Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1856

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1856 tat-28 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 dawn l-opportunitajiet tas-sajd

    ST/11136/2024/INIT

    ĠU L, 2024/1856, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1856/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1856/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1856

    1.7.2024

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1856

    tat-28 ta’ Ġunju 2024

    li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 dawn l-opportunitajiet tas-sajd

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (1) jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti miżuri funzjonalment marbuta magħhom, jenħtieġ li jiġu emendati biex tiġi kkunsidrata l-pubblikazzjoni tal-parir xjentifiku, kif ukoll l-eżiti tal-konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u l-laqgħat tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2024/257 stabbilixxa b’mod proviżorju għal żero l-qabdiet totali permissibbli (TAC) għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025, sakemm l-ICES jippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għall-inċova fid-diviżjoni 9a tal-ICES għal dak il-perjodu. Sabiex is-sajd ikun jista’ jkompli sakemm tiġi stabbilita t-TAC għal dak l-istokk għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC proviżorja fil-livell ta’ 4 997 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Settembru 2024. Dak il-livell jikkorrispondi għall-qabdiet tal-Istati Membri ta’ dak l-istokk fit-tielet trimestru tal-2023.

    (3)

    Fit-28 ta’ Marzu 2024, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ippubblika l-opinjoni tiegħu dwar l-impatt soċjoekonomiku fir-rigward tal-istabbiliment tat-TAC għall-pollakkju (Pollachius pollachius) fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES għall-2024 fil-livell rakkomandat mill-ICES u li tindika l-livell ta’ dik it-TAC meħtieġ biex jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti” (2). Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita t-TAC definittiva għall-2024, li tissositwixxi t-TAC proviżorja stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/257 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2024. Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li dik it-TAC tiġi stabbilita f’livell ta’ 959 tunnellata, li, skont dik l-opinjoni tal-STECF, ser jippermetti lill-flotot ikomplu joperaw sar-raba’ trimestru tas-sena u għalhekk inaqqsu: (i) il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwoti limitanti” u l-għeluq qabel il-waqt tas-sajd rilevanti; u (ii) l-impatti soċjoekonomiċi assoċjati fuq is-settur tas-sajd.

    (4)

    Fit-18 u d-19 ta’ Ġunju 2024, l-Unjoni u n-Norveġja kellhom konsultazzjonijiet dwar: (i) il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd ġenerali għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025; kif ukoll (ii) il-livell tat-TAC għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’Rekord Maqbul iffirmat fil-19 ta’ Ġunju 2024. Għalhekk, jenħtieġ li t-TAC għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES tiġi stabbilita fil-livell miftiehem man-Norveġja. Barra minn hekk, l-Unjoni u n-Norveġja qiesu t-trasferimenti tal-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi tal-Baħar tat-Tramuntana fin-Nofsinhar ta’ 62oN min-Norveġja lejn l-Unjoni, flimkien mal-livell stabbilit fit-Tabella 2 tar-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Unjoni u n-Norveġja għall-2024, iffirmat fit-8 ta’ Diċembru 2023. Il-kwoti tal-Istati Membri għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

    (5)

    Bejn it-23 ta’ Mejju u l-4 ta’ Ġunju 2024, l-Unjoni, ir-Renju Unit u n-Norveġja kellhom konsultazzjonijiet dwar: (i) il-livell tal-opportunitajiet tas-sajd ġenerali għal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tas-subżona 4 u d-diviżjoni 2a tal-ICES, u fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk Norveġiżi tad-diviżjoni 3a tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025; u (ii) il-livelli tat-TACs għal-laċċa kaħla f’dawk iż-żoni. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’Rekord Maqbul iffirmat fil-11 ta’ Ġunju 2024. It-TACs għal-laċċa kaħla u l-qabdiet aċċessorji assoċjati għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025: (i) fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk tar-Renju Unit tas-subżona 4 u d-diviżjoni 2a tal-ICES; u (ii) fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi tad-diviżjoni 3a tal-ICES, jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti fil-livelli miftiehma mar-Renju Unit u man-Norveġja.

    (6)

    Bejn l-14 u l-24 ta’ Mejju 2024, l-Unjoni u r-Renju Unit kellhom konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 498(2), (4) u (6) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (4), (il-“Ftehim”) dwar il-livell tat-TAC għal-laċċa kaħla fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’Rekord bil-Miktub iffirmat fit-30 ta’ Mejju 2024. Għalhekk, jenħtieġ li t-TAC għal-laċċa kaħla u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES għal dak il-perjodu tiġi stabbilita fil-livell miftiehem mar-Renju Unit.

