EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1624

Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

PE/36/2024/REV/1

ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1624

19.6.2024

REGOLAMENT (UE) 2024/1624 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta’ Mejju 2024

dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tikkostitwixxi l-istrument legali ewlieni fil-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Dik id-Direttiva tistipula qafas legali komprensiv, li d-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) kompliet issaħħaħ billi indirizzat ir-riskji emerġenti ta’ ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu u żiedet it-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja. Minkejja l-kisbiet taħt dak il-qafas legali, l-esperjenza wriet li jenħtieġ li jiġi introdott aktar titjib sabiex jittaffew b’mod adegwat ir-riskji ta’ ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu u sabiex jiġu identifikati b’mod effettiv tentattivi kriminali ta’ użu ħażin tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għal finijiet kriminali.

(2)

L-isfida ewlenija identifikata fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 li jistabbilixxu l-obbligi għall- entitajiet marbutin b’obbligu, hija n-nuqqas ta’ applikabbiltà diretta tar-regoli stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet u approċċ frammentat skont il-linji nazzjonali. Għalkemm dawk ir-regoli kienu jeżistu u evolvew tul tliet deċennji, dawn għadhom implimentati b’mod li ma huwiex konsistenti bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ suq intern integrat. Għalhekk, huwa neċessarju li r-regoli dwar kwistjonijiet attwalment koperti fid-Direttiva (UE) 2015/849 li jistgħu jkunu direttament applikabbli mill-entitajiet marbutin b’obbligu kkonċernati jiġu indirizzati f’Regolament sabiex tinkiseb l-uniformità mixtieqa tal-applikazzjoni.

(3)

Dan l-istrument il-ġdid huwa parti minn pakkett komprensiv li għandu l-għan li jsaħħaħ il-qafas tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“AML/CFT”). Flimkien, dan ir-Regolament, id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament (UE) 2023/1113 (7) u (UE) 2024/1620 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ser jifformaw il-qafas legali li jirregola r-rekwiżiti dwar l-AML/CFT li għandhom jiġu ssodisfati mill-entitajiet marbutin b’obbligu u li huma l-bażi tal-qafas istituzzjonali AML/CFT tal-Unjoni, inkluż l-istabbiliment ta’ Awtorità għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“AMLA”).

(4)

Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ta’ spiss jitwettqu f’kuntest internazzjonali. Miżuri adottati biss fil-livell tal-Unjoni, mingħajr ma jittieħed kont tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri adottati mill-Unjoni f’dak il-qasam ikunu kompatibbli ma’ azzjonijiet oħrajn imwettqin f’fora internazzjonali, u tal-anqas strinġenti daqshom. Jenħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF), u ta’ strumenti ta’ korpi internazzjonali oħrajn attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-att leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni, fejn xieraq, ikunu allinjati mal-Istandards Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni adottati mill-FATF fi Frar 2012 (ir-“Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF”) u mal-emendi sussegwenti għal dawn l-istandards.

(5)

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-iżviluppi reċenti fil-qafas tad-dritt penali tal-Unjoni kkontribwew għat-tisħiħ tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tagħha u l-finanzjament tat-terroriżmu. Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) wasslet għal fehim komuni dwar ir-reat tal-ħasil tal-flus u r-reati predikati tiegħu. Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) iddefiniet ir-reati finanzjarji li jaffettwaw l-interess finanzjarju tal-Unjoni, li jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala reati predikati għall-ħasil tal-flus. Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) kisbet fehim komuni tar-reat ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Peress li dawk il-kunċetti issa huma ċċarati fid-dritt penali tal-Unjoni, ma għaduxneċessarju li r-regoli tal-Unjoni dwar l-AML/CFT jiddefinixxu l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Minflok, jenħtieġ li l-qafas AML/CFT tal-Unjoni jkun kompletament koerenti mal-qafas tad-dritt penali tal-Unjoni.

(6)

L-armonizzazzjoni fil-qasam rilevanti tad-dritt penali tippermetti approċċ b’saħħtu u koerenti fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u r-reati predikati tiegħu, inkluż il-korruzzjoni. Fl-istess ħin, approċċ bħal dan jiżgura li l-Istati Membri li adottaw approċċ usa’ għad-definizzjoni ta’ attivitajiet kriminali li jikkostitwixxu reati predikati għall-ħasil tal-flus ikunu jistgħu jkomplu japplikaw tali approċċ . Għal dik ir-raġuni, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/1673, jenħtieġ li kwalunkwe tip ta’ involviment punibbli fit-twettiq ta’ reat predikat għall-ħasil tal-flus kif kriminalizzat f’konformità mad-dritt nazzjonali jitqies ukoll bħala attività kriminali għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva u ta’ dan ir-Regolament.

(7)

It-teknoloġija tkompli tevolvi, toffri opportunitajiet lis-settur privat sabiex jiżviluppa prodotti u sistemi ġodda għall-iskambju ta’ fondi jew ta’ valur. Filwaqt li dan huwa fenomenu pożittiv, jista’ jiġġenera riskji ġodda ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, peress li l-kriminali kontinwament jimmaniġjaw sabiex isibu modi kif jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet sabiex jaħbu u jmexxu fondi illeċiti madwar id-dinja. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv huma esposti għall-użu ħażin ta’ kanali ġodda għall-moviment ta’ flus illeċiti u huma f’pożizzjoni tajba sabiex jidentifikaw tali movimenti u jtaffu r-riskji. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jiġi estiż sabiex ikopri tali entitajiet, f’konformità malistandards tal-FATF fir-rigward tal-kriptoassi. Fl-istess ħin, l-avvanzi fl-innovazzjoni, bħall-iżvilupp tal-metavers, jipprovdu opportunitajiet ġodda għat-twettiq ta’ reati u għall-ħasil tar-rikavat tagħhom. Għalhekk huwa importanti li tiġi eżerċitata viġilanza fir-rigward tar-riskji assoċjati mal-forniment ta’ prodotti jew servizzi innovattivi, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali, jew fil-livell tal-entitajiet marbutin b’obbligu.

(8)

L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn dan ir-Regolament għandhom rwol kruċjali bħala gwardjani tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bl-għan li jipprevjenu lill-kriminali milli jaħslu r-rikavat mill-attivitajiet illegali tagħhom jew milli jiffinanzjaw it-terroriżmu. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll miżuri sabiex jittaffa kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

(9)

Id-definizzjoni ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tkopri firxa wiesgħa ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibdew jew iwettqu l-attività ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni. Xi intermedjarji tal-assigurazzjoni jistgħu jibdew attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-impriżi jew l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u jwettqu attivitajiet soġġetti għall-politiki u l-proċeduri tagħhom. Meta dawk l-intermedjarji ma jiġbrux primjums jew ammonti maħsuba għall-klijent, għad-detentur tal-polza jew għall-benefiċjarju tal-polza tal-assigurazzjoni, ma jkunux f’pożizzjoni li jwettqu diliġenza dovuta sinifikanti jew li jidentifikaw u jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi. Fid-dawl ta’ dak ir-rwol limitat u tal-fatt li l-applikazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti tal-AML/CFT hija żgurata mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew l-intermedjarji li taħt ir-responsabbiltà tagħhom jipprovdu servizzi, jenħtieġ li l-intermedjarji li ma jittrattawx fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) ma jitqisux bħala entitajiet marbutin b’obbligu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Jenħtieġ li l-kumpaniji azzjonarji li jwettqu attivitajiet imħallta u li jkollhom mill-inqas sussidjarja waħda li tkun entità marbuta b’obbligu huma stess jiġu inklużi bħala entitajiet marbutin b’obbligu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni konsistenti mis-superviżuri finanzjarji, f’każijiet fejn is-sussidjarji ta’ kumpanija azzjonarja ta’ attività mħallta jinkludu mill-inqas istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja waħda, jenħtieġ li l-kumpanija azzjonarja nnifisha tikkwalifika wkoll bħala istituzzjoni finanzjarja.

(11)

It-tranżazzjonijiet finanzjarji jistgħu jsiru wkoll fl-istess grupp bħala mod ta’ ġestjoni tal-finanzi tal-grupp. Madankollu, tranżazzjonijiet bħal dawn ma jitwettqux fir-rigward ta’ klijenti u ma jeħtiġux l-applikazzjoni ta’ miżuri tal-AML/CFT. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi rrikonoxxut li dan ir-Regolament ma japplikax għal attivitajiet finanzjarji jew għal servizzi finanzjarji oħrajn li jiġu pprovduti minn membri ta’ grupp lil membri oħrajn ta’ dak il-grupp.

(12)

Il-professjonisti legali indipendenti jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament meta jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet finanzjarji jew korporattivi, inkluż meta jagħtu pariri fiskali, għax hemm riskju li s-servizzi ta’ dawk il-professjonisti legali jintużaw ħażin għall-fini ta’ ħasil tar-rikavat minn attività kriminali jew għall-fini ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, jenħtieġ li jkun hemm eżenzjonijiet minn kwalunkwe obbligu ta’ rapportar ta’ informazzjoni miksuba qabel, matul jew wara proċedimenti ġudizzjarji, jew matul il-proċess sabiex tiġi aċċertata l-pożizzjoni legali ta’ klijent, peress li tali informazzjoni hija koperta mill-privileġġ i legali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-parir legali jibqa’ soġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali, ħlief meta l-professjonist legali jkun qed jieħu sehem fil-ħasil tal-flus jew fil-finanzjament tat-terroriżmu, il-parir legali jingħata għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu jew meta l-professjonist legali jkun jaf li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Tali -għarfien u l-iskop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi. Peress li diġà jista’ jintalab parir legali fl-istadju tat-twettiq tal-attività kriminali li tiġġenera r-rikavat, huwa importanti li l-każijiet esklużi mill-privileġġ legali jestendu għal sitwazzjonijiet fejn jingħata parir legali fil-kuntest tar-reati predikati. Jenħtieġ li l-parir legali mitlub fir-rigward ta’ proċedimenti ġudizzjarji li jkunu għaddejjin ma jitqiesx li jikkostitwixxi parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li jiġu rrispettati d-drittijiet garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), fil-każ ta’ awdituri, ta’ kontabilisti esterni u ta’ konsulenti tat-taxxa li, f’xi Stati Membri, għandhom id-dritt li jiddefendu jew jirrappreżentaw klijent fil-kuntest ta’ proċedimenti legali jew li jaċċertaw il-pożizzjoni legali ta’ klijent, jenħtieġ li l-informazzjoni li huma jiksbu fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti ma tkunx soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar. Madankollu, jenħtieġ li l-istess eċċezzjonijiet li japplikaw għan-nutara u l-avukati japplikaw ukoll għal dawk il-professjonisti meta jaġixxu fl-eżerċizzju tad-dritt tad-difiża jew meta jaċċertaw il-pożizzjoni legali ta’ klijent.

(14)

Id-Direttiva (UE) 2018/843 kienet l-ewwel strument legali sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu ppreżentati mill-kriptoassi fl-Unjoni. Estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas AML/CFT għal żewġ tipi ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi: fornituri involuti f’servizzi ta’ skambju bejn muniti virtwali u muniti ta’ kors legali u fornituri ta’ kartieri ta’ kustodja. Minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-avvanz fl-istandards tal-FATF, huwa neċessarju li dak l-approċċ jiġi rrieżaminat. L-ewwel pass sabiex jitlesta u jiġi aġġornat il-qafas legali tal-Unjoni nkiseb permezz tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), li stabbilixxa rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkunu jixtiequ japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu s-servizzi tagħhom fis-suq intern. Introduċa wkoll definizzjoni tal-kriptoassi u ta’ fornituri ta’ servizz tal-kriptoassi li tkopri firxa usa’ ta’ attivitajiet. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2023/1113 estenda r-rekwiżiti ta’ traċċabilità għal trasferimenti ta’ kriptoassi mwettqa minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi koperti bir-Regolament (UE) 2023/1114, u emenda d-Direttiva (UE) 2015/849 sabiex teżiħi li l-Istati Membri jagħmlu dawk il- fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi entitajiet marbutin b’obbligu. Dawk il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dan ir-Regolament, sabiex jittaffa kwalunkwe riskju ta’ użu ħażin tal-kriptoassi għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

(15)

Il-ħolqien ta’ swieq fi kriptoassi uniċi u mhux funġibbli għadu reċenti u ma rriżultax f’leġiżlazzjoni li tirregola l-funzjonament tagħhom. L-evoluzzjoni ta’ dawn is-swieq qed tiġi mmonitorjata u huwa importanti li ma tirriżultax f’riskji ġodda ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu li ma jittaffewx kif xieraq. Sat-30 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tal-kriptoassi, inkluż valutazzjoni tal-iżvilupp tas-swieq fi kriptoassi uniċi u mhux funġibbli, it-trattament regolatorju xieraq ta’ tali kriptoassi, inkluż valutazzjoni tan-neċessità u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi relatati ma’ kriptoassi uniċi u mhux funġibbli. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva.

(16)

Il-vulnerabbiltajiet tal-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv għar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu huma orizzontali u jaffettwaw is-suq intern kollu kemm hu. Sal-lum, tfaċċaw approċċi diverġenti madwar l-Istati Membri fir-rigward tal-maniġjar ta’ dawk ir-riskji. Filwaqt li r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jarmonizza l-approċċ regolatorju għall-investiment kummerċjali u l-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ibbażati fuq is-self madwar l-Unjoni u jintroduċi diversi salvagwardji biex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, bħad-diliġenza dovuta tal-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv fir-rigward tas-sidien tal-proġetti u fi ħdan il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, in-nuqqas ta’ qafas legali armonizzat b’obbligi robusti tal-AML/CFT għall-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv joħloq lakuni u jdgħajjef is-salvagwardji tal-AML/CFT tal-Unjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv kollha, inkluż dawk li diġà huma liċenzjati skont ir-Regolament (UE) 2020/1503, huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-AML/CFT.

(17)

L-intermedjarji tal-finanzjament kollettiv, li joperaw pjattaforma diġitali sabiex iqabblu jew jiffaċilitaw it-tqabbil tal-finanzjaturi mas-sidien tal-proġetti bħal assoċjazzjonijiet jew individwi li jfittxu finanzjament, huma esposti għal riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. L-impriżi li mhumiex liċenzjati skont ir-Regolament (UE) 2020/1503 bħalissa jew mhumiex regolati jew inkella huma soġġetti għal approċċi regolatorji diverġenti madwar l-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-regoli u tal-proċeduri sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk, jenħtieġ li tali intermedjarji jkunu soġġetti għall-obbligi ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari biex tiġi evitata d-devjazzjoni ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew ta’ kriptoassi miġbura għal finijiet illeċiti minn kriminali. Sabiex jittaffew tali riskji, dawk l-obbligi japplikaw għal firxa wiesgħa ta’ proġetti, inkluż, fost l-oħrajn, proġetti edukattivi jew kulturali u l-ġbir ta’ dawk il-fondi jew il-kriptoassi biex jiġu appoġġati kawżi aktar ġenerali, pereżempju fil-qasam umanitarju, jew biex jiġi organizzat jew iċċelebrat avveniment familjari jew soċjali.

(18)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 kellha t-tir li ttaffi r-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu kkawżati minn pagamenti kbar fi flus kontanti billi tinkludi persuni li jinnegozjaw f’oġġetti fost l-entitajiet marbutin b’obbligu meta jagħmlu jew jirċievu pagamenti fi flus kontanti ta’ aktar minn EUR 10 000, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri jintroduċu miżuri aktar stretti. Tali approċċ wera li ma huwiex effettiv fid-dawl tal-fehim u tal-applikazzjoni batuti tar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT, tan-nuqqas ta’ superviżjoni u tan-numru limitat ta’ tranżazzjonijiet suspettużi rrapportati lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU). Sabiex jittaffew b’mod adegwat ir-riskji li jirriżultaw mill-użu ħażin ta’ somom kbar fi flus kontanti, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu għall-Unjoni kollha għal pagamenti kbar fi flus kontanti ta’ aktar minn EUR 10 000. B’konsegwenza ta’ dan, il-persuni li jinnegozjaw f’oġġetti ma għadhomx jeħtieġu li jkunu soġġetti għall-obbligi tal-AML/CFT, bl-eċċezzjoni ta’ persuni li jinnegozjaw f’metalli prezzjużi, ħaġar prezzjuż, oġġetti oħra ta’ valur għoli u oġġetti kulturali.

(19)

Xi kategoriji ta’ persuni li jinnegozjaw f’oġġetti huma partikolarment skoperti għar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu minħabba l-valur għoli tal-oġġetti li ħafna drabi jkunu żgħar u trasportabbli li jittrattaw. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-persuni li jinnegozjaw f’metalli prezzjużi u ħaġar prezzjuż u oġġetti oħra ta’ valur għoli jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-AML/CFT, fejn tali negozjar ikun attività professjonali regolari jew attività professjonali prinċipali.

(20)

Il-vetturi bil-mutur, l-inġenji tal-ilma u l-inġenji tal-ajru fis-segmenti ogħla tas-suq huma vulnerabbli għal riskji ta’ użu ħażin għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu minħabba l-valur għoli u t-trasportabbiltà tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li persuni li jinnegozjaw f’ tali oġġetti jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-AML/CFT. In-natura trasportabbli ta’ dawk l-oġġetti hija partikolarment attraenti għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu minħabba l-faċilità li biha tali oġġetti jistgħu jiġu trasportati lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, u l-fatt li l-aċċess għall-informazzjoni dwar tali oġġetti meta jkunu rreġistrati f’pajjiżi terzi jista’ ma jkunx faċilment aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jittaffew ir-riskji li oġġetti ta’ valur għoli tal-Unjoni jistgħu jintużaw ħażin għal skopijiet kriminali u tiġi żgurata l-viżibbiltà fuq is-sjieda ta’ tali oġġetti, huwa meħtieġ li persuni li jinnegozjawf’ oġġetti ta’ valur għoli jintalbu jirrapportaw tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur, inġenji tal-ilma u inġenji tal-ajru. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu servizzi li huma essenzjali għall-konklużjoni tal-bejgħ jew it-trasferiment tas-sjieda ta’ tali oġġetti, u jenħtieġ li jkunu meħtieġa wkoll jirrapportaw dawk it-tranżazzjonijiet lill-FIU. Filwaqt li jenħtieġ li l-oġġetti maħsuba biss għat-twettiq ta’ attivitajiet kummerċjali ma jkunux soġġetti għal tali divulgazzjoni, jenħtieġ li l-bejgħ għall-użu privat u mhux kummerċjali ma jkunx limitat għal każijiet fejn il-klijent ikun persuna fiżika, iżda jenħtieġ li jkun relatat ukoll ma’ bejgħ lil entitajiet u arranġamenti ġuridiċi, b’mod partikolari fejn huma stabbiliti biex jamministraw il-ġid tas-sid benefiċjarju tagħhom

(21)

L-operaturi tal-migrazzjoni permezz ta’ investiment huma kumpaniji privati, korpi jew persuni li jaġixxu jew jinteraġixxu direttament mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jagħtu drittjiet ta’ residenza f’isem ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li jipprovdu servizzi intermedjarji lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu li jiksbu drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru bi skambju għal kwalunkwe tip ta’ investiment, inkluż trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-istat. L-iskemi ta’ residenza għall-investituri jippreżentaw riskji u vulnerabbiltajiet fir-rigward tal-ħasil tal-flus, tal-korruzzjoni u tal-evażjoni tat-taxxa. Riskji bħal dawn huma aggravati mid-drittijiet transfruntiera assoċjati mar-residenza fi Stat Membru. Għalhekk, huwa neċessarju li l-operaturi tal-migrazzjoni permezz ta’ investiment ikunu soġġetti għal obbligi tal-AML/CFT. Jenħtieġ li r-Regolament ma japplikax għal skemi ta’ ċittadinanza għall-investituri, li jirriżultaw fil-kisba ta’ nazzjonalità bi skambju ma’ investiment bħal dawn, peress li skemi bħal dawn iridu jitqiesu li jxekklu l-istatus fundamentali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u l-kooperazzjoni sinċiera fost l-Istati Membri.

(22)

Filwaqt li l-kredituri għall-krediti ipotekarji u għall-konsumatur tipikament ikunu istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, hemm intermedjarji tal-kreditu għall-konsumatur u tal-kreditu ipotekarju li ma jikkwalifikawx bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji u li ma kinux soġġetti għar-rekwiżiti tal-AML/CFT fil-livell tal-Unjoni, iżda kienu soġġetti għal tali obbligi f’ċerti Stati Membri minħabba l-iskopertura tagħhom għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Skont il-mudell tan-negozju tagħhom, dawn l-intermedjarji tal-kreditu għall-konsumatur u tal-kreditu ipotekarju u ipotekarji jistgħu jiġu skoperti għal riskji sinifikanti ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-entitajiet li jwettqu attivitajiet simili li huma skoperti għal tali riskji jkunu koperti bir-rekwiżiti dwar l-AML/CFT, irrispettivament minn jekk jikkwalifikawx bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu inklużi intermedjarji tal-kreditu għall-konsumatur u tal-kreditu ipotekarju li ma humiex istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji iżda li huma, bħala riżultat tal-attivitajiet tagħhom, skoperti għal riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. F’ħafna każijiet, madankollu, l-intermedjarju tal-kreditu jkun qed jaġixxi f’isem l-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-istituzzjoniji finanzjarja li tagħti u tipproċessa s-self. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-AML/CFT ma japplikawx għall-intermedjarji tal-kreditu għall-konsumatur u tal-kreditu ipotekarju,- iżda biss għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji.

(23)

Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, huwa neċessarju li jiġi ċċarat liema entitajiet fis-settur tal-investiment huma soġġetti għar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT. Għalkemm l-impriżi ta’ investiment kollettiv diġà jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849, huwa neċessarju li t-terminoloġija rilevanti tiġi allinjata mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-fondi ta’ investiment, jiġifieri d-Direttivi 2009/65/KE (16) u 2011/61/UE (17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Minħabba li l-fondi jistgħu jiġu kkostitwiti mingħajr personalità ġuridika, l-inklużjoni tal-maniġers tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija neċessarja wkoll. Jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar l-AML/CFT japplikaw irrispettivament mill-forma li fiha l-unitajiet jew l-ishma f’fond isiru disponibbli għax-xiri fl-Unjoni, inkluż fejn l-unitajiet jew l-ishma jiġu offruti direttament jew indirettament lill-investituri stabbiliti fl-Unjoni jew jitqiegħdu ma’ tali investituri fuq l-inizjattiva tal-maniġer jew f’isem il-maniġer. Peress li kemm il-fondi kif ukoll il-maniġers ta’ fondi jaqgħu fl-ambitu tar-rekwiżiti tal-AML, huwa xieraq li jiġi ċċarat li jenħtieġ li tiġi evitata duplikazzjoni tal-isforzi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-miżuri tal-AML/CFT meħuda fil-livell tal-fond u fil-livell tal-maniġer tiegħu ma jkunux l-istess, iżda jenħtieġ li jirriflettu l-allokazzjoni tal-kompiti bejn il-fond u l-maniġer tiegħu.

(24)

L-attivitajiet tal-klabbs tal-futbol professjonali u l-aġenti tal-futbol huma esposti għal riskji ta’ ħasil tal-flus u r-reati predikati tiegħu minħabba diversi fatturi inerenti għas-settur tal-futbol, bħall-popolarità globali tal-futbol, is-somom konsiderevoli, il-flussi tal-flus u l-interessi finanzjarji kbar involuti, il-prevalenza ta’ tranżazzjonijiet transfruntiera, u xi kultant strutturi ta’ sjieda opaki. Dawk il-fatturi kollha jesponu l-futbol għal abbuż possibbli mill-kriminali biex jilleġittimizzaw fondi illeċiti u b’hekk jagħmlu l-isport vulnerabbli għall-ħasil tal-flus u r-reati predikati tiegħu. Oqsma ewlenin ta’ riskju jinkludu, pereżempju, tranżazzjonijiet ma’ investituri u sponsors, inkluż dawk li jirreklamaw u t-trasferimenti ta’ plejers. Għalhekk, jenħtieġ li l-klabbs tal-futbol professjonali u l-aġenti tal-futbol jistabbilixxu miżuri robusti kontra l-ħasil tal-flus, inkluż it-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq l-investituri, l-isponsors, inkluż dawk li jirreklamaw, u sħab u kontropartijiet oħra li jagħmlu tranżazzjonijiet magħhom. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż sproporzjonat fuq klabbs iżgħar li huma inqas esposti għal riskji ta’ użu ħażin kriminali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu, abbażi ta’ riskju aktar baxx ippruvat ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu, jeżentaw ċerti klabbs tal-futbol professjonali mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kemm jekk b’mod sħiħ kif ukoll jekk parzjalment.

(25)

L-attivitajiet tal-klabbs tal-futbol professjonali li jikkompetu fl-ogħla diviżjonijiet tal-kampjonati tal-futbol nazzjonali tagħhom jagħmluhom aktar esposti għal riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u r-reati predikati tiegħu meta mqabbla ma’ klabbs tal-futbol li jipparteċipaw f’diviżjonijiet aktar baxxi. Pereżempju, il-klabbs tal-futbol tal-ogħla livell jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet finanzjarji aktar sostanzjali, bħal trasferimenti ta’ valur għoli ta’ plejers u ftehimiet ta’ sponsorizzazzjoni, jista’ jkollhom strutturi korporattivi aktar kumplessi b’diversi saffi ta’ sjieda u huma aktar probabbli li jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera. Dawk il-fatturi jagħmlu tali klabbs tal-ogħla livell aktar attraenti għall-kriminali u jipprovdu aktar opportunitajiet biex jinħbew fondi illeċiti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw biss lill-klabbs tal-futbol professjonali li jipparteċipaw fl-ogħla diviżjoni f’każijiet ta’ riskju baxx ippruvat u dment tali klabbs ikollhom fatturat għal kull waħda mis-sentejn preċedenti ta’ inqas minn EUR 5 000 000 jew l-ekwivalenti f’ munita nazzjonali. . Madankollu, ir-riskju ta’ ħasil tal-flus mhuwiex iddeterminat biss mid-diviżjoni li fiha jikkompeti klabb tal-futbol. Il-klabbs ta’ diviżjoni aktar baxxa jistgħu jkunu esposti wkoll għal riskji sinifikanti ta’ ħasil tal-flus u r-reati predikati tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw biss mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament il-klabbs tal-futbol f’diviżjonijiet aktar baxxi li huma assoċjati ma’ riskju baxx ippruvat ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

(26)

Dan ir-Regolament jarmonizza l-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu fil-livell tal-Unjoni. Fl-istess ħin, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu rekwiżiti addizzjonali f’każijiet limitati fejn jiffaċċjaw riskji speċifiċi. Sabiex jiġi żgurat li tali riskji jiġu mitigati b’mod adegwat, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom li jinsabu fi Stat Membru ieħor japplikaw tali -rekwiżiti addizzjonali, kemm jekk joperaw f’dak l-Istat Membru l-ieħor permezz tal-libertà tal-istabbiliment kif ukoll jekk taħt il-libertà li jipprovdu servizzi, dment li jkollhom infrastruttura f’dak l-Istat Membru l-ieħor. Barra minn hekk, sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dawk il-libertajiet tas-suq intern, huwa importanti li jiġi ċċarat liema attivitajiet jammontaw għal stabbiliment.ü

(27)

B’mod konsistenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx stipulat speċifikament fil-leġiżlazzjoni settorjali, stabbiliment ma għandux għalfejn jieħu l-forma ta’ sussidjarja, fergħa jew aġenzija, iżda jista’ jikkonsisti f’uffiċċju ġestit mill-persunal tal-entità marbuta b’obbligu stess jew minn persuna li tkun indipendenti iżda awtorizzata li taġixxi fuq bażi permanenti għall-entità marbuta b’obbligu. Skont dik id-definizzjoni li titlob it-twettiq attwali ta’ attività ekonomika fil-post ta’ stabbiliment ta’ fornitur ta’ servizz, sempliċi kaxxa postali ma tikkostitwixxix stabbiliment. Bl-istess mod, uffiċċji jew infrastruttura oħra użata għal attivitajiet ta’ appoġġ, bħal sempliċi operazzjonijiet tal-back office, ċentri tal-IT jew ċentri tad-data operati minn entitajiet marbutin b’obbligu, ma jikkostitwixxux stabbiliment. Min-naħa l-oħra, attivitajiet bħall-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi permezz tal-ATMs jikkostitwixxu stabbiliment li jqis it-tagħmir fiżiku limitat meħtieġ għall-operaturi li prinċipalment jagħtu servizz lill-klijenti tagħhom permezz tal-internet kif inhu l-każ għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.

(28)

Huwa importanti li r-rekwiżiti dwar l-AML/CFT japplikaw b’mod proporzjonat u li l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit tkun proporzjonata għar-rwol li l-entitajiet marbutin b’obbligu jista’ jkunu kapaċi fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju ta’ dan ir-Regolament li jeżentaw ċerti operaturi mir-rekwiżiti dwar l-AML/CFT, fejn l-attivitajiet li jwettqu jippreżentaw riskji baxxi ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu u fejn l-attivitajiet ikunu limitati fin-natura tagħhom. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni trasparenti u konsistenti ta’ tali eżenzjonijiet madwar l-Unjoni kollha, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jippermetti lill-Kummissjoni tivverifika n-neċessità li jingħataw l-eżenzjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika wkoll tali eżenzjonijiet fuq bażi annwali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(29)

Sett konsistenti ta’ regoli dwar is-sistemi u l-kontrolli interni li japplikaw għall-entitajiet kollha marbutin b’obbligu li joperaw fis-suq intern isaħħaħ il-konformità mal-AML/CFT u jagħmel is-superviżjoni aktar effettiva. Sabiex tiġi żgurata mitigazzjoni adegwata tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll tar-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkollhom fis-seħħ qafas ta’ kontroll intern li jikkonsisti f’politiki, fi proċeduri u kontrolli bbażati fuq ir-riskju u f’diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fi ħdan l-organizzazzjoni. F’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli jkunu proporzjonati għan-natura tan-negozju, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu, u d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu u jirrispondu għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li l-entità tiffaċċa, inkluż, għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, tranżazzjonijiet b’kartieri awtoospitati.

(30)

Approċċ xieraq ibbażat fuq ir-riskju jeħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jidentifikaw ir-riskji inerenti ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati li jiffaċċjaw minħabba n-negozju tagħhom sabiex inaqqsuhom b’mod effettiv u sabiex jiżguraw li l-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tagħhom ikunu xierqa sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji inerenti. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jqisu l-karatteristiċi tal-klijenti tagħhom, il-prodotti, is-servizzi jew it-tranżazzjonijiet offruti, inkluż għal fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, tranżazzjonijiet b’indirizzi awtoospitati, il-pajjiżi jew iż-żoni ġeografiċi kkonċernati u l-kanali ta’ distribuzzjoni użati. Fid-dawl tan-natura li qed tevolvi tar-riskji, jenħtieġ li tali valutazzjoni tar-riskju tiġi aġġornata regolarment.

(31)

Bil-ħsieb li jiġi appoġġat approċċ konsistenti u effettiv għall-identifikazzjoni tar-riskji li jaffettwaw in-negozji tagħhom mill-entitajiet marbutin b’obbligu, jenħtieġ li l-AMLA toħroġ linji gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju kollu u sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni li għandhom jitqiesu. Dawk is-sorsi jistgħu jinkludu informazzjoni minn dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-AML/CFT, bħar-rapporti ta’ evalwazzjoni reċiproka tal-FATF, u sorsi kredibbli u affidabbli oħra li jipprovdu informazzjoni dwar tipoloġiji, riskji emerġenti u attività kriminali, inkluż il-korruzzjoni, bħal rapporti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-media u d-dinja akkademika.

(32)

Huwa xieraq li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet ta’ entitajiet iżgħar marbutin b’obbligu, u li jiġi żgurat trattament li jkun xieraq għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u għan-natura tan-negozju. Dak jista’ jinkludi l-eżenzjoni ta’ ċerti entitajiet marbutin b’obbligu mit-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju meta r-riskji involuti fis-settur li fih topera l-entità jkunu mifhumin sew.

