollha l-kompożizzjoni li ġejja:

     

    9 partijiet (bil-piż) ta’ ramel siliċiku li għandu daqs ta’ granula ta’ bejn 0 sa 100 µm, li jikkorrispondi għad-distribuzzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.1.3;

     

    parti 1 (bil-piż) ta’ trab ta’ faħam ta’ l-injam (injam tal-fagu), li għandu daqs ta’ granula ta’ bejn 0 sa 100 µm;

     

    0,2 ta’ parti (bil-piż) ta’ NaCMC (27);

     

    5 partijiet (bil-piż) ta’ melħ komuni (pur sa 99 %);

     

    13-il parti (bil-piż) ta’ ilma distillat li għandu konduttività inqas minn 1 mS/m;

    u

     

    2 ± 1partijiet (bil-piż) ta’ aġent li jnaqqas is-surface tension.

    1.2.1.3.   Tqassim tal-partikuli skond il-qies

    Qies tal-partikuli (f’µm)

    Tqassim tal-partikuli skond il-qies (f’ %)

    0 sa 5

    12 ± 2

    5 sa 10

    12 ± 3

    10 sa 20

    14 ± 3

    20 sa 40

    23 ± 3

    40 sa 80

    30 ± 3

    80 sa 100

    9 ± 3

    1.2.1.4.   It-taħlita ma tistax tkun imħejjija aktar minn 14-il ġurnata qabel.

    1.2.1.5.   Applikazzjoni tat-taħlita għat-test fuq il-kampjun:

    Wieħed japplika b’mod uniformi t-taħlita għat-test fuq il-wiċċ jew l-uċuh kollha ta’ l-output tad-dawl tal-kampjun għat-test imbagħad iħalliha tinxef. Wieħed jirrepeti din l-operazzjoni sakemm l-illuminazzjoni għandha valur ta’ bejn 15 sa 20 % tal-valuri mkejla sa kull wieħed mill-punti li ġejjin, fil-kundizzjonijiet spjegati fl-Anness preżenti:

    Emax għal fanal qawwi, fl-istat newtru,

    50V għal raġġ baxx ta’ klassi C u għal kull wieħed mill-modi tiegħu indikati.

    2.   VERIFIKA TAĊ-ĊAQLIQ VERTIKALI TAL-CUT-OFF TAĦT L-EFFETT TAS-SĦANA

    Din hija l-verifika li ċ-ċaqliq vertikali tal-cut-off taħt l-effett tas-sħana ma taqbiżx il-valur speċifikat għal sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha li tarmi raġġ baxx ta’ klassi C (raġġ bażiku) jew għal kull mod speċifikat tal-fanal baxx.

    Jekk il-kampjun għat-test huwa magħmul minn aktar minn unità waħda ta’ dwal jew minn aktar minn ġabra waħda ta’ unitajiet ta’ dwal li jipproduċu cut-off, kull waħda minnhom hija kkunsidrata bħala kampjun għall-finijiet tat-test preżenti u trid tiġi ttestjata separatament.

    Il-kampjun tat-test ittestjat f’konformità mal-paragrafu 1 jrid ikun suġġett għat-test spjegat fil-paragrafu 2.1, mingħajr ma jitniżżel mill-irfid tiegħu u lanqas aġġustat mill-ġdid b’relazzjoni ma’ dan.

    Jekk il-kampjun tat-test huwa mgħammar b’parti ottika mobbli, hija biss l-eqreb pożizzjoni ta’ l-angolu medju fuq il-pjan vertikali u/jew il-pożizzjoni inizjali fl-istat newtru li tiġi kkunsidrata għat-test preżenti.

    It-test huwa limitat għas-sinjali ta’ input biss li jikkorrispondu għal traffiku fuq triq dritta.

    2.1.   Test

    Għall-finijiet tat-test preżenti, it-tensjoni trid tiġi aġġustata f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-paragrafu 1.1.1.2.

    Il-kampjun tat-test irid jitħaddem u ttestjat filwaqt li jarmi raġġ baxx ta’ klassi C, ta’ klassi V, ta’ klassi E jew ta’ klassi W, skond il-każ.

    Il-pożizzjoni tal-cut-off fil-parti orizzontali tagħha bejn V-V u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B50L (jew R) trid tiġi verifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r60) wara li tinxtegħel.

    Il-miżura tal-varjazzjoni tal-pożizzjoni tal-cut-off kif spjegat hawn fuq trid tiġi effettwata permezz ta’ kull metodu li jagħti preċiżjoni sodisfaċenti u riżultati li jkunu jistgħu jiġu riprodotti.

    2.2.   Riżultat tat-test

    2.2.1.   Ir-riżultat, imfisser f’milliradjani (mrad) huwa kkunsidrat bħala aċċettabbli għal kampjun tat-test li jarmi raġġ baxx, jekk il-valur assolut Formula irreġistrat fuq il-kampjun tat-test m’huwiex aktar minn 1,0 mrad (ΔrI ≤ 1,0 mrad).

    2.2.2.   Sadanittant, jekk dan il-valur huwa aktar minn 1,0 mingħajr ma jaqbeż 1,5 mrad (1,0 mrad < Δ rI ≤ 1,5 mrad), it-tieni kampjun tat-test huwa ttestjat f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 2.1 wara li jkun suġġett tliet darbiet wara xulxin għaċ-ċiklu spjegat hawn taħt, sabiex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-kampjun fuq irfid li jirrappreżenta l-muntaġġ korrett tiegħu fuq il-vettura:

    Fanal baxx mixgħul għal siegħa (it-tensjoni ta’ provvista aġġustata kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2);

    Fanal baxx mitfi għal siegħa.

    Is-sistema jew parti jew bosta partijiet tagħha hija kkunsidrata aċċettabbli jekk il-medja tal-valuri assoluti Δ rI imkejla fuq l-ewwel kampjun tat-test u Δ rII imkejla fuq it-tieni kampjun ma taqbiżx 1,0 mrad.

    Formula

    ANNESS 5

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET MINIMI APPLIKABBLI GĦALL-PROĊEDURI TA’ VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    1.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ta’ konformità huma kkunsidrati bħala milħuqa mill-aspett mekkaniku u ġeometriku, konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti, jekk id-diverġenzi ma jeċċedux id-differenzi inevitabbli ta’ manifattura. Din l-ispeċifikazzjoni tapplika wkoll għall-kulur.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi fotometriċi, il-konformità tas-sistemi prodotti f’serje m’hijiex ikkontestata jekk, waqt it-test ta’ sistema magħżula kif ġie ġie u mgħammra b’sors illuminanti mqiegħed taħt tensjoni u, jekk jingħata l-każ, ikkoreġut, f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Anness 9 tar-Regolament preżenti:

    Ebda valur imħassar jew ikkoreġut konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness 9 tar-Regolament preżenti ma jiddevja sfavorevolment b’aktar minn 20 % tal-valur speċifikat fir-Regolament preżenti;

    1.2.1.1.   Għall-valuri li ġejjin tar-raġġ baxx u l-modi tiegħu, id-devjazzjoni sfavorevoli massima: tista’ tkun rispettivament:

     

    Għall-valuri massimi sal-punt B50L, 0,2 lx (ekwivalenti għal 20 %) u 0,3 lx (ekwivalenti għal 30 %);

     

    Għall-valuri massimi fiż-Żona III, sal-punt HV u fuq il-parti BLL, 0,3 lx (ekwivalenti għal 20 %) u 0,45 lx (ekwivalenti għal 30 %);

     

    Għall-valuri massimi fuq il-partijiet E, F1, F2 u F3, 0,2 lx (ekwivalenti għal 20 %) u 0,3 lx (ekwivalenti għal 30 %);

     

    Għall-valuri minimi sal-punti BR, P, S50, S50LL, S50RR, S100, S100LL, S100RR u dawk speċifikati fin-nota 4 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti (B50L, HV, BR, BRR u BLL), nofs il-valur meħtieġ (ekwivalenti għal 20 %) u tliet kwarti tal-valur meħtieġ (ekwivalenti għal 30 %).

    1.2.1.2.   Għar-raġġ qawwi li l-punt HV ikun qiegħed fuq ġewwa ta’ l-isolux 0,75 Emax, tolleranza ta’ +20 % għall-valuri massimi u ta’ –20 % għall-valuri minimi hija ammessa għall-valuri fotometriċi tal-punti kollha ta’ kejl definiti fil-paragrafu 6.3.2 tar-Regolament preżenti.

    1.2.2.   Jekk ir-riżultati tat-test spjegat hawn fuq ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet, l-orjentazzjoni tas-sistema tista’ tiġi modifikata, bil-kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jkunx imċaqlaq lateralment b’aktar minn 0,5 ta’ grad lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, u lanqas b’aktar minn 0,2 ta’ grad ’il fuq jew ’l isfel, kull wieħed indipendentement b’relazzjoni ma’ l-aġġustament inizjali.

    Dawn il-miżuri ma japplikawx għall-unitajiet ta’ dwal definiti fil-paragrafu 6.3.1.1 tar-Regolament preżenti.

    1.2.3.   Jekk ir-riżultati tat-testijiet spjegati hawn fuq ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet, wieħed jerġa’ jibda t-testijiet mill-ġdid b’sors illuminanti standard ieħor u/jew mezz ieħor ta’ provvista u ta’ tħaddim.

    1.3.   Biex tiġi verifikata l-modifika tal-pożizzjoni vertikali tal-cut-off taħt l-effett tas-sħana, wieħed japplika l-metodu ta’ hawn taħt:

     

    Waħda mis-sistemi hija ttestjata f’konformità mal-metodu spjegat fil-paragrafu 2.1 ta’ l-Anness 4, wara li tkun suġġetta tliet darbiet wara xulxin għaċ-ċiklu definit fil-paragrafu 2.2.2 ta’ l-Anness 4.

     

    Is-sistema hija kkunsidrata bħala aċċettabbli jekk Δr ma jaqbiżx 1,5 mrad.

