This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1863
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1863 of 28 June 2024 approving an amendment to the specification for the protected geographical indication Lisboa
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1863 tat-28 ta’ Ġunju 2024 li japprova emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Indikazzjoni Ġeografika Protetta Lisboa
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1863 tat-28 ta’ Ġunju 2024 li japprova emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Indikazzjoni Ġeografika Protetta Lisboa
C/2024/4624
ĠU L, 2024/1863, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1863/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1863 |
5.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1863
tat-28 ta’ Ġunju 2024
li japprova emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Lisboa”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar, fost l-oħrajn, l-Artikoli 96 sa 99 u l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F’konformità mal-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-Artikoli 96 sa 99 u l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jibqgħu applikabbli għall-applikazzjonijiet għall-aprovazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjonijiet ġeografiċi li tirċievi l-Kummissjoni u li jkunu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel it-13 ta’ Mejju 2024. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, flimkien mal-Artikolu 105 ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u f’konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (4), il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Indikazzjoni Ġeografika “Lisboa”, mibgħuta mill-Portugall. |
(3) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif applikabbli skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/2117, il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tapplika għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li l-Kummissjoni rċeviet qabel is-7 ta’ Diċembru 2021. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “Lisboa” (IĠP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2117/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/607/oj).
(5) ĠU C, C/2024/1215, 31.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1215/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1863/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)