(33)

L-FATF żviluppat standards għall-ġuriżdizzjonijiet sabiex jidentifikaw, u jivvalutaw ir-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew ta’ evażjoni potenzjali tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni, u sabiex jieħdu azzjoni bl-għan li jimmitigaw dawk ir-riskji. Dawk l-istandards il-ġodda introdotti mill-FATF ma jissostitwixxux u lanqas ma jxekklu r-rekwiżiti stretti eżistenti għall-pajjiżi sabiex jimplimentaw sanzjonijiet finanzjarji mmirati bl-għan li jikkonformaw mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) relatati mal-prevenzjoni, mas-soppressjoni u mat-tfixkil tal-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-finanzjament tagħhom. Dawk l-obbligi eżistenti, kif implimentati fil-livell tal-Unjoni bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK (18) u (PESK) 2016/849 (19) kif ukoll bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (20) u (UE) 2017/1509 (21), għadhom jorbtu lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha fl-Unjoni. Minħabba r-riskji speċifiċi ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati li għalihom hija esposta l-Unjoni, huwa xieraq li l-valutazzjoni tar-riskji tiġi estiża biex tinkludi s-sanzjonijiet finanzjarji mmirati kollha adottati fil-livell tal-Unjoni. In-natura sensittiva għar-riskju tal-miżuri AML/CFT relatati ma’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati ma tneħħix l-obbligu bbażat fiq ir-regoli li jaqa’ fuq il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha fl-Unjoni li jiffriżaw u li ma jagħmlux fondi jew assi oħra disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni jew entitajiet deżinjati

(34)

Sabiex jiġi żgurat li r-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati jiġu mitigati b’mod xieraq, huwa importanti li jiġu stipulati miżuri li l-entitajiet marbutin b’obbligu huma meħtieġa jimplimentaw, inkluż miżuri biex tiġi vverifikata l-bażi tal-klijenti tagħhom kontra l-listi ta’ persuni jew entitajiet deżinjati taħt sanzjonijiet finanzjarji mmirati. Ir-rekwiżiti li jaqgħu fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu skont dan ir-Regolament ma jneħħux l-obbligu bba#at fuq ir-regoli li jiġu ffriżati u li ma jagħmlux fondi u assi oħra disponibbli, direttament jew indirettament, għal individwi jew entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati li japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha fl-Unjoni. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mhumiex maħsuba biex jissostitwixxu l-obbligi rigward l-iskrinjar tal-klijenti għall-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati skont atti ġuridiċi oħra tal-Unjoni jew skont id-dritt nazzjonali.

(35)

Sabiex jiġu riflessi l-aħħar żviluppi fil-livell internazzjonali, permezz ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi introdott rekwiżit sabiex jiġu identifikati, jinftiehmu, jiġu maniġati u mmitigati r-riskji ta’ nuqqas potenzjali ta’ implimentazzjoni jew ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati fil-livell tal-entitajiet marbutin b’obbligu.

(36)

L-elenkar jew id-deżinjazzjonijiet ta’ individwi jew entitajiet millKSNU jew mill-Kumitat tan-NU tas-Sanzjonijiet huma integrati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjonijiet u regolamenti adottati skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rispettivament li jimponu sanzjonijiet finanzjarji mmirati fuq tali individwi u l-entitajiet. Il-proċess għall-adozzjoni ta’ tali atti fil-livell tal-Unjoni jirrikjedi verifika tal-konformità ta’ kwalunkwe deżinjazzjoni jew elenkar mad-drittijiet fundamentali mogħtija skont il-Karta. Bejn il-mument tal-pubblikazzjoni min-NU u l-mument tad-dħul fis-seħħ tal-atti tal-Unjoni li jittrasponu l-listi jew id-deżinjazzjonijiet tan-NU, sabiex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni effettiva ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jżommu rekords tal-fondi jew assi oħra li jkollhom għall-klijenti elenkati jew deżinjati skont is-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU, jew għall-klijenti li huma proprjetà ta’ individwi jew entitajiet elenkati jew deżinjati jew ikkontrollati minnhom, ta’ kwalunkwe tentattiv ta’ tranżazzjoni u ta’ tranżazzjonijiet imwettqa għall-klijent, bħal pereżempju għall-issodisfar tal-ħtiġijiet bażiċi tal-klijent.

(37)

Fil-valutazzjoni ta’ jekk klijent li huwa entità ġuridika huwiex proprjetà ta’ jew ikkontrollat minn individwi deżinjati taħt sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jqisu l-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ miżuri restrittivi (sanzjonijiet) fil-qafas tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni u l-Aħjar Prattiki tal-Unjoni għall-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri restrittivi.

(38)

Huwa importanti li l-entitajiet marbutin b’obbligu jieħdu l-miżuri kollha fil-livell tal-maniġment tagħhom sabiex jimplimentaw politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni u jimplimentaw rekwiżiti dwar l-AML/CFT. Filwaqt li jenħtieġ li membru tal-korp maniġerjali jiġi identifikat bħala responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki, tal-proċeduri u tal-kontrolli interni tal-entità marbuta b’obbligu, jenħtieġ li r-responsabbiltà għall-konformità mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT fl-aħħar mill-aħħar tibqa’ tal-korp maniġerjali tal-entità. Jenħtieġ li dik l-attribuzzjoni ta’ responsabbiltà tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili jew kriminali konġunta tal-korpi maniġerjali. Jenħtieġ li l-kompiti li jappartjenu għall-implimentazzjoni ta’ kuljum tal-politiki, tal-proċeduri u tal-kontrolli interni tal-AML/CFT tal-entità marbuta b’obbligu jiġu fdati lill-uffiċjal tal-konformità.

(39)

Għandu jkun possibbli għali kull Stat Membru li’ jistabbilixxi fid-dritt nazzjonali tiegħu li entità marbuta b’obbligu soġġetta għal regoli prudenzjali li jirrikjedu l-ħatra ta’ uffiċjal għall-konformità jew ta’ kap tal-funzjoni tal-awditjar intern tista’ tafda lil dawk il-persuni bil-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta’ uffiċjal għall-konformità tal-AML/CFT u l-funzjoni tal-awditjar intern għall-finijiet tal-AML/CFT. F’każijiet ta’ riskji ogħla, jew meta jkun iġġustifikat minħabba d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu, għandu jkun possibbli li r-responsabbiltajiet tal-kontrolli tal-konformità u tal-operat ta’ kuljum tal-politiki u l-proċeduri tal-AML/CFT tal-entità marbuta b’obbligu jiġuj fdati lil żewġ persuni differenti.

(40)

Għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri tal-AML/CFT, huwa vitali wkoll li l-impjegati tal-entitajiet marbutin b’obbligu, kif ukoll l-aġenti u d-distributuri tagħhom, li jkollhom rwol f’dik l-implimentazzjoni jifhmu r-rekwiżiti u l-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni fis-seħħ fl-entità. Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jistabbilixxu miżuri, inkluż programmi ta’ taħriġ, għal dan l-għan. Fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jipprovdu taħriġ bażiku dwar il-miżuri tal-AML/CFT lil dawk kollha li għandhom rwol fl-implimentazzjoni ta’ tali miżuri. Dan jinkludi mhux biss l-impjegati ta’ entitajiet marbutin b’obbligu iżda wkoll l-aġenti u d-distributuri tagħhom.

(41)

Jenħtieġ li l-individwi fdati b’kompiti relatati mal-konformità ta’ entità marbuta b’obbligu mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT jgħaddu minn valutazzjoni tal-ħiliet, tal-għarfien, tal-għarfien espert, tal-integrità u tal-kondotta tagħhom. It-twettiq mill-impjegati ta’ kompiti relatati mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu mal-qafas AML/CFT fir-rigward tal-klijenti li magħhom ikollhom relazzjoni privata jew professjonali mill-qrib jista’ jwassal għal kunflitti ta’ interess u jxekkel l-integrità tas-sistema. Tali relazzjonijiet jistgħu jeżistu fiż-żmien tal-istabbiliment tar-relazzjoni tan-negozju iżda jistgħu jirriżultaw ukoll wara dan. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkollhom fis-seħħ proċessi biex jimmaniġġjaw u jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess. Jenħtieġ li dawk il-proċessi jiżguraw li l-impjegati ma jitħallewx iwettqu kwalunkwe kompitu relatat mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu mal-qafas AML/CFT fir-rigward ta’ tali klijenti.

(42)

Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn individwi li jikkwalifikaw bħala entitajiet marbutin b’obbligu jipprovdu s-servizzi tagħhom internament lil negozji li l-attivitajiet tagħhom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Peress li dawn in-negozji ma jaġixxux bħala gwardjani tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, huwa importanti li jiġi ċċarat li tali impjegati, per eżempju avukati interni, mhumiex koperti mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-individwi li jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jitqisux bħala entitajiet marbutin b’obbligu fihom infushom fejn dawk l-attivitajiet jitwettqu fil-kuntest tal-impjieg tagħhom ma’ entità marbuta b’obbligu, pereżempju fil-każ ta’ avukati jew kontabilisti impjegati ma’ ditta legali jew kontabilistika.

(43)

L-implimentazzjoni konsistenti tal-politiki u tal-proċeduri dwar l-AML/CFT fil-grupp kollu hija kruċjali għall-ġestjoni robusta u effettiva tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu fi ħdan grupp. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġu adottati u implimentati politiki, proċeduri u kontrolli għall-grupp kollu mill-impriża omm. Jenħtieġ li l-entitajiet fi ħdan grupp ikunu meħtieġa jiskambjaw informazzjoni fejn tali kondiviżjoni tkun rilevanti għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni tkun soġġetta għal garanziji suffiċjenti f’termini ta’ kunfidenzjalità, ta’ protezzjoni tad-data u ta’ użu tal-informazzjoni. Jenħtieġ li l-AMLA jkollha l-kompitu li tfassal abbozzi ta’ standards regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi ta’ proċeduri u ta’ politiki għall-grupp kollu, inkluż standards minimi għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan grupp u l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriżi omm għal gruppi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab barra mill-Unjoni.

(44)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti tal-AML/CFT fejn diversi entitajiet marbutin b’obbligu huma direttament jew indirettament marbuta ma’ xulxin u li jikkostitwixxu, jew huma parti minn, grupp ta’ entitajiet, huwa meħtieġ li tiġi kkunsidrata l-aktar definizzjoni wiesgħa possibbli ta’ grupp. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jsegwu r-regoli kontabilistiċi applikabbli, li jippermettu li strutturi b’diversi tipi ta’ rabtiet ekonomiċi jitqiesu bħala gruppi. Filwaqt li grupp tradizzjonali jinkludi impriża omm u s-sussidjarji tagħha, tipi oħra ta’ strutturi ta’ grupp huma ugwalment rilevanti, pereżempju strutturi ta’ gruppi ta’ diversi entitajiet omm li jkollhom sussidjarja waħda, li jkunu msemmija bħala entitajiet affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali -Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), jew istituzzjonijiet finanzjarji li huma membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta’ dak ir-Regolament. Dawk l-istrutturi huma kollha gruppi f’konformità mar-regoli tal-kontabilità u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala gruppi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(45)

Minbarra l-gruppi, jeżistu strutturi oħrajn, bħal networks jew sħubijiet, li fihom l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jikkondividu l-kontrolli komuni tas-sjieda, tal-ġestjoni u tal-konformità. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha filwaqt li jiġi evitat piż żejjed fuq dawk is-setturi, jenħtieġ li l-AMLA tidentifika dawk is-sitwazzjonijiet li fihom għandhom japplikaw politiki simili għall-grupp kollu għal dawk l-istrutturi, b’kont meħud tal-prinċipji tal-proporzjonalità.

(46)

Hemm ċirkostanzi li fihom il-fergħat u s-sussidjarji tal-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi fejn ir-rekwiżiti minimi dwar l-AML/CFT, inkluż l-obbligi dwar il-protezzjoni tad-data, ikunu anqas stretti mill-qafas AML/CFT tal-Unjoni. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, u sabiex jiġi evitat bis-sħiħ l-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu u sabiex jiġi żgurat l-ogħla standard ta’ protezzjoni għad-data personali taċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-fergħat u s-sussidjarji jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Meta l-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, pereżempju minħabba limitazzjonijiet għall-kapaċità tal-grupp li jaċċessa, jipproċessa jew jiskambja informazzjoni minħabba livell insuffiċjenti ta’ protezzjoni tad-data jew liġi dwar is-sigriet bankarju f’ dak il-pajjiż terz, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jieħdu miżuri addizzjonali sabiex jiżguraw li l-fergħat u s-sussidjarji li jkunu jinsabu f’dak il-pajjiż jittrattaw ir-riskji b’mod effettiv. Jenħtieġ li l-AMLA tingħata l-kompitu li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tip ta’ tali miżuri addizzjonali, b’kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(47)

L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jesternalizzaw kompiti relatati mat-twettiq ta’ ċerti rekwiżiti tal-AML/CFT lil fornitur ta’ servizzi. Fil-każ ta’ relazzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni fuq bażi kontrattwali bejn entitajiet marbutin b’obbligu u fornituri ta’ servizzi mhux koperti mir-rekwiżiti dwar l-AML/CFT, kwalunkwe obbligu tal-AML/CFT fuq dawk il-fornituri ta’ servizz jista’ jirriżulta biss mill-kuntratt bejn il-partijiet u mhux minn dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-responsabbiltà għall-konformità mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT tibqa’ kompletament mal-entità marbuta b’obbligu. Jenħtieġ li l-entità marbuta b’obbligu tiżgura b’mod partikolari li, meta fornitur ta’ servizzi ikun involut għall-finijiet ta’ identifikazzjoni mill-bogħod tal-klijent, jiġi rrispettat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Proċessi jew arranġamenti li jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ rekwiżit skont dan ir-Regolament, iżda fejn it-twettiq tar-rekwiżit innifsu ma jitwettaqx minn fornitur ta’ servizzi, bħall-użu jew l-akkwist ta’ software ta’ parti terza jew l-aċċess għal bażijiet ta’ data jew servizzi ta’ skrinjar mill-entità marbuta b’obbligu, ma jitqisux bħala esternalizzazzjoni.

(48)

Il-possibbiltà li l-kompiti jiġu esternalizzati lil fornitur ta’ servizzi tippermetti lill-entitajiet marbutin b’obbligu jiddeċiedu dwar kif jallokaw ir-riżorsi tagħhom biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, iżda ma teħlishomx mill-obbligu tagħhom li jifhmu jekk il-miżuri li jieħdu, inkluż dawk esternalizzati lill-fornituri ta’ servizzi, itaffux ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu identifikati u jekk tali miżuri humiex xierqa. Sabiex jiġi żgurat li tali fehim ikun fis-seħħ, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet finali dwar miżuri li għandhom effett fuq l-implimentazzjoni tal-politiki, tal-proċeduri u tal-kontrolli dejjem ikunu tal-entità marbuta b’obbligu.

(49)

In-notifika tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni lis-superviżur ma timplikax aċċettazzjoni tal-arranġament ta’ esternalizzazzjoni. L-informazzjoni li tinsab f’dik in-notifika, b’mod partikolari meta l-funzjonijiet kritiċi jiġu esternalizzati jew meta l-entità marbuta b’obbligu sistematikament testernalizza l-funzjonijiet tagħha, tista’ madankollu titqies mis-superviżuri meta jivvalutaw is-sistemi u l-kontrolli tal-entità marbuta b’obbligu, u meta jiddeterminaw il-profil tar-riskju residwu jew bi tħejjija għall-ispezzjonijiet.

(50)

Sabiex ir-relazzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni jiffunzjonaw b’mod effiċjenti, hija meħtieġa aktar ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li skont dawn isseħħ l-esternalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-AMLA jkollha l-kompitu li tiżviluppa linji gwida dwar il-kundizzjonijiet li fihom tista’ sseħħ l-esternalizzazzjoni, kif ukoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet rispettivi. Sabiex jiġi aċċertat li tiġi żgurata sorveljanza konsistenti tal-prattiki ta’ esternalizzazzjoni fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-linji gwida jipprovdu wkoll ċarezza dwar kif is-superviżuri għandhom iqisu tali prattiki u jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jirrikorru għal dawk il-prattiki.

(51)

Ir-rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti huma essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet marbutin b’obbligu jidentifikaw, jivverifikaw u jimmonitorjaw ir-relazzjonijiet tan-negozju tagħhom mal-klijenti tagħhom, fir-rigward tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu. L-identifikazzjoni u l-verifika preċiżi tad-data tal-klijenti prospettivi u eżistenti huma essenzjali sabiex jinftiehmu r-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-klijenti, kemm jekk ikunu persuni fiżiċi kif ukoll jekk ikunu persuni ġuridiċi. Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jifhmu wkoll li f’ismu jew għall-benefiċċju ta’ min titwettaq tranżazzjoni, pereżempju f’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu kontijiet lil professjonisti legali għall-finijiet li jirċievu jew iżommu l-fondi tal-klijent tagħhom kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366. Fil-kuntest tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, il-persuna li għall-benefiċċju tagħha titwettaq tranżazzjoni jew attività ma tirreferix għar-riċevitur jew il-benefiċjarju ta’ tranżazzjoni mwettqa mill-entità marbuta b’obbligu għall-klijent tagħhom.

(52)

Huwa neċessarju li jinkiseb standard uniformi u għoli ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fl-Unjoni, li jiddependi fuq rekwiżiti armonizzati għall-identifikazzjoni tal-klijenti u għall-verifika tal-identità tagħhom, u jnaqqas id-diverġenzi nazzjonali sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern kollu u applikazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet madwar l-Unjoni kollha. Fl-istess ħin, huwa essenzjali li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw miżuri dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti b’mod ibbażat fuq ir-riskju. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju ma huwiex għażla permissiva bla bżonn għall-entitajiet marbutin b’obbligu. Jinvolvi l-użu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq il-bażi ta’ evidenza sabiex jiġu mmirati b’mod aktar effettiv ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li jiffaċċjaw l-Unjoni u dawk li joperaw fiha.

(53)

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jwettqu ħidma ta’ karità jew umanitarja f’pajjiżi terzi jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni li jinkisbu l-paċi, l-istabbiltà, id-demokrazija u l-prosperità. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom rwol importanti fl-iżgurar li tali organizzazzjonijiet jistgħu jkomplu jwettqu xogħolhom, billi jipprovdu aċċess għas-sistema finanzjarja u servizzi finanzjarji importanti li jippermettu li l-finanzjament għall-iżvilupp u dak umanitarju jiġu diretti lejn żoni li qed jiżviluppaw jew f’żoni ta’ kunflitt. Filwaqt li jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu konxji li l-attivitajiet imwettqa f’ċerti ġuriżdizzjonijiet jesponuhom għal riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-operazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet, waħedhom, ma jirriżultawx fir-rifjut li jiġu pprovduti servizzi finanzjarji jew fit-terminazzjoni ta’ tali servizzi, peress li l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jirrikjedi valutazzjoni olistika tar-riskji maħluqa minn relazzjonijiet tan-negozju individwali, u l-applikazzjoni ta’ miżuri adegwati biex jittaffew ir-riskji speċifiċi. Filwaqt li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji jibqgħu liberi li jiddeċiedu ma’ min jinvolvu ruħhom f’relazzjonijiet kuntrattwali, jenħtieġ li jkunu konxji wkoll tar-rwol ċentrali tagħhom fil-funzjonament tas-sistema finanzjarja internazzjonali u fl-abilitazzjoni tal-moviment ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew tal-kriptoassi għall-għanijiet importanti ta’ żvilupp u umanitarji li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jsegwu. Għalhekk jenħtieġ li tali istituzzjonijiet jagħmlu użu mill-flessibbiltà permessa mill-approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex itaffu r-riskji assoċjati mar-relazzjonijiet tan-negozju b’mod proporzjonat. Jenħtieġ li taħt l-ebda ċirkostanza ma jiġu invokati raġunijiet tal-AML/CFT biex jiġġustifikaw deċiżjonijiet kummerċjali fir-rigward ta’ klijenti prospettivi jew eżistenti.

(54)

Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jidentifikaw u jieħdu miżuri raġonevoli biex jivverifikaw l-identità tas-sid benefiċjarju bl-użu ta’ dokumenti u sorsi ta’ informazzjoni affidabbli. Jenħtieġ li l-konsultazzjoni tar-reġistri ċentrali ta’ informazzjoni dwar s-sjieda benefiċjarja (ir-“reġistri ċentrali”) tippermetti lill-entitajiet marbutin b’obbligu jiżguraw konsistenza mal-informazzjoni miksuba permezz tal-proċess ta’ verifika u ma tkunx is-sors primarju tal-entità marbuta b’obbligu għall-verifika. Fejn l-entitajiet marbutin b’obbligu jidentifikaw diskrepanzi bejn l-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni li jiksbu mill-klijent jew minn sorsi affidabbli oħra matul id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, jenħtieġ li jirrapportaw dawk id-diskrepanzi lill-entità inkarigata mir-reġistru ċentrali rilevanti sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri biex jiġu solvuti l-inkonsistenzi. Dak il-proċess jikkontribwixxi għall-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni miżmuma f’dawk ir-reġistri, bħala parti minn approċċ b’diversi binarji biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tinsab fir-reġistri ċentrali tkun preċiża, adegwata u aġġornata. F’sitwazzjonijiet ta’ riskju baxx u fejn is-sidien benefiċjarji jkunu magħrufa mill-entità marbuta b’obbligu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-entitajiet marbutin b’obbligu li jippermettu lill-klijent jirrapporta diskrepanzi fejn jiġu identifikati differenzi żgħar li jikkonsistu fi żbalji ta’ natura tipografika jew teknika simili.

(55)

Ir-riskji maħluqa minn entitajiet ġuridiċi barranin u arranġamenti ġuridiċi barranin jeħtieġ li jittaffew b’mod adegwat. Fejn entità ġuridika maħluqa barra mill-Unjoni jew trust espress jew arranġament ġuridiku simili amministrat barra mill-Unjoni, jew li t-trustee tiegħu jew il-persuna f’pożizzjoni ekwivalenti tirresjedi jew tkun barra mill-Unjoni, jkunu waslu biex jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ entità marbuta b’obbligu, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fir-reġistru ċentrali ta’ stat Membru tkun prekundizzjoni għad-dħul fir-relazzjoni tan-negozju. Madankollu, għal entitajiet ġuridiċi maħluqabarra mill-Unjoni, ir-rekwiżit għandu japplika biss fil-każ ta’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-kategorija ta’ entità ġuridika barranija, is-settur li topera fih l-entità ġuridika barranija, jew fil-każ ta’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mas-settur li fih topera l-entità marbuta b’obbligu. Jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun ukoll prekundizzjoni għall-kontinwazzjoni ta’ relazzjoni ta’ negozju ma’ entità ġuridika maħluqa barra mill-Unjoni f’sitwazzjoni fejn dik ir-relazzjoni ssir assoċjata ma’tali riskji medji-għoljin jew għoljin wara l-istabbiliment tagħha.

(56)

Il-proċess tal-istabbiliment ta’ relazzjoni ta’ negozju jew it-twettiq tal-passi meħtieġa biex titwettaq tranżazzjoni okkażjonali jiġi skattat meta l-klijent jesprimi interess li jakkwista prodott jew li jirċievi servizz minn entità marbuta b’obbligu. Is-servizzi offruti mill-aġenti tal-proprjetà immobbli jinkludu l-għajnuna lill-klijent biex isibu proprjetà għax-xiri, il-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni. Tali servizzi jibdew ikunu ta’ rilevanza għall-finijiet tal-AML/CFT meta jkun hemm indikazzjoni ċara li l-partijiet huma lesti li jipproċedu bix-xiri, il-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni jew bit-teħid tal-passi preparatorji meħtieġa. Dan jista’ jkun, pereżempju, il-mument meta ssir offerta għax-xiri jew għall-kiri tal-proprjetà u tiġi aċċettata mill-partijiet. Qabel dak il-mument, ma jkunx meħtieġ li titwettaq diliġenza dovuta fuq kwalunkwe klijent prospettiv. Bl-istess mod, ma jkunx proporzjonat li titwettaq diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq persuni li għadhom ma esprimewx interess li jkomplu bix-xiri jew bil-kiri ta’ proprjetà speċifika.

(57)

It-tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli huma esposti għal riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex jittaffew dawk ir-riskji, l-operaturi tal-proprjetà immobbli li jintermedjaw ix-xiri, il-bejgħ u l-kiri ta’ proprjetà immobbli jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament mid-deżinjazzjoni jew min-negozju jew il-professjoni prinċipali tagħhom, inkluż l-iżviluppaturi tal-proprjetà meta u sal-punt li jintermedjaw fix-xiri, il-bejgħ u l-kiri ta’ proprjetà immobbli.

(58)

L-anonimità assoċjata ma’ ċerti prodotti tal-flus elettroniċi tesponihom għal riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, hemm differenzi sinifikanti fis-settur, u mhux il-prodotti kollha tal-flus elettroniċi għandhom l-istess livell ta’ riskju. Pereżempju, ċerti prodotti ta’ flus elettroniċi ta’ valur baxx, bħal kards ta’ rigal imħallsa minn qabel jew vawċers imħallsa minn qabel, jistgħu jippreżentaw riskji baxxi ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti imposti fuq is-settur ikunu proporzjonati mar-riskju tiegħu u ma jfixklux b’mod effettiv l-operat tiegħu, jenħtieġ li jkun possibbli, f’ċerti ċirkostanzi ppruvati ta’ riskju baxx u skont kundizzjonijiet stretti ta’ mitigazzjoni tar-riskju, li dawk il-prodotti jiġu eżentati minn ċerti miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, bħall-identifikazzjoni u l-verifika tal-klijent u tas-sid benefiċjarju, iżda mhux mill-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjonijiet tan-negozju. Jenħtieġ li jkun possibbli għas-superviżuri biss li jagħtu tali eżenzjoni wara verifika tar-riskju baxx ippruvat filwaqt li jitqiesu l-fatturi ta’ riskju rilevanti li għandhom jiġu definiti mill-AMLA u b’mod li effettivament itaffi kwalunkwe riskju ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u li jipprekludi ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli tal-AML/CFT. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe eżenzjoni jenħtieġ li tkun kundizzjonali fuq limiti stretti fir-rigward tal-valur massimu tal-prodott, l-użu esklużiv tiegħu għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, u dment li l-ammont maħżun ma jkunx jista’ jiġi skambjat ma’ valur ieħor.

(59)

Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu ma jkunux meħtieġa japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fuq klijenti li jwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali jew konnessi taħt ċertu valur, sakemm ma jkunx hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Filwaqt li l-livell limitu ta’ EUR 10 000, jew l-ammont ekwivalenti f’munita nazzjonali japplika għall-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet okkażjonali, l-entitajiet marbutin b’obbligu li joperaw f’setturi jew iwettqu tranżazzjonijiet li jippreżentaw riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti għal tranżazzjonijiet b’limiti aktar baxxi. Sabiex jiġu identifikati s-setturi jew it-tranżazzjonijiet kif ukoll il-livelli limitu adegwati għal dawk is-setturi jew it-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li l-AMLA tiżviluppa abbozzi ddedikati ta’ standards tekniċi regolatorji.

(60)

Ikun hemm sitwazzjonijiet speċifiċi fejn għall-finijiet ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, il-klijent ma jkunx limitat għall-persuna li tagħmel tranżazzjonijiet mal-entità marbuta b’obbligu. Dak huwa l-każ, pereżempju, fejn nutar wieħed biss ikun involut fi tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli. F’każijiet bħal dawn, sabiex jiġi żgurat li jitwettqu kontrolli adegwati fuq it-tranżazzjoni biex jiġu identifikati każijiet possibbli ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu, l-entitajiet marbutin b’obbligu jenħtieġ li jqisu kemm ix-xerrej kif ukoll il-bejjiegħ bħala klijenti u japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq iż-żewġ partijiet. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi lista ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn fejn il-klijent ma jkunx, jew ma jkunx limitat għall-klijent dirett tal-entità marbuta b’obbligu. Jenħtieġ li tali lista tikkomplementa l-fehim ta’ min il-klijent jinsab f’sitwazzjonijiet tipiċi u jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala li tinkludi interpretazzjoni eżawrjenti tat-terminu. Bl-istess mod, jenħtieġ li relazzjoni tan-negozju mhux dejjem tirrikjedi relazzjoni kuntrattwali jew involviment formali ieħor sakemm is-servizzi jiġu pprovduti ripetutament jew fuq perjodu ta’ żmien sabiex jinvolvu element ta’ durata. Fejn id-dritt nazzjonali jipprekludi lill-entitajiet marbutin b’obbligu li huma uffiċjali pubbliċi milli jidħlu f’relazzjonijiet kuntrattwali mal-klijenti, jenħtieġ li tali liġi nazzjonali ma tiġix interpretata li tipprojbixxi lil entitajiet marbutin b’obbligu li jittrattaw sensiela ta’ tranżazzjonijiet bħala relazzjoni ta’ negozju għall-finijiet tal-AML/CFT.

(61)

L-introduzzjoni ta’ livell limitu għall-Unjoni kollha għal pagamenti kbar fi flus kontanti tnaqqas ir-riskji assoċjati mal-użu ta’ tali pagamenti . Madankollu, l-entitajiet marbutin b’obbligu li jwettqu tranżazzjonijiet fi flus kontanti taħt dan l-ammont jibqgħu vulnerabbli għar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu peress li jipprovdu punt ta’ dħul fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li tintalab l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti biex jittaffew ir-riskji ta’ użu ħażin tal-flus kontanti. Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri jkunu proporzjonati mar-riskji ppreżentati minn tranżazzjonijiet ta’ valur inqas minn EUR 10 000, tali miżuri jenħtieġ li jkunu limitati għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-klijent u tas-sid benefiċjarju meta jwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali fi flus kontanti ta’ mill-inqas EUR 3 000. Dik il-limitazzjoni ma teħlisx lill-entità marbuta b’obbligu milli tapplika l-miżuri kollha ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti kull meta jkun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, jew milli tirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU.

(62)

Xi mudelli tan-negozju huma bbażati fuq l-entità marbuta b’obbligu li jkollha relazzjoni tan-negozju ma’ negozjant sabiex toffri servizzi ta’ bidu ta’ pagament li permezz tagħhom in-negozjant jitħallas għall-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, u mhux mal-klijent tan-negozjant, li jawtorizza s-servizz ta’ bidu ta’ pagament sabiex tinbeda tranżazzjoni waħda jew ta’ darba lin-negozjant. F’tali mudell ta’ negozju, il-klijent tal-entità marbuta b’obbligu għall-fini tar-regoli dwar l-AML/CFT huwa n-negozjant, u mhux il-klijent tan-negozjant. Għalhekk, fir-rigward tas-servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jenħtieġ li l- miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti jiġu applikati mill-entità marbuta b’obbligu vis-a-vis in-negozjant. Fir-rigward ta’ servizzi finanzjarji oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż fejn ipprovduti mill-istess operatur, id-determinazzjoni tal-klijent jenħtieġ li ssir b’kont meħud tas-servizzi pprovduti.

(63)

L-attivitajiet tal-logħob tal-azzard ivarjaw fin-natura, l-ambitu ġeografiku u r-riskji assoċjati. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni proporzjonata u bbażata fuq ir-riskju ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jidentifikaw servizzi tal-logħob tal-azzard assoċjati ma’ riskji baxxi ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, bħal lotteriji tal-Istat jew privati, jew attivitajiet tal-logħob tal-azzard amministrati mill-Istat, u li jiddeċiedu li ma japplikawx għalihom ir-rekwiżiti kollha jew uħud minnhom ta’ dan ir-Regolament. Minħabba l-effetti transfruntiera potenzjali tal-eċċezzjonijiet nazzjonali, huwa meħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ approċċ strett ibbażat fuq ir-riskju madwar l-Unjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tapprova d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, jew tirrifjutahom fejn l-eċċezzjoni ma tkunx ġustifikata minn riskju baxx ippruvat. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li ma tingħata l-ebda eċċezzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet assoċjati ma’ riskji ogħla. Dan huwa l-każ għal attivitajiet bħall-każinòs, il-logħob tal-azzard online u l-imħatri sportivi, iżda mhux il-każ fejn l-attivitajiet tal-logħob tal-azzard online huma amministrati mill-Istat, kemm permezz tal-forniment dirett ta’ dawk is-servizzi kif ukoll permezz tar-regolamentazzjoni tal-mod li bih dawk is-servizzi tal-logħob tal-azzard jiġu organizzati, operati u amministrati. Fid-dawl tar-riskji għas-saħħa pubblika jew ta’ attivitajiet kriminali li jistgħu jkunu assoċjati mal-logħob tal-azzard, il-miżuri nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni, l-operat u l-amministrazzjoni tal-logħob tal-azzard, fejn ġenwinament isegwu għanijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskji assoċjati ma’ dik l-attività.

(64)

Il-livell limitu ta’ EUR 2 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard jintlaħaq irrispettivament minn jekk il-klijent iwettaqx tranżazzjoni waħda ta’ mill-inqas dak l-ammont jew diversi tranżazzjonijiet iżgħar li jammontaw għal dak l-ammont. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard ikunu jistgħu jattribwixxu tranżazzjonijiet lil klijent partikolari anki jekk ikunu għadhom ma vverifikawx l-identità tal-klijent, biex ikunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw jekk u meta dak il-livell limitu jkun intlaħaq. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard ikollhom fis-seħħ sistemi li jippermettu l-attribuzzjoni u l-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet qabel l-applikazzjoni tar-rekwiżit li titwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Fil-każ ta’ każinòs jew postijiet fiżiċi oħra tal-logħob tal-azzard, jista’ ma jkunx prattiku li tiġi vverifikata l-identità tal-klijent ma’ kull tranżazzjoni. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi identifikat il-klijent u li tiġi vverifikata l-identità tal-klijent mad-dħul fil-bini tal-logħob tal-azzard, dment li jkun hemm fis-seħħ sistemi li jattribwixxu tranżazzjonijiet imwettqa fil-bini tal-logħob tal-azzard, inkluż ix-xiri jew l-iskambju ta’ ċipep tal-logħob tal-azzard, lil dak il-klijent.