     

    Jekk dan il-valur jaqbeż 1,5 mrad mingħajr ma jeċċedi 2 mrad, it-tieni kampjun jiġi sottomess għat-test, li warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati għaż-żewġ kampjuni ma tistax taqbeż 1,5 mrad.

    1.4.   Il-koordinati kromatiċi definiti fil-paragrafu 7 tar-Regolament preżenti jridu jkunu sodisfaċenti.

    2.   ESIĠENZI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

    Għal kull tip ta’ sistema, it-titular ta’ l-omologazzjoni huwa marbut li jagħmel ta’ l-inqas it-testijiet li ġejjin, b’frekwenza adattata. Dawn it-testijiet isiru f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti.

    Kull ma jittieħed mill-kampjuni li juri b’mod evidenti n-nuqqas ta’ konformità għat-tip ta’ test ikkunsidrat jagħti lok għal kampjunar mill-ġdid u għal test ġdid. Il-manifattur irid jieħu kull miżura biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni rilevanti.

    2.1.   Natura tat-testijiet

    It-testijiet ta’ konformità tar-Regolament preżenti japplikaw għall-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tat-tibdil tal-pożizzjoni vertikali tal-cut-off tar-raġġ baxx taħt l-effett tas-sħana.

    2.2.   Modalità tat-testijiet

    2.2.1.   It-testijiet ġeneralment isiru konformi mal-metodi definiti fir-Regolament preżenti.

    2.2.2.   Għal kull test ta’ konformità li jsir minnu stess, il-manifattur sadanittant jista’ juża metodi ekwivalenti wara l-approvazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti inkarigata mit-testijiet ta’ omologazzjoni. Il-manifattur huwa marbut li jiġġustifika li l-metodi użati huma ekwivalenti għal dawk li jindika r-Regolament preżenti.

    2.2.3.   L-applikazzjoni tal-punti 2.2.1 u 2.2.2 tagħti lok għal kalibrar regolari tal-materjali ta’ testijiet u għal korrelazzjoni mal-miżuri effettwati minn awtorità kompetenti.

    2.2.4.   Fil-każijiet kollha, il-metodi ta’ referenza huma dawk tar-Regolament preżenti, partikularment għall-kontrolli u l-kampjunar amministrattivi.

    2.3.   Natura tal-kampjunar

    Il-kampjuni ta’ sistemi jridu jittieħdu kif ġie ġie, f’taqsima omoġenea. B’taqsima omoġenea wieħed jifhem ġabra ta’ sistemi ta’ l-istess tip, definita skond il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.

    L-evalwazzjoni ġeneralment tapplika għas-sistemi prodotti f’serje minn fabbrika. Sadanittant, il-manifattur jista’ jiġbor iċ-ċifri ta’ produzzjoni dwar l-istess tip ta’ sistemi prodotti minn bosta fabbriki, b’kundizzjoni li dawn japplikaw l-istess kriterji ta’ kwalità u l-istess tmexxija tal-kwalità.

    2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejla u miġbura

    Il-headlights meħuda huma suġġetti għal pożizzjonijiet fotometriċi fil-punti msemmija fir-Regolament, li jillimitaw li jerġgħu jittieħdu:

    Fil-punti Emax, HV (28), HL u HR (29) fil-każ ta’ raġġ qawwi; u

    Fil-punti B 50 L, HV jekk jingħata l-każ, 50 V, 7 5R jekk jingħata l-każ, u 25LL fil-każ ta’ raġġ baxx (ara dijagramma 1 fl-Anness 3).

    2.5.   Kriterji ta’ aċċettabilità

    Il-manifattur huwa marbut li jagħmel użu tajjeb mill-istatistika tar-riżultati ta’ testijiet u li jiddefinixxi bi ftehim ma’ l-awtorità kompetenti l-kriterji ta’ aċċettabilità tal-produzzjoni tiegħu sabiex jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li jmexxu l-kontroll ta’ konformità tal-produzzjoni fil-paragrafu 9.1 tar-Regolament preżenti.

    Il-kriterji li jmexxu l-aċċettabilità jridu jkunu tali, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, il-probabbiltà minima li tgħaddi b’suċċess verifika permezz ta’ stħarriġ bħal dak li jidher fl-Anness 7 (l-ewwel kampjunar) tkun ta’ 0,95.

    ANNESS 6

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAS-SISTEMI LI GĦANDHOM LENTI TA’ MATERJAL PLASTIKU — TESTIJIET TA’ LENTIJIET JEW TA’ KAMPJUNI TA’ MATERJAL U TA’ SISTEMI SĦAĦ JEW TA’ PARTI JEW BOSTA MILL-PARTIJIET TAGĦHOM

    1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    1.1   Il-kampjuni pprovduti f’konformità mal-paragrafu 2.2.4 tar-Regolament preżenti jridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 ta’ hawn taħt.

    1.2   Iż-żewġ kampjuni ta’ sistema sħiħa pprovduti f’konformità mal-paragrafu 2.2.3 tar-Regolament preżenti u li għandhom lentijiet ta’ materjal plastiku jridu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-materjal tal-lentijiet, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.6 ta’ hawn taħt.

    1.3   Il-kampjuni ta’ lenti ta’ materjal plastiku jew il-kampjuni ta’ materjal ikunu suġġetti, flimkien mar-riflettur li quddiemu qegħdin il-lentijiet ikunu, jekk jingħata l-każ, maħsuba biex ikunu mmuntati, għat-testijiet ta’ omologazzjoni fl-ordni kronoloġiku indikat fit-Tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 ta’ l-Anness preżenti.

    1.4   Sadanittant, jekk il-manifattur ta’ sistema qiegħed f’pożizzjoni li jġib prova li l-prodott diġà għadda b’suċċess it-testijiet speċifikati fil-paragrafi 2.1 sa 2.5 ta’ wara jew it-testijiet ekwivalenti konformi ma’ regolament ieħor, dawn ma jridux isiru mill-ġdid; huma biss it-testijiet speċifikati fit-Tabella B ta’ l-Appendiċi 1 li bilfors iridu jsiru.

    1.5   Jekk is-sistema jew parti jew bosta mill-partijiet tagħha huma maħsuba esklussivament għat-traffiku fuq il-lemin jew esklussivament għat-traffiku fuq ix-xellug, it-testijiet imsemmija fl-Anness preżenti jistgħu jsiru fuq kampjun wieħed, deċiż skond kif iħoss min qiegħed jagħmel it-talba.

    2.   TESTIJIET

    2.1   Reżistenza għal tibdiliet fit-temperatura

    2.1.1   Testijiet

    Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) huma suġġetti għal ħames ċikli ta’ tibdil ta’ temperatura u ta’ umdità (HR = umdità relattiva):

     

    3 siegħat fuq 40 °C ± 2 °C u 85 sa 95 % HR;

     

    siegħa fuq 23 °C ± 5 °C u 60 sa 75 % HR;

     

    15-il siegħa fuq –30 °C ± 2 °C;

     

    siegħa fuq 23 °C ± 5 °C u 60 sa 75 % HR;

     

    3 siegħat fuq 80 °C ± 2 °C;

     

    siegħa fuq 23 °C ± 5 °C u 60 sa 75 % HR.

    Qabel dan it-test, il-kampjuni jkunu kkundizzjonati għal mill-inqas 4 siegħat fuq 23 °C ± 5 °C u 60 sa 75 % HR.

    Nota: Il-perjodi ta’ siegħa fuq 23 °C ± 5 °C jinkludu l-perjodi ta’ transizzjoni minn temperatura għal oħra, meħtieġa biex jiġu evitati l-effetti ta’ xokk termali.

    2.1.2   Pożizzjonijiet fotometriċi

    2.1.2.1   Metodu

    Il-kampjuni jkunu suġġetti għal pożizzjonijiet fotometriċi qabel u wara t-test.

    Il-pożizzjonijiet fotometriċi huma magħmula f’konformità ma’ l-Anness 9 tar-Regolament preżenti, fil-punti li ġejjin:

     

    B 50 L u 50 V għal raġġ baxx ta’ klassi C;

     

    Emax għar-raġġ qawwi tas-sistema.

    2.1.2.2   Riżultati

    Id-differenzi bejn il-valuri fotometriċi mkejla qabel u wara t-test fuq kull wieħed mill-kampjuni ma jistgħux jaqbżu l-10 %, inklużi t-tolleranzi minħabba l-proċeduri ta’ pożizzjoni fotometrika.

    2.2   Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi u għall-aġenti kimiċi

    2.2.1   Reżistenza għall-aġenti atmosferiċi

    Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni ta’ materjal) ikunu esposti għall-illuminazzjoni ta’ sors li għandu tqassim enerġetiku spettrali viċin dak ta’ sustanza sewda li tagħha t-temperatura qiegħda bejn 5 500 K u 6 000 K. Filtri adegwati jitqiegħdu bejn is-sors u l-kampjuni b’mod li jitnaqqsu notevolment ir-radjazzjonijiet ta’ wavelength inqas minn 295 nm u aktar minn 2 500 nm. Id-dawl enerġetiku fuq il-livell tal-kampjuni jrid ikun ta’ 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 waqt dewmien tant li l-enerġija illuminanti li dawn jirċievu tkun ugwali għal 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fl-inħawi, it-temperatura mkejla tal-pannell iswed imqiegħed fuq il-livell tal-kampjuni trid tkun ta’ 50 °C ± 5 °C. Sabiex jiżguraw espożizzjoni regolari, il-kampjuni jridu jduru b’veloċità ta’ bejn 1 u 5 tr/nm madwar is-sors ta’ illuminazzjoni.

    Il-kampjuni huma mraxxa bl-ilma distillat li għandu konduttività inqas minn 1 mS/m u temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C, skond iċ-ċiklu li ġej:

    Traxxix: 5 minuti; tnixxif: 25 minuta.

