EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41998D0380

Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri tas-27 ta' Mejju ta' l-1998 li taħtar membri tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 171, 17.6.1998, p. 30–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/380/oj

41998D0380



Official Journal L 171 , 17/06/1998 P. 0030 - 0030


Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri

deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri

tas-27 ta' Mejju ta' l-1998

li taħtar membri tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(98/380/KE, KEFA, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168a tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistaBbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 32d tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140a tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/591/KEFA, EEC, Euratom ta' l-24 ta' Ottubru ta' l-1988 li tistabbilixxi Qorti ta' Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [1],

Billi ż-żmien tal-kariga tas-Sur Josef Azizi, Sur Cornelius Paulus Briet, Sur Marc Jaeger, Sur Andreas Kalogeropoulos, Sur Koenraad Lenaerts, Sur Rui Manuel Gens de Moura Ramos, Sinjura Virpi Tiili u Sur Bo Vesterdorf jiskadi fil-31 ta' Awissu ta' l-1998;

Billi s-sostituzzjoni parzjali tal-membri tal-Qorti ta' Prim' Istanza għandu jseħħ għall-perjodu mill-1 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Awissu 2004;

Billi, sabiex tkun kompletata s-sostituzzjoni parzjali tal-membri tal-Qorti ta' Prim' Istanza, ikun meħtieġ li jkun appuntat imħallef f'data iktar tard,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura imħallfin fil-Qorti ta' Prim' Istanza għall-perjodu mill-1 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Awissu 2004:

Sur Josef Azizi,

Sur Marzu Jaeger,

Sur Koenraad Lenaerts,

Sur Rui Manuel Gens de Moura Ramos,

Sinjura Virpi Tiili,

Sur Bo Vesterdorf,

Sur Michael Vilaras.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

Magħmula fi Brussel, is-27 ta' Mejju ta' l-1998.

Il-President

S. Wall

[1] ĠU L 319, tal-25.11.1988, pġ. 1. Korriġendum: ĠU C 215, tal-21.8.1989, pġ. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata permezz tad-DeċIżjoni 95/1/Euratom, KEFA, EC li tbiddel l-istrumenti li jikkonċernaw Id-dħul ta' l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 1, ta' l-1.1.1995, pġ. 1).

--------------------------------------------------

Top