(65)

Id-Direttiva (UE) 2015/849, minkejja li armonizzat ir-regoli tal-Istati Membri fil-qasam tal-obbligi ta’ identifikazzjoni tal-klijenti sa ċertu punt, ma stabbilietx regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-entitajiet marbutin b’obbligu. Fid-dawl tal-importanza kruċjali ta’ dak l-aspett fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, huwa xieraq, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li jiġu introdotti dispożizzjonijiet aktar speċifiċi u dettaljati dwar l-identifikazzjoni tal-klijent u dwar il-verifika tal-identità tal-klijent, kemm jekk b’rabta ma’ persuni fiżiċi kif ukoll jekk ġuridiċi, arranġamenti ġuridiċi bħal trusts jew entitajiet li għandhom kapaċità legali skont il-liġi nazzjonali.

(66)

L-iżviluppi teknoloġiċi u l-progress fid-diġitalizzazzjoni jippermettu identifikazzjoni u verifika siguri mill-bogħod jew elettroniċi tal-klijenti prospettivi u eżistenti u jistgħu jiffaċilitaw it-twettiq mill-bogħod tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Is-soluzzjonijiet ta’ identifikazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) jippermettu mezzi siguri u affidabbli ta’ identifikazzjoni u ta’ verifika tal-klijenti kemm għall-klijenti prospettivi kif ukoll għall-klijenti eżistenti u jistgħu jiffaċilitaw it-twettiq mill-bogħod tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Jenħtieġ li l-identifikazzjoni elettronika kif stabbilita f’dak ir-Regolament titqies u tiġi aċċettata mill-entitajiet marbutin b’obbligu għall-proċess ta’ identifikazzjoni tal-klijent. L-użu ta’ tali mezzi ta’ identifikazzjoni jistgħujnaqqsu, fejn ikunu fis-seħħ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju, il-livell ta’ riskju għal wieħed standard jew saħansitra għal wieħed baxx. Meta tali identifikazzjoni elettronika ma tkunx disponibbli għal klijent, pereżempju minħabba n-natura tal-istatus ta’ residenza tiegħu fi Stat Membru partikolari jew ir-residenza tiegħu f’pajjiż terz, jenħtieġ li l-verifika ssir permezz ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti.

(67)

Sabiex jiġi żgurat li l-qafas AML/CFT jipprevjeni d-dħul ta’ fondi illeċiti fis-sistema finanzjarja, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jwettqu diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti qabel ma jidħlu f’relazzjonijiet tan-negozju ma’ klijenti prospettivi, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Madankollu, sabiex ma jdewmux bla bżonn il-kondotta normali tal-operazzjonijiet, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jiġbru l-informazzjoni mingħu il-klijent prospettiv matul l-istabbiliment ta’ relazzjoni tan-negozju. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni neċessarja mill-klijenti prospettivi ladarba tiġi stabbilita r-relazzjoni, dment li t-tranżazzjonijiet ma jinbdewx qabel ma jitlesta b’suċċess il-proċess ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti.

(68)

Il-proċess ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ma huwiex limitat għall-identifikazzjoni u għall-verifika tal-identità tal-klijent. Qabel ma jidħlu f’relazzjonijiet ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jivvalutaw ukoll l-iskop u n-natura ta’ relazzjoni tan-negozju jew tranżazzjoni okkażjonali. Informazzjoni prekuntrattwali jew informazzjoni oħra dwar il-prodott jew is-servizz propost li tiġi kkomunikata lill-klijent prospettiv tista’ tikkontribwixxi għall-fehim ta’ dak l-iskop. Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu dejjem ikunu jistgħu jivvalutaw l-iskop u n-natura ta’ relazzjoni tan-negozju prospettiva jew tranżazzjoni okkażjonali b’mod mhux ambigwu. Meta s-servizz jew il-prodott offrut jippermetti lill-klijenti jwettqu diversi tipi ta’ tranżazzjonijiet jew ta’ attivitajiet, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jiksbu biżżejjed informazzjoni dwar l-intenzjoni tal-klijent rigward l-użu li għandu jsir minn dik ir-relazzjoni.

(69)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-qafas AML/CFT, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jirrieżaminaw b’mod regolari l-informazzjoni miksuba mill-klijenti tagħhom, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Ir-relazzjonijiet kummerċjali x’aktarx li jevolvu hekk kif iċ-ċirkostanzi tal-klijenti u l-attivitajiet li jwettqu permezz tar-relazzjoni tan-negozju jinbidlu maż-żmien. Sabiex jinżamm fehim komprensiv tal-profil tar-riskju tal-klijent u jitwettaq skrutinju sinifikanti tat-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jirrieżaminaw regolarment l-informazzjoni miksuba mill-klijenti tagħhom, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Tali rieżamijiet jenħtieġ li jsiru fuq bażi perjodika iżda jenħtieġ li jiġu skattati wkoll minn bidliet fiċ-ċirkostanzi rilevanti tal-klijent, meta l-fatti u l-informazzjoni jindikaw bidla potenzjali fil-profil tar-riskju jew id-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-klijent. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-entità marbuta b’obbligu tikkunsidra l-ħtieġa li tirrieżamina l-fajl tal-klijent bi tweġiba għal bidliet materjali, bħal bidla fil-ġuriżdizzjonijiet innegozjati, fil-valur jew fil-volum tat-tranżazzjonijiet, fuq talbiet għal prodotti jew servizzi ġodda li jkunu differenti b’mod sinifikanti f’termini ta’ riskju jew wara bidliet fis-sjieda benefiċjarja.

(70)

Fil-kuntest ta’ klijenti ripetuti li għalihom reċentement twettqu miżuri ta’ diliġenza dovuta, jenħtieġ li jkun possibbli li l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti jiġu ssodisfati billi tinkiseb konferma mill-klijent li l-informazzjoni u d-dokumenti miżmuma fir-rekords ma nbidlux. Tali metodu jiffaċilita l-applikazzjoni tal-obbligi tal-AML/CFT f’sitwazzjonijiet fejn l-entità marbuta b’obbligu tkun kunfidenti li l-informazzjoni relatata mal-klijent ma tkunx inbidlet, peress li hija r-responsabbiltà tal-entitajiet marbutin b’obbligu li jiżguraw li jieħdu miżuri adegwati ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li jiġu rreġistrati l-konferma riċevuta mill-klijent, u kwalunkwe bidla fl-informazzjoni miżmuma fuq il-klijent.

(71)

L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jipprovdu aktar minn prodott jew servizz wieħed fil-kuntest ta’ relazzjoni tan-negozju. F’dawk iċ-ċirkustanzi, ir-rekwiżit li l-informazzjoni, id-data u d-dokumenti jiġu aġġornati f’intervalli regolari mhuwiex intiż li jimmira lejn il-prodott jew is-servizz individwali, iżda r-relazzjoni tan-negozju kollha kemm hi. Huwa f’idejn l-entitajiet marbutin b’obbligu li jivvalutaw, fil-firxa kollha ta’ prodotti jew servizzi pprovduti, meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi rilevanti tal-klijent, jew meta jiġu ssodisfati kundizzjonijiet oħra li jiskattaw l-aġġornament tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, u li jipproċedu biex jirrieżaminaw il-fajl tal-klijent fir-rigward tar-relazzjoni tan-negozju kollha.

(72)

Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jistabbilixxu wkoll sistema ta’ monitoraġġ sabiex jidentifikaw tranżazzjonijiet li jistgħu jqajmu suspetti ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li l-attività ta’ monitoraġġ tal-entitajiet marbutin b’obbligu fil-prinċipju tkopri s-servizzi u l-prodotti kollha offruti lill-klijenti u t-tranżazzjonijiet kollha li jitwettqu f’isem il-klijent jew offruti lill-klijent mill-entità marbuta b’obbligu. Madankollu, mhux it-tranżazzjonijiet kollha jeħtieġ li jiġu skrutinizzati individwalment. Jenħtieġ li l-intensità tal-monitoraġġ tirrispetta l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u tkun imfassla fuq kriterji preċiżi u rilevanti, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-klijent u l-livell ta’ riskju assoċjat magħhom, il-prodotti u s-servizzi offruti, u l-pajjiżi jew iż-żoni ġeografiċi kkonċernati. Jenħtieġ li l-AMLA tiżviluppa linji gwida sabiex tiżgura li l-intensità tal-monitoraġġ tar-relazzjonijiet tan-negozju u tat-tranżazzjonijiet tkun adegwata u proporzjonata għal-livell ta’ riskju.

(73)

It-terminazzjoni tar-relazzjoni tan-negozju fejn il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ma jkunux jistgħu jiġu rrispettati tnaqqas l-iskopertura tal-entità marbuta b’obbligu għar-riskji maħluqa minn bidliet possibbli fil-profil tal-klijent. Madankollu, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn it-terminazzjoni jenħtieġ li ma tiġix segwita minħabba għanijiet ta’ interess pubbliku. Dan huwa l-każ, pereżempju, fir-rigward ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, fejn l-entitajiet marbutin b’obbligu jenħtieġ li, fejn meħtieġ, bħala alternattiva għat-terminazzjoni, jieħdu miżuri biex jiffriżaw ir-relazzjoni tan-negozju inkluż billi jipprojbixxu kwalunkwe servizz ulterjuri lil dak il-klijent u jżommu l-ħlas lill-benefiċjarji, sakemm ikun jista’ jkun hemm konformità mal-miżuri tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Barra minn hekk, ċerti prodotti u servizzi jirrikjedu li l-entità marbuta b’obbligu tkompli żżomm jew tirċievi l-fondi tal-klijent kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, pereżempju fil-kuntest ta’ self, kontijiet ta’ pagament jew it-teħid ta’ depożiti. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jiġix ittrattati bħala impediment għar-rekwiżit li tiġi tterminata r-relazzjoni tan-negozju, li jista’ jinkiseb billi jiġi żgurat li ma titwettaq l-ebda tranżazzjoni jew attività għall-klijent.

(74)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-AMLA jkollha l-kompitu li tfassal abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Jenħtieġ li dawk l-istandards tekniċi regolatorji jistabbilixxu s-sett minimu ta’ informazzjoni li għandha tinkiseb mill-entitajiet marbutin b’obbligu sabiex jidħlu f’relazzjonijiet ġodda tan-negozju ma’ klijenti jew jivvalutaw dawk li jkunu għaddejjin, skont il-livell ta’ riskju assoċjat ma’ kull klijent. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jipprovdu biżżejjed ċarezza sabiex jippermettu lill-atturi tas-suq jiżviluppaw mezzi siguri, aċċessibbli u innovattivi għall-verifika tal-identità tal-klijenti u għat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, inkluż mill-bogħod, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Dawk il-kompiti speċifiċi huma konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-AMLA kif previst fir-Regolament (UE) 2024/1620.

(75)

Jenħtieġ li l-armonizzazzjoni tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ser tikkontribwixxi għall-kisba ta’ fehim konsistenti, u effettiv b’mod konsistenti, tar-riskji assoċjati ma’ klijent eżistenti jew prospettiv irrispettivament minn fejn tinfetaħ ir-relazzjoni tan-negozju fl-Unjoni. Jenħtieġ li dik l-armonizzazzjoni tiżgura wkoll li l-informazzjoni miksuba fit-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ma tintużax mill-entitajiet marbutin b’obbligu sabiex isegwu prattiki ta’ tneħħija tar-riskji li jistgħu jirriżultaw f’ċirkomvenzjoni ta’ obbligi legali oħrajn, b’mod partikolari dawk stabbiliti fid-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) jew fid-Direttiva (UE) 2015/2366, mingħajr ma jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex tkun tista’ ssir is-superviżjoni xierqa tal-konformità mal-obbligi ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, huwa importanti li l-entitajiet marbutin b’obbligu jżommu rekord tal-azzjonijiet imwettqin u tal-informazzjoni miksuba matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, irrispettivament minn jekk tiġix stabbilita relazzjoni tan-negozju ġdida magħhom u minn jekk dawn ikunux issottomettew rapport dwar tranżazzjonijiet suspettużi wara li jirrifjutaw li jistabbilixxu relazzjoni tan-negozju. Meta l-entità marbuta b’obbligu tieħu deċiżjoni li ma tidħolx f’relazzjoni tan-negozju ma’ klijent prospettiv, jew li tittermina relazzjoni ta’ negozju eżistenti, li tirrifjuta li twettaq tranżazzjoni okkażjonali, jew li tapplika miżuri alternattivi biex tittermina relazzjoni tan-negozju, jenħtieġ li r-rekords tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti jinkludu r-raġunijiet għal tali deċiżjoni. Dan jippermetti lill-awtoritajiet superviżorji jivvalutaw jekk l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunux ikkalibraw kif xieraq il-prattiki ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti tagħhom u kif tevolvi l-iskopertura għar-riskju tal-entità, kif ukoll jgħin biex tinbena evidenza statistika dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mill-entitajiet marbutin b’obbligu fl-Unjoni kollha.

(76)

L-approċċ għar-rieżami ta’ klijenti eżistenti fil-qafas AML/CFT attwali diġà huwa bbażat fuq ir-riskju. Madankollu, b’kont meħud tar-riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u reati predikati assoċjati li huma marbutin ma’ ċerti strutturi intermedjarji, dak l-approċċ jista’ ma jippermettix għad-detezzjoni fil-ħin u għall-valutazzjoni tar-riskji. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li kategoriji speċifikati b’mod ċar ta’ klijenti eżistenti huma wkoll issorveljati fuq bażi regolari.

(77)

Ir-riskju nnifsu huwa varjabbli fin-natura, u l-varjabbli, waħedhom jew meta kkombinati, jistgħu jżidu jew inaqqsu r-riskju potenzjali maħluq, u b’hekk ikollhom impatt fil-livell xieraq ta’ miżuri preventivi, bħal miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti.

(78)

F’sitwazzjonijiet ta’ riskju baxx, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu japplikaw miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta. Dan ma jfissirx eżenzjoni jew nuqqas ta’ miżuri tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Minflok, jikkonsisti f’sett simplifikat jew imnaqqas ta’ miżuri ta’ skrutinju, li madankollu jenħtieġ li jindirizza l-komponenti kollha tal-proċedura standard ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent. F’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu xorta waħda jkunu jistgħu jnaqqsu l-frekwenza jew l-intensità tal-iskrutinju tal-klijenti jew tat-tranżazzjonijiet tagħhom, jew jiddependu fuq suppożizzjonijiet adegwati fir-rigward tal-fini tar-relazzjoni tan-negozju jew tal-użu ta’ prodotti sempliċi. Jenħtieġ li l-istandards tekniċi regolatorji dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti jistabbilixxu l-miżuri simplifikati speċifiċi li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jimplimentaw fil-każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ riskju aktar baxx identifikati fil-valutazzjoni tar-riskjifil-livell tal-Unjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Meta jiġu żviluppati abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, jenħtieġ li l-AMLA tqis kif xieraq il-preservazzjoni tal-inklużjoni soċjali u finanzjarja.

(79)

Jenħtieġ li jkun rikonoxxut li ċerti sitwazzjonijiet jippreżentaw riskju akbar ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Għalkemm l-identità u l-profil tan-negozju tal-klijenti kollha jenħtieġ li jkunu stabbiliti bl-applikazzjoni regolari tal-miżuri dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, hemm każijiet li fihom ikunu meħtieġa proċeduri partikolarment rigorużi għall-identifikazzjoni u għall-verifika tal-klijent. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar tali miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa, inklużi miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta msaħħa għal relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera.

(80)

Relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera ma’ istituzzjoni rispondenti ta’ pajjiż terz huma kkaratterizzati min-natura kontinwa u ripetittiva tagħhom. Barra minn hekk, mhux is-servizzi bankarji korrispondenti transfruntiera kollha jippreżentaw l-istess livell ta’ riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk, jenħtieġ li l-intensità tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Madankollu, jenħtieġ li l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju ma jiġix applikat meta jkun hemm interazzjoni ma’ istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiż terz li ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika fejn ikunu maħluqa, jew ma’ entitajiet mhux irreġistrati u mhux liċenzjati li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi. Minħabba r-riskju għoli ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu inerenti fl-istituzzjonijiet fantażma, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji joqogħdu lura milli jkollhom kwalunkwe relazzjoni korrispondenti ma’ tali istituzzjonijiet fantażma, kif ukoll ma’ kontropartijiet f’pajjiżi terzi li jippermettu li l-kontijiet tagħhom jintużaw minn istituzzjonijiet fantażma. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni biex jiġu pprovduti servizzi mhux regolati, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiżguraw ukoll li l-kontijiet tagħhom ma jintużawx minn skambji interni u jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri biex jidentifikaw kwalunkwe tentattiv bħal dan.

(81)

Fil-kuntest tat-twettiq tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħhom, is-superviżuri jistgħu jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn ksur tar-rekwiżiti tal-AML/CFT minn istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiżi terzi, jew dgħufijiet fl-implimentazzjoni tagħhom tar-rekwiżiti tal-AML/CFT, jikkawżaw riskji għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Sabiex jittaffew dawk ir-riskji, jenħtieġ li jkun possibbli għall-AMLA li tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni sabiex tinfurmahom dwar il-fehmiet tagħha dwar in-nuqqasijiet ta’ dawk l-istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dawk ir-rakkomandazzjonijiet jinħarġu meta l-AMLA u s-superviżuri finanzjarji fl-Unjoni jaqblu li l-ksur u d-dgħufijiet fis-seħħ fl-istituzzjonijiet rispondenti tal-pajjiż terz x’aktarx jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju ta’ relazzjonijiet korrispondenti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni, u dment li l-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz u s-superviżur tagħha jkollhom l-opportunità li jipprovdu l-fehmiet tagħhom. Sabiex jiġi ppreservat il-funzjonament tajjeb tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji jieħdu miżuri adegwati b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet mill-AMLA, inkluż billi jastjenu milli jidħlu jew ikomplu relazzjoni korrispondenti sakemm ma jkunux jistgħu jistabbilixxu miżuri ta’ mitigazzjoni suffiċjenti biex jindirizzaw ir-riskji maħluqa mir-relazzjoni korrispondenti.

(82)

Fil-kuntest tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa, il-kisba ta’ approvazzjoni mill-maniġment superjuri għat-twaqqif ta’ relazzjonijiet tan-negozju ma għandhiex neċessarjament timplika, fil-każijiet kollha, il-kisba ta’ approvazzjoni mill-bord tad-diretturi. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali approvazzjoni tinkiseb minn xi ħadd b’għarfien suffiċjenti dwar l-iskopertura għar-riskju ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni u ta’ anzjanità suffiċjenti sabiex jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju tagħha.

(83)

Sabiex jiġi protett il-funzjonament xieraq tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bl-għan li tidentifika l-pajjiżi terzi li n-nuqqasijiet tagħhom fir-reġimi nazzjonali tagħhom dwar l-AML/CFT jirrappreżentaw theddida għall-integrità tas-suq intern tal-Unjoni. In-natura li dejjem tinbidel tat-theddid ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu minn barra l-Unjoni, iffaċilitata minn evoluzzjoni kostanti tat-teknoloġija u tal-mezzi għad-dispożizzjoni tal-kriminali, teħtieġ li jitwettqu adattamenti rapidi u kontinwi tal-qafas legali fir-rigward tal-pajjiżi terzi sabiex jiġu indirizzati b’mod effiċjenti r-riskji eżistenti u jiġi impedit li jinqalgħu oħrajn ġodda. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, bħala linja bażi għall-valutazzjoni tagħha, l-informazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn korpi tal-istabbiliment ta’ standards fil-qasam tal-AML/CFT, bħal stqarrijiet pubbliċi tal-FATF, rapporti ta’ evalwazzjoni reċiproka jew ta’ valutazzjoni dettaljata jew rapporti ta’ segwitu ppubblikati, u tadatta l-valutazzjonijiet tagħha għall-bidliet li jkun fihom, fejn xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġixxi fi żmien 20 jum minn meta taċċerta n-nuqqasijiet fir-reġim tal-AML/CFT ta’ pajjiż terz li joħolqu theddida għall-integrità tas-suq intern tal-Unjoni.

(84)

Pajjiżi terzi “li huma soġġetti għal sejħa għal azzjoni” mill-entità internazzjonali rilevanti li tistabbilixxi l-istandards, jiġifieri (l-FATF) jippreżentaw nuqqasijiet strateġiċi sinifikanti ta’ natura persistenti fl-oqfsa legali u istituzzjonali tagħhom tal-AML/CFT u fl-implimentazzjoni tagħhom li x’aktarx joħolqu riskju għoli għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. In-natura persistenti tan-nuqqasijiet strateġiċi sinifikanti, li jirriflettu n-nuqqas ta’ impenn jew in-nuqqas kontinwu mill-pajjiż terz li jindirizzahom, jindikaw livell ogħla ta’ theddid li jirriżulta minn dawk il-pajjiżi terzi, li jeħtieġ rispons ta’ mitigazzjoni effettiv, konsistenti u armonizzat fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu meħtieġa japplikaw is-sett sħiħ ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa disponibbli għal tranżazzjonijiet okkażjonali u għal relazzjonijiet tan-negozju li jinvolvu dawk il-pajjiżi terzi b’riskju għoli sabiex jimmaniġjaw u jimmitigaw ir-riskji sottostanti. Barra minn hekk, il-livell għoli ta’ riskju jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ kontromiżuri speċifiċi addizzjonali, kemm jekk fil-livell tal-entitajiet marbutin b’obbligu kif ukoll jekk mill-Istati Membri. Approċċ bħal dan jevita d-diverġenza fid-determinazzjoni tal-kontromiżuri rilevanti, li jiskopru s-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni għar-riskji. Fejn l-Istati Membri jidentifikaw riskji speċifiċi li ma jiġux mitigati, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu japplikaw kontromiżuri addizzjonali, u li f’dak il-każ jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Fejn il-Kummissjoni tqis li dawk ir-riskji huma ta’ rilevanza għas-suq intern, jenħtieġ li hija tkun tista’ taġġorna l-att delegat rilevanti biex jinkludi l-kontromiżuri addizzjonali meħtieġa biex jittaffew dawk ir-riskji. Fejn il-Kummissjoni tqis li dawk il-kontromiżuri mhumiex meħtieġa u jimminaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tiddeċiedi li l-Istat Membru jtemm il-kontromiżura speċifika. Qabel ma tiskatta l-proċedura għal dik id-deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi opportunità lill-Istat Membru kkonċernat biex jippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar il-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni. Minħabba l-għarfien espert tekniku tiegħu, l-AMLA jista’ jipprovdi kontribut utli lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tal-kontromiżuri xierqa.

(85)

Id-dgħufijiet fil-konformità kemm fil-qafas legali kif ukoll f’dak istituzzjonali tal-AML/CFT u fl-implimentazzjoni tiegħu f’pajjiżi terzi li huma soġġetti għal “monitoraġġ akbar” mill-FATF huma suxxettibbli li jiġu sfruttati mill-kriminali. Dan x’aktarx li jirrappreżenta riskju għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, u dak ir-riskju jeħtieġ li jiġi mmaniġġat u mmitigat. L-impenn ta’ dawk il-pajjiżi terzi sabiex jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati, filwaqt li ma jeliminawx ir-riskju, jiġġustifika rispons ta’ mitigazzjoni anqas sever minn dak applikabbli għal pajjiżi terzi b’riskju għoli. Fejn tali pajjiżi terzi jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa għal tranżazzjonijiet okkażjonali u għal relazzjonijiet tan-negozju meta jittrattaw ma’ persuni fiżiċi jew ma’ entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’dawk il-pajjiżi terzi li huma mfasslin għan-nuqqasijiet speċifiċi identifikati f’kull pajjiż terz. Tali identifikazzjoni granulari tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li għandhom jiġu applikati, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, tiżgura wkoll li l-miżuri jkunu proporzjonati għal-livell ta’ riskju. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u proporzjonat bħal dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tidentifika liema miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta msaħħa jkunu meħtieġa sabiex jiġu mmitigati r-riskji speċifiċi għall-pajjiżi. Minħabba l-għarfien espert tekniku tal-AMLA, hija tista’ tipprovdi kontribut utli lill-Kummissjoni sabiex tidentifika l-miżuri mtejbin u xierqa ta’ diliġenza dovuta.

(86)

Pajjiżi li mhumiex identifikati pubblikament bħala suġġetti għal sejħiet għal azzjonijiet jew monitoraġġ akbar mill-FATF xorta jistgħu jkunu ta’ theddida speċifika u serja għall-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, li tista’ tkun dovuta jew għal nuqqasijiet ta’ konformità jew għal nuqqasijiet strateġiċi sinifikanti ta’ natura persistenti fir-reġim AML/CFT tagħhom. Sabiex jittaffew dawk ir-riskji speċifiċi, li ma jistgħux jittaffew permezz ta’ miżuri applikabbli għal pajjiżi b’nuqqasijiet strateġiċi jew pajjiżi b’dgħufijiet fil-konformità, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tieħu azzjoni f’ċirkostanzi eċċezzjonali billi tidentifika tali pajjiżi terzi, abbażi ta’ sett ċar ta’ kriterji u bl-appoġġ tal-AMLA. Skont il-livell ta’ riskju ppreżentat għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrikjedi l-applikazzjoni jew tal-miżuri kollha ta’ diliġenza dovuta msaħħa u tal-kontromiżuri speċifiċi għall-pajjiżi, fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli, jew ta’ miżuri tad-diliġenza dovuta msaħħa speċifiċi għall-pajjiżi, fir-rigward ta’ pajjiżi terzi bi dgħufijiet fil-konformità.

(87)

Sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni konsistenti ta’ pajjiżi terzi li joħolqu theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li ma jiġux identifikati pubblikament bħala soġġetti għal sejħiet għal azzjonijiet jew monitoraġġ akbar mil-FATF, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ at ta’ implimentazzjoni, il-metodoloġija għall-identifikazzjoni f’ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ tali pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dik il-metodoloġija tinkludi b’mod partikolari kif għandhom jiġu vvalutati l-kriterji u l-proċess għall-interazzjoni ma’tali pajjiżi terzi u għall-involviment tal-Istati Membri u tal-AMLA fl-istadji preparatorji ta’ tali identifikazzjoni.

(88)

Meta jitqies li jista’ jkun hemm bidliet fl-oqfsa AML/CFT tal-pajjiżi terzi identifikati skont dan ir-Regolament, jew fl-implimentazzjoni tagħhom, pereżempju bħala riżultat tal-impenn tal-pajjiż li jindirizza d-dgħufijiet identifikati jew tal-adozzjoni ta’ miżuri tal-AML/CFT rilevanti sabiex jindirizzahom, li jistgħu jbiddlu n-natura u l-livell tar-riskji li jirriżultaw minnhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina regolarment l-identifikazzjoni ta’ dawk il-miżuri mtejbin speċifiċi ta’ diliġenza dovuta sabiex tiżgura li jkunu għadhom proporzjonati u adegwati.

(89)

It-theddid estern potenzjali għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni ma jiġix biss minn pajjiżi terzi, iżda jista’ jinħoloq ukoll fir-rigward ta’ fatturi speċifiċi ta’ riskju għall-klijent jew ta’ prodotti, ta’ servizzi, ta’ tranżazzjonijiet jew ta’ kanali ta’ konsenja li jiġu osservati fir-rigward ta’ żona ġeografika speċifika barra mill-Unjoni. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu identifikati x-xejriet, ir-riskji u l-metodi tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li għalihom jistgħu jkunu skoperti l-entitajiet marbutin b’obbligu tal-Unjoni. L-AMLA tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tidentifika kwalunkwe tipoloġija emerġenti ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu minn barra l-Unjoni, sabiex timmonitorja l-evoluzzjoni tagħhom bl-għan li tipprovdi gwida lill-entitajiet marbutin b’obbligu tal-Unjoni dwar il-ħtieġa li japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa mmirati lejn il-mitigazzjoni ta’ tali riskji.

(90)

Ir-relazzjonijiet ma’ individwi li għandhom jew li kellhom karigi pubbliċi importanti, fl-Unjoni jew internazzjonalment, u b’mod partikolari individwi minn pajjiżi fejn il-korruzzjoni hija mifruxa, jistgħu jiskopru lis-settur finanzjarju għal riskji reputazzjonali u legali sinifikanti. L-isforz internazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni jiġġustifika l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari għal tali persuni u li jiġu applikati miżuri msaħħa xierqa ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta’ persuni li jkollhom jew li kellhom karigi pubbliċi prominenti u fir-rigward ta’ persuni b’karigi ta’ livell għoli f’organizzazzjonijiet internazzjonali. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu speċifikati miżuri li l-entitajiet marbutin b’obbligu jenħtieġ li japplikaw fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet jew ta’ relazzjonijiet tan-negozju ma’ persuni esposti politikament. Sabiex jiġi ffaċilitat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jenħtieġ li l-AMLA tingħata l-kompitu li toħroġ linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-livell ta’ riskji assoċjati ma’ kategorija partikolari ta’ persuni esposti politikament, mal-membri tal-familja tagħhom jew ma’ persuni magħrufin bħala assoċjati mill-qrib.

(91)

Ir-riskji assoċjati ma’ persuni li huma jew li kienu fdati b’ funzjonijiet pubbliċi prominenti mhumiex limitati għal-livell nazzjonali iżda jistgħu jeżistu wkoll fil-livelli reġjonali /jew muniċipali. Dan huwa partikolarment minnu fil-livell lokali għal żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni, bħall-ibliet, li flimkien mal-livell reġjonali spiss jimmaniġġjaw fondi pubbliċi sinifikanti u aċċess għal servizzi jew permessi kritiċi, b’riskju li jirriżulta f’korruzzjoni u ħasil tal-flus assoċjat. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu inklużi fil-kategorija ta’ persuni li huma jew li kienu fdati b’ funzjonijiet pubbliċi prominenti l-kapijiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż gruppi ta’ muniċipalitajiet u reġjuni metropolitani, b’mill-inqas 50 000 abitant. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li l-ġeografija u l-organizzazzjoni amministrattiva tal-Istati Membri jvarjaw b’mod sinifikanti, u jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu, fejn xieraq, li jistabbilixxu livell limitu aktar baxx biex ikopri l-awtoritajiet lokali rilevanti abbażi tar-riskju. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi, jenħtieġ li jikkomunikaw dawk il-livelli limitu aktar baxxi lill-Kummissjoni.

(92)

Il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ intrapriżi kkontrollati mill-istat jew mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali jistgħu jkunu esposti wkoll għal riskji ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus assoċjat. Minħabba d-daqs tal-baġit ta’ tali intrapriżi u l-fondi mmaniġġjati, tali riskji huma partikolarment akuti fir-rigward ta’ membri eżekuttivi għolja f’intrapriżi kkontrollati mill-Istat. Ir-riskji jistgħu jinħolqu wkoll fir-rigward ta’ intrapriżi ta’ daqs sinifikanti kkontrollati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali. B’riżultat ta’ dan, l-eżekuttivi superjuri f’intrapriżi kkontrollati minn awtoritajiet reġjonali jew lokali jenħtieġ li jitqiesu bħala persuni esposti politikament meta dawk l-intrapriżi jikkwalifikaw bħala impriżi jew gruppi ta’ daqs medju jew kbar kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). Madankollu, filwaqt li jirrikonoxxu d-differenzi organizzattivi ġeografiċi u amministrattivi, u s-setgħat u r-responsabbiltajiet assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi u l-uffiċjali eżekuttivi għolja tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu livell limitu tal-fatturat annwali aktar baxx abbażi tar-riskju. F’każ bħal dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’ dik id-deċiżjoni.

(93)

Sabiex jiġu identifikati l-persuni esposti politikament fl-Unjoni, jenħtieġ li jinħarġu listi mill-Istati Membri li jindikaw il-funzjonijiet speċifiċi li, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi, jikkwalifikaw bħala karigi pubbliċi prominenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu lil kull organizzazzjoni internazzjonali akkreditata fit-territorji tagħhom sabiex toħroġ u żżomm aġġornata lista ta’ karigi pubbliċi prominenti f’dik l-organizzazzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-kompitu li tiġbor u toħroġ lista, li jenħtieġ li tkun valida madwar l-Unjoni kollha, fir-rigward ta’ persuni fdati b’karigi pubbliċi prominenti fl-istituzzjonijiet jew fil-korpi tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat għall-identifikazzjoni u n-notifika ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-format li għandu jintuża għan-notifiki tal-Istati Membri, u jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw il-kategoriji ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti identifikati minn dan ir-Regolament, meta dawn ikunu komuni fl-Istati Membri kollha.

(94)

Fejn il-klijenti ma jibqgħux fdati b’kariga pubblika prominenti, xorta jistgħu joħolqu riskju ogħla, pereżempju minħabba l-influwenza informali li xorta jistgħu jeżerċitaw, jew minħabba li l-funzjonijiet preċedenti u attwali tagħhom ikunu marbutin. Huwa essenzjali li l-entitajiet marbutin b’obbligu jqisu dawk ir-riskji kontinwi u japplikaw miżura waħda jew aktar ta’ diliġenza dovuta msaħħa sa dak iż-żmien li l-individwi jitqiesu li ma jippreżentaw l-ebda riskju ulterjuri, u fi kwalunkwe każ għal mhux anqas minn 12-il xahar minn meta jieqfu jokkupaw kariga pubblika prominenti.

