Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1869

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1869 tat-28 ta’ Ġunju 2024 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Istarski med/Istrski med (DOP))

    C/2024/4688

    ĠU L, 2024/1869, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1869/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1869/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1869

    5.7.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1869

    tat-28 ta’ Ġunju 2024

    li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Istarski med/Istrski med” (DOP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li ħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jibqa’ applikabbli għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li waslu għand il-Kummissjoni u li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-oppożizzjoni qabel it-13 ta’ Mejju 2024.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja u tas-Slovenja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Istarski med/Istrski medi” bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Istarski med/Istrski med” jiddaħħal fir-reġistru,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-isem “Istarski med/Istrski med” (DOP) jiddaħħal fir-reġistru.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1151/oj.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).

    (3)   ĠU C, C/2024/2110, 11.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2110/oj.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1869/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top