    2.2.2   Reżistenza għall-aġenti kimiċi

    Wara t-test speċifikat fil-paragrafu 2.2.1 ta’ hawn fuq u wara li mxew għall-miżura speċifikata fil-paragrafu 2.2.3.1 ta’ hawn taħt, il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni jkun suġġett għat-trattament speċifikat fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ hawn taħt.

    2.2.2.1   Taħlita tat-test

    It-taħlita tat-test hija magħmula minn 61,5 % ta’ n-heptane, 12,5 % ta’ toluene, 7,5 % ta’ ethyl tetrachloride, 12,5 % ta’ trichlorethylene u 6 % ta’ xylene (persentaġġ tal-volum).

    2.2.2.2   Applikazzjoni tat-taħlita tat-test

    Għaddas biċċa drapp tal-qoton sakemm tkun saturata (konformi man-norma ISO 105) bit-taħlita definita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ hawn fuq u, fl-10 sekondi ta’ wara, applikaha għal 10 minuti fuq il-wiċċ ta’ barra tal-kampjun, bi pressjoni ta’ 50 N/cm2, jiġifieri forza ta’ 100 N applikata fuq wiċċ tat-test ta’ 14 × 14 mm.

    Matul dan il-perjodu ta’ 10 minuti, il-biċċa drapp tkun mgħaddsa mill-ġdid bit-taħlita b’mod li l-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun dejjem l-istess bħad-doża speċifikata tat-test.

    Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni, huwa permess li wieħed jagħmel tajjeb għall-pressjoni magħmula fuq il-kampjun biex jiġu evitati x-xquq.

    2.2.2.3   Ħasil

    Fit-tmiem ta’ l-applikazzjoni tat-taħlita tat-test, il-kampjuni jitnixxfu fl-arja beraħ, imbagħad jinħaslu bis-sustanza likwida fuq 23 οC ± 5 οC, spjegata fil-paragrafu 2.3 (reżistenza għad-deterġenti). Il-kampjuni mbagħad jiġu mlaħalħa bl-ilma distillat li m’għandux aktar minn 0,2 % ta’ impuritajiet, fuq 23 οC ± 5 οC, imbagħad jitnixxfu bl-għajnuna ta’ ċarruta ratba.

    2.2.3   Riżultati

    2.2.3.1   Wara t-test ta’ reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni ma jrid ikollu l-ebda xaqq, jew barxa, jew laqxa, jew deformazzjoni, u l-medja tal-varjazzjonijiet tat-trasmissjoni Δt = (T2 – T3) / T2, imkejla fuq it-tliet kampjuni skond il-proċedura spjegata fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness preżenti trid tkun inqas jew ugwali għal 0,020 (Δtm ≤ 0,020).

    2.2.3.2   Wara t-test ta’ reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni ma jistax ikollhom traċċi ta’ attakki kimiċi suxxettibbli li jipprovokaw varjazzjoni fid-distribuzzjoni Δd = (T5 – T4) / T2, imkejla skond il-proċedura spjegata fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness preżenti, li tagħha l-valur medju fuq it-tliet kampjuni huwa inqas jew ugwali għal 0,020 (Δdm ≤ 0,020).

    2.2.4   Reżistenza għall-illuminazzjoni mormija mis-sors illuminanti

    Jekk ikun hemm bżonn, wieħed jipproċedi għat-test ta’ hawn taħt:

    Kampjuni ċatti ta’ kull element ta’ materjal plastiku tas-sistema li jservi għat-trasmissjoni tad-dawl ikunu esposti għad-dawl tas-sors illuminanti. Il-parametri bħall-angoli u d-distanzi bejn il-kampjuni jridu jkunu l-istess bħal tas-sistema. Il-kampjuni kollha jridu jkunu ta’ l-istess kulur u jkunu għaddew mill-istess trattament tal-wiċċ, jekk jingħata l-każ, bħall-partijiet tas-sistema.

    Wara 1 500 siegħa ta’ espożizzjoni kontinwa, il-karatteristiċi kolorimetriċi tad-dawl trasmess iridu jkunu sodisfaċenti bl-għajnuna ta’ sors illuminanti ġdid, u l-wiċċ tal-kampjuni ma jrid ikollu l-ebda xaqq, barxa, laqxa jew deformazzjoni.

    M’hemmx bżonn ta’ verifika tar-reżistenza tal-materjali interni għall-ultra-vjoli mormija mis-sors illuminanti jekk dawn huma konformi mar-Regolament Nru 37 jew jekk hija ta’ tip li tiddisċarġja u ta’ illuminazzjoni ultra-vjola debboli, jew inkella jekk jittieħdu miżuri biex jipproteġu l-elementi tas-sistema mill-illuminazzjoni ultra-vjola, per eżempju permezz ta’ filtri tal-ħġieġ.

    2.3   Reżistenza għad-deterġenti u għall-idrokarburi

    2.3.1   Reżistenza għad-deterġenti

    Il-wiċċ ta’ barra ta’ tliet kampjuni (lentijiet jew kampjuni ta’ materjal), wara li jissaħħnu fuq 50 °C ± 5 °C jitgħaddas għal 5 minuti f’taħlita li tinżamm fuq 23 °C ± 5 °C, u magħmul minn 99 parti ta’ ilma distillat li m’għandux aktar minn 0,02 % ta’ impuritajiet u minn parti ta’ alkylaryl sulphonate.

    Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu fuq 50 °C ± 5 °C. Il-wiċċ tal kampjuni jitnaddaf b’biċċa drapp niedja.

    2.3.2   Reżistenza għall-idrokarburi

    Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni mbagħad jingħorok ħafif għal minuta waħda b’biċċa drapp tal-qoton mgħaddsa b’taħlita magħmula minn 70 % ta’ n-heptane u 30 % ta’ toluene (persentaġġ tal-volum), imbagħad imnixxef fl-arja beraħ.

    2.3.3   Riżultati

    Fi tmiem ta’ dawn iż-żewġ testijiet, il-varjazzjoni tat-trasmissjoni Δt = (T2 – T3) / T2, imkejla fuq it-tliet kampjuni skond il-proċedura spjegata fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness preżenti, irid ikollha valur medju inqas jew ugwali għal 0,010 (Δtm < 0,010).

    2.4   Reżistenza għad-deterjorament mekkaniku

    2.4.1   Metodu ta’ deterjorament mekkaniku

    Il-wiċċ ta’ barra ta’ tliet kampjuni ġodda (lentijiet) ikunu suġġetti għal test ta’ deterjorament mekkaniku uniformi bil-metodu spjegat fl-Appendiċi 3 ta’ l-Anness preżenti.

    2.4.2   Riżultati

    Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:

     

    tat-trasmissjoni: Δt = (T2 – T3) / T2

     

    u tad-distribuzzjoni: Δd = (T5 – T4) / T2

    jitkejlu skond il-proċedura spjegata fl-Appendiċi 2 fiż-żona definita fil-paragrafu 2.2.4.1.1 tar-Regolament preżenti, u l-valur medju tagħhom fuq it-tliet kampjuni jrid ikun bħal:

    Δtm ≤ 0,100; Δdm ≤ 0,050.

    2.5   Test ta’ adeżjoni ta’ kisjiet eventwali

    2.5.1   Preparazzjoni tal-kampjun

    Wiċċ ta’ 20 × 20 mm tal-kisja ta’ lenti jitnaqqax b’xafra tal-leħja jew b’labra, b’mod li tinkiseb gradilja magħmula minn kaxxi kwadri ta’ madwar 2 × 2 mm. Il-pressjoni tax-xafra jew tal-labra trid tkun biżżejjed biex mill-inqas tinfed il-kisja.

    2.5.2   Deskrizzjoni tat-test

    Trid tintuża strixxa li teħel ta’ forza aderenti ta’ 2 N/(cm ta’ daqs) ± 20 % imkejla fil-kundizzjonijiet standard spjegati fl-Appendiċi 4 ta’ l-Anness preżenti. Dan it-tejp li jeħel ta’ 25 mm ta’ daqs minimu jingħafas fuq il-wiċċ ippreparat skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 2.5.1 għal mill-inqas 5 minuti.

    Imbagħad it-tarf tat-tejp li jeħel jingħafas sabiex tkun bilanċjata l-forza ta’ adeżjoni fuq il-wiċċ ikkonċernat permezz ta’ forza perpendikolari għal dan il-wiċċ. F’dak il-mument, il-veloċità kostanti ta’ tneħħija trid tkun ta’ 1,5 ± 0,2 m/s.

    2.5.3   Riżultati

    Wieħed m’għandux jinnota kambjament notevoli tal-parti bil-kaxxi kwadri. Kambjamenti fl-intersezzjonijiet tal-kaxxi kwadrati jew fuq ix-xifer tat-tnaqqix huma ammessi, b’kundizzjoni li l-wiċċ mibdul ma jaqbiżx il-15 % tal-wiċċ bil-kaxxi kwadri.

    2.6   Testijiet ta’ sistema sħiħa li tinkludi lenti ta’ materjal plastiku

    2.6.1   Reżistenza għad-deterjorament mekkaniku tal-wiċċ tal-lenti

    2.6.1.1   Testijiet

    Il-lenti tas-sistema Nru 1 tkun suġġetta għat-test spjegat fil-paragrafu 2.4.1 ta’ hawn fuq.

    2.6.1.2   Riżultati

    Wara t-test, ir-riżultati tal-pożizzjonijiet fotometriċi fuq sistema jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha, li jkunu saru f’konformità mar-Regolament preżenti, m’għandhomx ikunu aktar minn 130 % tal-valuri limitati speċifikati fil-punti B50L u HV, u lanqas inqas minn 90 % tal-valur limitat speċifikat fil-punt 75R, jekk jingħata l-każ.

    2.6.2   Test ta’ adeżjoni tal-kisja eventwali

    Il-lenti ta’ l-unità ta’ installazzjoni Nru 2 tkun suġġetta għat-test spjegat fil-paragrafu 2.5 ta’ hawn fuq.

