This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 41997D0002
The Schengen acquis - Decision of the Executive Committee of 25 April 1997 on awarding the contract for the SIS II preliminary study (SCH/Com-ex (97) 2, rev. 2)
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-25 ta'April 1997. dwar l-għoti tal-kuntratt għall-istudju preliminari SIS II (SCH/Com-ex (97) 2 rev. 2)
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-25 ta'April 1997. dwar l-għoti tal-kuntratt għall-istudju preliminari SIS II (SCH/Com-ex (97) 2 rev. 2)
ĠU L 239, 22.9.2000, p. 440–440
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0440 - 0440
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-25 ta'April 1997. dwar l-għoti tal-kuntratt għall-istudju preliminari SIS II (SCH/Com-ex (97) 2 rev. 2) IL-KUMITAT EŻEKUTTIV, Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, Wara li kkunsidra d-deċiżjoni adottata fil-laqgħa fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996 biex jiġi kkreat SIS, SIS II tat-tieni ġenerazzjoni, li m'għandhomx biss jippermettu l-integrazzjoni ta' l-Istati kollha ta' Schengen iżda għandhom ukoll jinkludu funzjonijiet ġodda, Billi l-kreazzjoni ta' SIS II tirrikjedi li jsir studju preliminari biex tiġi ddefinita l-arkitettura tas-sistema l-ġdida u billi, għal dan l-iskop, għandha tibda proċedura skond id-Direttiva 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għotji ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: 1. Il-Portugall huwa hawnhekk mogħti l-istruzzjoni li jaħdem mill-qrib ma' l-Istati l-oħra ta' Schengen biex jagħti l-kuntratt għall-istudju preliminari għas-SIS II billi jibda proċedura skond id-Direttiva 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku u skond il-liġi applikabbli tal-Portugall. 2. Il-Portugal huwa hawnhekk fdat bil-kordinazzjoni u bil-ġestjoni ta' l-estimi ta' dan il-proġett, waqt li jaħdem mill-qrib ma' l-Istati l-oħra ta' Schengen. 3. Għandu jiġi stabbilit Regolament Finanzjarju biex jirregola d-domandi kollha ta' l-estimi relatati mal-fondi dwar l-istudju preliminari għas-SIS II; dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Portugall bil-garanziji legali u finanzjarji kollha. 4. Għandu ukoll jitwaqqaf Regolament Amministrattiv biex jiddefinixxi biċ-ċar il-poteri u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet kollha involuti, speċjalment l-awtorità kontraenti, l-Istati ta' Schengen u s-Segretarjat ta' Schengen. 5. Is-Segretarjat ta' Schengen għandu jikkordina l-proġett, inkluża t-tmexxija amministrattiva u l-kordinazzjoni bejn il-gruppi tax-xogħol varji ta' Schengen, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-amministratur tal-proġett u l-kap tal-ġestjoni ta' l-estimi. 6. Il-Kumitat Eżekuttiv hawnhekk jagħti mandat lill-Grupp Ċentrali biex jissorvelja l-proċedura, speċifikament dwar: (a) l-ispeċifikazzjonijiet għall-istudju preliminari għas-SIS II u n-notifika għas-sejħa għall-offerti; (b) ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament Amministrattiv. Lisbona, il-25 ta'April 1997. Il-President Francesco Seixas da Costa --------------------------------------------------