Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42004D0490

2004/490/EC, Euratom:Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-1 ta’ Mejju 2004 li taħtar imħallfin tal-Qorti tal-Prim’ Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 169, 1.5.2004, p. 23–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/490/oj

1.5.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/23


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA

ta' l-1 ta' Mejju 2004

li taħtar imħallfin tal-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2004/490/EF, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' l-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (Att ta' Adeżjoni ta' l-2003), u b' mod partikolari l-Artikolu 46(1) u (2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 46(1) u (2)(b) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jipprovdi għall-ħatra ta' għaxar mħallfin fil-Qorti tal-Prim' Istanza. Il-mandat ta' ħamsa minn dawk l-imħallfin jintemm fil-31 ta' Awissu 2004. Dawn l-imħallfin jintgħażlu bix-xorti. Il-mandat ta' l-imħallfin l-oħra jintemm fil-31 ta' Awissu 2007.

(2)

Għaxar imħallfin addizzjonali fil-Qorti tal-Prim' Istanza għandhom għalhekk jiġu maħtura, skond l-Artikolu ta' hawn fuq u wara li jkunu ttellgħu bix-xorti kif previst fih.

(3)

Il-ħatra ta' l-għaxar imħallef tista' ssir biss f'data aktar tard,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

.

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura mħallfin tal-Qorti tal-Prim' Istanza għall-perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 sal- 31 ta' Awissu 2004:

 

Sinjura Küllike JÜRIMÄE

 

Sur Savvas S. PAPASAVVAS

 

Sur Ottó CZÚCZ

 

Sinjura Irena WISZNIEWSKA-BIAŁECKA

 

Sur Daniel ŠVÁBY

Artikolu 2

.

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura mħallfin tal-Qorti tal-Prim' Istanza għall-perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Awissu 2007:

 

Sinjura Irena PELIKÁNOVÁ

 

Sinjura Ingrīda LABUCKA

 

Sur Vilenas VADAPALAS

 

Sinjura Ena CREMONA

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, l-1 ta' Mejju 2004

A. ANDERSON

Il-President


Top