    3.   KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

    3.1   F’dak li għandu x’jaqsam mal-materjali użati għall-manifattura tal-lentijiet, il-konformità għar-Regolament preżenti ta’ l-unitajiet ta’ installazzjoni ta’ serje tkun ammessa jekk:

    3.1.1   Wara test ta’ reżistenza għall-aġenti kimiċi u test ta’ reżistenza għad-deterġenti u għall-idrokarburi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni ma jurix la xaqq, la barxa, la laqxa, la deformazzjoni viżibbli għall-għajnejn (ara paragrafi 2.2.2, 2.3.1 u 2.3.2);

    3.1.2   Wara li jkunu suġġetti għat-test spjegat fil-paragrafu 2.6.1.1, il-valuri fotometriċi fil-punti ta’ pożizzjoni kkunsidrati fil-paragrafu 2.6.1.2 jirrispettaw il-valuri limiti speċifikati mill-konformità tal-produzzjoni mir-Regolament preżenti.

    3.2   Jekk ir-riżultati tat-testijiet ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet ikunu ripetuti fuq kampjun ieħor ta’ sistema magħżula kif ġie ġie.

    ANNESS 6

    Appendiċi 1

    ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET TA’ OMOLOGAZZJONI

    A.   Testijiet fuq materjal plastiku (lentijiet jew kampjuni ta’ materjali provduti konformi mal-paragrafu 2.2.4 tar-Regolament preżenti)

    Kampjuni

    Lentijiet jew kampjuni ta’ materjal

    Lentijiet

    Testijiet

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    11

    12

    13

    14

    1.1.

    Fotometrija limitata (par. 2.1.2)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    1.1.1.

    Tibdil tat-temperatura (par. 2.1.1)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    1.2.

    Fotometrija limitata (par. 2.1.2)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

    1.2.1.

    Kejl tat-trasmissjoni

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

    1.2.2.

    Kejl tad-distribuzzjoni

    X

    X

    X

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

    1.3.

    Aġenti atmosferiċi (par. 2.2.1)

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    1.3.1.

    Kejl tat-trasmissjoni

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    1.4.

    Aġenti kimiċi (par. 2.2.2)

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    1.4.1.

    Kejl tad-distribuzzjoni

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    1.5.

    Deterġenti (par. 2.3.1)

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    1.6.

    Idrokarburi (par. 2.3.2)

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    1.6.1.

    Kejl tat-trasmissjoni

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

    1.7.

    Deterjorament (par. 2.4.1)

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

    1.7.1.

    Kejl tat-trasmissjoni

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

    1.7.2.

    Kejl tad-distribuzzjoni

     

     

     

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

     

    1.8.

    Adeżjoni (par. 2.5)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

    1.9.

    Reżistenza għall-illuminazzjoni tas-sors illuminanti (par. 2.2.4)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    X

     

     

     

     

    B.   Testijiet fuq sistemi sħaħ (provduti f’konformità mal-paragrafu 2.2.3 tar-Regolament preżenti)

    Testijiet

    Sistema sħiħa

    Kampjun Nru

    1

    2

    2.1.

    Deterjorament (par. 2.6.1.1)

    X

     

    2.2.

    Fotometrija (par. 2.6.1.2)

    X

     

    2.3.

    Aderenza (par. 2.6.2)

     

    X

    ANNESS 6

    Appendiċi 2

    METODU TA’ KEJL TAD-DISTRIBUZZJONI U TAT-TRASMISSJONI TAD-DAWL

    1.   TAGĦMIR (ara dijagramma 1 hawn taħt)

    Raġġ ta’ kollimatur K ta’ nofs diverġenza β/2 = 17,4 × 10–4 rd huwa limitat b’dijaframma Dτ b’apertura ta’ 6 mm li kontra tagħha jitqiegħed il-muntaġġ tal-kampjun.

    Lenti konverġenti akromatika L2, irranġata għal tagħwiġ sferikali, torbot id-dijaframma Dτ mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 irid ikun tali li ma jikkontrollax id-dawl mitfugħ mill-kampjun f’kon b’nofs angolu ta’ fuq nett ta’ β/2 = 14-il grad.

    Dijaframma annulari DD b’angoli αo/2 = grad 1 u αmax/2 = 12-il grad titqiegħed fuq pjan fokali ta’ immaġni tal-lenti L2.

    Il-parti ċentrali mhux trasparenti tad-dijaframma hija meħtieġa biex jiġi eliminat id-dawl li ġej direttament mis-sors illuminanti. Irid ikun possibbli li titneħħa l-parti ċentrali tad-dijaframma mir-raġġ illuminanti, b’tali mod li tmur lura eżattament fil-pożizzjoni tal-bidu tagħha.

    Id-distanza L2 Dτ u t-tul fokali F2 tal-lenti L2 iridu jintgħażlu b’mod li l-immaġni ta’ Dτ tkopri b’mod sħiħ ir-riċevitur R.

    Huwa rrikmandat li tintuża għal L2 lenti ta’ xi 80 mm.

    Għal incident flux inizjali li jirreferi għall-unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari trid tkun aktar minn 0,001.

    Image

    2.   QISIEN

    Il-qisien li ġejjin iridu jitkejlu:

    Qari

    Bil-kampjun

    Bil-parti ċentrali ta’ DD

    Kwantità rappreżentata

    T1

    Le

    Le

    Incident flux imkejjel inizjalment

    T2

    Iva

    (qabel it-test)

    Le

    Fluss trasmess mill-materjal il-ġdid f’kamp ta’ 24 grad

    T3

    Iva

    (wara t-test)

    Le

    Fluss trasmess mill-materjal ittestjat f’kamp ta’ 24 grad

    T4

    Iva

    (qabel it-test)

    Iva

    Fluss imqassam mill-materjal il-ġdid

    T5

    Iva

    (wara t-test)

    Iva

    Fluss imqassam mill-materjal ittestjat

    ANNESS 6

    Appendiċi 3

    METODU TAT-TEST BI TRAXXIX

    1.   MATERJAL TAT-TEST

    1.1.   Spray gun

    Għandu jintuża spray gun mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3 mm li tippermetti ġiri tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 l/minuta taħt pressjoni ta’ 6,0 bar –0/+0,5 bar.

    Taħt dawn il-kundizzjonijiet ta’ użu, għandu jinkiseb merżuq b’dijametru ta’ 170 ± 50 mm fuq il-wiċċ espost għad-deterjorament, f’distanza ta’ 380 ± 10 mm miż-żennuna.

    1.2   Taħlita tat-test

    It-taħlita tat-test hija magħmula minn:

    Ramel siliċiku ta’ ebusija 7 fuq l-iskala ta’ Mohr u b’daqs ta’ granula ta’ bejn 0 u 0,2 mm b’distribuzzjoni prattikament normali, li għandha fattur angulari ta’ 1,8 sa 2;

    Ilma li l-ebusija tiegħu ma tkunx aktar minn 205 g/m3 għal 25 g ta’ ramel għal kull litru ta’ ilma.

    2.   TEST

    Il-wiċċ ta’ barra tal-lentijiet ikun suġġett darba jew bosta drabi għall-azzjoni tal-merżuq ta’ ramel, kif spjegat hawn fuq, fejn dan il-merżuq jitwassal kważi b’mod perpendikolari għall-wiċċ li jrid ikun deterjorat.

    Id-deterjorament huwa kontrollat permezz ta’ kampjun jew bosta kampjuni tal-ħġieġ imqiegħda viċin il-lentijiet li jridu jiġu ttestjati. It-traxxix tat-taħlita tibqa’ ssir sakemm il-varjazzjoni tat-tixrid fuq il-kampjuni, mkejla skond il-metodu spjegat fl-Appendiċi 2, jiġifieri bħal: Δd = (T5 – T4) / T2 = 0,0250 ± 0,0025.

    Bosta kampjuni ta’ referenza jistgħu jkunu użati biex jivverifikaw l-omoġeneità tad-deterjorament fuq il-wiċċ sħiħ li jrid jiġi ttestjat.

    ANNESS 6

    Appendiċi 4

    TEST TA’ ADEŻJONI TAT-TEJP LI JEĦEL

    1.   GĦAN

    Il-metodu preżenti għandu l-għan li jiddetermina, fil-kundizzjonijiet standard, is-saħħa lineari ta’ adeżjoni ta’ tejp li jeħel fuq folja tal-ħġieġ.

    2.   PRINĊIPJU

    Biex jitkejjel l-isforz meħtieġ biex jaqla’ f’angolu ta’ 90 grad tejp li jeħel minn folja tal-ħġieġ.

    3.   KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI

    It-temperatura trid tkun ta’ 23 ± 5 °C u l-umdità relattiva (HR) ta’ 65 ± 15 %.

    4.   TESTIJIET ŻGĦAR

    Qabel it-test, ir-roll tal-kampjun irid ikun ikkundizzjonat għal 24 siegħa fl-arja speċifikata (ara par. 3 ta’ hawn fuq).

    Għal kull roll, irid isir test fuq 5 biċċiet żgħar ta’ 400 mm fit-tul. Il-biċċiet żgħar jittieħdu mir-rollijiet wara li jitwarrbu l-ewwel tliet dawriet.

    5.   PROĊEDURA

    It-test isir fl-arja definita fil-punt 3.

    Iridu jittieħdu l-5 biċċiet żgħar waqt li t-tejp jiddawwar radjalment b’veloċità ta’ madwar 300 mm/s, imbagħad iridu jiġu applikati fil-15-il sekonda ta’ wara bil-mod li ġej:

    It-tejp irid jiġi applikat gradatament fuq il-folja tal-ħġieġ billi jingħorok ħafif b’mod lonġitudinali bis-seba’, b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda bużżieqa ta’ arja bejn it-tejp u l-folja tal-ħġieġ iżda mingħajr ma ssir pressjoni eċċessiva.

    Ħalli kollox jistrieħ għal 10 minuti fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati.

    Aqla’ l-biċċa żgħira ta’ madwar 25 mm mill-folja, bil-pjan tal-qlugħ perpendikolari għall-assi tal-biċċa tat-test.