    (7)

    L-Unjoni u r-Renju Unit qablu, fil-paragrafu (m) tar-Reġistru bil-Miktub bejn l-UE u r-Renju Unit tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għall-2024, li jippreżentaw talba konġunta lill-ICES biex jippubblika parir rivedut ibbażat fuq l-eżitu tal-punt ta’ riferiment u biex jemendaw it-TAC għal-lingwata komuni (Solea solea) fil-Baħar Irlandiż (SOL/07A.) f’konformità ma’ dak il-parir rivedut. Fit-13 ta’ Ġunju 2024 l-Unjoni u r-Renju Unit kellhom konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 498(5) tal-Ftehim bl-għan li jintlaħaq qbil dwar TAC emendata għal-lingwata komuni (Solea solea) fid-diviżjoni 7a tal-ICES għall-2024. L-eżitu ta’ dawk il-konsultazzjonijiet ġie ddokumentat f’Rekord bil-Miktub iffirmat fis-17 ta’ Ġunju 2024. Għalhekk huwa xieraq li jiġi emendat il-livell ta’ dik it-TAC u li dan jiġi stabbilit fil-livell miftiehem mar-Renju Unit.

    (8)

    Sabiex is-sajd ikun jista’ jibda fl-1 ta’ Lulju 2024, il-kwota tal-Unjoni għar-redfish (Sebastes spp.) fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni 1 u 2 tal-ICES jenħtieġ li tiġi stabbilita għall-2024. Dik il-kwota tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-livell ta’ 6 000 tunnellata, jiġifieri fl-istess livell bħal dak għall-2023, sakemm ikun hemm parir xjentifiku disponibbli u bl-għan li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni għall-istokk fl-ilmijiet internazzjonali jinżammu f’livell storiku.

    (9)

    Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2024, il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana (NPFC) emendat il-miżuri għall-kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC u, għall-ewwel darba, stabbiliet limiti ta’ qbid għal dak l-istokk disponibbli għall-Partijiet Kontraenti kollha tal-NPFC, inkluż l-Unjoni, għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża rispettivament, għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2025. Barra minn hekk, l-NPFC stabbiliet ammont addizzjonali ta’ dak l-istokk għall-Unjoni għal dak l-istess perjodu. Hija stabbiliet ukoll limiti tal-isforz assoċjati. Barra minn hekk, l-NPFC stabbiliet miżuri funzjonalment marbuta ma’ dawk il-limiti ta’ qbid u ma’ dak l-ammont addizzjonali, li mingħajrhom: (i) dawk il-limiti ta’ qbid għall-Partijiet Kontraenti kollha tal-NPFC ma setgħux jiġu stabbiliti; u (ii) l-opportunitajiet tas-sajd għall-kavall għajnejh kbar fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC ikollhom jitnaqqsu biex jiġu protetti l-ispeċijiet mhux fil-mira. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd u l-miżuri funzjonalment marbuta jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Fir-rigward tal-limiti ta’ qbid u l-ammont addizzjonali għall-Unjoni, peress li fil-passat l-Istati Membri ma stadux għal dak l-istokk, dawk l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ lijiġu allokati fil-livell tal-Unjoni.

    (10)

    Ir-Regolament (UE) 2024/897 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), fost oħrajn, jemenda l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) billi jdaħħal dispożizzjoni ġdida li tipprojbixxi lill-bastimenti tal-Unjoni milli jagħmlu ħsara lill-pixxitondu li jinqabad fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta’ 5oN, u jirrikjedi li l-bastimenti tal-Unjoni jirrilaxxaw minnufih dan il-pixxitondu fil-baħar, filwaqt li tagħti kunsiderazzjoni xierqa lis-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ. Sabiex jiġu evitati dispożizzjonijiet simili dwar l-istess suġġett, huwa xieraq li jitħassar l-Artikolu 27(6) tar-Regolament (UE) 2024/257.

    (11)

    L-Artikoli 32 u 34 sa 36 tar-Regolament (UE) 2017/2107 diġà jipprojbixxu lill-bastimenti tal-Unjoni milli jżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe parti jew karkassa sħiħa ta’ pixxivolpi għajnhom kbira (Alopias superciliosus), klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi (Carcharhinus longimanus), kurazzi tal-familja Sphyrnidae u klieb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis), li jinqabdu b’rabta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, u jirrikjedu rilaxx minnufih ta’ eżemplari li ma tkunx saritilhom ħsara lura fil-baħar. Sabiex jiġu evitati dispożizzjonijiet simili dwar l-istess suġġett, huwa xieraq li jitħassar l-Artikolu 27(1) u (3) sa (5) tar-Regolament (UE) 2024/257.

    (12)

    Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni pjanijiet annwali riveduti dwar is-sajd u dwar il-ġestjoni tal-kapaċità b’talbiet biex jittrasferixxu 5 % tal-kwota annwali tagħhom tat-tonna (Thunnus thynnus) fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45oW, u fil-Mediterran mill-2023 sal-2024. Abbażi ta’ dawk il-pjanijiet, fit-23 ta’ Mejju 2024 il-Kummissjoni ppreżentat lis-Segretarjat tal-ICCAT pjan annwali rivedut tal-Unjoni għall-2024 għall-approvazzjoni mill-ICCAT. Fl-24 ta’ Mejju 2024, l-ICCAT approvat dak il-pjan. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-pjan annwali rivedut tal-Unjoni approvat mill-ICCAT, jenħtieġ li t-TAC għat-tonna fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45oW, u fil-Mediterran għall-2024 tiġi emendata skont dan.