(95)

Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni spiss ma jkollhomx relazzjonijiet ma’ klijenti li jkunu benefiċjarji tal-poloz tal-assigurazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw każijiet ta’ riskju ogħla, bħal meta r-rikavat tal-politika jkun ta’ benefiċċju għal persuna esposta politikament. Sabiex jiġi ddeterminat jekk dan ikunx il-każ, jenħtieġ li l-polza tal-assigurazzjoni tinkludi miżuri raġonevoli sabiex jiġi identifikat il-benefiċjarju, daqslikieku dik il-persuna kienet klijent ġdid. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali miżuri jittieħdu fiż-żmien tal-iżborż jew fiż-żmien tal-assenjazzjoni tal-politika, iżda mhux aktar tard.

(96)

Relazzjonijiet privati u professjonali mill-qrib jistgħu jiġu abbużati għal finijiet ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-miżuri li jikkonċernaw persuni esposti politikament japplikaw ukoll għall-membri tal-familja tagħhom u għall-persuni magħrufin bħala assoċjati mill-qrib. L-identifikazzjoni xierqa tal-membri tal-familja u tal-persuni magħrufin bħala assoċjati mill-qrib tista’ tiddependi fuq l-istruttura soċjoekonomika u kulturali tal-pajjiż tal-persuna esposta politikament. F’dan l-isfond, jenħtieġ li l-AMLA jkollha l-kompitu li toħroġ linji gwida dwar il-kriterji li għandhom jintużaw sabiex jiġu identifikati persuni li jenħtieġ li jitqiesu bħala assoċjati mill-qrib.

(97)

Ir-relazzjonijiet mal-membri tal-familja li jistgħu jiġu abbużati minn persuni esposti politikamentma jkoprux biss dawk mall-ġenituri u d-dixxendenti iżda jista’ jinkludi wkoll dawk mal-aħwa. Dan huwa partikolarment il-każ għal kategoriji ta’ persuni esposti politikament li għandhom pożizzjonijiet għolja tal-gvern ċentrali. Madankollu, b’rikonoxximent tal-istrutturi soċjoekonomiċi u kulturali differenti li jeżistu fil-livell nazzjonali, li jistgħu jinfluwenzaw il-potenzjal ta’ abbuż ta’ relazzjonijiet bejn aħwa, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw kamp ta’ applikazzjoni usa’ għall-ħatra ta’ aħwa bħala membri tal-familja ta’ persuni esposti politikament biex itaffu b’mod adegwat ir-riskji ta’ abbuż ta’ dawk ir-relazzjonijiet. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw kamp ta’ applikazzjoni usa’, jenħtieġ li jikkomunikaw id-dettalji ta’ dak il-kamp ta’ applikazzjoni usa’ lill-Kummissjoni.

(98)

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw persuni esposti politikament, il-membri tal-familja u l-persuni magħrufa li huma assoċjati mill-qrib tagħhom huma ta’ natura preventiva u mhux kriminali, u jenħtieġ li ma jiġux interpretati li jimplikaw li l-persuni politikament esposti, il-membri tal-familja tagħhom jew assoċjati mill-qrib huma involuti f’attività kriminali. Ir-rifjut ta’ relazzjoni tan-negozju ma’ persuna sempliċiment abbażi ta’ determinazzjoni li tkun persuna esposta politikament jew membri tal-familja jew persuna magħrufa li hija assoċjat mill-qrib ta’ persuna esposta politikament imur kontra l-kliem u l-ispirtu ta’ dan ir-Regolament.

(99)

Minħabba l-vulnerabbiltà tal-iskemi ta’ residenza b’investiment għall-ħasil tal-flus, għar-reati fiskali, għall-korruzzjoni u l-evażjoni tas-sanzjonijiet, kif ukoll it-theddid sinifikanti potenzjali assoċjat għas-sigurtà għall-Unjoni kollha kemm hi, huwa xieraq li l-entitajiet marbutin b’obbligu jwettqu, bħala minimu, diliġenza dovuta msaħħa speċifika fir-rigward tal-klijenti li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-proċess li japplikaw għal drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru fil-qafas ta’ dawk l-iskemi.

(100)

Il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-assi personalizzati lil individwi b’livell għoli ta’ ġid jista’ jesponi lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji għal riskji speċifiċi inkluż dawk li jirriżultaw min-natura kumplessa u spiss personalizzata ta’ tali servizzi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat sett ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li jenħtieġ li jiġu applikati, bħala minimu, fejn tali relazzjonijiet tan-negozju jitqiesu li joħolqu riskju għoli ta’ ħasil tal-flus, reati predikati tiegħu jew finanzjament tat-terroriżmu. Id-determinazzjoni li klijent ikollu assi b’valur ta’ mill-inqas EUR 50 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew f’munita barranija, tqis assi finanzjarju u investibbli inkluż flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti, kemm jekk miżmuma bħala depożiti jew fi prodotti ta’ tfaddil, kif ukoll investimenti bħal stokks, bonds u fondi mutwi, anke meta jinżammu taħt ftehimiet fit-tul ma’ dik l-entità marbuta b’obbligu. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqies il-valur tal-assi ta’ proprjetà immobbli tal-klijent, bl-esklużjoni tar-residenza privata tiegħu. Għall-finijiet li ssir dik id-determinazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji ma għandhomx għalfejn iwettqu jew jitolbu kalkolu preċiż tal-ġid totali tal-klijent. Minflok, jenħtieġ li tali entitajiet jieħdu miżuri biex jistabbilixxu jekk klijent għandux assi b’valur ta’ mill-inqas EUR 50 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew f’munita barranija, f’assi finanzjarji, investibbli jew ta’ proprjetà immobbli.

(101)

Sabiex jiġu evitati proċeduri ripetuti ta’ identifikazzjoni tal-klijenti, huwa xieraq, soġġett għal salvagwardji xierqa, li l-entitajiet marbutin b’obbligu jitħallew jiddependu fuq l-informazzjoni dwar il-klijenti miġbura minn entitajiet marbutin b’obbligu oħrajn. Meta entità marbuta b’obbligu tibbaża fuq entità marbuta b’obbligu oħra, jenħtieġ li r-responsabbiltà aħħarija għad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti tibqa’ tal-entità marbuta b’obbligu li tagħżel li tiddependi fuq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti imwettqa minn entità marbuta b’obbligu oħra. Jenħtieġ li l-entità marbuta b’obbligu li qagħdet fuqha żżomm ukoll ir-responsabbiltà tagħha stess għall-konformità mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT, inkluż ir-rekwiżit li tirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi u żżomm rekords.

(102)

L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tal-AML/CFT armonizzati madwar l-Unjoni, inkluż fir-rigward ta’ politiki u proċeduri għall-grupp kollu, l-iskambju ta’ informazzjoni u d-dipendenza tippermetti lill-entitajiet marbutin b’obbligu li joperaw fi ħdan grupp jingranaw sal-massimu s-sistemi fis-seħħ fi ħdan dak il-grupp f’sitwazzjonijiet li jikkonċernaw lill-istess klijenti. Dawk ir-regoli ma jippermettux biss l-implimentazzjoni konsistenti u effiċjenti tar-regoli dwar l-AML/CFT fil-grupp kollu iżda jibbenefikaw ukoll minn ekonomiji ta’ skala fil-livell tal-grupp, pereżempju billi jagħmluha possibbli għall-entitajiet marbutin b’obbligu fil-grupp li jiddependu fuq l-eżiti tal-proċessi adottati minn entitajiet marbutin b’obbligu oħra fil-grupp biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħhom ta’ identifikazzjoni u verifika tal-klijenti.

(103)

Sabiex id-dipendenza fuq miżuri mwettqa minn partij terza tjiffunzjona b’mod effiċjenti, hija meħtieġa aktar ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li skont dawn isseħħ tali dipendenza. Jenħtieġ li l-AMLA jkollha l-kompitu li tiżviluppa linji gwida dwar il-kundizzjonijiet li fihom tista’ sseħħ id-dipendenza ta’ partijiet terzi, kif ukoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet rispettivi. Sabiex jiġi aċċertat li tiġi żgurata sorveljanza konsistenti ta’ dipendenza fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li dak il-linji gwida jipprovdu wkoll ċarezza dwar kif is-superviżuri jenħtieġ li jqisu tali prattiki u jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT fejn l-entitajiet marbutin b’obbligu jirrikorru għal dawk il-prattiki.

(104)

Il-kunċett ta’ sjieda benefiċjarja ġie introdott sabiex tiżdied it-trasparenza ta’ strutturi korporattivi kumplessi. Il-ħtieġa għall-aċċessar ta’ informazzjoni akkurata, aġġornata u adegwata dwar is-sid benefiċjarju hija fattur importanti fit-traċċar ta’ kriminali li, kieku, ikunu jistgħu jaħbu l-identità tagħhom wara strutturi opaki bħal dawn. L-Istati Membri bħalissa huma meħtieġa jiżguraw li l-entitajiet korporattivi u entitajiet ġuridiċi oħrajn, kif ukoll it-trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili oħrajn, jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, akkurata u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom. Madankollu, il-grad ta’ trasparenza impost mill-Istati Membri jvarja. Ir-regoli huma soġġetti għal interpretazzjonijiet diverġenti, u dan jirriżulta f’metodi differenti sabiex jiġu identifikati s-sidien benefiċjarji ta’ entità ġuridika jew ta’ arranġament ġuridiku partikolari. Dan huwa dovut, fost l-oħrajn, għal metodi inkonsistenti ta’ kalkolu tas-sjieda indiretta ta’ entità ġuridika jew arranġament ġuridiku, u differenzi bejn is-sistemi legali tal-Istati Membri. Dan ifixkel it-trasparenza li kienet maħsuba li tinkiseb. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-regoli sabiex tinkiseb definizzjoni konsistenti ta’ sid benefiċjarju u sabiex din tiġi applikata fis-suq intern kollu.

(105)

L-applikazzjoni tar-regoli għall-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet ġuridiċi, kif ukoll ta’ arranġamenti ġuridiċi, tista’ tagħti lok għal mistoqsijiet ta’ implimentazzjoni meta l-partijiet interessati rilevanti jkunu kkonfrontati b’każijiet konkreti, speċjalment f’każijiet ta’ strutturi korporattivi kumplessi, fejn il-kriterji ta’ interess tas-sjieda u kontroll jikkoeżistu, jew għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ sjieda jew kontroll indirett. Sabiex tappoġġa l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli minn entitajiet ġuridiċi, trustees jew persuni li għandhom pożizzjoni ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili u entitajiet marbutin b’obbligu, u konsistenti mal-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli għall- Kummissjoni li tadotta linji gwida li jistabbilixxu kif jenħtieġ li jiġu applikati r-regoli għall-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji f’xenarji differenti għandhom jiġu applikati, inkluż permezz tal-użu ta’ eżempji ta’ każijiet.

(106)

Identifikazzjoni sinifikattiva tas-sidien benefiċjarji teħtieġ determinazzjoni ta’ jekk il-kontroll ikunx eżerċitat permezz ta’ mezzi oħrajn. Id-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ interess ta’ sjieda jew ta’ kontroll permezz ta’ interess ta’ sjieda hija neċessarja iżda ma hijiex biżżejjed u ma t teskludix il-ħtieġa ta’ kontrolli neċessarji sabiex jiġu determinati s-sidien benefiċjarji. It-test dwar jekk kwalunkwe persuna fiżika teżerċitax kontroll permezz ta’ mezzi oħrajn ma huwiex test sussegwenti li għandu jitwettaq biss fejn ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat interess ta’ sjieda. Iż-żewġ testijiet, jiġifieri dak tal-eżistenza ta’ interess ta’ sjieda jew ta’ kontroll permezz ta’ interess ta’ sjieda u dak tal-kontroll permezz ta’ mezzi oħrajn, jenħtieġ li jitwettqu b’mod parallel.

(107)

Sjieda ta’ 25 % jew aktar tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew ta’ interess ta’ sjieda ieħor b’mod ġenerali tistabbilixxi s-sjieda benefiċjarja ta’ entità korpotattiva. L-interess ta’ sjieda jenħtieġ li jinkludi kemm id-drittijiet ta’ kontroll kif ukoll id-drittijiet li huma sinifikanti f’termini ta’ riċeviment ta’ benefiċċju, bħal dritt għal sehem mill-profitti jew riżorsi interni oħra jew bilanċ ta’ likwidazzjoni. Madankollu, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ir-riskju li ċerti kategoriji ta’ entitajiet korporattivi jintużaw ħażin għal skopijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu jkun ogħla, pereżempju minħabba s-setturi speċifiċi ta’ riskju ogħla li fihom joperaw dawk l-entitajiet korporattivi. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, huma meħtieġa miżuri ta’ trasparenza msaħħa biex jiskoraġġixxu lill-kriminali milli jistabbilixxu jew jinfiltraw dawk l-entitajiet, jew permezz ta’ sjieda jew kontroll dirett jew indirett. Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista’ timmitiga b’mod adegwat tali livelli differenti ta’ riskju, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tidentifika dawk il-kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal livelli limitu ta’ trasparenza ta’ benefiċċju aktar baxxi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni fejn jidentifikaw kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li huma esposti għal riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. F’dawk in-notifiki, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jindikaw livelli limitu ta’ sjieda aktar baxx li huma jqisu li jista’ jtaffi dawk ir-riskji. Tali identifikazzjoni jenħtieġ li tkun kontinwa u jenħtieġ li tiddependi fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni u tal-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali kif ukoll fuq analiżijiet u rapporti rilevanti prodotti mill-AMLA, mill-Europol jew minn korpi oħra tal-Unjoni li għandhom rwol fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Dak il-livell limitu aktar baxx jenħtieġ li jkun ta’ livell baxx biżżejjed biex itaffi r-riskji ogħla li entitajiet korporattivi jintużaw ħażin għal finijiet kriminali. Għal dak l-għan, jenħtieġ li b’mod ġenerali dak il-livell limitu aktar baxx ma jiġix stabbilit għal aktar minn 15 % tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor. Madankollu, jista’ jkun hemm każijiet li fihom, abbażi ta’ valutazzjoni sensittiva għar-riskju, livell limitu ogħla jkun aktar proporzjonat biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tistabbilixxi l-livell limitu ta’ bejn 15 % u 25 % tal-interess proprjetarju.

(108)

Minħabba n-natura kumplessa tagħhom, is-sjieda b’diversi livelli u l-istrutturi ta’ kontroll jagħmlu l-identifikazzjoni ta’ sidien benefiċjarji aktar diffiċli. Il-kunċett ta’ “struttura ta’ sjieda jew kontroll” huwa maħsub biex jiddeskrivi l-mod li bih entità ġuridika tkun indirettament proprjetà ta’ jew ikkontrollata, jew li fih arranġament ġuridiku jkun ikkontrollat indirettament, bħala riżultat tar-relazzjonijiet li jeżistu bejn entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti f’diversi saffi. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti fis-suq intern kollu, jeħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li japplikaw għal dawk is-sitwazzjonijiet. Għal dak l-għan, huwa meħtieġ li jiġi vvalutat simultanjament jekk kwalunkwe persuna fiżika għandhiex parteċipazzjoni azzjonarja diretta jew indiretta b’25 % jew aktar tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor, u jekk kwalunkwe persuna fiżika tikkontrollax l-azzjonist dirett b’25 % jew aktar tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor fl-entità korporattiva. Fil-każ ta’ parteċipazzjoni azzjonarja indiretta, jenħtieġ li s-sidien benefiċjarji jiġu identifikati billi jiġu mmultiplikati l-ishma fil-katina tas-sjieda. Għal dak l-għan, l-ishma kollha li huma direttament jew indirettament proprjetà tal-istess persuna fiżika jenħtieġ li jingħaddu flimkien. Dan jeħtieġ li titqies il-parteċipazzjoni azzjonarja f’kull livell ta’ sjieda. Meta 25 % tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor fl-entità korporattiva jkunu proprjetà ta’ azzjonist li jkun entità ġuridika għajr entità korporattiva, jenħtieġ li s-sjieda benefiċjarja tiġi ddeterminata b’kunsiderazzjoni tal-istruttura speċifika tal-azzjonist, inkluż jekk kwalunkwe persuna fiżika teżerċitax kontroll permezz ta’ mezzi oħra fuq azzjonist.

(109)

Id-determinazzjoni tas-sid benefiċjarju ta’ entità korporattiva f’sitwazzjonijiet fejn l-ishma tal-entità korporattiva jinżammu arranġament ġuridiku, jew meta jkunu miżmuma minn fondazzjoni jew entità ġuridika simili, tista’ tkun aktar diffiċli fid-dawl tan-natura u l-kriterji ta’ identifikazzjoni differenti tas-sjieda benefiċjarja bejn l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari biex jiġu indirizzati dawk is-sitwazzjonijiet ta’ struttura b’diversi livelli. F’każijiet bħal dawn, is-sidien benefiċjarji kollha tal-arranġament ġuridiku, jew ta’ entità ġuridika t simili bħal fondazzjoni, jenħtieġ li jkunu s-sidien benefiċjarji tal-entità korporattiva li l-ishma tagħha huma miżmuma fl-arranġament ġuridiku jew miżmuma mill-fondazzjoni.

(110)

Fehim komuni tal-kunċett ta’ kontroll u definizzjoni aktar preċiża tal-mezzi ta’ kontroll huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli fis-suq intern kollu. Il-kontroll jenħtieġ li jinftiehem bħala l-kapaċità effettiva li wieħed jimponi r-rieda tiegħu fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-entità korporattiva dwar kwistjonijiet sostantivi. Il-mezz normali ta’ kontroll huwa sehem maġġoritarju tad-drittijiet tal-vot. Il-pożizzjoni tas-sid benefiċjarju tista’ tiġi stabbilita wkoll permezz ta’ kontroll permezz ta’ mezzi oħra mingħajr ma jkollha interess proprjetarju sinifikanti, jew kwalunkwe interess proprjetarju. Għal dik ir-raġuni, sabiex jiġu aċċertati l-individwi kollha li huma sidien benefiċjarji ta’ entità ġuridika, il-kontroll jenħtieġ li jiġi identifikat indipendentement mill-interess proprjetarju. Il-kontroll jista’ ġeneralment jiġi eżerċitat bi kwalunkwe mezz, inklużi mezzi legali u mhux legali. Dawk il-mezzi jistgħu jitqiesu għall-valutazzjoni ta’ jekk jiġix eżerċitat kontroll permezz ta’ mezzi oħra, skont is-sitwazzjoni speċifika ta’ kull entità ġuridika.

(111)

Is-sjieda jew il-kontroll indirett jista’ jiġi determinat minn diversi ħoloq f’katina jew minn diversi ktajjen individwali jew interkonnessi. Ħolqa f’katina tista’ tkun kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew arranġament ġuridiku. Ir-relazzjonijiet bejn ir-rabtiet jistgħu jikkonsistu f’interess proprjetarju jew drittijiet tal-vot jew mezzi oħra ta’ kontroll. F’każijiet bħal dawn, fejn l-interess proprjetarju u l-kontroll jeżistu flimkien fl-istruttura tas-sjieda, hija meħtieġa regoli speċifiki u dettaljati dwar l-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarja biex jiġi appoġġat approċċ armonizzat għall-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji.

(112)

Sabiex tiġi żgurata trasparenza effettiva, jenħtieġ li l-usa’ firxa possibbli ta’ entitajiet ġuridiċi u ta’ arranġamenti ġuridiċi maħluqin jew stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri tkun koperta b’regoli dwar is-sjieda benefiċjarja. Dak jinkludi entitajiet korporattivi, li huma karatterizzati mill-possibbiltà li jkollhom interess ta’ sjieda fihom, kif ukoll entitajiet ġuridiċi oħrajn u arranġamenti ġuridiċi simili għat-trusts espressi. Minħabba d-differenzi fl-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri, dawk il-kategoriji wisgħin jinkludu varjetà ta’ strutturi organizzazzjonali differenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni lista tat-tipi ta’ entitajiet ġuridiċi fejn is-sidien benefiċjarji jiġu identifikati f’konformità mar-regoli għall-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji kemm għall-entitajiet korporattivi kif ukoll entitajiet legali oħrajn.

(113)

In-natura speċifika ta’ ċerti entitajiet ġuridiċi, bħal assoċjazzjonijiet, trade unions, partiti politiċi jew knejjes, ma tirriżultax f’identifikazzjoni sinifikanti ta’ sidien benefiċjarji ibbażat fuq interessi ta’ sjieda jew sħubija. Madankollu, f’dawk il-każijiet, jista’ jkun il-każ li l-uffiċjali maniġerjali superjuri jeżerċitaw kontroll fuq l-entità ġuridika permezz ta’ mezzi oħra. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li tali uffiċjali jiġu rrapportati bħala s-sidien benefiċjarji.

(114)

Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni konsistenti tas-sidien benefiċjarji ta’ trusts espressi u ta’ entitajiet ġuridiċi simili, bħal fondazzjonijiet, jew arranġamenti ġuridiċi simili, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar is-sjieda benefiċjarja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinnotifikaw lill-Kummissjoni lista tat-tipi ta’ entitajiet ġuridiċi u ta’ arranġamenti ġuridiċi simili għat-trusts espressi fejn is-sidien benefiċjarji jiġu identifikati skont l-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal trusts espressi u għal entitajiet jew għal arranġamenti ġuridiċi simili. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lista ta’ arranġamenti ġuridiċi u ta’ entitajiet ġuridiċi rregolati mil-liġi tal-Istati Membri, li jkollhom struttura jew funzjoni simili għat-trusts espressi.

(115)

It-trusts diskrezzjonarji jippermettu d-diskrezzjoni lill-fiduċjarjui tagħhom dwar l-allokazzjoni tal-assi fiduċjarji jew il-benefiċċji derivati minnhom. Bħala tali, l-ebda benefiċjarju jew klassi ta’ benefiċjarji ma jiġi ddeterminat mill-bidu nett, iżda pjuttost grupp ta’ persuni li minnhom it-trustees jistgħu jagħżlu l-benefiċjarji, jew persuni li jsiru benefiċjarji jekk it-trustees ma jeżerċitawx id-diskrezzjoni tagħhom. Kif rikonoxxut mir-reviżjoni reċenti tal-istandards tal-FATF rigward l-arranġamenti ġuridiċi, tali diskrezzjoni tista’ tintuża ħażin u tippermetti t-tfixkil tas-sidien benefiċjarji jekk ma jiġix impost livell minimu ta’ trasparenza għal trusts diskrezzjonarji, peress li t-trasparenza fuq il-benefiċjarji tinkiseb biss meta tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni tat-trustees. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata trasparenza adegwata u konsistenti għat-tipi kollha ta’ arranġamenti ġuridiċi, huwa importanti li fil-każ ta’ trusts diskrezzjonarji tinġabar ukoll informazzjoni dwar l-oġġetti ta’ setgħa ta’ fiduċjarju, u dwar ir-riċevituri awtomatiċi li jirċievu l-assi jew il-benefiċċji jekk it-trustees jonqsu milli jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom. Hemm sitwazzjonijiet fejn oġġetti ta’ setgħa jew riċevituri awtomatiċi jistgħu ma jiġux identifikati individwalment, iżda bħala klassi. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li tinġabar informazzjoni dwar il-klassi, kif ukoll informazzjoni dwar il-persuni individwali li jintgħażlu mill-klassi

(116)

Il-karatteristiċi ta’ trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili fl-Istati Membri jvarjaw. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat, huwa xieraq li jiġu stabbiliti prinċipji komuni għall-identifikazzjoni ta’ tali arranġamenti. Trusts espressi huma trusts stabbiliti fuq l-inizjattiva tas-settlor. It-trusts stabbiliti bil-liġi jew li ma jirriżultawx mill-intenzjoni espliċita tas-settlor li jistabbilihom jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Trust espressi normalment huma stabbiliti fil-forma ta’ dokument bħal att bil-miktub jew strument ta’ fiduċja bil-miktub u normalment tissodisfa ħtieġa ta’ negozju jew personali. Arranġamenti ġuridiċi simili għal trusts espressi huma arranġamenti mingħajr personalità ġuridika li huma simili fl-istruttura jew fil-funzjonijiet. Il-fattur determinanti mhuwiex id-deżinjazzjoni tat-tip ta’ arranġament ġuridiku, iżda l-issodisfar tal-karatteristiċi bażiċi tad-definizzjoni ta’ trust espress, jiġifieri l-intenzjoni tas-settlor li jqiegħed l-assi taħt l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ ċerta persuna għal skop speċifikat, normalment ta’ negozju jew ta’ natura personali, bħall-benefiċċju tal-benefiċjarji. Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni konsistenti tas-sidien benefiċjarji ta’ arranġamenti ġuridiċi simili għal trusts espressi, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’lista tat-tipi ta’ arranġamenti ġuridiċi simili għal trusts espressi. Tali notifika jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn valutazzjoni li tiġġustifika l-identifikazzjoni ta’ ċerti arranġamenti ġuridiċi bħala simili għal trusts espressi kif ukoll tispjega għaliex arranġamenti ġuridiċi oħra tqiesu li mhumiex simili fl-istruttura jew fil-funzjoni għal trusts espressi. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-arranġamenti ġuridiċi kollha li huma rregolati skont il-liġi tagħhom.

(117)

F’xi każijiet ta’ ta’ xi tipi ta’entitajiet ġuridiċi, bħal fondazzjonijiet, trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili, mhuwiex possibbli li jiġu identifikati benefiċjarji individwali għaliex għad iridu jiġu ddeterminati. F’tali każijiet, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, minflok, tinkludi deskrizzjoni tal-klassi ta’ benefiċjarji u l-karatteristiċi tagħha. Malli jiġu ddeżinjati l-benefiċjarji fil-klassi, dawn ikunu sidien benefiċjarji. Barra minn hekk, hemm tipi speċifiċi ta’ persuni ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi fejn jeżistu l-benefiċjarji, iżda fejn il-piż tal-identifikazzjoni tagħhom mhuwiex proporzjonat għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ dawk il-persuni ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi. Dan huwa l-każ fir-rigward ta’ prodotti regolati bħal skemi tal-pensjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), u jista’ jkun il-każ, pereżempju, fir-rigward ta’ skemi ta’ sjieda finanzjarja jew parteċipazzjoni tal-impjegati, jew entitajiet ġuridiċi jew arranġament ġuridiku mingħajr skop ta’ qligħ jew bi skop ta’ karità, dment li r-riskji assoċjati ma’ tali persuni ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi jkunu baxxi. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-identifikazzjoni tal-klassi ta’ benefiċjarji tkun biżżejjed.

(118)

L-iskemi tal-pensjonijiet irregolati mid-Direttiva (UE) 2016/2341 huma prodotti regolati li huma soġġetti għal standards superviżorji stretti u li jippreżentaw riskji baxxi ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. Fejn jiġu stabbiliti tali skemi tal-pensjonijiet fil-forma ta’ arranġament ġuridiku, il-benefiċjarji tiegħu jkunu impjegati u ħaddiema li jiddependu fuq dawk il-prodotti, marbuta mal-kuntratti ta’ impjieg tagħhom, għall-ġestjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tagħhom. Minħabba n-natura speċifika tal-benefiċċju tal-irtirar, li jġorr riskju baxx ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, ma jkunx proporzjonat li tintalab l-identifikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawk il-benefiċjarji, u l-identifikazzjoni tal-klassi u l-karatteristika tagħha jenħtieġ li tkun biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ trasparenza.

(119)

Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni konsistenti tas-sidien benefiċjarji ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar is-sjieda benefiċjarja. Irrispettivament minn jekk l-impriżi ta’ investiment kollettiv jeżistux fl-Istat Membru fil-forma ta’ entità ġuridika b’personalità ġuridika, bħala arranġament ġuridiku mingħajr personalità ġuridika, jew fi kwalunkwe forma oħra, jenħtieġ li l-approċċ għall-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju jkun konsistenti mal-iskop u l-funzjoni tagħhom.

(120)

Approċċ konsistenti għar-reġim tat-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li tinġabar l-istess informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji fis-suq intern kollu. Huwa xieraq li jiġu introdotti rekwiżiti preċiżi dwar l-informazzjoni li għandha tinġabar f’kull każ. Dik l-informazzjoni tinkludi sett minimu ta’ data personali rigward is-sid benefiċjarju, informazzjoni dwar in-natura u l-firxa tal-interess benefiċjarju miżmum fl-entità ġuridika jew fl-arranġament ġuridiku, u informazzjoni dwar l-entità ġuridika jew l-arranġament ġuridiku, meħtieġa biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni xierqa tal-persuna fiżika li hija s-sid benefiċjarju u r-raġunijiet għaliex dik il-persuna fiżika ġiet identifikata bħala s-sid benefiċjarju.

(121)

Qafas effettiv ta’ trasparenza tas-sjieda benefiċjarja jirrikjedi li l-informazzjoni tinġabar permezz ta’ diversi mezzi. Tali approċċ fuq diversi binarji jinkludi l-informazzjoni miżmuma mill-entità ġuridika jew fiduċjarju ta’ trust espress jew persuni li għandhom pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridikuarranġament ġuridiku simili huma stess, l-informazzjoni miksuba mill-entitajiet marbutin b’obbligu fil-kuntest tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, u l-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali. Il-kontroverifika tal-informazzjoni fost dawk il-pilastri tikkontribwixxi biex jiġi żgurat li kull pilastru jkollu informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata. Għal dak l-għan, u sabiex jiġu evitati diskrepanzi kkawżati minħabba approċċi differenti, huwa importanti li jiġu identifikati dawk il-kategoriji ta’ data li jenħtieġ li dejjem jinġabru sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun adegwata. Din tinkludi informazzjoni bażika dwar l-entità ġuridika u l-arranġament ġuridiku, li hija l-prekundizzjoni li tippermetti lill-entità jew l-arranġament innifsu jifhem l-istruttura tiegħu, kemm jekk permezz ta’ sjieda kif ukoll permezz ta’ kontroll.

(122)

Fejn l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċi jkunu parti minn struttura kumplessa, iċ-ċarezza dwar is-sjieda jew l-istruttura ta’ kontroll tagħhom hija kritika sabiex jiġi aċċertat min huma s-sidien benefiċjarji tagħhom. Għal dak l-għan, huwa importanti li l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċi jifhmu b’mod ċar ir-relazzjonijiet li bihom huma indirettament taħt sjieda jew ikkontrollati, inkluż il-passi intermedjarji kollha bejn is-sidien benefiċjarji u l-entità ġuridika jew l-arranġament ġuridiku nnifsu, kemm jekk dawk ir-relazzjonijiet humiex fil-forma ta’ entitajiet ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi oħrajn jew ta’ relazzjonijiet ta’ persuni nominati. L-identifikazzjoni tal-istruttura tas-sjieda u tal-kontroll tippermetti li l-identifikazzjoni tal-modi li bihom hija stabbilita s-sjieda jew jista’ jiġi eżerċitat il-kontroll fuq entità ġuridika u għalhekk hija essenzjali għal fehim komprensiv tal-pożizzjoni tas-sid benefiċjarju. Għalhekk, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar is-sid benefiċjarju dejjem tinkludi deskrizzjoni tal-istruttura tar-relazzjoni.

(123)

Il-bażi ta’ qafas effettiv dwar it-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja hija l-għarfien minn entitajiet ġuridiċi tal-persuni fiżiċi li jkunu s-sidien benefiċjarji tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi kollha fl-Unjoni jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, akkurata u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinżamm għal ħames snin u jenħtieġ li l-identità tal-persuna responsabbli għaż-żamma tal-informazzjoni tiġi rrapportata lir-reġistri ċentrali. Dak il-perjodu ta’ żamma huwa ekwivalenti għall-perjodu għaż-żamma tal-informazzjoni miksuba permezz tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT, bħall-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà li tiġi kontroverifikata u vverifikata l-informazzjoni, pereżempju permezz tal-mekkaniżmu tar-rapportar tad-diskrepanzi, huwa ġġustifikat li jiġi żgurat li jiġu allinjati l-perjodi rilevanti taż-żamma ta’ data.

(124)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aġġornata, jenħtieġ li l-entità ġuridika taġġorna tali informazzjoni immedjatament wara kwalunkwe bidla u jenħtieġ li tivverifikaha perjodikament, pereżempju fil-ħin tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, jew fl-okkażjoni ta’ interazzjonijiet ripetittivi oħra mal-awtoritajiet pubbliċi. Jenħtieġ li l-iskadenza għall-aġġornament tal-informazzjoni jkun raġonevoli fid-dawl ta’ sitwazzjonijiet kumplessi possibbli.

(125)

Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jidentifikaw is-sidien benefiċjarji tagħhom. Madankollu, jista’ jkun hemm każijiet li fihom ma tkun identifikabbli l-ebda persuna fiżika li tkun is-sid finali jew li teżerċita kontroll fuq entità. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, dment li l-mezzi kollha ta’ identifikazzjoni jiġu eżawriti, jenħtieġ li jkun possibbli li l-uffiċjali maniġerjali superjuri jiġu rrapportati minflok is-sidien benefiċjarji meta jipprovdu informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja lill-entitajiet marbutin b’obbligu matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti jew meta jissottomettu l-informazzjoni lir-reġistru ċentrali. Għalkemm huma identifikati f’dawk is-sitwazzjonijiet, l-uffiċjali maniġerjali superjuri mhumiex is-sidien benefiċjarji. Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi jżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda sabiex jidentifikaw is-sidien benefiċjarji tagħhom, speċjalment meta jiddependu fuq din il-miżura tal-aħħar istanza, li jenħtieġ li tkun iġġustifikata u ddokumentata kif xieraq.