    Waħħal il-folja u ilwi lura l-parti maqlugħa tat-tejp għal 90 grad. Applika saħħa b’mod tali li l-linja ta’ separazzjoni bejn il-folja u t-tejp tkun perpendikolari għal din is-saħħa u perpendikolari għall-folja.

    Iġbed biex taqla’ b’veloċità ta’ 300 ± 30 mm/s u ħu nota tas-saħħa meħtieġa.

    6.   RIŻULTATI

    Il-ħames valuri miksuba jridu jkunu klassifikati u l-valur medju jrid ikun ikkunsidrat bħala riżultat tal-kejl. Dan il-valur irid ikun imfisser fi Newton għal kull ċentimetru tal-wisgħa tat-tejp.

    ANNESS 7

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET MINIMI DWAR L-IKKAMPJUNAR MAGĦMUL MINN SPETTUR

    1.   ĠENERALITAJIET

    1.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ta’ konformità huma kkunsidrati bħala milħuqa mill-aspett mekkaniku u ġeometriku, f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament preżenti, jekk id-diverġenzi ma jaqbżux id-differenzi inevitabbli ta’ manifattura. Dan jgħodd ukoll għall-kuluri.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi fotometriċi, il-konformità tas-sistemi ta’ serje ma tkunx diskussa jekk, waqt it-test fotometriku ta’ sistema magħżula kif ġie ġie u mgħammra b’sors illuminanti mqiegħed taħt tensjoni u, jekk jingħata l-każ, irranġata, f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Anness 9 tar-Regolament preżenti:

    Ebda valur imkejjel ma jkollu differenza sfavorevoli ta’ aktar minn 20 % tal-valuri speċifikati fir-Regolament preżenti.

    1.2.1.1.   Għall-valuri ta’ hawn taħt tar-raġġ baxx u tal-modi tiegħu, id-differenza sfavorevoli massima hija hekk kif ġej:

    għall-valuri massimi sal-punt B50L, 0,2 lx (ekwivalenti għal 20 %) u 0,3 lx (ekwivalenti għal 30 %);

    il-valuri massimi fiż-żona III, sal-punt HV u fuq il-parti BLL, 0,3 lx (ekwivalenti għal 20 %) u 0,45 lx (ekwivalenti għal 30 %);

    għall-valuri massimi fuq il-partijiet E, F1, F2 u F3, 0,2 lx (ekwivalenti għal 20 %) u 0,3 lx (ekwivalenti għal 30 %);

    Għall-valuri minimi sal-punti BR, P, S50, S50LL, S50RR, S100, S100LL, S100RR u l-punti speċifikati minn nota 4 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti (B50L, HV, BR, BRR u BLL), nofs il-valur speċifikat (ekwivalenti għal 20 %) u tliet kwarti tal-valur speċifikat (ekwivalenti għal 30 %);

    1.2.1.2.   Għar-raġġ qawwi, il-punt HV li qiegħed fuq ġewwa ta’ l-isolux 0,75 Emax, tolleranza ta +20 % għall-valuri massimi u ta’ –20 % għall-valuri minimi hija ammessa għall-valuri fotometriċi tal-punti kollha ta’ pożizzjoni definiti fil-paragrafu 6.3.2 tar-Regolament preżenti.

    1.2.2   Jekk ir-riżultati tat-testijiet spjegati hawn fuq ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet, l-orjentazzjoni tas-sistema tista’ tiġi mibdula, b’kundizzjoni li l-assi tar-raġġ ma jkunx imċaqlaq lateralment b’aktar minn 0,5 ta’ grad lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, u lanqas b’aktar minn 0,2 ta’ grad ’il fuq jew ’l isfel. Dawn il-pożizzjonijiet ma japplikawx għall-unitajiet ta’ dawl definiti fil-paragrafu 6.3.1.1 tar-Regolament preżenti.

    1.2.3   Jekk ir-riżultati tat-testijiet spjegati hawn fuq ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet, is-sistema tkun suġġetta għal testijiet ġodda bl-użu ta’ sors illuminanti ieħor standard u/jew ta’ mezz ieħor ta’ provvista u ta’ tħaddim.

    1.2.4   Is-sistemi li jippreżentaw difetti apparenti ma jiġux ikkunsidrati.

    1.2.5   Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

    2.   L-EWWEL KAMPJUNAR

    Għall-ewwel kampjunar, erba’ sistemi jintgħażlu kif ġie ġie. L-ittra A titqiegħed fuq l-ewwel u t-tielet, u l-ittra B fuq it-tieni u r-raba’.

    2.1.   Il-konformità m’hijiex ikkontestata

    Mal-ħruġ tal-proċedura ta’ kampjunar indikata fid-dijagramma 1 ta’ l-Anness preżenti, il-konformità tas-sistemi ta’ serje m’hijiex ikkontestata jekk id-differenzi tal-valuri mkejla fuq is-sistemi, fis-sens sfavorevoli, huma li ġejjin:

    2.1.1.1.   Kampjun A

    A1:

    għal sistema

     

    0 %

     

    għas-sistema l-oħra

    mhux aktar minn

    20 %

    A2:

    għaż-żewġ sistemi

    aktar minn

    0 %

     

     

    iżda mhux aktar minn

    20 %

     

    mur għal Kampjun B

     

     

    2.1.1.2.   Kampjun B

    B1:

    għaż-żewġ sistemi

    0 %

    2.1.2.   jew jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.2.2 għall-Kampjun A jkunu milħuqa.

    2.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

    Mal-ħruġ tal-proċedura ta’ kampjunar indikata fid-dijagramma 1 ta’ l-Anness preżenti, il-konformità tas-sistemi ta’ serje tkun ikkontestata u l-manifattur mitlub li jerġa’ jqiegħed il-produzzjoni tiegħu f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet jekk id-differenzi tal-valuri mkejla fuq is-sistemi huma li ġejjin:

    2.2.1.1.   Kampjun A

    A3:

    għal sistema

    mhux aktar minn

    20 %

     

    għas-sistema l-oħra

    aktar minn

    20 %

     

     

    iżda mhux aktar minn

    30 %

    2.2.1.2.   Kampjun B

    B2:

    Fil-każ ta’ A2

     

     

     

    għal sistema

    aktar minn

    0 %

     

     

    iżda mhux aktar minn

    20 %

     

    għas-sistema l-oħra

    mhux aktar minn

    20 %

    B3:

    Fil-każ ta’ A2

     

     

     

    għal sistema

     

    0 %

     

    għas-sistema l-oħra

    aktar minn

    20 %

     

     

    imma mhux aktar minn

    30 %

    2.2.2.   jew jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.2.2 għall-Kampjun A ma jkunux milħuqa.

    2.3.   Irtirar ta’ l-omologazzjoni

    Il-konformità tkun diskussa u l-paragrafu 10 japplika jekk, mal-ħruġ tal-proċedura ta’ kampjunar indikata fid-dijagramma 1 ta’ l-Anness preżenti, id-differenzi bejn il-valuri mkejla fuq is-sistemi jkunu li ġejjin:

    2.3.1.   Kampjun A

    A4:

    Għal sistema

    mhux aktar minn

    20 %

     

    Għas-sistema l-oħra

    aktar minn

    30 %

    A5:

    Għaż-żewġ sistemi

    aktar minn

    20 %

    2.3.2.   Kampjun B

    B4:

    Fil-każ ta’ A2

     

     

     

    għal sistema

    aktar minn

    0 %

     

     

    iżda mhux aktar minn

    20 %

     

    Għas-sistema l-oħra

    aktar minn

    20 %

    B5:

    Fil-każ ta’ A2

     

     

     

    Għaż-żewġ sistemi

    aktar minn

    20 %

    B6:

    Fil-każ ta’ A2

     

     

     

    għal sistema

     

    0 %

     

    għas-sistema l-oħra

    aktar minn

    30 %

    2.3.3.   jew jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.2.2 għall-Kampjuni A u B ma jkunux milħuqa.

    3.   IT-TIENI KAMPJUNAR

    Fil-każ tal-Kampjuni A3, B2 u B3, jeħtieġ li jsir kampjunar ġdid u jintgħażel it-tielet kampjun (C), magħmul minn żewġ sistemi, meħud minn fuq l-istokk magħmul wara li jiġu konformi, fix-xahrejn ta’ wara n-notifika.

    3.1.   Il-konformità m’hijiex ikkontestata

    Mal-ħruġ tal-proċedura ta’ kampjunar indikata fid-dijagramma 1 ta’ l-Anness preżenti:

    3.1.1.1.   Kampjun C

    C1:

    għal sistema

     

    0 %

     

    għas-sistema l-oħra

    mhux aktar minn

    20 %

    C2:

    għaż-żewġ sistemi

    aktar minn

    0 %

     

     

    iżda mhux aktar minn

    20 %

     

    mur għal Kampjun D

     

     

    3.1.1.2.   Kampjun D

    D1:

    fil-każ ta’ C2

     

     

    għaż-żewġ sistemi

    0 %

    3.1.2.   jew jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.2.2 għall-Kampjun C ikunu milħuqa.

    3.2.   Il-konformità hija kkontestata

    Mal-ħruġ tal-proċedura ta’ kampjunar indikata fid-dijagramma 1 ta’ l-Anness preżenti, il-konformità tas-sistemi ta’ serje hija kkontestata u l-manifattur mitlub li jagħmel il-produzzjoni tiegħu konformi jekk id-differenzi bejn il-valuri mkejla fuq is-sistemi huma li ġejjin:

    3.2.1.1.   Kampjun D

    D2:

    fil-każ ta’ C2

     

     

     

    għal sistema

    aktar minn

    0 %

     

     

    iżda mhux aktar minn

    20 %

     

    għas-sistema l-oħra

    mhux aktar minn

    20 %

    3.2.1.2.   jew jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.2.2 għall-Kampjun C ma jkunux milħuqa.

