Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41977D0323

    Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-5 ta' April 1977 dwar is-sede temporanja tal-Qorti ta' l-Awdituri

    ĠU L 104, 28.4.1977, p. 40–40 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1977/323/oj

    41977D0323



    Official Journal L 104 , 28/04/1977 P. 0040 - 0040


    Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri

    tal-5 ta' April 1977

    dwar is-sede temporanja tal-Qorti ta' l-Awdituri

    (77/323/KEE, Euratom, KEFA)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tat-8 ta' April 1965 fuq is-sede temporanja ta' ċerti istituzzjonijiet u dipartimenti tal-Komunitajiet [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni,

    Billi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 77 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, ta' l-Artikolu 216 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u ta' l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, huwa meħtieġ li jsiru arranġamenti għas-sede temporanja minn fejn topera l-Qorti ta' l-Awdituri, stabbilita bit-Trattat tat-22 ta' Lulju 1975, li jemendaw ċerti disposizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej,

    IDDEĊIDEW:

    Artikolu 1

    Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu, li għandu jkun il-post temporanju minn fejn din topera, fi ħdan it-tifsira tad-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tat-8 ta' April 1965 fuq is-sede temporanja ta' ċerti istituzzjonijiet u dipartimenti tal-Komunitajiet.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess data bħat-Trattat tat-22 ta' Lulju 1975 li jemenda ċerti disposizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fil-5 ta' April 1977.

    Il-President

    D. Owen

    [1] ĠU L 152, tat-13.7.1967, pġ. 18.

    --------------------------------------------------

    Top