(126)

Jenħtieġ li d-diffikultajiet fil-kisba tal-informazzjoni ma jkunux raġuni valida biex jiġi evitat l-isforz ta’ identifikazzjoni u jiġi rrapportat il-maniġment superjuri minflok. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi jkunu jistgħu dejjem jissostanzjaw id-dubji tagħhom dwar il-veraċità tal-informazzjoni miġbura. Jenħtieġ li tali ġustifikazzjoni tkun proporzjonata għar-riskju tal-entità ġuridika u l-kumplessità tal-istruttura tas-sjieda tagħha. B’mod partikolari, jenħtieġ li r-rekord tal-azzjonijiet meħuda jiġi pprovdut minnufih lill-awtoritajiet kompetenti fejn ikun meħtieġ u, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji, jenħtieġ li jkun possibbli li dak ir-rekord jinkludi riżoluzzjonijiet tal-bord tad-diretturi u minuti tal-laqgħat tagħhom, ftehimiet ta’ sħubija, atti fiduċjarji, arranġamenti informali li jiddeterminaw setgħat ekwivalenti għal prokuri jew ftehimiet kuntrattwali u dokumentazzjoni oħra. F’każijiet fejn in-nuqqas ta’ sidien benefiċjarji jkun evidenti fir-rigward tal-forma u l-istruttura speċifiċi ta’ entità ġuridika, jenħtieġ li l-ġustifikazzjoni tinftiehem bħala referenza għal dan il-fatt, jiġifieri li l-entità ġuridika ma għandhiex sid benefiċjarju minħabba l-forma u l-istruttura speċifiċi tagħha. Tali assenza ta’ sidien benefiċjarji tista’ tinħoloq., fejn, pereżempju, ma jkun hemm l-ebda interess ta’ sjieda fl-entità ġuridika jew fejn l-entità ġuridika ma tistax, fl-aħħar mill-aħħar tiġi kkontrollata b’mezzi oħra.

(127)

Bil-ħsieb tal-fini tad-determinazzjoni tas-sjieda benefiċjarja, li hija li tiġi żgurata trasparenza effettiva tal-entitajiet ġuridiċi, huwa proporzjonat li ċerti entitajiet jiġu eżentati mill-obbligu li jidentifikaw is-sid benefiċjarju tagħhom. Tali reġim jista’ jiġi applikat biss għal entitajiet li għalihom l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tas-sidien benefiċjarji tagħhom ma jkunux utli u fejn il-livell simili ta’ trasparenza jinkiseb b’mezzi oħra għajr is-sjieda benefiċjarja. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-korpi rregolati mil-liġi pubblika tal-Istat Membru ma jkunux obbligati jiddeterminaw is-sid benefiċjarju tagħhom. Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) introduċiet rekwiżiti stretti ta’ trasparenza għall-kumpaniji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. F’ċerti ċirkostanzi, dawk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza jistgħu jiksbu reġim ta’ trasparenza ekwivalenti għar-regoli dwar it-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja stipulati f’dan ir-Regolament. Dak huwa l-każ fejn il-kontroll fuq il-kumpanija jiġi eżerċitat permezz tad-drittijiet tal-vot, u s-sjieda jew l-istruttura ta’ kontroll tal-kumpanija tinkludi biss persuni fiżiċi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx bżonn li jiġu applikati rekwiżiti ta’ sjieda benefiċjarja għal dawn il-kumpaniji kkwotati. Jenħtieġ li l-eżenzjoni għall-entitajiet ġuridiċi mill-obbligu li jiddeterminaw is-sid benefiċjarju tagħhom stess u li jirreġistrawha ma taffettwax l-obbligu tal-entitajiet marbutin b’obbligu li jidentifikaw is-sid benefiċjarju ta’ klijent meta jwettqu diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti.

(128)

Hemm bżonn li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost it-tipi differenti ta’ forom legali u li jiġi evitat l-użu ħażin ta’ trusts espressi u ta’ arranġamenti ġuridiċi, li spiss jitqiegħdu fi strutturi kumplessi sabiex tkompli tinħeba s-sjieda benefiċjarja. Għalhekk, jenħtieġ li t-trustees ta’ kwalunkwe trust espress amministrat fi Stat Membru, jew stabbilit jew li jirrisjedi fi Stat Membru jkunu responsabbli għall-kisba u ż-żamma ta’ informazzjoni adegwata, akkurata u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja rigward it-trust espress, u għad-divulgazzjoni tal-istatus tagħhom u għall-għoti ta’ dik l-informazzjoni lill-entitajiet marbutin b’obbligu li jwettqu diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Jenħtieġ li kwalunkwe sid benefiċjarju ieħor tat-trust espress jassisti lit-trustee fil-kisba ta’ tali informazzjoni.

(129)

In-natura tal-arranġamenti ġuridiċi u n-nuqqas ta’ pubbliċità dwar l-istrutturi u l-iskop tagħhom ipoġġu piż partikolari fuq it-trustee,s jew persuni f’pożizzjonijiet ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili biex jiksbu u jżommu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-arranġament, legali. Jenħtieġ li tali informazzjoni tippermetti identifikazzjoni tal-arranġament ġuridiku, l-assi mqiegħda fih jew amministrati permezz tiegħu, u kwalunkwe aġent jew fornitur ta’ servizzi lit-trust. Sabiex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu, huwa importanti li t-trustees iżommu dik l-informazzjoni aġġornata u li jżommuha għal ammont suffiċjenti ta’ żmien wara li jieqfu mir-rwol tagħhom bħala trustees jew ekwivalenti. L-għoti ta’ ammont bażiku ta’ informazzjoni dwar l-arranġament ġuridiku lill-entitajiet marbutin b’obbligu huwa meħtieġ ukoll biex ikunu jistgħu jaċċertaw bis-sħiħ l-iskop tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjoni okkażjonali li tinvolvi l-arranġament ġuridiku, jivvalutaw b’mod adegwat ir-riskji assoċjati, u jimplimentaw miżuri proporzjonati biex itaffu dawk ir-riskji.

(130)

Fid-dawl tal-istruttura speċifika ta’ ċerti arranġamenti ġuridiċi, u l-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza suffiċjenti dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom, jenħtieġ li tali arranġamenti ġuridiċi simili għat-trusts espressi jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ sjieda benefiċjarja ekwivalenti bħal dawk li japplikaw għal trusts espressi.

(131)

L-arranġamenti tal-persuni nominati jistgħu jippermettu l-ħabi tal-identità tas-sidien benefiċjarji, minħabba li persuna nominata tkun tista’ taġixxi bħala d-direttur jew l-azzjonist ta’ entità ġuridika filwaqt li n-nominatur mhux dejjem ikun divulgat. Dawk l-arranġamenti jistgħu jaħbu s-sjieda benefiċjarja u l-istruttura ta’ kontroll,jekk is-sidien benefiċjarji ma jkunux jixtiequ jiddivulgaw l-identità jew ir-rwol tagħhom fihom. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti dwar it-trasparenza sabiex jiġi evitat li tali arranġamenti jintużaw ħażin u sabiex il-kriminali ma jitħallewx jinħbew wara persuni li jaġixxu f’isimhom. Ir-relazzjoni bejn il-persuna nominata u n-nominatur mhijiex iddeterminata minn jekk għandhiex effett fuq il-pubbliku jew fuq partijiet terzi. Għalkemm l-azzjonisti nominati li isimhom jidher fir-rekords pubbliċi jew uffiċjali jkollhom formalment kontroll indipendenti fuq il-kumpanija, jenħtieġ li jkun meħtieġ li jiġi żvelat jekk humiex qed jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet ta’ xi ħadd ieħor abbażi ta’ ftehim privat. Jenħtieġ li l-azzjonisti nominati u d-diretturi nominati ta’ entitajiet ġuridiċi jżommu biżżejjed informazzjoni dwar l-identità tan-nominatur tagħhom kif ukoll dwar kwalunkwe sid benefiċjarju tan-nominatur u jiddivulgaw lilhom kif ukoll l-istatus tagħhom lill-entitajiet ġuridiċi. Jenħtieġ li l-istess informazzjoni tiġi rrapportata wkoll minn entitajiet ġuridiċi lill-entitajiet marbutin b’obbligu meta jiġu applikati miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u lir-reġistri ċentrali.

(132)

Ir-riskji ppreżentati minn entitajiet ġuridiċi barranin u minn arranġamenti ġuridiċi barranin li jintużaw ħażin sabiex ir-rikavati mill-fondi jiġu diretti fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu mmitigati. Peress li l-istandards ta’ sjieda benefiċjarja fis-seħħ f’pajjiżi terzi jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jippermettu l-istess livell ta’ trasparenza u ta’ disponibbiltà f’waqtha ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja bħal fl-Unjoni, hemm bżonn li jiġu żgurati mezzi adegwati sabiex jiġu identifikati s-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet ġuridiċi barranin jew arranġamenti ġuridiċi barranin f’ċirkostanzi speċifiċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni u t-trusts espressi jew arranġamenti ġuridiċi simili amministrati barra mill-Unjoni jew li t-trustees tagħhom jew il-persuni li jkollhom pożizzjoni ekwivalenti jirrisjedu jew ikunu stabbiliti barra mill-Unjoni jkunu meħtieġa jiddivulgaw lis-sidien benefiċjarji tagħhom fejn joperaw fl-Unjoni billi jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu tal-Unjoni, billi jakkwistaw proprjetà immobbli fl-Unjoni jew ċerti oġġetti ta’ valur għoli minn entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fl-Unjoni jew billi jingħataw kuntratt wara proċedura ta’ akkwist pubbliku għal oġġetti jew servizzi, jew konċessjonijiet. Jista’ jkun hemm varjazzjonijiet fl-iskopertura għar-riskju madwar l-Istati Membri, inkluż skont il-kategorija jew it-tip ta’ attivitajiet imwettqa mill-entitajiet marbutin b’obbligu u l-attraenza għall-kriminali ta’ proprjetajiet immobbli fit-territorju tagħhom. Għalhekk, meta l-Istati Membri jidentifikaw każijiet ta’ riskju ogħla, jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali li jtaffu biex jindirizzaw dawk ir-riskji.

(133)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni għall-entitajiet ġuridiċi barranin u l-arranġamenti ġuridiċi barranin ikunu proporzjonati għar-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni. Minħabba n-natura miftuħa tas-suq intern tal-Unjoni, u l-użu li jsir minn entitajiet ġuridiċi barranin tas-servizzi offruti mill-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fl-Unjoni, li ħafna minnhom huma assoċjati ma’ riskji aktar baxxi ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu, huwa xieraq li r-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni jiġi limitat għal entitajiet ġuridiċi li jappartjenu għal setturi ta’ riskju għoli jew li joperaw f’kategoriji ta’ riskju ogħla jew li jiksbu servizzi minn entitajiet marbutin b’obbligu li joperaw f’setturi assoċjati ma’ riskji ogħla. In-natura privata tal-arranġamenti ġuridiċi, u l-ostakli fl-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi barranin, jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ rekwiżit ta’ reġistrazzjoni irrispettivament mil-livell ta’ riskju assoċjat mal-entità marbuta b’obbligu li tipprovdi servizzi lill-arranġament ġuridiku, jew, fejn rilevanti, mas-settur li fih jopera l-arranġament ġuridiku. Jenħtieġ li r-referenza għall-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 tinftiehem li tirreferi għall-valutazzjoni tar-riskju maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/849 sal-ewwel ħruġ tar-rapport skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

(134)

Sabiex titħeġġeġ il-konformità u tiġi żgurata trasparenza effettiva tas-sjieda benefiċjarja, jeħtieġ li jiġu infurzati r-rekwiżiti dwar is-sjieda benefiċjarja. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw penali għall-ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li dawk il-penali ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u li ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex titħeġġeġ il-konformità. Jenħtieġ li l-penali introdotti mill-Istati Membri jkollhom effett ta’ deterrent ekwivalenti madwar l-Unjoni kollha rigward il-ksur tar-rekwiżiti dwar is-sjieda benefiċjarja. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-penali jinkludu, pereżempju, multi għal entitajiet ġuridiċi u fuq trustees jew persuni li jkollhom pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridikuarranġament ġuridiku simili impost għan-nuqqas li tinżamm informazzjoni preċiża adegwata jew aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja, it-tħassir ta’ entitajiet ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jżommu informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja jew li jippreżentaw informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fi ħdan skadenza partikolari, multi għal sidien benefiċjarji u persuni oħra li jonqsu milli jikkooperaw ma’ entità ġuridika jew trustee ta’ trust espress jew persuna li jkollha pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridikuarranġament ġuridikuġuridiku simili, multi għal azzjonisti nominati u diretturi nominati li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu ta’ divulgazzjoni, jew konsegwenzi tad-dritt privat għal sidien benefiċjarji mhux divulgati bħala projbizzjoni tal-ħlas tal-profitti jew projbizzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot

(135)

Bil-ħsieb li jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-infurzar tar-rekwiżiti tas-sjieda benefiċjarja fis-suq intern kollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tiddefinixxi l-kategoriji ta’ ksur soġġetti għal penali u l-persuni responsabbli għal tali ksur, kif ukoll indikaturi dwar il-livell ta’ gravità u l-kriterji biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ penali. Barra minn hekk, sabiex tappoġġa d-determinazzjoni ta’ dak il-livell ta’ sanzjonijiet, u b’konsistenza mal-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tadotta linji gwida li jistabbilixxu l-ammonti bażi li japplikaw għal kull kategorija ta’ ksur.

(136)

Jenħtieġ li tranżazzjonijiet suspettużi, li jinkludu tentattivi ta’ tranżazzjonijiet, u informazzjoni oħra rilevanti għall-ħasil tal-flus, għar-reati predikati tiegħu u għall-finanzjament tat-terroriżmu, jiġu rrapportati lill-FIU, li jenħtieġ li sservi bħala unità ċentrali nazzjonali sabiex tirċievi u tanalizza suspetti rrapportati u tiddissemina r-riżultati tal-analiżijiet tagħha lill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li t-tranżazzjonijiet suspettużi kollha, inkluż tentattivi ta’ tranżazzjonijiet, jiġu rrapportati, irrispettivament mill-ammont tat-tranżazzjoni, u jenħtieġ li r-referenza għal suspetti tiġi interpretata bħala li tinkludi tranżazzjonijiet, imġiba u xejriet ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. L-informazzjoni rrapportata tista’ tinkludi wkoll informazzjoni fuq il-bażi ta’ livell limitu. Sabiex tappoġġa d-detezzjoni ta’ suspetti mill-entitajiet marbutin b’obbligu, jenħtieġ li l-AMLA toħroġ gwida dwar l-indikaturi ta’ attività jew imġiba suspettuża. Minħabba l-ambjent tar-riskju li qed jevolvi, jenħtieġ li dik il-gwida tiġi rieżaminata regolarment, u jenħtieġ li ma tippreġudikax il-ħruġ mill-FIUs ta’ gwida jew indikaturi dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-metodi identifikati fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li d-divulgazzjoni bona fide ta’ informazzjoni lill-FIU minn entità marbuta b’obbligu jew minn impjegat jew minn direttur ta’ tali entità ma tikkostitwixxix ksur ta’ xi restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni u jenħtieġ li ma tinvolvix lill-entità marbuta b’obbligu jew lid-diretturi jew lill-impjegati tagħha f’responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip.

(137)

Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jistabbilixxu reġimi ta’ rapportar komprensivi li jinkludu s-suspetti kollha, irrispettivament mill-valur jew mis-severità perċepita tal-attività kriminali assoċjata. Jenħtieġ li jkunu konxji tal-aspettattivi tal-FIUs u jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, ifasslu s-sistemi ta’ detezzjoni u l-proċessi analitiċi tagħhom f għar-riskji ewlenin li jaffettwaw lill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti u, fejn meħtieġ, jipprijoritizzaw l-analiżi tagħhom lejn l-indirizzar ta’ dawk ir-riskji ewlenin.

(138)

Jenħtieġ li t-tranżazzjonijiet jiġu vvalutati abbażi ta’ informazzjoni magħrufa jew li tkun magħrufa mill-entità marbuta b’obbligu. Dan jinkludi informazzjoni rilevanti minn aġenti, distributuri u fornituri ta’ servizzi. Meta r-reat predikat sottostanti ma jkunx magħruf jew apparenti għall-entità marbuta b’obbligu, ir-rwol tal-identifikazzjoni u r-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jiġi ssodisfat b’mod aktar effiċjenti billi ssir enfasi fuq id-detezzjoni ta’ suspetti u s-sottomissjoni ta’ rapporti fil-pront. F’dawk il-każijiet, ir-reat predikat ma għandux għalfejn jiġi speċifikat mill-entità marbuta b’obbligu meta tirrapporta tranżazzjoni suspettuża lill-FIU, jekk ma jkunx magħruf minnhom. Meta dik l-informazzjoni tkun disponibbli, jenħtieġ li tiġi inkluża fir-rapport. Bħala gwardjani tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jippreżentaw ukoll rapport meta jkunu jafu jew jissuspettaw li l-fondi ntużaw jew ser jintużaw biex jitwettqu attivitajiet kriminali, bħax-xiri ta’ oġġetti illeċiti, anke jekk l-informazzjoni disponibbli lilhom ma tindikax li l-fondi użati joriġinaw minn sorsi illeċiti.

(139)

Id-differenzi fl-obbligi ta’ rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi bejn l-Istati Membri jistgħu jaggravaw id-diffikultajiet fil-konformità mal-AML/CFT esperjenzati mill-entitajiet marbutin b’obbligu li għandhom preżenza jew operazzjonijiet transfruntieri. Barra minn hekk, l-istruttura u l-kontenut tar-rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi għandhom impatt fuq il-kapaċità tal-FIU li jwettqu analiżi u fuq in-natura ta’ dik l-analiżi, u jaffettwaw ukoll il-kapaċitajiet tal-FIU li jikkooperaw u li jiskambjaw informazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-entitajiet marbutin b’obbligi mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom u sabiex ikun jista’ jsir funzjonament aktar effettiv tal-attivitajiet analitiċi u tal-kooperazzjoni tal-FIU, jenħtieġ li l-AMLA tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw mudell komuni għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li għandhom jintużaw bħala bażi uniformi fl-Unjoni kollha.

(140)

Jenħtieġ li l-FIUs ikunu f’qagħda li jakkwistaw rapidament minn kwalunkwe entità marbuta b’obbligu l-informazzjoni neċessarja kollha relatata mal-funzjonijiet tagħhom. L-aċċess bla rbit u rapidu għall-informazzjoni tagħhom huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-flussi tal-flus ikunu jistgħu jiġu ttraċċati kif xieraq u li n-networks u l-flussi illegali jiġu skoperti fi stadju bikri. Il-bżonn li l-FIUs jiksbu informazzjoni addizzjonali minn entitajiet marbutin b’obbligu fuq il-bażi ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, jista’ jirriżulta minn rapport preċedenti dwar tranżazzjonijiet suspettużi rrapportat lill-FIUs, iżda jista’ jirriżulta wkoll b’mezzi oħrajn bħalma huma l-analiżi tal-FIU stess, l-intelligence pprovduta minn awtoritajiet kompetenti jew informazzjoni ta’ FIU oħra. Għalhekk, jenħtieġ li l-FIUs ikunu jistgħu, fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħhom, jiksbu informazzjoni minn kwalunkwe entità marbuta b’obbligu, anki mingħajr ma jsir rapport minn qabel. B’mod partikolari, ir-rekords ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u trasferimenti mwettqa permezz ta’ kont bankarju, ta’ pagament jew tal-kriptoassi huma kritiċi għall-ħidma analitika tal-FIUs. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni, bħalissa l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu lill-FIUs b’rekords tat-tranżazzjonijiet f’formati differenti, li ma jistgħux jintużaw faċilment għall-analiżi. Meta titqies in-natura transfruntiera tal-attivitajiet analitiċi tal-FIUs, id-disparità tal-formati u d-diffikultajiet tal-ipproċessar tar-rekords ta’ tranżazzjonijiet ifixklu l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-FIUs u l-iżvilupp ta’ analiżijiet finanzjarji transfruntieri. Għalhekk, jenħtieġ li l-AMLA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw mudell komuni għall-forniment ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji lill-FIUs biex jintużaw bħala bażi uniformi fl-Unjoni kollha.

(141)

Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jwieġbu għal talba għal informazzjoni mill-FIU mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-wasla tat-talba jew kwalunkwe skadenza iqsar jew itwal imposta mill-FIU. F’każijiet ġustifikati u urġenti, jenħtieġ li l-entità marbuta b’obbligu għandha twieġeb għat-talba tal-FIU fi żmien 24 siegħa. Dawk l-iskadenzi għandhom japplikaw għal talbiet għal informazzjoni abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod suffiċjenti. Jenħtieġ ukoll li FIU tkun f’qagħda li tikseb tali informazzjoni wara talba magħmula minn FIU oħra tal-Unjoni kif ukoll li tiskambja l-informazzjoni mal-FIU rikjedenti. It-talbiet lill-entitajiet marbutin b’obbligu jvarjaw fin-natura tagħhom. Pereżempju, talbiet kumplessi jistgħu jeħtieġu aktar żmien u jeħtieġu skadenza estiża għar-rispons. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-FIUs ikunu jistgħu jagħtu skadenzi estiżi lill-entitajiet marbutin b’obbligu, dment li dan ma jkollux impatt negattiv fuq l-analiżi tal-FIU.

(142)

Għal ċerti entitajiet marbutin b’obbligu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jinnominaw korp awtoregolatorju xieraq li għandu jiġi informat fl-ewwel istanza minflok l-FIU. F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sistema ta’ rapportar tal-ewwel istanza lil korp awtoregolatorju xieraq tikkostitwixxi salvagwardja importanti għaż-żamma tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali b’rabta mal-obbligi ta’ rapportar applikabbli għall-avukati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu l-mezzi u l-mod li bihom għandha tinkiseb il-protezzjoni tas-segretezza, il-kunfidenzjalità u l-privatezza professjonali.

(143)

Jenħtieġ li n-nutara, l-avukati, professjonisti legali independenti oħra, l-awdituri, il-kontabilisti u konsulenti tat-taxxa esterni ma jkunux obbligati jibagħtu lill-FIU jew lil korp awtoregolatorju xi informazzjoni li huma li jkunu rċevew mingħand, jew kisbu fir-rigward ta’, wieħed mill-klijenti tagħhom matul l-aċċertar tal-pożizzjoni legali ta’ dak il-klijent, jew fit-twettiq tal-kompitu li jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi, jew dwar, proċedimenti ġudizzjarji, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar il-bidu jew l-evitar ta’ tali proċedimenti, kemm jekk tali informazzjoni tkun riċevuta jew miksuba qabel, matul jew wara tali proċedimenti. Madankollu, jenħtieġ li tali eċċezzjoni ma tapplikax meta l-professjonist legali, l-awditur, il-kontabilist jew il-konsulent tat-taxxa estern ijkun qed jieħu sehem fil-ħasil tal-flus jew fil-finanzjament tat-terroriżmu, il-parir legali jingħata għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu jew meta l-professjonist legali awditur, il-kontabilist jew il-konsulent tat-taxxa estern ikun jaf li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Tali għarfien u skop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi. Jenħtieġ li l-parir legali mitlub fir-rigward ta’ proċedimenti ġudizzjarji li jkunu għaddejjin ma jitqiesx li jikkostitwixxi parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. F’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jidentifikaw sitwazzjonijiet addizzjonali fejn, b’kont meħud tar-riskju għoli ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat ma’ ċerti tipi ta’ tranżazzjonijiet, ma tapplikax l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ rapportar. Meta jidentifikaw sitwazzjonijiet addizzjonali bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità b’mod partikolari mal-Artikoli 7 u 47 tal-Karta.

(144)

Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jwettqu tranżazzjonijiet suspettużi b’mod eċċezzjonali qabel ma jinformaw lill-FIU fejn in-nuqqas ta’ dan ikun impossibbli jew probabbli li jfixkel l-isforzi sabiex jiġu segwiti l-benefiċjarji ta’ operazzjoni suspettata ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, jenħtieġ li dik l-eċċezzjoni ma tiġix invokata fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ikkonċernati minn kwalunkwe -obbligi internazzjonali aċċettati mill-Istati Membru tal-FIU li jiffriża mingħajr dewmien fondi jew assi oħrajn ta’ terroristi, ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi jew ta’ dawk li jiffinanzjaw it-terroriżmu, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevantitall-KSNU.

(145)

Il-kunfidenzjalità fir-rigward tar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u tal-għoti ta’ informazzjoni rilevanti oħra lill-FIUs hija essenzjali sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiffriżaw u jissekwestraw assi potenzjalment marbutin mal-ħasil tal-flus, mar-reati predikati tiegħu jew mal-finanzjament tat-terroriżmu. Tranżazzjoni suspettuża ma hijiex indikazzjoni ta’ attività kriminali. Id-divulgazzjoni li jkun ġie rrapportat suspett tista’ ttebba’ r-reputazzjoni tal-persuni involuti fit-tranżazzjoni u tipperikola t-twettiq ta’ analiżijiet u ta’ investigazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu u d-diretturi u l-impjegati tagħhom, jew persuni f’pożizzjoni kumparabbli, inkluż aġenti u distributuri, ma jinformawx lill-klijent ikkonċernat jew lil parti terza li l-informazzjoni tkun qed tiġi, ser tiġi, jew ġiet sottomessa lill-FIU, kemm jekk direttament kif ukoll jekk permezz tal-korp awtoregolatorju, jew li tkun qed issir, tista’ ssir jew li tkun twettqet analiżi tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li l-projbizzjoni tad-divulgazzjoni ma tapplikax f’ċirkostanzi speċifiċi li jikkonċernaw, pereżempju, divulgazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi awtoregolatorji meta jwettqu funzjonijiet superviżorji, jew divulgazzjonijiet għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jew fejn d-divulgazzjonijiet isiru bejn entitajiet marbutin b’obbligu li jappartjenu għall-istess grupp.

(146)

Il-kriminali jmexxu r-rikavat illeċitu permezz ta’ diversi intermedjarji sabiex jevitaw id-detezzjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-entitajiet marbutin b’obbligu jitħallew jiskambjaw informazzjoni mhux biss bejn il-membri tal-grupp, iżda wkoll f’ċerti każijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħrajn li joperaw fin-networks, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Barra minn sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, jenħtieġ li d-divulgazzjoni permessa fost ċerti kategoriji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu f’każijiet li jinvolvu l-istess tranżazzjoni sseħħ biss fir-rigward tat-tranżazzjoni speċifika li titwettaq bejn dawk l-entitajiet marbutin b’obbligu jew iffaċilitata minnhom, u mhux fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet preċedenti jew sussegwenti konnessi.

(147)

L-iskambju ta’ informazzjoni fost l-entitajiet marbutin b’obbligu u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti, jista’ jżid il-possibbiltajiet ta’ detezzjoni ta’ flussi finanzjarji illeċiti li jikkonċernaw il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u rikavat mill-kriminalità. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fejn iqisu li tali kondiviżjoni tkun meħtieġa għall-konformità mal-obbligi u l-kompiti tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT. Jenħtieġ li l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni tkun soġġetta għal salvagwardji robusti relatati mal-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-data, l-użu tal-informazzjoni u l-proċedura kriminali. Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu ma jiddependux biss fuq informazzjoni riċevuta permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni biex jaslu għal konklużjonijiet dwar ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu tal-klijent jew tat-tranżazzjoni jew biex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment jew it-terminazzjoni ta’ relazzjoni tan-negozju jew it-twettiq ta’ tranżazzjoni. Kif rikonoxxut fid-Direttiva 2014/92/UE, il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ ekonomija moderna u soċjalment inklużiva jiddependu dejjem aktar fuq il-forniment universali ta’ servizzi ta’ pagament. Għalhekk, jenħtieġ li l-aċċess għal servizzi finanzjarji bażiċi ma jiġix miċħud abbażi tal-informazzjoni skambjata fost l-entitajiet marbutin b’obbligu jew bejn l-entitajiet marbutin b’obbligu u l-awtoritajiet kompetenti jew l-AMLA.

(148)

Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament hija soġġetta għal kontrolli mis-superviżuri. Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jiskambjaw informazzjoni fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, jenħtieġ li dawk il-kontrolli jinkludu wkoll il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbilit f’dan ir-Regolament għal dawk l-iskambji ta’ informazzjoni. Filwaqt li jenħtieġ li l-kontrolli superviżorji jkunu bbażati fuq ir-riskju, jenħtieġ li dawn jitwettqu fi kwalunkwe każ qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali jistgħu jirriżultaw f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Għalhekk, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sħubija. Fil-kuntest tal-kontrolli superviżorji, jenħtieġ li s-superviżuri jikkonsultaw, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, li huma biss huma kompetenti għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data. Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data u r-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi li jinsabu f’dan ir-Regolament japplikaw għal informazzjoni kondiviża fil-qafas ta’ sħubija. B’mod konsistenti mar-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi biex jadattaw l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament biex jipprovdu rekwiżiti aktar speċifiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

(149)

Filwaqt li s-sħubijijet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali u data personali taħt salvagwardji stretti, jenħtieġ li dawk l-iskambji ma jissostitwixxux ir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament biex jiġi rrapportat kwalunkwe suspett lill-FIU kompetenti. Għalhekk, meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jidentifikaw attivitajiet suspettużi abbażi ta’ informazzjoni miksuba fil-kuntest ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, jenħtieġ li jirrapportaw dak is-suspett lill-FIU fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. L-informazzjoni li tindika attività suspettuża hija soġġetta għal regoli aktar stretti li jipprojbixxu d-divulgazzjoni tagħha u jenħtieġ li tiġi kondiviża biss fejn meħtieġa għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu u soġġetta għal salvagwardji li jipproteġu d-drittijiet fundamentali, il-kunfidenzjalità tal-ħidma tal-FIU u l-integrità tal-investigazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi.

(150)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija rikonoxxuta bħala raġuni importanti ta’ interess pubbliku mill-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jagħtu attenzjoni partikolari għall-prinċipji li jirrikjedu li d-data personali pproċessata matul il-konformità mal-obbligi tal-AML/CFT tagħhom tkun preċiża, affidabbli u aġġornata. Għall-finijiet tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jadottaw proċessi li jippermettu t-teħid ta’ deċiżjonijiet individwali awtomatizzati, inkluż it-tfassil ta’ profili, kif stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/679. Meta jsir dan, jenħtieġ li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-persuni soġġetti għal tali proċessi japplikaw flimkien ma’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti ieħor stipulat fid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.

(151)

Huwa essenzjali li l-allinjament tal-qafas AML/CFT mar-Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FATF jitwettaq f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta. Ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tal-qafas AML/CFT jinvolvu l-ġbir, l-analiżi, il-ħażna u l-kondiviżjoni ta’ data. Jenħtieġ li tali pproċessar ta’ data personali jkun permess filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, biss għall-finijiet stipulati f’dan ir-Regolament, u għat-twettiq ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, għall-monitoraġġ kontinwu, għall-analiżi u għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għall-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju ta’ persuna ġuridika jew ta’ arranġament ġuridiku, għall-identifikazzjoni ta’ persuna esposta politikament u għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji u minn entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu. Jenħtieġ li l-ġbir u l-ipproċessar sussegwenti ta’ data personali mill-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu limitati għal dak li jkun neċessarju għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT u jenħtieġ li d-data personali ma tiġix ipproċessata ulterjorment b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dik il-fini. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ipproċessar ulterjuri ta’ data personali għal raġunijiet kummerċjali jkun projbit b’mod strett.

(152)

L-ipproċessar ta’ ċerti kategoriji ta’ data sensittiva kif iddefinit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 jista’ jwassal għal riskji għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti ta’ dik id-data. Sabiex jiġu minimizzati r-riskji li l-ipproċessar ta’ tali data mill-entitajiet marbutin b’obbligu jirriżulta f’eżiti diskriminatorji jew preġudikati li jħallu impatt negattiv fuq il-klijent, bħat-terminazzjoni jew ir-rifjut li wieħed jidħol f’relazzjoni tan-negozju, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu ma jiħdux deċiżjonijiet biss abbażi ta’ informazzjoni fil-pussess tagħhom dwar kategoriji speċjali ta’ data personali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 meta dik l-informazzjoni ma jkollha l-ebda rilevanza għar-riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu maħluqa minn tranżazzjoni jew relazzjoni. Bl-istess mod, sabiex jiġi żgurat li l-intensità tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti tkun ibbażata fuq fehim olistiku tar-riskji assoċjati mal-klijent, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu ma jibbażawx l-applikazzjoni ta’ livell ogħla jew aktar baxx ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti biss abbażi ta’ data sensittiva li jkollhom fuq il-klijent.