    3.3.   Irtirar ta’ l-omologazzjoni

    Il-konformità hija kkontestata u l-paragrafu 10 japplika jekk, mal-ħruġ tal-proċedura ta’ kampjunar indikata fid-dijagramma 1 ta’ l-Anness preżenti, id-differenzi bejn il-valuri mkejla fuq is-sistemi huma li ġejjin:

    3.3.1.   Kampjun C

    C3:

    għal sistema

    mhux aktar minn

    20 %

     

    għas-sistema l-oħra

    aktar minn

    20 %

    C4:

    għaż-żewġ sistemi

    aktar minn

    20 %

    3.3.2.   Kampjun D

    D3:

    fil-każ ta’ C2

     

     

     

    għal sistema

     

    0 %

     

     

    jew aktar minn

    0 %

     

    għas-sistema l-oħra

    aktar minn

    20 %

    3.3.3.   jew jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.2.2 tal-Kampjuni C u D ma jkunux milħuqa.

    4.   MODIFIKA TAL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-CUT-OFF TAR-RAĠĠ BAXX

    Biex tkun verifikata l-modifika tal-pożizzjoni vertikali tal-cut-off tar-raġġ baxx taħt l-effett tas-sħana, wieħed għandu japplika l-metodu ta’ hawn taħt:

     

    Wara kampjunar konformi mad-dijagramma 1, waħda mis-sistemi tal-Kampjun A tkun suġġetta għat-testijiet konformi mal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2.1 ta’ l-Anness 4 wara li tkun suġġetta tliet darbiet wara xulxin għaċ-ċiklu definit fil-paragrafu 2.2.2 ta’ l-Anness 4.

     

    Is-sistema hija kkunsidrata aċċettabbli jekk Δr ma jaqbiżx 1,5 mrad.

     

    Jekk dan il-valur jaqbeż 1,5 mrad mingħajr ma jeċċedi 2 mrad, it-tieni sistema tal-Kampjun A tkun suġġetta għat-test, li warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati għaż-żewġ kampjuni ma tistax taqbeż 1,5 mrad.

     

    Madankollu, jekk dan il-valur ta’ 1,5 mrad mhux rispettat għall-Kampjun A, iż-żewġ sistemi tal-Kampjun B ikunu suġġetti għall-istess proċedura, u l-valur ta’ Δr għal kull wieħed minnhom ma jistax jaqbeż 1,5 mrad.

    Dijagramma 1

    Image

    Nota: Fid-dijagramma sħiħa, “sistema(i)” trid tinftiehem minflok “mezz(i)”.

    ANNESS 8

    MIŻURI RELATATI MA’ L-AĠĠUSTAMENT TAL-CUT-OFF U TA’ L-ORJENTAZZJONI TAR-RAĠĠ BAXX (30)

    1.   DEFINIZZJONI TAL-CUT-OFF

    Il-cut-off, meta jkun projettat fuq skrin ta’ kejl, kif inhu definit fl-Anness 9 tar-Regolament preżenti, irid ikun ċar biżżejjed biex jippermetti l-aġġustament u jrid jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin.

    Forma (ara dijagramma A.8-1)

    Il-cut-off huwa kompost minn:

    parti orizzontali, fuq ix-xellug,

    u

    parti mgħollija fuq il-lemin;

    barra minn hekk, irid ikun magħmul b’tali mod li wara li jitqiegħed f’konformità mal-pożizzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.5 ta’ hawn taħt:

    1.1.1   Il-parti orizzontali ma titħarrikx, fuq pjan vertikali, b’aktar minn

    0,2° ’il fuq jew ’l isfel mil-linja orizzontali medjana tagħha, bejn 0,5 u 4,5° fuq ix-xellug tal-linja V-V,

    u

    0,1° ’il fuq jew ’l isfel fil-limiti taż-żewġ terzi tat-tul imsemmi.

    1.1.2   Il-parti mgħollija

    irid ikollha tarf xellugi ċar biżżejjed,

    u

    il-leminija li l-oriġini tagħha hija l-intersezzjoni bejn A u V-V u mibnija b’mod li tkun tanġenti ma’ dan it-tarf, irid ikollha angolu ta’ inklinazzjoni b’relazzjoni mal-linja H-H ta’ bejn 10 u 60° (ara dijagramma A.8-1 ta’ hawn taħt).

    2.   PROĊEDURA TA’ AĠĠUSTAMENT VIŻWALI

    2.1   Qabel kull test ġdid, is-sistema trid titqiegħed fl-istat newtru.

    L-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt japplikaw għar-raġġi ta’ l-unitajiet ta’ dawl li, skond min qiegħed jagħmel it-talba, iridu jkunu aġġustati.

    2.2   Ir-raġġ irid jitqiegħed vertikalment b’tali mod li l-parti orizzontali tal-cut-off tiegħu tkun qiegħda fil-pożizzjoni vertikali nominali (linja A) f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fit-Tabella 2 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti; din l-ispeċifikazzjoni hija kkunsidrata bħala sodisfaċenti jekk il-linja medjana orizzontali tal-parti orizzontali tal-cut-off qiegħda fuq il-linja A (ara dijagramma A.8-2 ta’ hawn taħt);

    Ir-raġġ irid jitqiegħed orizzontalment b’tali mod li l-parti mgħollija tiegħu tkun qiegħda fuq il-lemin tal-linja V-V u f’kuntatt ma’ din (ara dijagramma A.8-2 ta’ hawn taħt);

    2.3.1   Jekk raġġ parzjali ma jipproduċix ħlief il-parti orizzontali tal-cut-off, l-aġġustament orizzontali, fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni minn min qiegħed jagħmel it-talba, ma jkun l-għan ta’ ebda speċifikazzjoni.

    2.4   Il-cut-off ta’ unità ta’ dawl mhux maħsuba biex tkun aġġustata separatament f’konformità ma’ l-indikazzjonijiet ta’ min qiegħed jagħmel it-talba jrid jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet adattati.

    2.5   L-unitajiet ta’ dawl aġġustati skond il-metodu indikat minn min qiegħed jagħmel it-talba f’konformità mal-miżuri tal-paragrafi 5.2 u 6.2.1.1 tar-Regolament preżenti jridu jippreżentaw cut-off li tiegħu l-forma u l-pożizzjoni jkunu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-Tabella 2 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti.

    2.6   Għal kull mod ieħor ta’ raġġ baxx Il-forma u l-pożizzjoni tal-cut-off, jekk jingħata l-każ, iridu jissodisfaw awtomatikament l-ispeċifikazzjonijiet adattati tat-Tabella 2 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti.

    2.7   Orjentazzjoni u/jew aġġustament inizjali konformi ma’ l-indikazzjonijiet ta’ min qiegħed jagħmel it-talba, konformi mal-miżuri tal-paragrafi 2.1 sa 2.6 ta’ hawn fuq, tista’ tiġi applikata għall-unitajiet ta’ dawl maħsuba biex ikunu mmuntati separatament.

    Dijagrammi

    Image Image

    Nota: Il-projettazzjoni tal-cut-off fuq l-iskrin ta’ kejl hija rappreżentata b’mod skematiku.

    ANNESS 9

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-QISIEN FOTOMETRIĊI

    1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    1.1   Is-sistema, jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha, trid tkun immuntata fuq gonjometru li l-assi orizzontali tiegħu huwa mwaħħal u l-assi mobbli perpendikolari ma’ l-assi mwaħħal.

    1.2   Il-valuri ta’ illuminazzjoni huma determinati permezz ta’ ċellula foto-elettrika li qiegħda ġo kaxxa ta’ 65 mm fil-ġenb u mqiegħda f’distanza ta’ mill-inqas 25 metru ’l quddiem miċ-ċentru ta’ referenza ta’ kull unità ta’ dawl b’mod perpendikolari ma’ l-assi ta’ kejl li jgħaddi mill-oriġini tal-gonjometru;

    1.3   Waqt il-qisien fotometriċi, ir-riflessjonijiet ta’ interferenza jridu jiġu evitati permezz ta’ filtri adattati.

    1.4   L-intensitajiet illuminanti jitkejlu u jitbiddlu f’illuminazzjonijiet fuq pjan perpendikolari fid-direzzjoni ta’ pożizzjoni li qiegħda f’distanza nominali ta’ 25 metru.

    1.5   Il-koordinati angulari huma indikati fi gradi fuq sfera li għandha l-assi polari vertikali f’konformità mal-pubblikazzjoni nru 70 tas-CEI, Vjenna 1987, jiġifieri li tikkorrispondi għal gonjometru li għandu l-assi orizzontali mwaħħal b’relazzjoni ma’ l-art u l-assi ta’ rotazzjoni, mobbli, perpendikolari għall-assi orizzontali.

    1.6   Kull metodu fotometriku ekwivalenti huwa aċċettabbli b’kundizzjoni li jirrispetta l-korrelazzjoni meħtieġa.

    1.7   Kull diskrepanza miċ-ċentru ta’ referenza ta’ l-unitajiet ta’ dawl b’relazzjoni ma’ l-assi ta’ rotazzjoni tal-gonjometru trid tiġi evitata. Din tapplika partikularment għad-direzzjoni vertikali u unitajiet ta’ dawl li jipproduċu cut-off.

    L-aġġustament irid isir permezz ta’ skrin li jista’ jitqiegħed f’distanza iqsar minn dik taċ-ċellula.

    L-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi imposti f’kull punt ta’ pożizzjoni (pożizzjoni angulari) ta’ funzjoni jew ta’ mod ta’ dawl bħal dawk speċifikati fir-Regolament preżenti japplikaw għan-nofs tas-somma tal-valuri miksuba rispettivament fuq l-unitajiet kollha ta’ dawl tas-sistema għall-funzjoni jew il-mod inkwistjoni, jew fuq l-unitajiet kollha ta’ dawl speċifikati mill-ispeċifikazzjoni kkonċernata;

    1.8.1   Sadanittant, meta l-ispeċifikazzjoni hija speċifika għal naħa waħda, ma tapplikax id-diviżjoni bejn tnejn. Dan huwa l-każ fil-paragrafi 6.2.9.1, 6.3.2.1.2, 6.3.2.1.3, 6.4.6 u fin-nota 4 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness 3.