    (13)

    Skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) 2023/2053, ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni pjanijiet riveduti ta’ ġestjoni tat-trobbija tal-ħut għat-tonna fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT. Abbażi ta’ dawk il-pjanijiet riveduti, fit-23 ta’ Mejju 2024 il-Kummissjoni ppreżentat lis-Segretarjat tal-ICCAT pjan annwali rivedut tal-Unjoni għall-2024 għall-approvazzjoni mill-ICCAT. Fl-24 ta’ Mejju 2024, l-ICCAT approvat dak il-pjan. Għalhekk, jenħtieġ li l-input u l-kapaċità massimi tat-trobbija tal-Unjoni jiġu emendati f’konformità ma’ dak il-pjan. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jħejju u jippreżentaw il-pjanijiet ta’ ġestjoni tat-trobbija tagħhom għas-snin li ġejjin skont l-Artikolu 15(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2023/2053.

    (14)

    L-Artikolu 20(1) u ċerti tabelli tat-TAC fl-Annessi IA, il-Parti B, u IK tar-Regolament (UE) 2024/257, u l-Artikolu 18(1) u l-Anness IA, il-Parti D, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (8) fihom ċerti żbalji fir-rigward tal-livelli tal-opportunitajiet tas-sajd, l-ispeċijiet, iż-żoni ta’ applikazzjoni u l-kodiċijiet ta’ rappurtar. Għaldaqstant, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu kkoreġuti skont il-każ.

    (15)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2023/194 u (UE) 2024/257 jiġu emendati skont il-każ.

    (16)

    Ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jemendaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2024/257 dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-pixxisinna (Dissostichus spp.) fiż-żona tal-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (SIOFA) jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2023, f’konformità mal-perjodu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet emendati. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jemendaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2023/194 u (UE) 2024/257 dwar: (i) il-pollakkju fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES; (ii) it-tonna fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45 oW, u fil-Mediterran; u (iii) dispożizzjonijiet oħra soġġetti għal korrezzjonijiet ta’ żbalji, jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024, f’konformità mal-perjodu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji ta’ ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-livell jew iż-żona ta’ applikazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jew tal-limiti tat-trobbija tal-ħut jiżdiedu.

    (17)

    Minħabba l-urġenza biex jiġu evitati interruzzjonijiet fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (UE) 2024/257

    Ir-Regolament (UE) 2024/257 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1(2), jiżdied il-punt li ġej:

    “(d)

    opportunitajiet tas-sajd għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2025 fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana (NPFC).”

    ;

    (2)

    fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(ra)

    ‘Iż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC’ tfisser iż-żona ġeografika ddefinita fil-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (*1).

    (*1)   ĠU L 55, 28.2.2022, p. 14. L-Unjoni aderixxiet mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/314 tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (ĠU L 55, 28.2.2022, p. 12);”;"

    (3)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 12a

    Miżuri dwar il-pollakkju fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES

    Daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 42 cm għandu japplika għall-qabdiet tal-pollakkju fid-diviżjonijiet tal-ICES 8a, 8b, 8d u 8e.”

    ;

    (4)

    fl-Artikolu 20(1), jitħassru l-punti (c) sa (f);

    (5)

    L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 27

    Klieb il-baħar

    Minbarra l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 sa 36 tar-Regolament 2017/2107, għandu jkun ipprojbit ukoll l-involviment f’sajd dirett għall-ispeċijiet ta’ pixxivolpi tal-ġeneru Alopias.”

    ;

    (6)

    tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

    “TAQSIMA 11A

    ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-NPFC

    Artikolu 48a

    Sajd għall-kavall għajnejh kbar

    1.   Għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC, l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jibagħtu d-data aggregata li ġejja lill-Kummissjoni sad-dati li ġejjin:

    (a)

    il-qabdiet ta’ kull xahar taħt il-limiti ta’ qbid għall-kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) għall-Partijiet Kontraenti kollha tal-NPFC għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża rispettivament, kif stabbilit fl-Anness IM, meta l-użu ta’ dawk il-limiti ta’ qbid ikun inqas minn 60 %, sas-sebgħa jum tax-xahar ta’ wara; u

    (b)

    il-qabdiet ta’ kull ġimgħa tal-kavall għajnejh kbar taħt dawk il-limiti ta’ qbid meta l-użu ta’ dawk il-limiti ta’ qbid ikun ogħla minn 60 % u inqas minn 95 %, sa nhar it-Tlieta tal-ġimgħa ta’ wara.

    Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tibgħat minnufih dik l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-NPFC.

    2.   Fi żmien jumejn mid-data tal-ħruġ tan-notifiki tas-Segretarju Eżekuttiv tal-NPFC li l-użu ta’ dawk il-limiti ta’ qbid ikun laħaq il-95 %, il-Kummissjoni għandha tagħlaq is-sajd taħt dawk il-limiti ta’ qbid.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tibgħat l-qabdiet annwali tal-kavall għajnejh kbar fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC lis-Segretarju Eżekuttiv tal-NPFC sal-aħħar ta’ Frar tas-sena ta’ wara.

    4.   Dan l-Artikolu għandu japplika flimkien mal-obbligi ta’ rappurtar dwar l-opportunitajiet tas-sajd stipulati fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (*2).