(153)

Ir-Rakkomandazzjonijiet riveduti tal-FAFT juru li, sabiex ikunu jistgħu jikkooperaw b’mod sħiħ u jwieġbu malajr għat-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni jew tal-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jżommu, għal tal-anqas ħames snin, l-informazzjoni neċessarja miksuba permezz ta’ miżuri tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u r-rekords dwar it-tranżazzjonijiet. Sabiex jiġu evitati approċċi differenti u sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ data personali u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dak il-perjodu taż-żamma jiġi stabbilit għal ħames snin wara li tintemm ir-relazzjoni tan-negozju jew tranżazzjoni okkażjonali. Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-funzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jitwettqu b’mod effettiv jekk l-informazzjoni rilevanti miżmuma mill-entitajiet marbutin b’obbligu titħassar skont l-iskadenza tal-perjodu taż-żamma. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu lill-entitajiet marbutin b’obbligu jżommu informazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ għal perjodu itwal, li jenħtieġ li ma jaqbiżx il-ħames snin.

(154)

Fejn il-kunċett ta’ awtoritajiet kompetenti jirreferi għall-awtoritajiet ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni, jenħtieġ li dan jiġi interpretat li jinkludi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fir-rigward tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE.

(155)

Id-disseminazzjonijiet mill-FIUs jaqdu rwol kruċjali fid-detezzjoni ta’ attivitajiet kriminali possibbli taħt il-kompetenza tal-UPPE jew, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), jew li fir-rigward tagħhom l-Europol u l-Eurojust ikunu kapaċi jipprovdu appoġġ operazzjonali fi stadju bikri f’konformità mal-mandati rispettivi tagħhom, u u jappoġġaw investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fil-pront u effettivi. Jenħtieġ li l-informazzjoni kondiviża mal-UPPE u l-OLAF mill-FIUs tinkludi raġunijiet għas-suspett li jista’ jitwettaq jew ikun twettaq reat taħt il-kompetenzi rispettivi tal-UPPE u tal-OLAF, u tkun akkumpanjata mill-informazzjoni rilevanti kollha li għandha l-FIU u li tista’ tappoġġa azzjoni, inkluż informazzjoni finanzjarja u amministrattiva rilevanti. Fejn l-UPPE u l-OLAF jitolbu informazzjoni mill-FIUs, huwa daqstant importanti li l-FIUs ikunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni kollha li jkollhom fir-rigward tal-każ. F’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli fl-istrumenti legali fundaturi tagħhom, jenħtieġ li l-UPPE u l-OLAF jinfurmaw lill-FIUs dwar il-passi meħuda fir-rigward tal-informazzjoni li tkun ġiet disseminata u kwalunkwe eżitu rilevanti.

(156)

Għall-finijiet li tiġi żgurata l-amministrazzjoni adatta u effiċjenti tal-ġustizzja matul il-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex l-interazzjoni tiegħu mal-liġijiet proċedurali nazzjonali tkun bla xkiel, jenħtieġ li l-informazzjoni u d-dokumenti pertinenti għall-proċedimenti legali li jinsabu għaddejjin għall-fini tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni jew tal-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu possibbli, l fejn dawk il-proċedimenti jkunu pendenti fl-Istati Membri fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jinżammu għal perjodu ta’ ħames snin wara dik id-data, u jenħtieġ li jkun possibbli li dak il-perjodu jiġi estiż għal ħames snin oħrajn.

(157)

Id-drittijiet ta’ aċċess għad-data mis-suġġett tad-data huma applikabbli għad-data personali pproċessata għall-fini ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-aċċess mis-suġġett tad-data għal kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ rapport dwar tranżazzjonijiet suspettużi jxekkel serjament l-effettività tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk, l-eċċezzjonijiet għal u r-restrizzjonijiet ta’ dak id-dritt f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 jistgħu jkunu ġustifikati. Is-suġġett tad-data għandu d-dritt jitlob li awtorità msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 tivverifika l-legalità tal-ipproċessar, u jkollha d-dritt li tfittex rimedju ġudizzjarju msemmi fl-Artikolu 79 ta’ dak ir-Regolament. Dik l-awtorità tista’ taġixxi wkoll fuq bażi ex officio fejn previst fir-Regolament (UE) 2016/679. Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet għad-dritt tal-aċċess, jenħtieġ li l-awtorità superviżorja tkun tista’ tinforma lis-suġġett tad-data li jkunu seħħew il-verifiki neċessarji kollha mill-awtorità superviżorja, u dwar ir-riżultat fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar inkwistjoni.

(158)

L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jirrikorru għas-servizzi ta’ operaturi privati oħrajn. Madankollu, jenħtieġ li l-qafas AML/CFT japplika għall-entitajiet marbutin b’obbligu biss, u jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jżommu responsabbiltà sħiħa għall-konformità mar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u sabiex jiġi evitat li xi servizzi jiddaħħlu b’mod involontarju fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li l-persuni li sempliċiment jaqilbu d-dokumenti stampati f’data elettronika u li jkunu qed jaġixxu taħt kuntratt ma’ entità marbuta b’obbligu, u l-persuni li jipprovdu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji biss b’sistemi ta’ messaġġi jew b’sistemi oħrajn ta’ appoġġ għat-trażmissjoni ta’ fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jew b’sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(159)

Jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata u akkurata dwar is-sjieda benefiċjarja u l-kontroll ta’ persuni ġuridiċi. Peress li l-ishma tal-portaturi jagħtu s-sjieda lill-persuna li jkollha ċ-ċertifikat tal-ishma tal-portaturi, huma jippermettu lis-sid benefiċjarju jibqa’ anonimu. Sabiex jiġi żgurat li tali ishma ma jintużawx ħażin għal finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-kumpaniji – għajr dawk b’titoli elenkati f’suq regolat jew li l-ishma tagħhom jinħarġu bħala titoli intermedjati – jikkonvertu l-ishma tal-portaturi eżistenti kollha f’ishma reġistrati jimmobilizzawhom jew jiddepożitawhom ma’ istituzzjoni finanzjarja. Barra minn hekk, jenħtieġ li ċ-ċertifikati ta’ ishma tal-portaturi jkunu permessi biss f’forma intermedjata.

(160)

L-anonimità tal-kriptoassi tesponihom għal riskji ta’ użu ħażin għal finijiet kriminali. Il-kontijiet anonimi tal-kriptoassi, kif ukoll strumenti anonimizzati oħra, ma jippermettux it-traċċabbiltà tat-trasferimenti tal-kriptoassi, u jagħmluha diffiċli li jiġu identifikati tranżazzjonijiet konnessi li jistgħu jqajmu suspett jew li jiġi applikat livell adegwat ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT għall-kriptoassi, huwa neċessarju li jiġu pprojbiti l-forniment u l-kustodja ta’ kontijiet anonimi tal-kriptoassi jew kontijiet li jippermettu l-oskurament dejjem akbar ta’ tranżazzjonijiet mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, inkluż permezz ta’ muniti li jżidu l-anonimità. Dik il-projbizzjoni ma tapplikax għall-fornituri ta’ hardware u software jew għall-fornituri ta’ kartieri awtoospitati sakemm ma jkollhomx aċċess għal dawk il-kartieri tal-kriptoassi jew kontroll fuqhom.

(161)

L-użu ta’ pagamenti kbar fi flus kontanti huwa vulnerabbli ħafna għall-ħasil tal-flus u għall-finanzjament tat-terroriżmu, u dik il-vulnerabbiltà ma ġietx imtaffa biżżejjed mir-rekwiżit li l-persuni li jinnegozjaw f’ oġġetti jkunu soġġetti għal regoli kontra l-ħasil tal-flus meta jsiru jew jiġu riċevuti pagamenti fi flus kontanti ta’ EUR 10 000 jew aktar. Fl-istess ħin, id-differenzi fl-approċċi fost l-Istati Membri xekklu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern għad-detriment tan-negozji li jinsabu fl-Istati Membri b’kontrolli aktar stretti. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi introdott limitu għall-Unjoni kollha għal pagamenti kbar fi flus kontanti ta’ EUR 10 000. Jenħtieġ li l-Istati Membri ikunu jistgħu jadottaw livelli limitu aktar baxxi u dispożizzjonijiet aktar stretti sa fejn jindirizzaw objettivi leġittimi fl-interess pubbliku. Minħabba li l-qafas tal-AML/CFT huwa bbażat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ekonomija tan-negozju, jenħtieġ li l-limitu ma japplikax għal pagamenti bejn persuni fiżiċi li ma jkunux qed jaġixxu f’kapaċità professjonali. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-limitu għall-Unjoni kollha ma joħloqx ostakli b’mod mhux intenzjonat għall-persuni li ma jużawx jew m’għandhomx aċċess għal servizzi bankarji biex jagħmlu pagamenti, jew biex in-negozji jiddepożitaw l-introjtu mill-attivitajiet tagħhom fil-kontijiet tagħhom, jenħtieġ li l-pagamenti jew id-depożiti li jsiru fil-bini tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jew l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jiġu eżentati wkoll mill-applikazzjoni tal-limitu.

(162)

Jenħtieġ li l-pagamenti fi flus kontanti jew id-depożiti li jsiru fil-bini tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u tal-fornituri tal-flus elettroniċi li jaqbżu l-livell limitu għal pagamenti kbar fi flus kontanti ma jitqisux, b’mod awtomatiku, bħala indikatur jew suspett ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Ir-rapportar ta’ tali tranżazzjonijiet jippermetti lill-FIU tivvaluta u tidentifika xejriet li jikkonċernaw il-moviment ta’ flus kontanti u filwaqt li tali informazzjoni tikkontribwixxi għall-analiżijiet operazzjonali jew strateġiċi tal-FIU, in-natura tad-divulgazzjonijiet ibbażati fuq il-livelli limitu tagħmilhom distinti minn rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. Għal dak l-għan, divulgazzjonijiet ibbażati fuq il-livelli limitu ma jissostitwixxux ir-rekwiżit li jiġu rrapportati tranżazzjonijiet suspettużi jew li jiġu applikati miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa f’każijiet ta’ riskju ogħla. Jenħtieġ li jkun possibbli għall- FIUs j li jirrikjedu li r-rapporti jsiru fi skadenza speċifika, li tista’ tinkludi s-sottomissjoni perjodika fuq bażi aggregata.

(163)

Jista’ jkun hemm każijiet fejn raġunijiet ta’ force majeure, bħal dawk ikkawżati minn katastrofi naturali, jirriżultaw f’telf mifrux ta’ aċċess għal mekkaniżmi ta’ pagament għajr flus kontanti. F’dawk it-talikażijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-limitu fuq pagamenti kbar fi flus kontanti. Tali sospensjoni hija miżura straordinarja u jenħtieġ li tiġi applikata biss fejn meħtieġ bħala rispons għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Impossibbiltà ta’ aċċess għas-servizzi finanzjarji ma tikkostitwixxix raġuni valida għas-sospensjoni tal-limitu fejn tkun attribwibbli għan-nuqqas ta’ Stat Membru li jiggarantixxi li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-infrastruttura finanzjarja fit-territorju kollu tiegħu.

(164)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-kostijiet, il-benefiċċji u l-impatti tal-aġġustament tal-limitu għal pagamenti kbar fi flus kontanti fil-livell tal-Unjoni bl-għan li jiġu llivellati aktar il-kundizzjonijiet ekwi għan-negozji u jitnaqqsu l-opportunitajiet għall-kriminali sabiex jużaw flus kontanti għall-ħasil tal-flus. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tqis b’mod partikolari l-aktar livell xieraq għal limitu armonizzat għall-pagamenti fi flus kontanti fil-livell tal-Unjoni b’kunsiderazzjoni tal-limiti eżistenti kurrenti għall-pagamenti fi flus kontanti fis-seħħ f’numru kbir ta’ Stati Membri, l-infurzabbiltà ta’ tali limitu fil-livell tal-Unjoni u l-effetti ta’ tali limitu fuq il-valuta legali tal-euro.

(165)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll il-kostijiet, il-benefiċċji u l-impatti tat-tnaqqis tal-livell limitu ta’ 25 % għall-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji fejn l-kontroll jiġi eżerċitat permezz ta’ interess proprjetarju. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tqis b’mod partikolari t-tagħlimiet meħuda mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi li introduċew livelli limitu aktar baxxi.

(166)

Ir-riskji assoċjati ma’ oġġetti ta’ valur għoli jistgħu jestendu wkoll għal oġġetti oħra li jistgħu jinġarru faċilment, bħal ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-entitajiet marbutin b’obbligu biex jinkludu persuni li jinnegozjaw f’ tali oġġetti ta’ valur għoli. Barra minn hekk, minħabba li dan ir-Regolament jintroduċi għall-ewwel darba fil-livell tal-Unjoni divulgazzjonijiet obbligatorji bbażati fuq il-livelli limitu fir-rigward ta’ ċerti oġġetti ta’ valur għoli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta, abbażi tal-esperjenza miksuba fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-oġġetti soġġetti għal divulgazzjonijiet ibbażati fuq il-livelli limitu, u li l-format għal tali divulgazzjonijiet jiġi armonizzat fid-dawl tal-użu ta’ żvelar ibbażat fuq limiti li jsir mill-FIUs. Fl-aħħar nett, minħabba r-riskji assoċjati ma’ oġġetti ta’ valur għoli f’żoni ta’ kummerċ ħieles, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-operaturi li jinnegozjaw u jaħżnu oġġetti ta’ valur għoli f’tali żoni ta’ kummerċ ħieles.

(167)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti dwar l-AML/CFT, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward l-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli, pajjiżi terzi bi dgħufijiet fil-konformità u pajjiżi terzi li jippreżentaw theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll kontromiżuri kew miżuri speċifiċi msaġġa ta’ diliġenza dovuta li jtaffuriskji li joriġinaw minn tali pajjiżi terzi; l-identifikazzjoni ta’ każijiet addizzjonali ta’ riskju ogħla li jaffetwaw l-Unjoni u miżuri assoċjati ta’ diliġenza dovuta msaħħa; l-identifikazzjoni tal-kategoriji addizzjonali komuni ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti; l-identifikazzjoni tal-kategoriji ta’ entitajiet korporattivi assoċjati ma’ riskji ogħla u l-livelli limitu aktar baxxi assoċjati għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarja permezz tal-interess ta’ sjieda; id-definizzjonital-kategoriji ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ trasparenza tas-sjieda benefiċjarja li huma soġġetti għal penali u l-persuni responsabbli għalihom, l-indikaturi biex jiġi klassifikat il-livell ta’ gravità ta’ dak il-ksur u l-kriterji li għandhom jitqiesu meta jiġi stabbilit il-livell tal-penali, ,Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (29). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(168)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta listandards tekniċi regolatorji żviluppati minn AMLA li jispeċifikaw r-rekwiżiti minimi ta’ politiki, iproċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu, inkluż l-istandards minimi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriża omm u il-kundizzjonijiet li skonthom l-istrutturi li jikkondividu sjieda, ġestjoni jew kontrolli tal-konformità komuni huma meħtieġa japplikaw politiki, proċeduri u kontrolli għall-grupp kollu; li jispeċifikaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed minn gruppi fejn il-liġi ta’ pajjiżi terzi ma tippermettix l-implimentazzjoni ta’ politiki, ta’proċeduri u ta’ kontrolli għall-grupp kollu u azzjonijiet superviżorji addizzjonali; li jispeċifikaw l-entitajiet marbutin b’obbligu, is-setturi u t-tranżazzjonijiet assoċjati ma’ riskju ogħla u li jwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali ta’ valur baxx, il-valuri relatati, il-kriterji biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet okkażjonali u -relazzjoni ta’ negozju u l-kriterji biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet konnessi għall-fini tat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti; u li jispeċifikaw l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti. Jenħtieġ li l-Kumissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

(169)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi dwar is-sospensjoni tal-kontromiżuri nazzjonali, tistipula l-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, tistipula l-format għall-istabbiliment u l-komunikazzjoni tal-listi tal-Istati Membri ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti u tidentifika t-tipi ta’ entitajiet ġuridiċi u t-tipi ta’ arranġamenti ġuridiċi simili għat-trusts espressi regolati bil-liġi tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (30). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-tmiem ta’ kontomiżuri nazzjonali speċifiċi addizzjonali.

(170)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati minn Amla li jispeċifikaw il-format li għandu jintuża għar-rapportar ta’ suspetti u għall-għoti ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet, u l-format li għandu jintuża mill-FIUs għar-rapportar ta’ informazzjoni lill-UPPE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2024/1620,

(171)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-libertà ta’ intrapriża.

(172)

F’konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni, jenħtieġ li l-entitajiet marbutin b’obbligu jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju fil-kuntest tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mingħajr diskriminazzjoni.

(173)

Meta tfassal rapport ta’ valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti l-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta.

(174)

Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u, minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(175)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fi t-22 ta’ Settembru 2021 (31),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA 1

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli li jikkonċernaw:

(a)

il-miżuri li għandhom jiġu applikati mill-entitajiet marbutin b’obbligu sabiex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

rekwiżiti ta’ trasparenza tas-sjieda benefiċjarja għal entitajiet ġuridiċi, trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili;

(c)

miżuri sabiex jiġi llimitat l-użu ħażin ta’strumenti anonimi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħasil tal-flus” tfisser l-imġiba stabbilita fl-Artikolu 3, paragrafi 1 u 5, tad-Direttiva (UE) 2018/1673 inkluż l-għajnuna u l-assistenza, l-inċitament u t-tentattiv li titwettaq dik l-imġiba, kemm jekk l-attivitajiet li ġġeneraw il-proprjetà li tkun ser tiġi soġġetta għal ħasil ikunux twettqu fit-territorju ta’ Stat Membru jew f’dak ta’ pajjiż terz, l-għarfien, l-intenzjoni jew l-iskop meħtieġa bħala element ta’ dik l-imġiba jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi;

(2)

“finanzjament tat-terroriżmu” tfisser l-imġiba stabbilita fl-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2017/541 inkluż l-għajnuna u l-assistenza, l-inċitament u t-tentattiv li titwettaq dik l-imġiba, kemm jekk titwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll jekk titwettaq f’dak ta’ pajjiż terz. L-għarfien, l-intenzjoni jew l-iskop meħtieġa bħala element ta’ dik l-imġiba jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi;

(3)

“attività kriminali” tfisser attività kriminali kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2018/1673, kif ukoll frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definita fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371, korruzzjoni passiva u attiva kif definita fl-Artikolu 4(2) u miżapproprjazzjoni kif definita fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva;

(4)

“fondi” jew “proprjetà” tfisser proprjetà kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (2) tad-Direttiva (UE) 2018/1673;

(5)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt 17 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta tkun tinsab fl-Unjoni, kemm jekk l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun jinsab fi Stat Membru jew inkella f’pajjiż terz;

(6)

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser:

(a)

impriża għajr istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12), (14) u (15) tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), inkluż l-attivitajiet ta’ uffiċċji tal-kambju (bureaux de change), iżda minbarra l-attivitajiet imsemmija fil-punt (8) tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2015/2366, jew impriża li l-attività prinċipali tagħha hija li takkwista parteċipazzjonijiet, inkluż kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u kumpanija azzjonarja ta’ attività finanzjarja mħallta;

(b)

impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33), sa fejn twettaq attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jew attivitajiet oħrajn ta’ assigurazzjoni relatati mal-investiment koperti minn dik id-Direttiva, inklużi kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b’attività mħallta kif definiti, rispettivament, fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3) tad-Direttiva (UE) 2016/97 meta jaġixxi fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja u servizzi oħra tal-assigurazzjoni relatati mal-investiment, bl-eċċezzjoni ta’ intermedjarju tal-assigurazzjoni li ma jiġborx primjums jew ammonti maħsuba għall-klijent u li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ impriża tal-assigurazzjoni waħda jew aktar jew intermedjarji għall-prodotti li jikkonċernawhom rispettivament;

(d)

ditta tal-investiment definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34);

(e)

impriża ta’ investiment kollettiv, b’mod partikolari:

(i)

impriża għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE u l-kumpanija maniġerjali tagħha kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (b) ta’ dik id-Direttiva jew kumpanija ta’ investiment awtorizzata f’konformità ma’ dik id-Direttiva u li ma tkunx iddeżinjat kumpanija maniġerjali, li tagħmel disponibbli għax-xiri unitajiet tal-UCITS fl-Unjoni;

(ii)

fond ta’ investiment alternattiv kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2011/61/UE u l-maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv tiegħu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) ta’ dik id-Direttiva li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva;

(f)

depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);

(g)

kreditur kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) u fl-Artikolu 3, il-punt (b) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(h)

intermedjarju tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (5) tad-Direttiva 2014/17/UE u fl-Artikolu 3, il-punt (f) tad-Direttiva 2008/48/KE, meta jkollhom il-fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 b’rabta mal-ftehim ta’ kreditu, bl-eċċezzjoni tal-intermedjarju tal-kreditu li jwettaq attivitajiet taħt ir-responsabbiltà ta’ kreditur jew intermedjarju tal-kreditu wieħed jew aktar;

(i)

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(j)

fergħa ta’ istituzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (a) sa (i), meta jkunu jinsabu fl-Unjoni, kemm jekk l-uffiċċju reġistrat tagħha ikun jinsab fi Stat Membru kif ukoll jekk ikun jinsab f’pajjiż terz;

(7)

“kriptoass” tfisser kriptoass kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5) tar-Regolament (UE) 2023/1114 ħlief meta jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament;

(8)

“servizzi tal-kriptoassi” tfisser servizzi tal-kriptoassi kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114, bl-eċċezzjoni tal-għoti ta’ pariri dwar kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), punt (16)(h) ta’ dak ir-Regolament;

(9)

“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (15) ta tar-Regolament (UE) 2023/1114 fejn iwettaq servizz wieħed jew aktar tal-kriptoassi

(10)

“kumpanija azzjonarja ta’ attività finanzjarja mħallta” tfisser impriża, għajr kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, li ma tkunx is-sussidjarja ta’ impriża oħra, li s-sussidjarji tagħha jinkludu mill-inqas istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja waħda;

(11)

“fornitur ta’ servizz ta’ trusts jew kumpaniji” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, permezz tan-negozju tagħha, tipprovdi xi wieħed mis-servizzi li ġejjin lil partijiet terzi:

(a)

il-formazzjoni ta’ kumpaniji jew ta’ persuni ġuridiċi oħrajn;

(b)

taġixxi bħala jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala direttur jew segretarju ta’ kumpanija, jew bħala sieħeb fi sħubija, jew f’xi pożizzjoni simili marbuta ma’ persuni ġuridiċi oħrajn;

(c)

il-provvista ta’ uffiċċju reġistrat, jew ta’ indirizz kummerċjali, jew ta’ indirizz ta’ korrispondenza jew amministrattiv, kif ukoll servizzi relatati oħrajn, lil xi kumpanija, sħubija jew kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku ieħor;

(d)

taġixxi bħala jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala trustee ta’ trust espress jew li twettaq funzjoni ekwivalenti għal arranġament ġuridiku simili ieħor;

(e)

taġixxi bħala, jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala azzjonista mandatarju għal persuna oħra;

(12)

“servizz tal-logħob tal-azzard” tfisser servizz li jinvolvi logħob ta’ flus f’logħob tal-azzard, inklużi dawk b’element ta’ ħila bħal lotteriji, logħob tal-każinò, logħob tal-poker u tranżazzjonijiet tal-imħatri li huma pprovduti f’post fiżiku jew bi kwalunkwe mezz mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni, u fuq it-talba individwali ta’ min jirċievi s-servizzi;

(13)

“kumpanija azzjonarja ta’ attività mhux finanzjarja mħallta” tfisser impriża, għajr kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, li ma tkunx is-sussidjarja ta’ impriża oħra, li s-sussidjarji tagħha jinkludu mill-inqas entità marbuta b’obbligu waħda kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt 3;

(14)

“indirizz awtoospitat” tfisser indirizz awtoospitat kif definit fl-Artikolu 3, ol-punt (20) tar-Regolament (UE) 2023/1113;

(15)

“fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2020/1503;

(16)

“intermedjarju ta’ finanzjament kollettiv” tfisser impriża għajr fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv li n-negozju tagħha għandu jaqbel jew jiffaċilita t-tqabbil, permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet miftuħa għall-pubbliku jew għal għadd limitat ta’ finanzjaturi ta’:

(a)

sidien ta’ proġetti, li huma kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tfittex finanzjament għal proġetti, li jikkonsistu f’operazzjoni waħda jew sett ta’ operazzjonijiet predefiniti mmirati lejn objettiv partikolari, inkluż il-ġbir ta’ fondi għal kawża jew avveniment partikolari irrispettivament minn jekk dawk il-proġetti humiex proposti lill-pubbliku jew lil għadd limitat ta’ finanzjaturi; u

(b)

finanzjaturi, li huma kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ proġetti, permezz ta’ self, b’imgħax jew mingħajru, jew donazzjonijiet, inkluż fejn tali donazzjonijiet jintitolaw lid-donatur għal benefiċċju mhux materjali;

(17)

“flus elettroniċi” tfisser flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), bl-esklużjoni ta’ valur monetarju kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva;

(18)

“stabbiliment” tfisser it-twettiq attwali minn entità marbuta b’obbligu ta’ attività ekonomika koperta mill-Artikolu 3 fi Stat Membru jew pajjiż terz għajr il-pajjiż fejn l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun jinsab għal perjodu indefinit u permezz ta’ infrastruttura stabbli, inkluż:

(a)

fergħa jew sussidjarja;

(b)

fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, infrastruttura li tikkwalifika bħala stabbiliment skont regolamentazzjoni prudenzjali;

(19)

“relazzjoni tan-negozju” tfisser relazzjoni ta’ negozju, professjonali jew kummerċjali marbuta mal-attivitajiet professjonali ta’ entità marbuta b’obbligu li hija stabbilita bejn entità marbuta b’obbligu u klijent, inkluż fin-nuqqas ta’ kuntratt bil-miktub u li hija mistennija li jkollha, fil-mument meta jiġi stabbilit il-kuntatt, jew li sussegwentement takkwista, element ta’ ripetizzjoni jew durata;

(20)

“tranżazzjonijiet konnessi” tfisser żewġ tranżazzjonijiet jew aktar jew b’oriġini, destinazzjoni u skop identiċi jew simili, jew karatteristiċi rilevanti oħra, fuq perjodu speċifiku;

(21)

“pajjiż terz” tfisser kwalunkwe ġuriżdizzjoni, stat indipendenti jew territorju awtonomu li ma jkunx parti mill-Unjoni u li jkollu l-leġiżlazzjoni dwar l-AML/CFT jew ir-reġim ta’ infurzar tiegħu stess;

(22)

“relazzjoni korrispondenti” tfisser:

(a)

il-forniment ta’ servizzi bankarji minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda bħala l-korrispondent lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra bħala r-rispondenti, inkluża l-provvista ta’ kont kurrenti jew kont ta’ responsabbiltà ieħor u ta’ servizzi relatati, bħal ġestjoni tal-flus kontanti, trasferimenti internazzjonali ta’ fondi internazzjonali, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, ikklerjar ta’ ċekkijiet, pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet u servizzi tal-kambju;

(b)

ir-relazzjonijiet bejn u fost l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fejn servizzi simili huma pprovduti minn istituzzjoni korrispondenti lil istituzzjoni rispondenti, u inkluż ir-relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet tat-titoli jew trasferimenti ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, tranżazzjonijiet fi kriptoassi jew trasferimenti ta’ kriptoassi;

(23)

“istituzzjoni fantażma” tfisser:

(a)

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji għajr fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi: istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, jew istituzzjoni li twettaq attivitajiet ekwivalenti għal dawk imwettqin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, imaħluqa f’ġuriżdizzjoni li fiha ma jkollha l-ebda preżenza fiżika, li tinvolvi ħsieb u ġestjoni sinifikattivi, u li ma tkunx affiljata ma’ grupp finanzjarju regolat;

(b)

għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi: entità li l-isem tagħha jidher fir-reġistru stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) 2023/1114 jew entità ta’ pajjiż terz li tipprovdi servizzi ta’ kriptoassi mingħajr ma jkollhaliċenzja jew mingħajr ma tkun irreġistrata jew soġġetta għas-superviżjoni tal-AML/CFT hemmhekk;

(24)

“kont tal-kriptoassi” tfisser kont tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (19) tar-Regolament (UE) 2023/1113

(25)

“muniti li jżidu l-anonimità” tfisser kriptoassi li għandhom karatteristiċi inkorporati ddisinjati biex jagħmlu l-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-kriptoassi anonima, b’mod sistematiku jew fakultattiv;

(26)

“IBAN virtwali” tfisser identifikatur li jwassal biex il-pagamenti jiġu diretti mill-ġdid lejn kont tal-pagamenti identifikat minn IBAN differenti minn dak l-identifikatur;

(27)

“Identifikatur ta’ Entità Ġuridika” tfisser kodiċi ta’ referenza alfanumeriku uniku bbażat fuq l-istandard ISO 17442 assenjat lil entità ġuridika;

(28)

“sid benefiċjarju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tippossjedi jew tikkontrolla entità ġuridika jew trust espress jew arranġament ġuridiku simili;

(29)

“trust espress” tfisser trust stabbilit intenzjonalment mis-settlor, inter vivos jew mal-mewt, normalment f’forma ta’ dokument bil-miktub, biex iqiegħed l-assi taħt il-kontroll ta’ fiduċjarju għall-benefiċċju ta’ benefiċjarju jew għal skop speċifiku;

(30)

“oġġetti ta’ setgħa” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew il-klassi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fosthom it-trustees jistgħu jagħżlu l-benefiċjarji fi trusts diskrezzjonarji;

(31)

“riċevitur awtomatiku” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew il-klassi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma l-benefiċjarji ta’ trusts diskrezzjonarji jekk il-fiduċjarji jonqsu milli jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom;

(32)

“arranġament ġuridiku” tfisser trust espress jew arranġament li jkollu struttura jew funzjoni simili għal trust espress, inklużi l-fiducie u ċerti tipi ta’ Treuhu u ta’ fideicomiso;

(33)

“informazzjoni bażika” tfisser:

(a)

fir-rigward ta’ entità ġuridika:

(i)

il-forma ġuridika u l-isem tal-entità ġuridika;

(ii)

l-istrument ta’ kostituzzjoni, u l-istatuti jekk ikunu jinsabu fi strument separat;

(iii)

l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew uffiċjali u, jekk differenti, is-sede prinċipali, u l-pajjiż tal-ħolqien;

(iv)

lista ta’ rappreżentanti legali;

(v)

fejn applikabbli, lista ta’ azzjonisti jew membri, inkluż informazzjoni dwar l-għadd ta’ ishma miżmuma minn kull azzjonist u l-kategoriji ta’ dawk l-ishma u n-natura tad-drittijiet tal-vot assoċjati;

(vi)

fejn disponibbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni, l-identifikatur uniku Ewropew, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika;

(vii)

fil-każ ta’ fondazzjonijiet, l-assi miżmuma mill-fondazzjoni biex issegwi l-għanijiet tagħha;

(b)

fir-rigward ta’ arranġament ġuridiku:

(i)

l-isem jew l-identifikatur uniku tal-arranġament ġuridiku;

(ii)

l-att fiduċjarju jew ekwivalenti;

(iii)

l-iskopijiet tal-arranġament ġuridiku, jekk ikun hemm;

(iv)

l-assi miżmuma fl-arranġament ġuridiku jew ġestiti permezz tiegħu;

(v)

il-post ta’ residenza tat-trustees tat-trust espress jew persuni li għandhom pożizzjonijiet ekwivalenti fl-arranġament ġuridiku simili, u, jekk differenti, il-post minn fejn it-trust espress jew arranġament ġuridiku simili huwa amministrat;

(34)

“persuna esposta politikament” tfisser persuna fiżika li hija fdata jew li ġiet fdata b’karigi pubbliċi prominenti inkluż :

(a)

fi Stat Membru:

(i)

kapijiet ta’ Stat, kapijiet ta’ gvern, Ministri u viċi-Ministri jew segretarji parlamentari;

(ii)

membri parlamentari jew ta’ korpi leġiżlattivi simili;

(iii)

membri tal-korpi governattivi tal-partiti politiċi li jkollhom siġġijiet f’korpi eżekuttivi jew leġiżlattivi nazzjonali, jew f’korpi eżekuttivi jew leġiżlattivi reġjonali jew lokali li jirrappreżentaw kostitwenzi ta’ mill-inqas 50,000 abitant.

(iv)

membri tal-qrati supremi, tal-qrati kostituzzjonali jew ta’ korpi ġudizzjarji oħrajn ta’ livell għoli li d-deċiżjonijiet tagħhom ġeneralment ma jkunux soġġetti għal appell ulterjuri, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali;

(v)

membri tal-qrati tal-awdituri u tal-bordijiet tal-banek ċentrali;

(vi)

ambaxxaturi, chargés d’affaires u uffiċjali ta’ grad għoli fil-forzi armati;

(vii)

membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ impriżi kkontrollati taħt kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE jew mill-Istat, fejn dawk l-impriżi jikkwalifikaw bħala impriżi jew gruppi ta’ daqs medju jew kbar jew gruppi ta’ daqs medju jew kbar, kif definiti fl-Artikolu 3(3), (4), (6) u (7) ta’ dik id-Direttiva, mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali .

(viii)

kapijiet ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż gruppi ta’ muniċipalitajiet u reġjuni metropolitani, b’mill-inqas 50 000 abitant.;

(ix)

funzjonijiet pubbliċi prominenti oħra previsti mill-Istati Membri;

(b)

f’organizzazzjoni internazzjonali:

(i)

l-uffiċjali tal-ogħla grad, id-deputati tagħhom u l-membri tal-bord jew karigi ekwivalenti ta’ organizzazzjoni internazzjonali;

(ii)

rappreżentanti għal Stat Membru jew għall-Unjoni;

(c)

fil-livell tal-Unjoni:

karigi fil-livell tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni li huma ekwivalenti għal dawk elenkati fil-punti (a)(i), (ii), (iv), (v) u (vi);

(d)

f’pajjiż terz:

karigi li huma ekwivalenti għal dawk elenkati fil-punt (a);

(35)

“membru tal-familja” tfisser:

(a)

konjuġi, jew persuna f’konvivenza reġistrata jew f’unjoni ċivili jew f’arranġament simili;

(b)

wild u l-konjuġi ta’, jew persuna f’konvivenza reġistrata jew f’unjoni ċivili jew f’arranġament simili ma’, dak il-wild;

(c)

ġenitur

(d)

għall-funzjonijiet imsemmija fil-punt (34)(a)(i) u funzjonijiet ekwivalenti fil-livell tal-Unjoni jew f’pajjiż terz, l-aħwa

(36)

“persuna magħrufa bħala assoċjata mill-qrib” tfisser:

(a)

persuni fiżika li hija magħrufa li għandha sjieda benefiċjarja konġunta ta’ entitajiet ġuridiċi jew ta’ arranġamenti ġuridiċi, jew kwalunkwe relazzjoni tan-negozju mill-qrib oħra, ma’ persuna esposta politikament;

(b)

persuna fiżika li għandha sjieda benefiċjarja unika ta’ entità ġuridika jew ta’ arranġament ġuridiku li hija magħrufa li twaqqfet għall-benefiċċju de facto ta’ persuna esposta politikament;

(37)

“korp maniġerjali” tfisser korp jew korpi ta’ entità marbuta b’obbligu, li jinħatru f’konformità mad-dritt nazzjonali, li jkollhom is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità marbuta b’obbligu, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, u jinkludu l-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-entità marbuta b’obbligu; fejn ma jeżisti l-ebda tali korp, il-persuna li effettivament tidderieġi n-negozju tal-entità marbuta b’obbligu;

(38)

“korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni” tfisser il-korp maniġerjali responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-entità marbuta b’obbligu;

(39)

“korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu” tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali;

(40)

“maniġment superjuri” tfisser il-membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni, kif ukoll l-uffiċjali u l-impjegati b’għarfien suffiċjenti dwar l-iskopertura għar-riskju ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu tal-entità marbuta b’obbligu u b’anzjanità suffiċjenti sabiex jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju tagħha;

(41)

“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li jikkonsisti f’impriża omm, fis-sussidjarji tagħha, kif ukoll impriżi marbutin flimkien b’relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(42)

“impriża omm” tfisser:

(a)

għal gruppi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun fl-Unjoni, entità marbuta b’obbligu li tkun impriża omm kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (9) tad-Direttiva 2013/34/UE li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ impriża oħra fl-Unjoni, dment li mill-inqas impriża sussidjarja waħda tkun entità t marbuta b’obbligu;

(b)

għal gruppi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab barra mill-Unjoni, fejn mill-inqas żewġ impriżi sussidjarji jkunu entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fl-Unjoni, impriża fi ħdan dak il-grupp stabbilita fl-Unjoni li:

(i)

tkun entità marbuta b’obbligu;

(ii)

tkun impriża li mhijiex sussidjarja ta’ impriża oħra li hija entità marbuta b’obbligu stabbilita fl-Unjoni;

(iii)

ikollha prominenza suffiċjenti fi ħdan il-grupp u għarfien suffiċjenti tal-operazzjonijiet tal-grupp li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; u

(iv)

tingħata r-responsabbiltà li timplimenta r-rekwiżiti għall-grupp kollu skont il-Kapitolu II, it-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament;

(43)

“flus kontanti” tfisser flus kontanti kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punti (a)) tar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39);

(44)

“awtorità kompetenti” tfisser:

(a)

Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU);

(b)

awtorità superviżorja;

(c)

awtorità pubblika li għandha l-funzjoni li tinvestiga jew tmexxi prosekuzzjoni kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew li għandha l-funzjoni li tittraċċa, taqbad jew tiffriża u tikkonfiska assi kriminali;

(d)

awtorità pubblika b’responsabbiltajiet speċifikati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu;

(45)

“superviżur” tfisser il-korp fdat b’responsabbiltajiet immirati sabiex jiżguraw il-konformità mill-entitajiet marbutin b’obbligu mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-AMLA meta twettaq il-kompiti fdati lilha fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2024/1620;

(46)

“awtorità superviżorja” tfisser superviżur li huwa korp pubbliku, jew l-awtorità pubblika li tissorvelja l-korpi awtoregolatorji fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, jew l-AMLA meta taġixxi bħala superviżur;

(47)

“korp awtoregolatorju” tfisser korp li jirrappreżenta membri ta’ professjoni u li għandu rwol fir-regolamentazzjoni tagħhom, fit-twettiq ta’ ċerti funzjonijiet superviżorji jew ta’ monitoraġġ u fl-iżgurar tal-infurzar tar-regoli li jirrigwardawhom;

(48)

“fondi jew assi oħra” tfisser kwalunkwe assi, inklużi, iżda mhux limitati għal, assi finanzjarji, riżorsi ekonomiċi, inkluż żejt u riżorsi naturali oħra, proprjetà ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, tkun kemm tkun akkwistata, u dokumenti legali jew strumenti fi kwalunkwe forma, inklużi elettroniċi jew diġitali, li juru titolu għal, jew interess fihom, tali fondi jew assi oħra, inklużi, iżda mhux limitati għal, krediti bankarji, travelers cheques, ċekkijiet bankarji, money orders, ishma, titoli, bonds, abbozzi, jew ittri ta’ kreditu, u kwalunkwe imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq jew valur li jakkumula minn jew iġġenerat minn tali fondi jew assi oħra, u kull assi ieħor li potenzjalment jista’ jintuża biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(49)

“sanzjonijiet finanzjarji mmirati” tfisser kemm l-iffriżar tal-assi kif ukoll il-projbizzjonijiet sabiex il-fondi jew assi oħrajn isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni u ta’ entitajiet deżinjati skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE u tar-Regolamenti tal-Kunsill adottati abbażi tal-Artikolu 215 TFUE;

(50)

“Sanzjonijiet finanzjari tan- NU” tfisser kemm iffriżar tal-assi kif ukoll projbizzjonijiet li fondi jew assi oħra jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni jew entitajiet deżinjati jew elenkati skont:

(a)

ir-Riżoluzzjoni 1267 (1999) tal-KSNU u r-riżoluzzjonijiet sussegwenti tagħha;

(b)

ir-Riżoluzzjoni 1373 (2001) tal-KSNU inkluż id-determinazzjoni li s-sanzjonijiet rilevanti ser ikunu applikati għall-persuna jew l-entità, u l-komunikazzjoni pubblika ta’ dik id-determinazzjoni;

(c)

is-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni;

(51)

“sanzjonijiet finanzjari tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni” tfisser kemm iffriżar tal-assi kif ukoll projbizzjonijiet li fondi jew assi oħra jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta’ persuni jew entitajiet deżinjati jew elenkati skont:

(a)

ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU u r-Riżoluzzjonijiet sussegwenti tagħha;

(b)

ir-riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU u r-Riżoluzzjonijiet sussegwenti tagħha;

(c)

kwalunkwe riżoluzzjoni oħra tal-KSNU li timponi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet li jsiru disponibbli fondi jew assi oħra fir-rigward tal-finanzjament tal-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa;

(52)

“klabb tal-futbol professjonali” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika li tippossjedi jew timmaniġġja klabb tal-futbol li jkun ingħata liċenzja u tipparteċipa fil-kampjonat nazzjonali tal-futbol fi Stat Membru u li l-plejers u l-persunal tagħha jkunu ingaġġati kuntrattwalment u jiġu remunerati bi skambju għas-servizzi tagħhom;

(53)

“aġent tal-futbol” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, bi ħlas, tipprovdi servizzi intermedjarji u tirrappreżenta plejers tal-futbol ew klabbs tal-futbol professjonali f’negozjati bil-ħsieb li tikkonkludi kuntratt għal plejer tal-futbol jew tirrappreżenta klabbs tal-futbol professjonali f’negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim għat-trasferiment ta’ plejer tal-futbol;

(54)

“oġġetti ta’ valur għoli” tfisser oġġetti elenkati fl-Anness IV;

(55)

“metalli u ħaġar prezzjużi” tfisser il-metalli u l-ħaġar elenkati fl-Anness V;

(56)

“oġġett kulturali” tfisser oġġett elenkat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 (40);

(57)

“sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni” tfisser mekkaniżmu li jippermetti l-kondiviżjoni u l-ipproċessar ta’ informazzjoni bejn l-entitajiet marbutin b’obbligu u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt 44(a), (b) u (c), għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fuq bażi transfruntiera, u irrispettivament mill-forma ta’ dik is-sħubija.

2.   L-ebda funzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (34), ma għandha tinftiehem li tkopri uffiċjali ta’ grad medju jew uffiċjali inferjuri.

3.   Fejn ikun iġġustifikat mill-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom u mir-riskju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti aktar baxxi għall-ħatra tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti li ġejjin:

a)

membri ta’ korpi governattivi ta’ partiti politiċi rappreżentati fil-livell reġjonali jew lokali, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (34)(a)(iii);

b)

kapijiet ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (34)(a)(viii).

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-limiti aktar baxxi lill-Kummissjoni.

4.   Fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punt (34)(a)(vii) ta’ dan l-Artikolu, fejn ikun iġġustifikat mill-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom u mir-riskju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti aktar baxxi għall-identifikazzjoni ta’ intrapriżi kkontrollati minn awtoritajiet reġjonali jew lokali minn dawk definiti. fl-Artikolu 3(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2013/34/UE.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-limiti aktar baxxi lill-Kummissjoni.

5.   Fejn ikun iġġustifikat mill-istrutturi soċjali u kulturali tagħhom u mir-riskju, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ambitu usa’ għad-deżinjazzjoni ta’ aħwa bħala membri tal-familja ta’ persuni esposti politikament, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (35)(d).

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dak l-ambitu usa’ lill-Kummissjoni.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 3

Entitajiet marbutin b’obbligu

L-entitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala entitajiet marbutin b’obbligu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(2)

istituzzjonijiet finanzjarji;

(3)

il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin meta jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom:

(a)

awdituri, kontabilisti u konsulenti tat-taxxa esterni, u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra inkluż professjonisti legali indipendenti bħall-avukati, li timpenja ruħha li tipprovdi, direttament jew permezz ta’ persuni oħrajn li magħhom tkun relatata dik il-persuna l-oħra, għajnuna materjali, assistenza jew pariri dwar kwistjonijiet ta’ taxxa bħala l-attività ta’ negozju jew professjonali prinċipali;

(b)

nutara, avukati u professjonisti legali indipendenti oħrajn, fejn dawn jieħdu sehem, kemm jekk jaġixxu f’isem u għan-nom tal-klijent tagħhom fi kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja jew tal-proprjetà immobbli, kif ukoll jekk jgħinu fl-ippjanar jew fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet għall-klijent tagħhom li jirrigwardaw kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jew ta’ entitajiet kummerċjali;

(ii)

il-ġestjoni tal-likwidità, tat-titoli jew ta’ assi oħrajn tal-klijent, inkluż kriptoassi;

(iii)

il-ftuħ jew il-ġestjoni ta’ kontijiet bankarji, ta’ tfaddil, ta’ titoli jew tal-kriptoassi;

(iv)

l-organizzazzjoni tal-kontributi neċessarji għall-ħolqien, jew għall-operat jew għall-ġestjoni ta’ kumpaniji;

(v)

il-ħolqien, l-istabbiliment, l-operat jew il-ġestjoni ta’ trusts, ta’ kumpaniji, ta’ fondazzjonijiet jew ta’ strutturi simili;

(c)

fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji;

(d)

aġenti tal-proprjetà immobbli u professjonisti oħra tal-proprjetà immobbli dment li jaġixxu bħala intermedjarji fi tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli, inkluż b’relazzjoni mal-kiri ta’ proprjetà immobbli għal tranżazzjonijiet li għalihom il-kera ta’ kull xahar tammonta għal mill-inqas EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, irrispettivament mill-mezz ta’ pagament;

(e)

persuni li jinnegozjaw, bħala attività professjonali regolari jew prinċipali, f’metalli u ħaġar prezzjużi;

(f)

persuni li jinnegozjaw, bħala attività professjonali regolari jew prinċipali, f’oġġetti ta’ valur għoli;

(g)

fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard;

(h)

fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u intermedjarji ta’ finanzjament kollettiv;

(i)

persuni li jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ oġġetti kulturali, inkluż meta dan isir minn galleriji tal-arti u minn swali tal-irkant, meta l-valur tat-tranżazzjoni jew ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal tal-anqas EUR 10 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(j)

persuni li jaħżnu, jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ oġġetti kulturali u oġġetti ta’ valur kbir, meta dan jitwettaq f’żoni ħielsa u fi mħażen doganali, fejn il-valur tat-tranżazzjoni jew tat-tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal tal-anqas EUR 10 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(k)

intermedjarji tal-kreditu għall-krediti ipotekarji u għall-konsumatur, minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, bl-eċċezzjoni tal-intermedjarji tal-kreditu li jwettqu attivitajiet taħt ir-responsabbiltà ta’ kreditur jew ta’ intermedjarju tal-kreditu wieħed jew aktar;

(l)

l-operaturi tal-migrazzjoni permezz ta’ investiment li huma awtorizzati jirrappreżentaw jew joffru servizi ta’ intermedjazzjoni lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu li jiksbu drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru bi skambju għal kwalunkwe tip ta’ investiment, inklużi trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-istat;

(m)

kumpaniji azzjonarji ta’ attività mhux finanzjarja mħallta;

(n)

aġenti tal-futbol;

(o)

klabbs tal-futbol professjonali fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(i)

tranżazzjonijiet ma’ investitur;

(ii)

tranżazzjonijiet ma’ sponsor;

(iii)

tranżazzjonijiet ma’ aġenti tal-futbol jew intermedjarji oħra,

(iv)

tranżazzjonijiet għall-fini ta’ trasferiment ta’ plejer tal-futbol.

Artikolu 4

Eżenzjonijiet għal ċerti fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw għalkollox jew parzjalment lill-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fuq il-bażi tar-riskju baxx ippruvat li jirriżulta min-natura u, fejn xieraq, mill-iskala tal-operazzjonijiet ta’ servizzi bħal dawn.

L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal:

(a)

każinòs;

(b)

fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu servizzi tal-logħob tal-azzard online jew servizzi ta’ mħatri sportivi, għajr:

(i)

servizzi tal-logħob tal-azzard online mħaddma mill-Istat, kemm jekk permezz ta’ awtorità pubblika jew intrapriża jew korp ikkontrollat mill-Istat;

(ii)

servizzi tal-logħob tal-azzard online li l-organizzazzjoni, l-operat u l-amministrazzjoni tagħhom huma rregolati mill-Istat.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju tas-servizzi tal-logħob tal-azzard li tivvaluta:

(a)

it-theddid u l-vulnerabbiltajiet f’termini ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, u l-fatturi mitiganti tas-servizzi tal-logħob tal-azzard;

(b)

ir-riskji assoċjati mad-daqs tat-tranżazzjonijiet u mal-metodi ta’ pagament użati;

(c)

iż-żona ġeografika li fiha jingħataw is-servizzi tal-logħob tal-azzard, inkluż id-dimensjoni transfruntiera u l-aċċessibbiltà tagħhom minn Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.

Meta jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu , l-Istati Membri għandhom iqisu s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu attivitajiet ta’ monitoraġġ ibbażati fuq ir-riskju jew jieħdu miżuri adegwati oħrajn sabiex jiżguraw li ma jsirx abbuż mill-eżenzjonijiet mogħtijin skont dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Eżenzjonijiet għal ċerti klabbs tal-futbol professjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw, kompletament jew parzjalment, klabbs tal-futbol professjonali li jipparteċipaw fl-ogħla diviżjoni tal-kampjonat tal-futbol nazzjonali u li għandhom fatturat annwali totali ta’ inqas minn EUR 5 000 000 , jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, għal kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi tar-riskju baxx ippruvat li jirriżulta min-natura u l-iskala tal-operat ta’ tali klabbs tal-futbol professjonali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw, kompletament jew parzjalment, klabbs tal-futbol professjonali li jipparteċipaw f’diviżjoni aktar baxxa mill-ogħla diviżjoni tal-kampjonat tal-futbol nazzjonali mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament abbażi ta’ riskju baxx ippruvat maħluq min-natura u l-iskala tal-operat ta’ tali klabbs tal-futbol professjonali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju ta’ tali klabbs tal-futbol professjonali li tivvaluta:

(a)

it-theddid ul-vulnerabbiltajiet f’termini ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, u l-fatturi mitiganti, tal-klabbs tal-futbol professjonali;

(b)

ir-riskji marbuta mad-daqs u n-natura transfruntiera tat-tranżazzjonijiet.

Meta jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu s-sejbiet tal-valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu attivitajiet ta’ monitoraġġ ibbażati fuq ir-riskju jew jieħdu miżuri adegwati oħrajn sabiex jiżguraw li ma jsirx abbuż mill-eżenzjonijiet mogħtijin skont dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet finanzjarji

1.   Bl-eċċezzjoni ta’ persuni involuti fl-attività ta’ rimessa ta’ flus kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinvolvu ruħhom f’attività finanzjarja kif elenkata fil-punti (2) sa (12), (14) u (15) tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna fejn ftit li xejn ikun hemm riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-attività finanzjarja tkun limitata f’termini assoluti;

(b)

l-attività finanzjarja tkun limitata fuq bażi ta’ tranżazzjoni;

(c)

l-attività finanzjarja ma tkunx l-attività prinċipali ta’ tali persuni;

(d)

l-attività finanzjarja tkun anċillari u marbuta direttament mal-attività prinċipali ta’ tali persuni;

(e)

l-attività prinċipali ta’ tali persuni ma tkunx attività msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a) sa (d) jew (g) ta’ dan ir-Regolament;

(f)

l-attività finanzjarja tkun ipprovduta biss lill-klijenti tal-attività prinċipali ta’ tali persuni u ma tkunx offruta lill-pubbliku b’mod ġenerali.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fatturat totali tal-attività finanzjarja ma taqbiżx livell limitu li għandu jkun baxx biżżejjed. Dak il-livell limitu għandu jiġi stabbilit fuq livell nazzjonali, skont it-tip tal-attività finanzjarja.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw livell limitu massimu għal kull klijent u għal kull tranżazzjoni, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda jew permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi. Dak il-livell limitu għandu jiġi stabbilit fil-livell nazzjonali skont it-tip tal-attività finanzjarja. Għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta’ tranżazzjonijiet inkwistjoni jkunu metodu mhux prattiku u ineffiċjenti għall-ħasil tal-flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, irrispettivament mill-mezz ta’ pagament.

4.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fatturat mill-attività finanzjarja ma jaqbiżx il-5 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

5.   Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe attività finanzjarja li minħabba n-natura tagħha titqies li għandha probabbiltà għolja li tintuża jew li tiġi abbużata għal finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu attivitajiet ta’ monitoraġġ ibbażati fuq ir-riskju jew jieħdu miżuri adegwati oħrajn sabiex jiżguraw li ma jsirx abbuż mill-eżenzjonijiet mogħtijin skont dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Notifika minn qabel tal-eżenzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe eżenzjoni li jkollhom l-intenzjoni li jagħtu f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 mingħajr dewmien. In-notifika għandha tinkludi ġustifikazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju rilevanti mwettqa mill-Istat Membru biex isostni l-eżenzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tikkonferma li l-eżenzjoni tista’ tingħata abbażi tal-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Istat Membru;

(b)

b’deċiżjoni motivata, tiddikjara li l-eżenzjoni ma tistax tingħata.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mingħu dak l-Istat Membru notifikanti.

3.   Hekk kif jirċievu konferma mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2(a), il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jadottaw deċiżjoni li tagħti l-eżenzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawn id-deċiżjonijiet regolarment, u fi kwalunkwe każ meta jaġġornaw il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

4.   Sal-10 ta’ Ottubru 2027, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 2(2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2015/849 fis-seħħ fl-10 ta’ Lulju 2027.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista ta’ eżenzjonijiet mogħtija skont dan l-Artikolu u għandha tagħmel dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha.

TAQSIMA 3

l-operazzjonijiet transFRUNTIERA

Artikolu 8

Notifika ta’ operazzjonijiet transkonfinali u applikazzjoni tad-dritt nazzjonali

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu li jixtiequ jwettqu attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba għandhom jinnotifikaw lis-superviżuri tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom bl-attivitajiet li beħsiebhom iwettqu f’dak l-Istat Membru l-ieħor. Dik in-notifika għandha tiġi ppreżentata hekk kif l-entità marbuta b’obbligu tieħu passi biex twettaq dawk l-attivitajiet, u, fil-każ ta’ stabbilimenti, mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta’ dawk l-attivitajiet. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jinnotifikaw minnufih lis-superviżuri tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom hekk kif jibdew dawk l-attivitajiet f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-entitajiet marbutin b’obbligu soġġetti għal proċeduri ta’ notifika speċifiċi għall-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont atti legali oħra tal-Unjoni jew għal każijiet fejn l-entità marbuta b’obbligu tkun soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi ta’ awtorizzazzjoni sabiex topera fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.   Kwalunkwe bidla pjanata fl-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata mill- entità marbuta b’obbligu lis-superviżur tal-Istat Membru ta’ domiċilju mill-inqas xahar qabel ma ssir il-bidla.

3.   Meta dan ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jadottaw regoli addizzjonali applikabbli għall-entitajiet marbutin b’obbligu, dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti.

4.   Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu iħaddmu stabbilimenti f’diversi Stati Membri, huma għandhom jiżguraw li kull stabbiliment japplika r-regoli tal-Istat Membru fejn jinsab.

5.   Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu kif imsemmija fl-Artikolu 38(1) tad-Direttiva (UE) 2024/1640 joperaw fi Stati Membri oħra għajr dak fejn ikunu stabbiliti permezz ta’ aġenti, distributuri, jew permezz ta’ tipi oħra ta’ infrastruttura li tinsab f’dawk l-Istati Membri l-oħra taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Istati Membri li fihom jipprovdu servizzi fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet, sakemm ma japplikax l-Artikolu 38(2) ta’ dik id-Direttiva, f’liema każ huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħhom.

6.   Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu meħtieġa jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, huma għandhom jiżguraw li l-punt ta’ kuntatt ċentrali jkun jista’ jiżgura l-konformità mad-dritt applikabbli f’isem l-entità marbuta b’obbligu.

KAPITOLU II

POLITIKI, PROĊEDURI U KONTROLLI INTERNI TAL-ENTITAJIET MARBUTIN B’OBBLIGU

TAQSIMA 1

Politiki, proċeduri u kontrolli interni, valutazzjoni tar-riskju u persunal

Artikolu 9

Kamp ta’ applikazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom fis-seħħ, politiki, proċeduri u kontrolli interni sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur u b’mod partikolari biex:

(a)

itaffu u jimmaniġjaw b’mod effettiv ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu identifikati fil-livell tal-Unjoni, tal-Istat Membru u tal-entità marbuta b’obbligu;

(b)

minbarra l-obbligu li jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji mmirati, jittaffew u jiġu maniġġati r-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati

Dawk il-politiki, proċeduri u kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu proporzjonati man-natura tan-negozju, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu u d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu u għandhom ikopru l-attivitajiet kollha tal-entità marbuta b’obbligu li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)

il-politiki u l-proċeduri interni, inkluż b’mod partikolari:

(i)

it-twettiq u l-aġġornament tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju;

(ii)

il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-entità marbuta b’obbligu;

(iii)

id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti biex jiġi implimentat il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, inkluż proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk il-klijent, is-sid benefiċjarju, jew il-persuna li f’isimha jew għall-benefiċċju tagħha qed titwettaq tranżazzjoni jew attività, hijiex persuna jew membru tal-familja jew persuna magħrufa li hija assoċjata mill-qrib t;

(iv)

ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi;

(v)

l-esternalizzazzjoni u d-dipendenza fuq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mwettqa minn entitajiet oħra marbutin b’obbligu;

(vi)

iż-żamma ta’ rekords u politiki fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikoli 76 u 77;

(vii)

il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-konformità ma’ tali politiki u proċeduri interni f’konformità mal-punt (b ta’ dan il-paragrafu), l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju;

(viii)

il-verifika, proporzjonata għar-riskji assoċjati mal-kompiti u l-funzjonijiet li għandhom jitwettqu, meta jiġi reklutat u assenjat persunal għal ċerti kompiti u funzjonijiet u meta jinħatru l-aġenti u d-distributuri li dawk il-persuni jkunu ta’ reputazzjoni tajba;

(ix)

il-komunikazzjoni interna tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-entità marbuta b’obbligu, inkluż lill-aġenti, id-distributuri u l-fornituri tas-servizzi tagħha involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha dwar l-AML/CFT;

(x)

politika dwar it-taħriġ tal-impjegati u, fejn rilevanti, tal-aġenti u d-distributuri fir-rigward tal-miżuri fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur;

(b)

kontrolli interni u funzjoni ta’ awditjar indipendenti għall-ittestjar tal-politiki u l-proċeduri interni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u l-kontrolli fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu; Fin-nuqqas ta’ funzjoni ta’ awditjar indipendenti, l-entitajiet marbutin b’obbligu jista’ jkollhom dan it-test imwettaq minn espert estern.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rreġistrati bil-miktub. Il-politiki interni għandhom jiġu approvati mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni. Il-proċeduri u l-kontrolli interni għandhom jiġu approvati mill-anqas fil-livell tal- maniġer tal-konformità.

3.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu l-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli aġġornati, u jsaħħuhom fejn jiġu identifikati dgħufijiet.

4.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar l-elementi li għandhom iqisu l-entitajiet marbutin b’obbligu, abbażi tan-natura tan-negozju tagħhom, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu, u d-daqs tagħhom, meta tiddeċiedi rigward il-firxa tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-persunal allokat għall-funzjonijiet ta’ konformità. Dawk il-linji gwida għandhom jidentifikaw ukoll sitwazzjonijiet fejn, minħabba n-natura u d-daqs tal-entità marbuta b’obbligu:

(i)

il-kontrolli interni għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-funzjoni kummerċjali, tal-funzjoni tal-verifika tal-konformità u tal-funzjoni tal-awditjar;

(ii)

il-funzjoni tal-awditjar indipendenti tista’ titwettaq minn espert estern.

Artikolu 10

Valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri xierqa, proporzjonati għan-natura tan-negozju tagħhom, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tiegħu u għad-daqs tagħhom, sabiex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li għalihom ikunu esposti, kif ukoll ir-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati, filwaqt li jqisu mill-inqas:

(a)

il-varjabbli tar-riskju stabbiliti fl-Anness I u l-fatturi tar-riskju stabbiliti fl-Annessi II u III;

(b)

is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(c)

is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, kif ukoll ta’ kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju rilevanti speċifika għas-settur u mwettqa mill-Istati Membri;

(d)

informazzjoni rilevanti ppubblikata minn dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-AML/CFT jew, fil-livell tal-Unjoni,il- pubblikazzjonijiet rilevanti mill-Kummissjoni jew mill-AMLA;

(e)

informazzjoni dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti;

(f)

informazzjoni dwar il-klijentela.

Qabel jitnedew prodotti, servizzi jew prattiki kummerċjali ġodda, inkluż l-użu ta’ kanali ta’ konsenja ġodda u teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati, flimkien ma’ prodotti u servizzi ġodda jew preeżistenti jew qabel ma jibdew jipprovdu servizz jew prodott eżistenti lil segment ġdid ta’ klijenti jew f’żona ġeografika ġdida, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jidentifikaw u jivvalutaw, b’mod partikolari, ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u jieħdu miżuri xierqa biex jimmaniġġjaw u jtaffu dawk ir-riskji.

2.   Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mfassla mill-entità marbuta b’obbligu skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ddokumentata, miżmuma aġġornata u rieżaminata regolarment, inkluż meta kwalunkwe avveniment intern jew estern jaffettwa b’mod sinifikanti r-riskji tal-ħasil tal-flus jew u finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-attivitajiet, il-prodotti, it-tranżazzjonijiet, il-kanali tal-konsenja, il-klijenti jew iż-żoni ġeografiċi tal-attivitajiet tal-entità marbuta b’obbligu. Din għandha tkun disponibbli għas-superviżuri fuq talba.

Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju għandha titfassal mill-uffiċjal għall-konformità u tiġi approvata mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni u, fejn ikun jeżisti tali korp, tiġi kkomunikata lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu.

3.   Bl-eċċezzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-fornituri u intermedjarji ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, is-superviżuri jistgħu jiddeċiedu li ċerti valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell tan-negozju ddokumentati ma jkunux meħtieġa, fejn ir-riskji speċifiċi inerenti fis-settur ikunu ċari u mifhumin.

4.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mfassla mill-entità marbuta b’obbligu skont il-paragrafu 1, u dwar is-sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni li għandhom jitqiesu meta titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju.

Artikolu 11

Funzjonijiet tal-konformità

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jaħtru membru wieħed tal-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni li għandu jkun responsabbli biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur (“maniġer tal-konformità”).

Il-maniġer tal-konformità għandu jiżgura li l-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli tal-entità marbuta b’obbligu jkunu konsistenti mal-iskopertura għar-riskju tal-entità marbuta b’obbligu u li dawn jiġu implimentati. Il-maniġer tal-konformità għandu jiżgura wkoll li jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u materjali għal dak l-għan. Il-maniġer tal-konformità għandu jkun responsabbli biex jirċievi informazzjoni dwar dgħufijiet sinifikanti jew materjali f’tali politiki, proċeduri u kontrolli.

Meta l-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni jkun korp li huwa kollettivament responsabbli għad-deċiżjonijiet tiegħu, il-maniġer tal-konformità għandu jkun responsabbli biex jassistih u jagħtih pariri u biex iħejji d-deċiżjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom uffiċjal għall-konformità, li għandu jinħatar mill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni u b’pożizzjoni ġerarkika għolja biżżejjed, li għandu jkun responsabbli għall-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli fl-operat ta’ kuljum tar-rekwiżiti AML/CFT tal-entità marbuta b’obbligu, inkluż b’rabta mal-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati, u għandu jkun punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti. L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun responsabbli wkoll għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU f’konformità mal-Artikolu 69(6).

Fil-każ ta’ entitajiet marbutin b’obbligu soġġetti għal kontrolli fuq il-maniġment superjuri jew fuq is-sidien benefiċjarji tagħhom skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 jew skont atti legali oħrajn tal-Unjoni, l-uffiċjali għall-konformità għandhom ikunu soġġetti għal verifika li jkunu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Meta jkun iġġustifikat mid-daqs tal-entità marbuta b’obbligu u r-riskju baxx tal-attivitajiet tagħha, entità marbuta b’obbligu li tkun parti minn grupp tista’ taħtar bħala l-uffiċjal għall-konformità tagħha individwu li jwettaq dik il-funzjoni f’entità oħra fi ħdan dak il-grupp.

L-uffiċjal għall-konformità jista’ jitneħħa biss wara notifika minn qabel lill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni. L-entità marbuta b’obbligu għandha tinnotifika lis-superviżur bit-tneħħija tal-uffiċjal għall-konformità, filwaqt li tispeċifika jekk id-deċiżjoni tirrigwardax it-twettiq tal-kompiti assenjati skont dan ir-Regolament. L-uffiċjal għall-konformità jista’, fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba, jipprovdi informazzjoni lis-superviżur dwar it-tneħħija. Is-superviżur jista’ juża dik l-informazzjoni biex iwettaq il-kompiti tiegħu skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u skont l-Artikolu 37(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

3.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jipprovdu lill-funzjonijiet tal-konformità b’riżorsi adegwati, inklużi l-persunal u t-teknoloġija, b’mod proporzjonat għad-daqs, għan-natura u għar-riskji tal-entità marbuta b’obbligu għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom, u għandhom jiżguraw li l-persuni responsabbli għal dawk il-funzjonijiet jingħataw is-setgħat li jipproponu kwalunkwe miżura neċessarja sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni.

4.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-uffiċjal għall-konformità jkun protett kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni u kwalunkwe trattament inġust ieħor, u li d-deċiżjonijiet tal-uffiċjal għall-konformità ma jiġux imminati minħabba l-interessi kummerċjali tal-entità marbuta b’obbligu jew dawn id-deċiżjonijiet ma jiġux influwenzati indebitament minnhom.