    1.9   L-unitajiet ta’ dawl tas-sistema jridu jitkejlu individwalment;

    sadanittant, żewġ unitajiet ta’ dawl jew aktar li jagħmlu parti mill-istess unità ta’ installazzjoni, mgħammra b’sorsi illuminanti li għandhom provvista ta’ tip identiku (aġġustata jew le), jistgħu jitkejlu fl-istess ħin b’kundizzjoni li, minħabba d-daqs u l-pożizzjoni tagħhom, l-uċuh illuminanti tagħhom ikunu kollha ġo rettanglu li ma jkunx akbar minn 300 mm fit-tul (orizzontalment) u mhux akbar minn 150 mm fil-wisgħa (vertikalment) u li ċentru ta’ referenza komuni jkun definit mill-manifattur.

    1.10   Qabel kull test, is-sistema trid titqiegħed fl-istat newtru.

    1.11   Is-sistema, jew parti jew bosta mill-partijiet tagħha, iridu jkunu orjentati qabel il-bidu tal-kejl b’tali mod li l-pożizzjoni tal-cut-off tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-Tabella 2 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti. Il-partijiet ta’ sistema suġġetta għal tkejjil individwali u mingħajr cut-off iridu jitqiegħdu fuq il-gonjometru f’konformità ma’ l-indikazzjonijiet (pożizzjoni ta’ muntaġġ) ta’ min qiegħed jagħmel it-talba.

    2.   KUNDIZZJONIJIET TA’ MIŻURI FIR-RIGWARD TAS-SORSI ILLUMINANTI

    2.1   Fil-każ ta’ lampi tal-filament sostitwibbli li jaħdmu direttament mat-tensjoni tal-vettura:

    Is-sistema, jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha, trid tkun mgħammra b’lampa jew bosta lampi tal-filament standard bla kulur maħsuba biex jaħdmu taħt tensjoni nominali ta’ 12-il volt. Waqt it-test, it-tensjoni għat-terminali tal-lampa jew tal-lampi tal-filament trid tkun aġġustata b’mod li jinkiseb fluss illuminanti ta’ referenza speċifikat fuq il-fuljett ta’ fatti definit fir-Regolament Nru 37.

    Is-sistema, jew waħda jew bosta mill-partijiet tagħha, hija kkunsidrata aċċettabbli jekk l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafu 6 tar-Regolament preżenti jkunu sodisfaċenti mill-inqas permezz ta’ lampa tal-filament standard, li tkun tista’ tiġi provduta mas-sistema.

    2.2   Fil-każ ta’ sorsi illuminanti sostitwibbli li jiddisċarġjaw:

    Is-sistemi, jew parti jew bosta partijiet tagħhom, mgħammra b’sors illuminanti sostitwibbli li jiddisċarġja jridu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi msemmija fil-paragrafi rilevanti tar-Regolament preżenti mill-inqas b’sors illuminanti standard li intuża mill-inqas għal 15-il ċiklu, kif speċifikat fir-Regolament Nru 99. Il-fluss illuminanti ta’ dan is-sors illuminanti li jiddisċarġja jista’ jkun differenti mill-fluss illuminanti oġġettiv speċifikat fir-Regolament Nru 99.

    Jekk dan huwa l-każ, il-valuri fotometriċi mkejla jridu jiġu rranġati bħala riżultat ta’ dan. Dawn iridu jiġi multiplikati b’fattur ta’ 0,7 qabel il-verifika tal-konformità ma’ l-esiġenzi ta’ konformità.

    2.3   Fil-każ ta’ sorsi illuminanti mhux sostitwibbli li jaħdmu direttament mat-tensjoni tal-vettura:

    It-tkejjil kollu li sar fuq il-fanali mgħammra b’sorsi illuminanti mhux sostitwibbli (lampi tal-filament jew oħrajn) irid isir taħt tensjonijiet ta’ 6,75 volt, 13,5 volt jew 28 volt, jew taħt it-tensjoni indikata minn min qiegħed jagħmel it-talba, filwaqt li tkun ikkunsidrata kull sistema oħra ta’ provvista tal-vettura. Il-valuri fotometriċi miksuba jridu jiġu multiplikati b’fattur ta’ 0,7 qabel il-verifika tal-konformità ma’ l-esiġenzi ta’ konformità.

    2.4   Fil-każ ta’ sors illuminanti, kemm jekk huwa sostitwibbli jew le, li jaħdem indipendentement mit-tensjoni tal-vettura u bi sħiħ ikkontrollata mis-sistema, jew fil-każ ta’ sors illuminanti pprovdut minn sors ta’ enerġija speċjali, it-tensjoni tat-test definita fil-paragrafu 2.3 ta’ hawn fuq trid tkun applikata għat-terminali ta’ input ta’ din is-sistema jew ta’ dan is-sors ta’ enerġija. Il-laboratorju tat-test jista’ jesiġi mill-manifattur li jipprovdi dawn is-sorsi speċjali ta’ provvista.

    Il-valuri fotometriċi miksuba jridu jiġu multiplikati b’fattur ta’ 0,7 qabel il-verifika tal-konformità għall-esiġenzi, ħlief jekk dan il-fattur ta’ korrezzjoni kien diġà applikat f’konformità mal-miżuri tal-paragrafu 2.2 ta’ hawn fuq.

    3.   KUNDIZZJONIJIET TA’ MIŻURI FIL-MOD TA’ DAWL FIL-LIWJA

    Fil-każ ta’sistema, jew ta’ waħda jew bosta mill-partijiet tagħha, li tiżgura mod ta’ dawl fil-liwja, l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 6.2 (raġġ baxx) u/jew 6.3 (raġġ qawwi) tar-Regolament preżenti japplikaw għas-sitwazzjonijiet kollha fir-rigward tat-turning circle tal-vettura. Għall-finijiet ta’ verifika tar-raġġ baxx u tar-raġġ qawwi, il-proċedura użata hija li ġejja:

    Is-sistema trid tkun suġġetta għat-test fl-istat newtru (l-istering iċċentrat/linja dritta) u barra minn hekk fl-istat jew l-istati li jikkorrispondu għall-iċken turning circle tal-vettura, lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, bl-użu tal-ġeneratur ta’ sinjali jekk jingħata l-każ.

    3.1.1.1   Il-konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 6.2.6.2, 6.2.6.3 u 6.2.6.5.1 tar-Regolament preżenti trid tkun verifikata għall-modi ta’ dawl fil-liwja tal-kategoriji 1 u 2, mingħajr riorjentazzjoni orizzontali ġdida.

    3.1.1.2   Il-konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 6.2.6.1 u 6.3 tar-Regolament preżenti, skond il-każ, trid tkun verifikata:

    fil-każ ta’ mod ta’ dawl fil-liwja ta’ kategorija 2, mingħajr riorjentazzjoni orizzontali;

    fil-każ ta’ raġġ baxx fil-mod ta’ dawl fil-liwja tal-kategorija 1 jew ta’ raġġ qawwi ta’ dawl fil-liwja, wara riorjentazzjoni orizzontali ta’ l-unità ta’ installazzjoni rilevanti (permezz ta’ gonjometru per eżempju) fid-direzzjoni kuntrarja li tikkorrispondi.

    3.1.2   Waqt it-test ta’ mod ta’ dawl fil-liwja ta’ kategorija 1 jew 2, għal turning circle tal-vettura ħlief dak definit fil-paragrafu 3.1.1 ta’ hawn fuq, irid jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tad-dawl hija uniformi u ma joħloq l-ebda tagħmix qawwi. Jekk dan m’huwiex il-każ, jaqbel li tkun verifikata l-konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-Tabella 1 ta’ l-Anness 3 tar-Regolament preżenti.

    ANNESS 10

    FORMOLI TA’ DESKRIZZJONI

    format massimu: A4 (210 × 297 mm)

    FORMOLA TA’ DESKRIZZJONI TA’ SISTEMA ADATTIVA TA’ DAWL TA’ QUDDIEM Nru 1

    Sinjali ta’ kontroll AFS li jikkorrispondu għall-funzjonijiet u l-modi ta’ dawl żgurati mis-sistema

    Sinjal ta’ kontroll AFS

    Funzjoni jew mod(i) effettwat(i) mis-sinjal (31)

    Karatteristiċi tekniċi (32)

    (fuq karta separata, jekk jingħata l-każ)

    Raġġ baxx

    Raġġ qawwi

    Klassi C

    Klassi V

    Klassi E

    Klassi W

    Xejn/mhux applikabbli

    Image

     

     

     

    Image

     

    Sinjal V

    Image

    Image

    Image

    Image

    Image

     

    Sinjal E

    Image

    Image

    Image

    Image

    Image

     

    Sinjal W

    Image

    Image

    Image

    Image

    Image

     

    Sinjal T

    Image

    Image

    Image

    Image

    Image

     

    Sinjali oħrajn (33)

    Image

    Image

    Image

    Image

    Image

     


    FORMOLA TA’ DESKRIZZJONI TA’ SISTEMA ADATTIVA TA’ DAWL TA’ QUDDIEM Nru 2

    Linji ta’ cut-off, mezzi ta’ aġġustament u proċeduri ta’ aġġustament ta’ l-unitajiet ta’ dawl

    Unità ta’ dawl Nru (34)

    Cut-off  (35)

    Mezz ta’ aġġustament

    Karatteristiċi u miżuri supplimentari (jekk jingħata l-każ) (38)

    L-unità ta’ dawl tipprovdi cut-off jew aktar tar-raġġ baxx jew tikkontribwixxi għalih

    Vertikali

    Orizzontali

    Kif definit fl-Anness 8 tar-Regolament preżenti (36)

    Il-pożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.6 tar-Regolament preżenti japplikaw (36)

    Individwali (“prinċipali”) (36)  (39)

    Marbut ma’ l-unità “prinċipali” Nru (37)

    Individwali (“prinċipali”) (36)  (39)

    Marbut ma’ l-unità “prinċipali” Nru (37)

    1

    iva/le

    iva/le

    iva/le

    iva/le

     

    2

    iva/le

    iva/le

    iva/le

    iva/le

     

    3

    iva/le

    iva/le

    iva/le

    iva/le

     

    4

    iva/le

    iva/le

    iva/le

    iva/le

     

    5

    iva/le

    iva/le

    iva/le

    iva/le

     

    6

    iva/le

    iva/le

    iva/le

    iva/le

     

    7

    iva/le

    iva/le

    iva/le

    iva/le

     


    (1)  Unikament għall-finijiet ta’ spjegazzjoni, il-klassi C tikkorrispondi għar-raġġ baxx bażiku, il-klassi V tikkorrispondi għar-raġġ baxx użat f’żoni mdawwla, per eżempju l-ibliet, il-klassi E tikkorrispondi għar-raġġ baxx użat fuq it-toroq jew l-awtostradi, u l-klassi W tikkorrispondi għar-raġġ baxx użat fil-maltemp, per eżempju fuq toroq imxarrbin.

