This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R2039
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/2039 of 29 July 2024 correcting Implementing Regulation (EU) 2023/1173 by deleting feed additives from the Annex thereto
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2039 tad-29 ta’ Lulju 2024 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173 billi jħassar addittivi tal-għalf mill-Anness tiegħu
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2039 tad-29 ta’ Lulju 2024 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173 billi jħassar addittivi tal-għalf mill-Anness tiegħu
C/2024/5368
ĠU L, 2024/2039, 30.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2039/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2039 |
30.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2039
tad-29 ta’ Lulju 2024
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173 billi jħassar addittivi tal-għalf mill-Anness tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-addittivi tal-għalf l-assolut tal-ġirasol, iż-żejt tal-ġirasol u t-tintura tal-ġirasol mill-Helianthus annuus L. kienu meħtieġa li jiġu rtirati mis-suq għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 230/2013 (2). |
(2) |
Madankollu, l-assolut tal-ġirasol, iż-żejt tal-ġirasol u t-tintura tal-ġirasol mill-Helianthus annuus L. ġew inklużi bi żball fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1173 (3), li kien jeħtieġ ukoll l-irtirar mis-suq ta’ dawk l-addittivi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
(3) |
L-inklużjoni żbaljata setgħet wasslet għal konfużjoni għall-operaturi tan-negozju tal-għalf fir-rigward tal-istatus regolatorju attwali tal-addittivi tal-għalf ikkonċernati, u dan ħoloq inċertezza legali dwar il-preżenza awtorizzata tagħhom fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173. |
(4) |
Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173 jiġi kkoreġut billi titħassar l-entrata li tikkonċerna dawk l-addittivi fl-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq li jirriżulta mill-inklużjoni żbaljata u biex terġa’ tinkiseb iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173 tidħol fis-seħħ b’urġenza. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173
Fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1173, l-entrata għall-addittivi “Helianthus annuus L.: Assolut tal-ġirasol/Żejt tal-ġirasol/Tintura tal-ġirasol” titħassar.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 230/2013 tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp ta’ sustanzi aromatizzanti u palatabbli (ĠU L 80, 21.3.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/230/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1173 tal-15 ta’ Ġunju 2023 li jirtira mis-suq ċerti addittivi tal-għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1810/2005 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 943/2005 (ĠU L 155, 16.6.2023, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1173/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2039/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)