    Artikolu 48b

    Protezzjoni tal-klieb il-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC

    1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC ma għandhomx jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art klieb il-baħar fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC.

    2.   Meta jinqabdu aċċidentalment, l-eżemplari tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jinħelsu immedjatament.

    Artikolu 48c

    Protezzjoni ta’ ħut anadromu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC

    1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC ma għandhomx jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art is-salamun keta (Oncorhynchus keta), is-salamun fiddien (Oncorhynchus kisutch), is-salamun roża (Oncorhynchus gorbuscha), is-salamun aħmar (Oncorhynchus nerka), is-salamun iswed (Oncorhynchus tshawytscha), is-salamun Ġappuniż (Oncorhynchus masou) u t-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss).

    2.   Meta jinqabdu aċċidentalment, l-eżemplari tal-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jinħelsu immedjatament.

    (*2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).”;"

    (7)

    fl-Artikolu 55(1), jitħassar il-punt (d);

    (8)

    fl-Artikolu 59, it-tielet paragrafu huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (a):

    “(aa)

    L-Artikolu 12a għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 jew sad-data li fiha jsir applikabbli att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1241 u li jemenda l-Anness VII, il-Parti A, ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tad-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għall-pollakkju fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES, skont liema tiġi l-ewwel;”

    ;

    (b)

    il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (g):

    “(ga)

    It-Taqsima 11a għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2025 jew sad-data li fiha jsir applikabbli Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku, skont liema tiġi l-ewwel;”

    ;

    (c)

    il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (j):

    “(ja)

    L-Annessi IM u Xa għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2025;”

    ;

    (9)

    L-Annessi IA, IB, ID, IK u VI huma emendati f’konformità mal-Anness I, parti I ta’ dan ir-Regolament;

    (10)

    L-Annessi IM u XA jiddaħħlu f’konformità mal-Anness I, il-partijiet II u III, ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament (UE) 2023/194

    Ir-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 18(1), il-punt (p) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(p)

    l-ispeċijiet tal-baħar fond elenkati fl-Anness IA, il-Parti D, fl-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni tal-ICES: 1; 2, għajr l-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a; 5 sa 10; 12 u 14, u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 tas-CECAF. Barra minn hekk, fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a u tas-subżona 4 tal-ICES, fejn speċifikat f’dak l-Anness.”

    ;

    (2)

    fl-Artikolu 55(1), il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(k)

    klieb il-baħar tal-fond elenkati fl-Anness IA, il-Parti D, fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’: is-subżoni 6 sa 10 tal-ICES; u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 tas-CECAF. Barra minn hekk, fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES, fejn speċifikat f’dak l-Anness.”

    ;

    (3)

    L-Anness IA huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2023. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. LAHBIB


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).

    (2)   “Speċi bi kwota limitanti” hija speċi b’nuqqas ta’ kwota li tista’ twassal biex bastiment tas-sajd wieħed jew aktar jieqfu mis-sajd anke jekk ikun għad fadlilhom kwota għal speċijiet oħra.

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1).

    (4)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2024/897 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2107 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u r-Regolament (UE) 2023/2053 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (ĠU L, 2024/897, 19.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/897/oj).

    (6)  Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).


    ANNESS I

    I.

    L-Annessi IA, IB, ID, IK u VI tar-Regolament (UE) 2024/257 huma emendati kif ġej:

    (1)

    fl-Anness IA, il-Parti A, it-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    2

    Speċi:

    Inċova

    Żona:

    9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni 34.1.1 tas-CECAF

    Engraulis encrasicolus

    (ANE/9/3411)

    Spanja

    2 390

     (1)

    TAC analitika

    Il-Portugall

    2 607

     (1)

     

    L-Unjoni

    4 997

     (1)

     

    TAC

    4 997

     (1)

     

    “;

    (2)

    fl-Anness IA, il-Parti A, it-Tabella 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    17

    Speċi:

    Pollakkju

    Żona:

    8a, 8b, 8d u 8e

    Pollachius pollachius

    (POL/8ABDE.)

    Spanja

    163

     (2)

    TAC analitika

    Franza

    796

     (2)

     

    L-Unjoni

    959

     (2)

     

    TAC

    959

     (2)

     

    “;

    (3)

    fl-Anness IA, il-Parti B, it-Tabella 77 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    77

    Speċi:

    Gamblu tat-Tramuntana

    Żona:

    3a

    Pandalus borealis

    (PRA/03A.)

    Id-Danimarka

    1 107

     (3)

    TAC analitika

    L-Iżvezja

    596

     (3)

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Unjoni

    1 703

     (3)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    TAC

    3 190

     (3)

     

    “;

    (4)

    fl-Anness IA, il-Parti B, it-Tabella 103 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    103

    Speċi:

    Kavall

    Żona:

    3a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni ta’ 2a, 3b, 3c, 3d u 4; l-ilmijiet Norveġiżi ta’ 2a u 4a

    Scomber scombrus

    (MAC/2A34-N.)