    (2)  Irid jiġi indikat fil-formola konformi ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 1.

    (3)  Irid jiġi indikat fil-formola konformi ma’ l-eżempju ta’ l-Anness 10.

    (4)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (mhux allokat), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (mhux allokat), 31 għall-Bosnija u Ħerżegovina, 32 għal-Litwanja, 33 (mhux allokat), 34 għall-Bulgarija, 35 u 36 (mhux allokati), 37 għat-Turkija, 38 u 39 (mhux allokati), 40 dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (mhux allokat), 42 għall-Komunità Ewropea (l-omologazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri li jużaw il-marki tagħhom stess KEE), 43 għall-Ġappun, 44 (mhux allokat), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. In-numri li ġejjin ser ikunu allokati lill-pajjiżi oħrajn skond l-ordni kronoloġiku ta’ ratifika tal-Ftehim dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi applikabbli għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-biċċiet suxxettibbli li jkunu mmuntati jew użati fuq vettura bir-roti u l-kundizzjonijiet ta’ għarfien reċiproku ta’ omologazzjonijiet maħruġa konformi ma’ dawn il-preskrizzjonijiet, jew ta’ l-adeżjoni tagħhom għal dan il-Ftehim, u ċ-ċifri hekk mogħtija jkunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet kontraenti għall-Ftehim.

    (5)  Nota: Proċedura ta’ pożizzjoni speċifikata fl-Anness 9 tar-Regolament preżenti.

    (6)  Massimu 18 lx, jekk is-sistema hija maħsuba wkoll biex tarmi raġġ baxx ta’ klassi W.

    (7)  L-ispeċifikazzjonijiet konformi mal-pożizzjonijiet indikati fit-Tabella 4 ta’ hawn taħt japplikaw ukoll.

    (8)  L-ispeċifikazzjonijiet ta’ pożizzjoni konformi mal-pożizzjonijiet tat-Tabella 2 ta’ hawn taħt (“parti Emax”).

    (9)  Il-kontribut ta’ kull naħa tas-sistema, imkejjel f’konformità mal-pożizzjonijiet ta’ l- Anness 9 tar-Regolament preżenti, m’għandux ikun inqas minn 0,1 lx.

    (10)  Speċifikazzjonijiet ta’ pożizzjoni konformi mal-pożizzjonijiet tat-Tabella 5 ta’ hawn taħt.

    (11)  Speċifikazzjonijiet ta’ pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6.2.6.2 tar-Regolament preżenti.

    (12)  Par fanali ta’ quddiem tal-ġenb, inkorporati mas-sistema jew maħsuba biex ikunu mmuntati mas-sistema, jistgħu jinxtegħlu konformi ma’ l-indikazzjonijiet ta’ min qiegħed jagħmel it-talba.

    (13)  L-ispeċifikazzjonijiet konformi mal-pożizzjonijiet tat-Tabella 6 ta’ hawn taħt japplikaw ukoll.

    (14)  L-ispeċifikazzjonijiet konformi mal-pożizzjonijiet tat-Tabella 6 ta’ hawn fuq japplikaw huma wkoll.

    (15)  Massimu ta’ 11 250 kandela, jekk is-sistema hija maħsuba wkoll biex tarmi raġġ baxx ta’ klassi W.

    (16)  L-ispeċifikazzjonijiet konformi mal-pożizzjonijiet indikati fit-Tabella 4 ta’ hawn fuq japplikaw ukoll.

    (17)  Speċifikazzjonijiet ta’ tqegħid konformi mal-pożizzjonijiet tat-Tabella 2 ta’ hawn fuq (“parti Emax”).

    (18)  Il-kontribut ta’ kull naħa tas-sistema, imkejla konformi mal-pożizzjonijiet ta’ l-Anness 9 tar-Regolament preżenti, għandu jkun mill-inqas ta’ 63 kandela.

    (19)  Speċifikazzjonijiet ta’ tqegħid konformi mal-pożizzjonijiet tat-Tabella 5 ta’ hawn fuq.

    (20)  Speċifikazzjonijiet ta’ tqegħid imsemmija fil-paragrafu 6.2.6.2 tar-Regolament preżenti.

    (21)  Par fanali ta’ quddiem tal-ġenb, inkorporati mas-sistema jew maħsuba biex ikunu mmuntati fl-istess ħin bħas-sistema, jistgħu jinxtegħlu konformi ma’ l-indikazzjonijiet ta’ min qiegħed jagħmel it-talba.

    (22)  L-ispeċifikazzjonijiet konformi mal-pożizzjonijiet tat-Tabella 6 ta’ hawn fuq japplikaw ukoll.

    (23)  Meta l-kampjun għal test huwa raggruppat u/jew inkorporat reċiprokament mal-fanali ta’ sinjalazzjoni, dawn ta’ l-aħħar iridu jkunu mixgħula waqt id-dewmien kollu tat-test. Jekk hemm involut fanal ta’ l-indikejter, dan irid ikun mixgħul fil-mod li jteptep b’ħinijiet ta’ mixgħela u ta’ tifi bejn wieħed u ieħor l-istess.

    (24)  L-illuminazzjoni tas-sorsi illuminanti supplimentari waqt sinjal bil-headlamps m’għandux ikun ikkunsidrat bħala użu normali.

    (25)  Anke jekk ebda talba ta’ omologazzjoni m’hija magħmula f’konformità mar-Regolament preżenti, is-sorsi illuminanti kollha tal-funzjonijiet tad-dwal iridu jitqiesu wkoll, ħlief għal dawk imsemmija fin-nota f’qiegħ paġna 2

    (26)  Ir-raġġ baxx ta’ klassi W, jekk jingħata l-każ, jiġi injorat għall-unitajiet tad-dwal li jarmu raġġ baxx ta’ klassi oħra jew li jiżguraw funzjoni oħra tad-dwal, jew jikkontribwixxu għaliha.

    (27)  NaCMC jirrappreżenta is-sodium carboxymethylcellulose, imsejjaħ komunement “CMC”. In-NaCMC użat fit-taħlita jrid ikollu grad ta’ sostituzzjoni ta’ bejn 0,6 u 0,7 u viskożità ta’ bejn 200 u 300 cP għal soluzzjoni ta’ 2 %, f’temperatura ta’ 20 oC.

    (28)  Meta r-raġġ qawwi u r-raġġ baxx huma inkorporati reċiprokament, il-punt ta’ pożizzjoni HV huwa l-istess għaż-żewġ raġġi.

    (29)  Il-punti HL u HR, li qegħdin fuq H-H, jitqiegħdu rispettivament 2.6 gradi fuq ix-xellug u 2.6 gradi fuq il-lemin tal-punt HV.

    (30)  Biex titkompla eventwalment skond il-miżuri ġenerali supplimentari fl-istudju fil-GRE.

    (31)  Poġġi salib fil-kaxxi fir-rigward ta’ l-ikkombinar li japplika.

    (32)  Spjegazzjonijiet li jridu jingħataw:

    Natura fiżika (kurrent elettriku/tensjoni, ottika, mekkanika, idrawlika, pnewmatika, eċċ.);

    Tip ta’ informazzjoni (kontinwa/analoġika binarja, f’kodiċi numeriku, eċċ.);

    Fatti kronoloġiċi (kostanti ta’ ħin, riżoluzzjoni, eċċ.);

    Stat tas-sinjal meta l-kundizzjonijiet definiti fil-paragrafu 6.22.7.4 tar-Regolament Nru 48 jintlaħqu;

    Stat tas-sinjal fil-każ ta’ falliment (b’relazzjoni ma’ l-input tas-sistema).

    (33)  Konformi mad-deskrizzjoni ta’ dawk li qegħdin jagħmlu t-talba; uża karta oħra jekk meħtieġ.

    (34)  Isem ta’ kull unità ta’ dawl tas-sistema konformi ma’ l-Anness 1 tar-Regolament preżenti u kif indikat fl-abbozz li jidher fil-paragrafu 2.2.1 tar-Regolament preżenti; uża karta jew bosta karti supplimentari jekk meħtieġ.

    (35)  Konformi mal-miżuri tal-paragrafu 6.22.6.1.2 tar-Regolament Nru 48.

    (36)  Aqta’ fejn meħtieġ.

    (37)  Indika n-numru ta’ unitajiet ta’ dawl, jekk jingħata l-każ.

    (38)  Per eżempju, ordni ta’ aġġustament ta’ l-unitajiet ta’ dawl jew tal-ġabriet ta’ unitajiet ta’ dawl jew miżuri supplimentari dwar il-modalitajiet ta’ aġġustament.

    (39)  L-aġġustament ta’ unità ta’ dawl “prinċipali” tista’ tfisser l-aġġustament ta’ waħda jew ta’ bosta unitajiet oħra ta’ dawl.


    Top