    Il-Belġju

    476

     (4)  (5)

    TAC analitika

    Id-Danimarka

    27 882

     (4)  (5)  (7)

    Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament

    Il-Ġermanja

    496

     (4)  (5)

     

    Franza

    1 498

     (4)  (5)

     

    In-Netherlands

    1 508

     (4)  (5)

     

    L-Iżvezja

    4 569

     (4)  (5)  (6)

     

    L-Unjoni

    36 429

     (4)  (5)

     

    TAC

    739 386

     

     

    “;

    (5)

    fl-Anness IA, il-Parti B, it-Tabella 108 tinbidel b’dan li ġej:

    Tabella

    108

    Speċi:

    Lingwata komuni

    Żona:

    7a

    Solea solea

    (SOL/07A.)

    Il-Belġju

    280

     

    TAC analitika

    Franza

    4

     

     

    L-Irlanda

    95

     

     

    In-Netherlands

    89

     

     

    L-Unjoni

    468

     

     

    Ir-Renju Unit

    145

     

     

    TAC

    625

     

     

    “;

    (6)

    fl-Anness IA, il-Parti B, it-Tabella 113 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    113

    Speċi:

    Laċċa kaħla u l-qabdiet aċċessorji assoċjati

    Żona:

    3a

    Sprattus sprattus

    (SPR/03A.)

    Id-Danimarka

    9 236

     (8)  (9)  (10)

    TAC analitika

    Il-Ġermanja

    19

     (8)  (9)  (10)

     

    L-Iżvezja

    3 495

     (8)  (9)  (10)

     

    L-Unjoni

    12 750

     (8)  (9)  (10)

     

    TAC

    13 784

     (9)

     

    “;

    (7)

    Fl-Anness IA, il-Parti B, it-Tabella 114 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    114

    Speċi:

    Laċċa kaħla u l-qabdiet aċċessorji assoċjati

    Żona:

    L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni ta’ 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit ta’ 2a

    Sprattus sprattus

    (SPR/2AC4-C)

    Il-Belġju

    696

     (11)  (12)

    TAC analitika

    Id-Danimarka

    55 072

     (11)  (12)

     

    Il-Ġermanja

    696

     (11)  (12)

     

    Franza

    696

     (11)  (12)

     

    In-Netherlands

    696

     (11)  (12)

     

    L-Iżvezja

    1 330

     (11)  (12)  (13)

     

    L-Unjoni

    59 186

     (11)  (12)

     

    In-Norveġja

    0

     (11)

     

    Il-Gżejjer Faeroe

    0

     (11)  (14)

     

    Ir-Renju Unit

    2 351

     (11)

     

    TAC

    61 537

     (11)

     

    “;

    (8)

    fl-Anness IA, il-Parti B, it-Tabella 115 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    115

    Speċi:

    Laċċa kaħla

    Żona:

    7d u 7e

    Sprattus sprattus

    (SPR/7DE.)

    Il-Belġju

    9

     (15)

    TAC analitika

    Id-Danimarka

    620

     (15)

     

    Il-Ġermanja

    9

     (15)

     

    Franza

    134

     (15)

     

    In-Netherlands

    134

     (15)

     

    L-Unjoni

    906

     (15)

     

    Ir-Renju Unit

    4344

     (15)

     

    TAC

    5250

     (15)

     

    “;

    (9)

    fl-Anness IA, il-Parti B, it-Tabella 123 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    123

    Speċi:

    Ħut industrijali

    Żona:

    L-ilmijiet Norveġiżi ta’ 4

     

    (I/F/04-N.)

    L-Iżvezja

    800

     (16)  (17)

    TAC prekawzjonarja

    L-Unjoni

    800

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

     

    “;

    (10)

    fl-Anness IB, Tabella 13 hija ssostitwita f’dan li ġej:

    Tabella

    13

    Speċi:

    Gamblu tat-Tramuntana

    Żona:

    L-ilmijiet ta’ Greenland ta’ 5 u 14

    Pandalus borealis

    (PRA/514GRN)

    Id-Danimarka

    1 725

     

    TAC analitika

    Franza

    1 725

     

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    L-Unjoni

    3 450

     

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    In-Norveġja

    1 700

     

     

    Il-Gżejjer Faeroe

    0

     

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

     

    ‘;

    (11)

    fl-Anness IB, it-Tabella 23 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    23

    Speċi:

    Redfish

    Żona:

    L-ilmijiet internazzjonali ta’ 1 u 2

    Sebastes spp.

    (RED/1/2INT)

    L-Unjoni

    6 000

     (18)

    TAC analitika

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    “;

    (12)

    fl-Anness ID, it-Tabella 12 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella

    12

    Speċi:

    Tonn

    Żona:

    L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45o W, u l-Mediterran

    Thunnus thynnus

    (BFT/AE45WM)

    Ċipru

    188,48

     (22)

    TAC analitika

    Il-Greċja

    357,49

     

    L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Spanja

    6 904,70

     (20)  (22)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    Franza

    6 807,40

     (20)  (21)  (22)

     

    Il-Kroazja

    1 101,24

     (24)

     

    L-Italja

    5 440,04

     (22)  (23)

     

    Malta

    438,06

     (22)

     

    Il-Portugall

    643,03

     

     

    Stati Membri oħrajn

    79,60

     (19)

     

    L-Unjoni

    21 960,05

     (20)  (21)  (22)  (23)

     

    TAC

    40 570,00

     (19)

     

    “;

    (13)

    fl-Anness IK, it-Tabella 1, in-nota 1 f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

    (1)

    Żona kkonfinata:

    fin-Nofsinhar, mil-latitudni 36o00’S,

    fil-Lvant, mil-lonġitudni 49o00’E,

    fil-Punent, mil-lonġitudni 40o00’E,

    fit-Tramuntana, miż-żoni ekonomiċi esklużivi tal-madwar.

    “;

    (14)

    fl-Anness IK, it-Tabella 2, in-nota 1 f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

    (1)

    Żona kkonfinata:

    fit-Tramuntana, mil-latitudni 44o00’S mill-Punent 44o09’E u mil-latitudni 43o30’S mil-Lvant 44o09’E,

    fin-Nofsinhar, mil-latitudni 45o00’S,

    fil-Punent u l-Lvant, miż-żoni ekonomiċi esklużivi kontigwi.

    “;

    (15)

    fl-Anness IK, it-Tabella 3, in-nota 1 f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

    (1)

    Żona kkonfinata mill-koordinati li ġejjin:

    Punt

    Latitudni

    Lonġitudni

    1

    52o50’00’’S

    80o00’00’’E

    2

    55o50’00’’S

    80o00’00’’E

    3

    55o50’00’’S

    85o00’00’’E

    4

    52o50’00’’S

    85o00’00’’E

    “;

    (16)

    fl-Anness VI, il-punt 4, huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.

    Għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

    Tabella A

     

    Għadd ta’ bastimenti tas-sajd (25)

     

    Il-Greċja (26)

    Spanja

    Franza

    Il-Kroazja

    L-Italja

    Ċipru (27)

    Malta (28)

    Il-Portugall

    Bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża (29)

    0

    7

    22

    18

    21

    1

    2

    0

    Bastimenti tas-sajd bil-konz

    0

    38

    23

    0

    40

    17

    63

    0

    Dgħajjes tas-sajd bil-lixka

    0

    66

    8

    0

    0

    0

    0

    0

    Xlief

    0

    1

    47

    24

    0

    0

    0

    0

    Bastimenti tat-tkarkir

    0

    0

    56

    0

    0

    0

    0

    0

    Bastimenti kostali fuq skala żgħira

    64

    696

    89

    20

    0

    0

    0

    0

    Dgħajjes oħra tas-sajd artiġjanali (30)

    41

    0

    60

    0

    142

    0

    240

    76

    “;

    (17)

    fl-Anness VI, il-punt 6, huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.

    Il-kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-input massimu tat-tonn maqbud fis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

    Tabella A

    Kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn

     

    Għadd ta’ farms

    Kapaċità (f’tunnellati)

    Il-Greċja

    0

    0

    Spanja

    6

    14 752,70

    Il-Kroazja

    4

    7 092,00

    L-Italja

    2

    1 160,00

    Ċipru

    0

    0

    Malta

    5

    17 213,00

    Il-Portugall

    2

    740,00


    Tabella B

    Ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ (f’tunnellati)

    Il-Greċja

    0

    Spanja

    8 744,10

    Il-Kroazja

    2 945,60

    L-Italja

    610,00

    Ċipru

    0

    Malta

    12 295,00

    Il-Portugall

    517,00

    “.

    II

    L-Anness li ġej jiddaħħal wara l-Anness IL:

    “ANNESS IM

    ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-NPFC

    Tabella

    1

    Speċi:

    Kavall għajnejh kbar

    (Scomber japonicus)

    Żona:

    żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC

    L-Unjoni

    6 000

     (32)  (33)  (34)

    TAC prekawzjonarja

    Il-Partijiet Kontraenti tal-NPFC, inkluża l-Unjoni

    94 000

     (31)  (32)  (33)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

    TAC

    Mhux rilevanti

     

     

    “.

    III.

    L-Anness li ġej jiddaħħal wara l-Anness X:

    “ANNESS Xa

    ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-NPFC

    L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jwettqu sajd tal-qiegħ fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC:

    L-Unjoni

    0

    “.


    (1)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Settembru 2024.

    (2)  Li minnha sa 500 tunnellata jistgħu jinqabdu f’sajd dirett. L-459 tunnellata li jifdal jistgħu jinqabdu esklużivament bħala qabdiet aċċessorji, li għandhom jiġu rrappurtati separatament (POL/* 8ABDE-BC) u mhu permess l-ebda sajd dirett. Għall-500 tunnellata metrika, għandu japplika dan li ġej:

    Spanja

    85

    Franza

    415

    L-Unjoni

    500

    (3)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

    (4)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ dawk il-kwoti, ma jistgħux jinqabdu kwantitajiet akbar minn dawk mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

     

    3a

    (MAC/*03A.)

    L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni ta’ 3a, 4b u 4c

    (MAC/*3A4BC)

    4b

    (MAC/*04B.)

    4c

    (MAC/*04C.)

    l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali ta’ 2a, 5b, 6, 7, 8d, 8e, 12 u 14

    (MAC/*2AX14)

    Il-Belġju

    0

    0

    0

    0

    286

    Id-Danimarka

    0

    4 130

    0

    0

    9 774

    Il-Ġermanja

    0

    0

    0

    0

    298

    Franza

    0

    490

    0

    0

    899

    In-Netherlands

    0

    490

    0

    0

    905

    L-Iżvezja

    0

    0

    390

    10

    2 741

    L-Unjoni

    0

    5 110

    390

    10

    14 903

    (5)  Fil-limiti ta’ dawk il-kwoti, u bi qbil mal-Istat kostali rilevanti, ma jistgħux jinqabdu kwantitajiet akbar minn dawk mogħtija hawn taħt fiż-żewġ żoni li ġejjin:

     

    l-ilmijiet Norveġiżi ta’ 2a u 4a (MAC/*02A4AN-)

    l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (MAC/*FRO1)

    Il-Belġju

    0

    Għadha trid tiġi stabbilita

    Id-Danimarka

    0

    Għadha trid tiġi stabbilita

    Il-Ġermanja

    0

    Għadha trid tiġi stabbilita

    Franza

    0

    Għadha trid tiġi stabbilita

    In-Netherlands

    0

    Għadha trid tiġi stabbilita

    L-Iżvezja

    0

    Għadha trid tiġi stabbilita

    L-Unjoni

    0

    Għadha trid tiġi stabbilita

    (6)  Kundizzjoni speċjali: inkluż dan it-tunnellaġġ li jrid jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a (MAC/*2A4AN):

    322

    Meta jkun qed isir sajd taħt din il-kundizzjoni speċjali: il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju iswed għandhom jinqatgħu mill-kwoti għal dawk l-ispeċijiet.

    (7)  Fil-limiti ta’ din il-kwota, id-Danimarka tagħmel it-trasferimenti li ġejjin biex jinqabdu fl-ilmijiet tar-Renju Unit u f’dawk tal-Unjoni taż-żoni 6, 7, 8d; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8a, 8b u 8e; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14; u l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali taż-żoni 2a u 5b (MAC/*2A14):

    Il-Ġermanja

    531

    Spanja

    1

    L-Estonja

    4

    Franza

    354

    L-Irlanda

    1 769

    Il-Latvja

    3

    Il-Litwanja

    3

    In-Netherlands

    774

    Il-Polonja

    37

    (8)  Sa 5 % tal-kwota tista’ tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda (OTH/*3A.). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-merluzz tal-linja sewda li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

    (9)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

    (10)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota lejn l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4. Madankollu, il-Kummissjoni u r-Renju Unit għandhom ikun mgħarrfa minn qabel bit-tali trasferimenti.

    (11)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

    (12)  Sa 2 % tal-kwota tista’ tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

    (13)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

    (14)  Din jista’ jkun fiha sa 4 % ta’ qabdiet aċċessorji tal-aringa.

    (15)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

    (16)  Il-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju iswed għandhom jinqatgħu mill-kwoti għal dawk l-ispeċijiet.

    (17)  Kundizzjoni speċjali: li minnha ma tistax tinqabad kwantità akbar minn dik li ġejja ta’ sawrell (JAX/*04-N.):

    400

    (18)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru. Il-bastimenti tas-sajd għandhom jillimitaw il-qabdiet aċċessorji tagħhom tar-redfish f’attivitajiet tas-sajd oħrajn għal massimu ta’ 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord.

    (19)  Minbarra Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Malta u l-Portugall, u bħala qabdiet aċċessorji biss. Il-qabdiet li għandhom jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrapportati separatament (BFT/AE45WM_AMS).

    (20)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid li ġejjin u l-allokazzjoni li ġejja fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness VI (BFT/*8301):

    Spanja

    1 049,60

    Franza

    487,60

    L-Unjoni

    1 537,20

    (21)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid li ġejjin u l-allokazzjoni li ġejja fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonn li jkun jiżen tal-inqas 6.4 kg jew li jkun twil tal-inqas 70 cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness VI (BFT/*641):

    Franza

    100,00

    L-Unjoni

    100,00

    (22)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid li ġejjin u l-allokazzjoni li ġejja fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness VI (BFT/*8302):

    Spanja

    138,09

    Franza

    136,15

    L-Italja

    108,80

    Ċipru

    3,77

    Malta

    8,76

    L-Unjoni

    395,57

    (23)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw il-limiti ta’ qbid li ġejjin u l-allokazzjoni li ġejja fost l-Istati Membri għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm li jsiru mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness VI (BFT/*643):

    L-Italja

    108,80

    L-Unjoni

    108,80

    (24)  Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ din it-TAC, għandhom japplikaw dawn il-limiti tal-qbid u dawn l-allokazzjonijiet bejn l-Istati Membri għal qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm mill-bastimenti msemmija fil-punt 3 tal-Anness VI għall-finijiet ta’ trobbija tal-ħut (BFT/*8303F):

    Il-Kroazja

    991,12

    L-Unjoni

    991,12

    (25)  In-numri f’din it-tabella jistgħu jiżdiedu aktar, dment li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

    (26)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta’ daqs medju ġie sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz, jew minn bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża żgħir u tliet bastimenti oħra tas-sajd artiġjanali.

    (27)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz, jew minn bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża żgħir u mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konz.

    (28)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

    (29)  L-għadd individwali ta’ bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża f’din it-tabella huwa r-riżultat ta’ trasferimenti bejn l-Istati Membri u ma jikkostitwixxix drittijiet storiċi għall-futur.

    (30)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b’iżjed minn irkaptu wieħed (konz, xlief, xlief bir-rixa).

    (31)  Kundizzjoni speċjali: Skont dan il-limitu ma jistgħux jinqabdu kwantitajiet akbar minn dawk mogħtija hawn taħt mill-bastimenti li ġejjin:

    Bastiment tat-tkarkir*

    (MAS/NPFC-TR)

    Bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża*

    (MAS/NPFC-PS)

    14 000

    80 000

    *

    Is-sajd taħt dawk il-limiti tal-qbid ser jingħalaq mill-Partijiet Kontraenti tal-NPFC, inkluż għall-Unjoni mill-Kummissjoni, fi żmien jumejn mid-data tal-ħruġ tal-avviż tas-Segretarju Eżekuttiv tal-NPFC li l-użu ta’ dawk il-limiti tal-qbid ikun laħaq il-95 %.

    (32)  Bastiment tat-tkarkir wieħed biss li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru għandu jkun awtorizzat jistad għall-kavall għajnejh kbar fi kwalunkwe ħin. Dak japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd futuri mill-Unjoni fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-NPFC, b’mod partikolari lill-Istat Membru awtorizzat li jistad fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-31 ta’ Mejju 2025.

    (33)  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 10 000 ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għall-kavall għajnejh kbar.

    (34)  Il-qabdiet minn din il-kwota għandhom jiġu rrapportati separatament (MAS/NPFC-EU).


    ANNESS II

    l-Anness IA għar-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:

    Il-Parti D, tinbidel b’dan li ġej:

    “PARTI D

    Speċijiet tal-baħar fond

    (1)   Klieb il-baħar tal-fond

    Isem xjentifiku

    Kodiċi Alfa-3

    Isem komuni

    Apristurus spp.

    API

    Gattarelli tal-fond

    Centrophorus spp (1).

    CWO

    Żagħrun

    Centroscyllium fabricii

    CFB

    Mazzola sewda

    Centroscymnus coelolepis  (2)

    CYO

    Mazzola Portugiża

    Centroscymnus crepidater

    CYP

    Mazzola bellusija mneħirha twil

    Chlamydoselachus anguineus

    HXC

    Kelb il-baħar tal-frilli

    Dalatias licha  (3)

    SCK

    Murruna sewda

    Deania calcea  (4)

    DCA

    Mazzola munqar l-għasfur

    Etmopterus princeps

    ETR

    Mazzola tal-fanal maġġuri

    Etmopterus spinax

    ETX

    Mazzola tal-fanal

    Galeus melastomus

    SHO

    Gattarell ħalqu iswed

    Galeus murinus

    GAM

    Gattarell ġurdien

    Hexanchus griseus

    SBL

    Murruna ta’ sitt garġi

    Oxynotus paradoxus

    OXN

    Pixxiporku tal-Atlantiku (Sharpback shark)

    Scymnodon ringens

    SYR

    Mazzola snienha tas-skieken

    Somniosus microcephalus

    GSK

    Kelb il-baħar ta’ Greenland

    (2)   Raja tal-baħar fond (Rajiformes)

    Isem xjentifiku

    Kodiċi Alfa-3

    Isem komuni

    Raja fyllae

    RJY

    Rebekkin tond

    Raja hyperborea

    RJG

    Rebekkin tal-Artiku

    Raja nidarosiensis

    JAD

    Raja tan-Norveġja

    (3)    Chimaeras tal-fond

    Isem xjentifiku

    Kodiċi Alfa-3

    Isem komuni

    Chimaera monstrosa

    CMO

    Fenek tal-baħar

    Chimaera opalescens

    WCH

    Kimera opal

    Harriotta haeckeli

    HCH

    Smallspine spookfish

    Harriotta raleighana

    HCR

    Kimera mneħirha dejjaq

    Hydrolagus affinis

    CYA

    Fenek tal-baħar b’għajnejh żgħar

    Hydrolagus lusitanicus

    KXA

    Fenek tal-baħar Portugiż

    Hydrolagus mirabilis

    CYH

    Fenek tal-baħar b’għajnejh kbar (ratfish)

    Hydrolagus pallidus

    CYZ

    Kimera pallida

    Rhinochimaera atlantica

    RCT

    Fenek tal-baħar Atlantiku


    (1)  Għandu japplika wkoll għall-leafscale gulper shark (Centrophorus squamosus) fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a u tas-subżona 4 tal-ICES.

    (2)  Għandu japplika wkoll fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a u tas-subżona 4 tal-ICES.

    (3)  Għandu japplika wkoll fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a u tas-subżona 4 tal-ICES.

    (4)  Għandu japplika wkoll fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a u tas-subżona 4 tal-ICES.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1856/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top