5.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-uffiċjal għall-konformità u l-persuna responsabbli għall-funzjoni tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 9(2), il-punt (b), ikunu jistgħu jirrapportaw direttament lill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni u, fejn jeżisti tali korp, lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu b’mod indipendenti, u jistgħu jqajmu tħassib u jwissu lill-korp maniġerjali, fejn żviluppi speċifiċi tar-riskju jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw lill-entità marbuta b’obbligu.

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-persuni li qed jieħdu sehem direttament jew indirettament fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, ikollhom aċċess għall-informazzjoni u d-data kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

6.   Il-maniġer tal-konformità għandu jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli tal-entità marbuta b’obbligu lill-korp maniġerjali. B’mod partikolari, il-maniġer tal-konformità għandu jippreżenta, lill-korp maniġerjali darba fis-sena, jew, fejn xieraq, aktar ta’ spiss, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni mfassla mill-uffiċjal għall-konformità tal-entità marbuta b’obbligu, u għandu jżomm lil dak il-korp informat bl-eżitu ta’ kwalunkwe rieżami. Il-maniġer tal-konformità għandu jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex jirrimedja fil-ħin kwalunkwe nuqqas identifikat.

7.   Meta n-natura tan-negozju tal-entità marbuta b’obbligu, inkluż ir-riskji u l-kumplessità tagħha, u d-daqs tagħha tiġġustifika dan, il-funzjonijiet tal-maniġer tal-konformità u tal-uffiċjal j tal-konformità jistgħu jitwettqu mill-istess persuna fiżika. Dawk il-funzjonijiet jistgħu jiġu akkumulati ma’ funzjonijiet oħra.

Meta l-entità marbuta b’obbligu tkun persuna fiżika jew persuna ġuridika li l-attivitajiet tagħha jitwettqu minn persuna fiżika waħda biss, dik il-persuna għandha tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skont dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Għarfien tar-rekwiżiti

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-impjegati tagħhom jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli li l-funzjoni tagħhom tkun tirrikjedi hekk, inkluż li l-aġenti u d-distributuri tagħhom ikunu konxji tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, u tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju, il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Il-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-impjegati jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli, inkluż l-aġenti u d-distributuri, fi programmi ta’ taħriġ speċifiku kontinwu li jgħinuhom jagħrfu l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu u li jagħtuhom struzzjonijiet dwar kif għandhom jipproċedu f’każijiet bħal dawn. Tali programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu xierqa għall-funzjonijiet jew l-attivitajiet tagħhom u għar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li għalihom tkun esposta l-entità marbuta b’obbligu, u għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.

Artikolu 13

Integrità tal-impjegati

1.   Kwalunkwe impjegat, jew persuna f’pożizzjoni komparabbli, inkluż l-aġenti u d-distributuri, li jieħdu sehem direttament fil-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, għandu jgħaddi minn valutazzjoni proporzjonata mar-riskji assoċjati mal-kompiti mwettqa u li l-kontenut tagħha huwa approvat mill-uffiċjal għall-konformità ta’:

(a)

il-ħiliet, l-għarfien u l-għarfien esperti individwali sabiex iwettqu il-funzjonijiet tagħhom b’mod effettiv;

(b)

reputazzjoni tajba, onestà u integrità.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titwettaq qabel il-bidu tal-attivitajiet mill-impjegat jew mill-persuna f’pożizzjoni komparabbli, inklużil-aġenti u d-distributuri, u għandha tiġi ripetuta regolarment. L-intensità tal-valutazzjonijiet sussegwenti għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kompiti fdati lill-persuna u r-riskji assoċjati mal-funzjoni li jwettqu.

2.   L-impjegati, jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli, inklużi l-aġenti u d-distributuri, fdati b’kompiti relatati mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament ir-Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, għandhom jinformaw lill-uffiċjal għall-konformità dwar kwalunkwe relazzjoni privata jew professjonali mill-qrib stabbilita mal-klijenti tal-entità marbuta b’obbligu jew mal-klijenti prospettivi u għandhom jinżammu milli jwettqu kwalunkwe kompitu relatat mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu fir-rigward ta’ dawk il-klijenti.

3.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tal-kompiti relatati mal-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament, Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur.

4.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika meta l-entità marbuta b’obbligu tkun persuna fiżika jew ġuridika li l-attivitajiet tagħha jitwettqu minn persuna fiżika waħda biss.

Artikolu 14

Rapportar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw

1.   Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) għandha tapplika għar-rapportar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113 u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, u għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw tali ksur.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jistabbilixxu kanali ta’ rapportar interni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/1937.

3.   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika meta l-entità marbuta b’obbligu tkun persuna fiżika jew ġuridika li l-attivitajiet tagħha jitwettqu minn persuna fiżika waħda biss.

Artikolu 15

Sitwazzjoni tal-impjegati speċifiċi

Meta persuna fiżika li taqa’ f’waħda mill-kategoriji elenkati fil-punt (3) tal-Artikolu 3 teżegwixxi l-attivitajiet professjonali bħala impjegat ta’ persuna ġuridika, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dik il-persuna ġuridika minflok għall-persuna fiżika.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet li japplikaw għal gruppi

Artikolu 16

Rekwiżiti għal grupp kollu

1.   Impriża omm għandha tiżgura li r-rekwiżiti dwar il-proċeduri interni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-persunal imsemmijin fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu japplikaw fil-fergħat u fis-sussidjarji kollha tal-grupp fl-Istati Membri u, għal gruppi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsabu fl-Unjoni, f’pajjiżi terzi. Għal dan l-għan, impriża omm għandha twettaq valutazzjonijiet tar-riskju għall-grupp kollu, b’kont meħud tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mwettqa mill-fergħat u s-sussidjarji kollha tal-grupp, u tistabbilixxi u timplimenta politiki, proċeduri u kontrolli, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data u dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan il-grupp għall-finijiet ta’ AML/CFT u biex tiżgura li l-impjegati fi ħdan il-grupp huma konxji mir-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. L-entitajiet marbutin b’obbligu fil-grupp għandhom jimplimentaw dawk il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom u r-riskji li huma esposti għalihom.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu u l-valutazzjonijiet tar-riskju għall-grupp kollu msemmja fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-elementi kollha elenkati fl-Artikoli 9 u 10, rispettivament. .

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, meta grupp ikollu stabbilimenti f’aktar minn Stat Membru wieħed u, għal gruppi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinsabu fl-Unjoni, f’pajjiżi terzi, l-impriżi omm għandhom iqisu l-informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha jew tal-pajjiżi terzi kollha fejn jinsabu l-istabbilimenti tal-grupp.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti funzjonijiet ta’ verifika tal-konformità fil-livell tal-grupp. Dawk il-funzjonijiet għandhom jinkludu maniġer tal-konformità fil-livell tal-grupp u, fejn ġustifikat mill-attivitajiet imwettqa fil-livell tal-grupp, uffiċjal għall-konformità. Id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-funzjonijiet ta’ verifika tal-konformità għandha tiġi ddokumentata.

Il-maniġer tal-konformità msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jirrapporta regolarment lill-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni tal-impriża omm dwar l-implimentazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu. Bħala minimu, il-maniġer tal-konformità għandu jippreżenta rapport darba fis-sena dwar l-implimentazzjoni tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-entità marbuta b’obbligu u għandu jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jirrimedja fil-ħin kwalunkwe nuqqas identifikat. Meta l-korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni jkun korp li huwa kollettivament responsabbli għad-deċiżjonijiet tiegħu, il-maniġer tal-konformità għandu jassistih u jagħtih pariri u għandu jħejji d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli li għandhom x’jaqsmu mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu fi ħdan il-grupp jiskambjaw informazzjoni meta tali kondiviżjoni tkun rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan il-grupp għandha tkopri b’mod partikolari l-identità u l-karatteristiċi tal-klijent, tas-sidien benefiċjarji tiegħu jew tal-persuna li f’isimha jaġixxi l-klijent, in-natura u l-iskop tar-relazzjoni tan-negozju u tat-tranżazzjonijiet okkażjonali u s-suspetti, akkumpanjati mill-analiżijiet sottostanti, li l-fondi jkunu r-rikavati minn attività kriminali jew ikunu relatati mal-finanzjament tat-terroriżmu rrapportat lill-FIU skont l-Artikolu 69, sakemm ma jingħatawx struzzjonijiet mod ieħor mill-FIU.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għall-grupp kollu m’għandhomx iżommu lill-entitajiet fi ħdan grupp li ma jkunux entitajiet marbutin b’obbligu milli jipprovdu informazzjoni lill-entitajiet marbutin b’obbligu fi ħdan l-istess grupp meta tali kondiviżjoni tkun rilevanti għal dawk l-entitajiet marbutin b’obbligu biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

L-impriżi omm għandhom jistabbilixxu politiki, proċeduri u kontrolli għall-grupp kollu sabiex jiżguraw li l-informazzjoni skambjata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafu tkun soġġetta għal garanziji suffiċjenti f’termini ta’ kunfidenzjalità, ta’ protezzjoni tad-data u ta’ użu tal-informazzjoni, inkluż sabiex tiġi evitata d-divulgazzjoni tagħha.

4.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi tal-politiki, proċeduri u kontrolli għall-grupp kollu, inkluż standards minimi għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan il-grupp, il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriża omm fil-każijiet koperti mill-Artikolu 2(1), il-punt (42)(b), u l-kundizzjonijiet li taħthom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għal entitajiet li huma parti minn strutturi li jikkondividu sjieda, ġestjoni jew kontroll tal-konformità komuni, inkluż networks jew sħubijiet, kif ukoll il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriża omm fl-Unjoni f’dawk il-każijiet.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

Artikolu 17

Fergħat u sussidjarji f’pajjiżi terzi

1.   Meta fergħat jew sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi fejn ir-rekwiżiti minimi dwar l-AML/CFT ikunu anqas stretti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-impriża omm għandha tiżgura li dawk il-fergħat jew is-sussidjarji jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data, jew ekwivalenti.

2.   Meta l-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix konformità ma’ dan ir-Regolament, l-impriża omm għandha tieħu miżuri addizzjonali sabiex tiżgura li l-fergħat u s-sussidjarji f’dak il-pajjiż terz jittrattaw b’mod effettiv ir-riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, u għandha tinforma lis-superviżuri tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha b’dawk il-miżuri addizzjonali. Meta s-superviżuri tal-Istat Membru ta’ domiċilju jqisu li l-miżuri addizzjonali ma jkunux biżżejjed, huma għandhom jeżerċitaw azzjonijiet superviżorji addizzjonali, inkluż li jirrikjedu li l-grupp ma jidħol f’ebda relazzjoni tan-negozju, jittermina dawk eżistenti jew ma jwettaq ebda tranżazzjoni, jew li jagħlaq l-operazzjonijiet tiegħu fil-pajjiż terz.

3.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-entitajiet marbutin b’obbligu meta l-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 16 u l-azzjonijiet superviżorji addizzjonali meħtieġa f’każijiet bħal dawn.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

TAQSIMA 3

Esternalizzazzjoni

Artikolu 18

Esternalizzazzjoni

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jesternalizzaw kompiti li jirriżultaw mir-Regolament lil fornituri ta’ servizzi. L-entità marbuta b’obbligu għandha tinnotifika lis-superviżur bl-esternalizzazzjoni qabel ma l-fornitur tas-servizzi jibda jwettaq il-kompiti esternalizzati.

2.   Meta jwettaq kompiti skont dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu bħala parti mill-entità marbuta b’obbligu, inkluż meta jkunu meħtieġa jikkonsultaw ir-reġistri ċentrali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 (“reġistri ċentrali”) għall-finijiet tat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’isem l-entità marbuta b’obbligu.

L-entità marbuta b’obbligu għandha tibqa’ kompletament responsabbli għal kwalunkwe azzjoni, kemm jekk att ta’ kummissjoni kif ukoll jekk ta’ ommissjoni, marbuta mal-kompiti esternalizzati li jitwettqu minn fornituri tas-servizzi.

Għal kull kompitu esternalizzat, l-entità marbuta b’obbligu għandha tkun tista’ turi lis-superviżur li tifhem ir-raġunament wara l-attivitajiet imwettqa mill-fornitur tas-servizzi u l-approċċ segwit fl-implimentazzjoni tagħhom, u li tali attivitajiet itaffu r-riskji speċifiċi li għalihom tkun esposta l-entità marbuta b’obbligu.

3.   Il-kompiti esternalizzati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jitwettqu b’tali mod li jfixklu materjalment il-kwalità tal-politiki u l-proċeduri tal-entità marbuta b’obbligu sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2023/1113, u tal-kontrolli fis-seħħ biex jiġu ttestjati dawk il-politiki u l-proċeduri. Il-kompiti li ġejjin ma għandhom jiġu esternalizzati taħt l-ebda ċirkostanza:

(a)

il-proposta u l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 10(2);

(b)

l-approvazzjoni tal-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 9;

(c)

deċiżjoni dwar il-profil tar-riskju li għandu jiġi attribwit lill-klijent;

(d)

id-deċiżjoni li tidħol f’relazzjoni tan-negozju jew twettaq tranżazzjoni okkażjonali ma’ klijent;

(e)

ir-rapportar lill-FIU ta’ attivitajiet suspettużi skont l-Artikolu 69 jew rapporti bbażati fuq livell limitu skont l-Artikolu 74 u 80, ħlief meta tali attivitajiet jiġu esternalizzati lil entità oħra marbuta b’obbligu li tappartjeni għall-istess grupp u stabbilita fl-istess Stat Membru;

(f)

l-approvazzjoni ta’ kriterji għad-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet u ta’ attivitajiet suspettużi jew mhux tas-soltu.

4.   Qabel ma entità marbuta b’obbligu testernalizza kompitu skont il-paragrafu 1, hija għandha taċċerta ruħha li l-fornitur tas-servizzi jkun ikkwalifikat biżżejjed biex iwettaq il-kompiti li għandhom jiġu esternalizzati.

Meta entità marbuta b’obbligu testernalizza kompitu skont il-paragrafu 1, hija għandha tiżgura li l-fornitur tas-servizzi, kif ukoll kwalunkwe fornitur tas-servizzi sussegwenti f’każ ta’ subesternalizzazzjoni, japplikaw il-miżuri u l-proċeduri adottati mill-entità marbuta b’obbligu. Il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ tali kompiti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bil-miktub bejn l-entità marbuta b’obbligu u l-fornitur tas-servizzi. L-entità marbuta b’obbligu għandha twettaq kontrolli regolari sabiex taċċerta l-implimentazzjoni effettiva ta’ tali politiki u proċeduri tal-fornitur tas-servizzi. Il-frekwenza ta’ tali kontrolli għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tan-natura kritika tal-kompiti esternalizzati.

5.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-esternalizzazzjoni ma ssirx b’tali mod li xxekkel materjalment il-kapaċità tal-awtoritajiet superviżorji li jimmonitorjaw u jirritraċċaw il-konformità tal-entità marbuta b’obbligu ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2023/1113.

6.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jesternalizzaw kompiti li jirriżultaw mir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament lil fornituri ta’ servizzi residenti jew stabbiliti f’pajjiżi terzi identifikati skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu III, sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-entità marbuta b’obbligu testernalizza kompiti biss lil fornitur tas-servizzi li huwa parti mill-istess grupp;

(b)

il-grupp japplika politiki u proċeduri dwar l-AML/CFT, miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u regoli dwar iż-żamma ta’ rekords li jkunu kompletament konformi ma’ dan ir-Regolament, jew ma’ regoli ekwivalenti f’pajjiżi terzi;

(c)

l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (b) ta’dan il-paragrafu tkun issorveljata fil-livell tal-grupp mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

7.   B’deroga mill-paragrafu 3, fejn impriża ta’ investiment kollettiv m’għandhiex personalità ġuridika, jew ikollha biss bord tad-diretturi u tkun iddelegat l-ipproċessar ta’ sottoskrizzjonijiet u l-ġbir ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 4, punt (25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 minn investituri lil entità oħra, tista’ jesternalizza l-kompitu msemmi fil-paragrafu 3, punti (c), (d) u (e) lil wieħed mill-fornituri tas-servizzi tagħha.

L-esternalizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ sseħħ biss wara li l-impriża ta’ investiment kollettiv tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li jesternalizza l-kompitu lis-superviżur skont il-paragrafu 1, u s-superviżur ikun approva tali esternalizzazzjoni b’kont meħud:

(a)

ir-riżorsi, l-esperjenza u l-għarfien tal-fornitur tas-servizz fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

l-għarfien tal-fornitur tas-servizz tat-tip ta’ attivitajiet jew tranżazzjonijiet imwettqa mill-impriża ta’ investiment kollettiv.

8.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-entitajiet marbutin b’obbligu dwar:

(a)

l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni, inkluż kwalunkwe relazzjoni sussegwenti ta’ esternalizzazzjoni, f’konformità ma, dan l-Artikolu, il-governanza u l-proċeduri tagħhom għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet mill-fornitur tas-servizzi, u b’mod partikolari dawk il-funzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala kritiċi;

(b)

ir-rwoli u r-responsabbiltà tal-entità marbuta b’obbligu u l-fornitur tas-servizzi fi ħdan ftehim ta’ esternalizzazzjoni;

(c)

approċċi superviżorji għall-esternalizzazzjoni kif ukoll l-aspettattivi superviżorji rigward l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi.

KAPITOLU III

DILIĠENZA DOVUTA FIR-RIGWARD TAL-KLIJENTI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 19

Applikazzjoni ta’ miżuri ta’diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta jistabbilixxu relazzjoni tan-negozju;

(b)

meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali li tammonta għal mill-inqas EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk dik it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi, jew valur aktar baxx stabbilit skont il-paragrafu 9;

(c)

meta jipparteċipaw fil-ħolqien ta’ entità ġuridika, l-istabbiliment ta’ arranġament ġuridiku jew, għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (3)(a), (b)) jew (c), fit-trasferiment tas-sjieda ta’ entità ġuridika, irrispettivament mill-valur tat-tranżazzjoni;

(d)

fejn ikun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, irrispettivament minn kwalunkwe deroga, eżenzjoni jew livell limitu;

(e)

meta jkun hemm dubji dwar il-veraċità jew l-adegwatezza tad-data tal-identifikazzjoni tal-klijent miksuba minn qabel;

(f)

meta jkun hemm dubji dwar jekk il-persuna li tinteraġixxi magħhom hijex il-klijent jew il-persuna awtorizzata li taġixxi f’isem il-klijent .

2.   Minbarra ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti meta jibdew jew jeżegwixxu tranżazzjoni okkażjonali li tikkostitwixxi trasferiment ta’ fondi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9) tar-Regolament (UE) 2023/1113, li tammonta għall-valur ta’ mill-inqas EUR 1 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk dik it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom:

(a)

japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali li tammonta għal valur ta’ mill-inqas EUR 1 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi;

(b)

japplikaw mill-inqas miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali fejn il-valur huwa inqas minn EUR 1 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (b), l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom japplikaw mill-inqas il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), meta jwettqu tranżazzjoni okkażjonali fi flus kontanti li tammonta għal valur ta’ mill-inqas EUR 3 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni unika kif ukoll jekk permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ, skont l-Artikolu 80(2) u (3), limitu għal pagamenti kbar fi flus kontanti ta’ EUR 3 000 jew inqas, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, ħlief fil-każijiet koperti mill-paragrafu 4, il-punt (b) ta’ dak l-Artikolu.

5.   Minbarra ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1,il-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fil-mument tal-ġbir tal-ammonti mirbuħin, fil-mument li jsiru l-imħatri, jew fit-tnejn li huma, meta jitwettqu tranżazzjonijiet li jammontaw għal tal-anqas EUR 2 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda kif ukoll jekk titwettaq permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi.

6.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu bħala l-klijenti tagħhom il-persuni li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ entitajiet marbutin b’obbligu kif imsemmi l-Artikolu 3, il-punt (3)(e), (f) u (i) u persuni li jinnegozjaw f’oġġetti ta’ valur għoli kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (3)(j), minbarra l-klijent dirett tagħhom, il-fornitur ta’ oġġetti;

(b)

fil-każ ta’ nutara, avukati u professjonisti legali indipendenti oħrali jintermedjaw tranżazzjoni u sa fejn ikunu l-uniku nutar jew avukat jew professjonist legali indipendenti ieħor li jintermedja dik it-tranżazzjoni, iż-żewġ partijiet għat-tranżazzjoni;

(c)

fil-każ ta’ aġenti tal-proprjetà immobbli, iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni;

(d)

fir-rigward ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament imwettqa minn fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, in-negozjant;

(e)

fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-intermedjarji ta’ finanzjament kollettiv, il-persuna fiżika jew ġuridika kemm li tfittex finanzjament kif ukoll li tipprovdi finanzjament permezz tal-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv.

7.   Is-superviżuri jistgħu, direttament jew f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra f’dak l-Istat Membru, jeżentaw lill-entitajiet marbutin b’obbligu milli japplikaw, b’mod sħiħ jew parzjali, il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punti (a), (b) u (c), fir-rigward tal-flus elettroniċi abbażi tar-riskju baxx ippruvat maħluq min-natura tal-prodott, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ġejjin:

(a)

l-istrument ta’ pagament ma jkunx jista’ jiġi rikarikat, u l-ammont maħżun elettronikament ma jaqbiżx EUR 150 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(b)

l-istrument ta’ pagament jintuża esklużivament għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi pprovduti mill-emittent, jew fi ħdan network ta’ fornituri ta’ servizzi;

(c)

l-istrument ta’ pagament ma jkunx konness ma’ kont ta’ pagament u ma jippermettix li jiġi skambjat xi ammont maħżun ma’ flus kontanti jew ma’ kriptoassi;

(d)

l-emittent iwettaq monitoraġġ suffiċjenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.

8.   Il-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom li japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 20(1), il-punt (a), billi jidentifikaw il-klijent u tiġi vverifikata l-identità tal-klijent mad-dħul fil-każinò jew f’postijiet fiżiċi oħra tal-logħob tal-azzard, dment li huma jkollhom fis-seħħ sistemi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jattribwixxu t-tranżazzjonijiet lil klijenti speċifiċi.

9.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw:

(a)

l-entitajiet, is-setturi jew it-tranżazzjonijiet obbligati li jkunu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu u li għalihom japplika valur inqas mill-valur stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b),

(b)

il-valuri tat-tranżazzjonijiet okkażjonali relatati;

(c)

il-kriterji li għandhom jitqiesu għall-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali u relazzjonijiet tan-negozju;

(d)

il-kriterji sabiex jiġu identifikati tranżazzjonijiet konnessi.

Meta jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AMLA għandha tqis kif xieraq il-livelli inerenti ta’ riskji tal-mudelli ta’ negozju tat-tipi differenti ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u l-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, immexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

10.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

Artikolu 20

Miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti

1.   Għall-fini tat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri kollha li ġejjin:

(a)

jidentifikaw il-klijent u jivverifikaw l-identità tal-klijent;

(b)

jidentifikaw lis-sidien benefiċjarji u jieħdu miżuri raġonevoli biex jivverifikaw l-identità tagħhom sabiex l-entità marbuta b’obbligu tkun sodisfatta li tkun taf min huwa s-sid benefiċjarju u li tifhem l-istruttura ta’ sjieda u ta’ kontroll tal-klijent;

(c)

jivvalutaw u, kif xieraq, jiksbu informazzjoni fuq u jifhmu l-iskop u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjonijiet okkażjonali;

(d)

jivverifikaw jekk il-klijent jew is-sid(ien) benefiċjarju/i humiex soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati, u, fil-każ ta’ klijent jew parti għal arranġament ġuridiku li huwa entità ġuridika, kemm jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati jikkontrollaw l-entità ġuridika jew għandhomx aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji ta’ dik l-entità ġuridika jew interess maġġoritarju fiha, kemm individwalment kif ukoll kollettivament;

(e)

jivvalutaw u, kif xieraq, jiksbu informazzjoni dwar in-natura tan-negozju tal-klijenti, inkluż, fil-każ ta’ impriżi, jekk iwettqux attivitajiet, jew dwar l-impjieg jew ix-xogħol tagħhom;

(f)

iwettqu monitoraġġ kontinwu tar-relazzjoni tan-negozju inkluż skrutinju tat-tranżazzjonijiet matul il-kors tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikun żgurat li t-tranżazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-għarfien tal-entità marbuta b’obbligu tal-klijent, mal-profil tan-negozju u tar-riskju, inkluż fejn ikun neċessarju mas-sors tal-fondi;

(g)

jiddeterminaw jekk il-klijent, is-sid benefiċjarju tal-klijent u, fejn rilevanti, il-persuna/i li f’isimha/isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom qed titwettaq tranżazzjoni jew attività hijiex persuna esposta politikament, membru tal-familja jew persuna magħrufa li hija assoċjata mill-qrib.

(h)

meta tranżazzjoni jew attività tkun qed titwettaq f’isem jew għall-benefiċċju ta’ persuni fiżiċi għajr il-klijent, jidentifikaw u jivverifikaw l-identità ta’ dik il-persuna fiżika jew dawk il-persuni fiżiċi;

(i)

jivverifikaw li kwalunkwe persuna li jkollha l-intenzjoni li taġixxi f’isem il-klijent tkun awtorizzata tagħmel dan u jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tagħha.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta’ analiżi individwali tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-klijent u tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjoni okkażjonali, u filwaqt li titqies il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju mill-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 10 u l-varjabbli tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu stabbiliti fl-Anness I kif ukoll il-fatturi ta’ riskju stabbiliti fl-Annessi II u III.

Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jidentifikaw riskju akbar ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa skont it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu. Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju aktar baxx, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu japplikaw miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta skont it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar il-varjabbli tar-riskju u l-fatturi tar-riskju li għandhom jitqiesu mill-entitajiet marbutin b’obbligu meta jidħlu f’relazzjonijiet tan-negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali.

4.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom f’kull ħin ikunu jistgħu juru lis-superviżuri tagħhom li l-miżuri meħudin huma xierqa fid-dawl tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li ġew identifikati.

Artikolu 21

Nuqqas ta’ kapaċità ta’ konformità mar-rekwiżit li jiġu applikati miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent

1.   Meta entità marbuta b’obbligu ma tkunx tista’ tikkonforma mar-rekwiżit li tapplika l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), hija għandha toqgħod lura milli twettaq tranżazzjoni jew milli tistabbilixxi relazzjoni tan-negozju, u għandha ttemm ir-relazzjoni tan-negozju u tikkunsidra li tirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU fir-rigward tal-klijent f’konformità mal-Artikolu 69.

It-terminazzjoni ta’ relazzjoni tan-negozju skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tipprojbixxi r-riċevuta ta’ fondi kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 dovuti lill-entità marbuta b’obbligu.

Meta entità marbuta b’obbligu jkollha d-dmir li tipproteġi l-assi tal-klijent tagħha, it-terminazzjoni tar-relazzjoni tan-negozju ma għandhiex tinftiehem li teħtieġ id-disponiment tal-assi tal-klijent.

Fil-każ ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom, fejn meħtieġ bħala miżura alternattiva għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tan-negozju, iżommu lura milli jwettqu tranżazzjonijiet għall-klijent, inkluż pagamenti lill-benefiċjarji, sakemm il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) jiġu mħarsa.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal nutara, għal avukati, għal professjonisti legali indipendenti oħrajn, għal awdituri, għal kontabilisti esterni u għal konsulenti tat-taxxa, sa fejn dawk il-persuni jaċċertaw il-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom, jew iwettqu l-kompitu tagħhom ta’ difiża jew ta’ rappreżentanza ta’ dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji jew fir-rigward tagħhom, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta’ tali proċedimenti.

L-ewwel subparagrafu ma għandhux japplika meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fih:

(a)

jieħdu sehem f’ħasil tal-flus, fir-reati predikati tiegħu jew fil-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jipprovdu pariri legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; jew

(c)

ikunu jafu li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; l-għarfien jew l-iskop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi.

3.   Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekord tal-azzjonijiet meħudin sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit li japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, inkluż rekords tad-deċiżjonijiet meħudin u d-dokumenti ta’ sostenn u ġustifikazzjonijiet rilevanti. Id-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmumin mill-entità marbuta b’obbligu għandhom jiġu aġġornati kull meta d-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti tiġi rrieżaminata skont l-Artikolu 26.

L-obbligu li jinżammu rekords previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll għal sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet marbutin b’obbligu jirrifjutaw li jidħlu f’relazzjoni tan-negozju, itemmu relazzjoni tan-negozju jew japplikaw miżuri alternattivi skont il-paragrafu 1.).

4.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida konġunti mal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar l-AML/CFT meta jimplimentaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/92/UE, inkluż fir-rigward tar-relazzjonijiet tan-negozju li huma l-aktar affettwati mill-prattiki ta’ tneħħija tar-riskji.

Artikolu 22

Identifikazzjoni u verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju

1.   Bl-eċċezzjoni ta’ każijiet ta’ riskju aktar baxx li għalihom japplikaw il-miżuri skont it-Taqsima 3 u irrispettivament mill-applikazzjoni ta’ miżuri addizzjonali f’każijiet ta’ riskju ogħla skont it-Taqsima 4, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja sabiex jidentifikaw il-klijent, kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent, u l-persuna/i fiżika/fiżiċi li f’isimha/f’isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom qed titwettaq tranżazzjoni jew attività:

(a)

għal persuna fiżika:

(i)

l-ismijiet u l-kunjomijiet kollha;

(ii)

il-post u d-data tat-twelid sħiħa;

(iii)

in-nazzjonalitajiet, jew l-apolidija u l-istat ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja fejn applikabbli, u n-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali, fejn applikabbli;

(iv)

ir-residenza abitwali jew, jekk ma jkun hemm l-ebda indirizz residenzjali fiss b’residenza leġittima fl-Unjoni, l-indirizz postali li fih tista’ tiġi kkuntattjata l-persuna fiżika u, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa;

(b)

għal entità ġuridika:

(i)

il-forma ġuridika u l-isem tal-entità ġuridika;

(ii)

l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew uffiċjali u, jekk differenti, is-sede prinċipali, u l-pajjiż tal-ħolqien;

(iii)

l-ismijiet tar-rappreżentanti legali tal-entità ġuridika kif ukoll, fejn disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika;

(iv)

l-ismijiet ta’ persuni li għandhom ishma jew pożizzjoni ta’ direttur f’forma ta’ persuna nominata, inkluż referenza għall-istatus tagħhom bħala azzjonisti jew diretturi mandatarji.

(c)

għal trustee ta’ trust espress jew għal persuna li jkollha pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili:

(i)

informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku; madankollu, fir-rigward tal-assi miżmuma fl-arranġament ġuridiku jew ġestiti permezz tiegħu, għandhom jiġu identifikati biss l-assi li għandhom jiġu ġestiti fil-kuntest tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjoni okkażjonali;

(ii)

l-indirizz tar-residenza tat-trustees jew tal-persuni li jkollhom pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili u, jekk differenti, il-post minn fejn it-trust espress jew l-arranġament ġuridiku simili huwa amministrat, u s-setgħat li jirregolaw u jorbtu l-arranġament ġuridiku, kif ukoll, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika;

(d)

għal organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom kapaċità legali skont il-liġi nazzjonali:

(i)

l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew l-ekwivalenti;

(ii)

l-ismijiet tal-persuni mogħtijin is-setgħa li jirrappreżentaw lill-organizzazzjoni kif ukoll, fejn applikabbli, il-forma ġuridika, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika u l-atti ta’ assoċjazzjoni jew ekwivalenti.

2.   Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju ta’ entità ġuridika jew ta’ arranġament ġuridiku, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Fejn, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi kollha possibbli ta’ identifikazzjoni, l-ebda persuna fiżika ma tiġi identifikata bħala s-sid benefiċjarju, jew fejn ikun hemm dubji li l-persuni identifikati huma s-sidien benefiċjarji, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekord li l-ebda sid benefiċjarju ma ġie identifikat u jidentifikaw il-persuni kollha fiżiċi li jkollhom il-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità korporattiva jew f’entità ġuridika oħra u għandhom jivverifikaw l-identità tagħhom.

Meta t-twettiq tal-verifika tal-identità msemmija fit-tieni subparagrafu jista’ jallerta lill-klijent li l-entità marbuta b’obbligu jkollha dubji dwar is-sjieda benefiċjarja tal- tal-entità ġuridika, l-entità marbuta b’obbligu għandha tastjeni milli tivverifika l-identità tal-uffiċjali maniġerjali superjuri, u minflok għandha tirreġistra l-passi meħuda biex tiġi aċċertata l-identità tas-sidien benefiċjarji u tal-uffiċjali maniġerjali superjuri. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda kif ukoll tad-diffikultajiet misjuba matul il-proċess ta’ identifikazzjoni, li wasslu għar-rikors għall-identifikazzjoni ta’ uffiċjal maniġerjali superjuri.

3.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiksbu informazzjoni biex jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw kwalunkwe IBAN virtwali li joħorġu, u l-kont bankarju jew tal-ħlas assoċjat.

L-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-istituzzjoni finanzjarja li tipproċessa l-kont bankarju jew ta’ pagament li fih IBAN virtwali, maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra, jidderiġi mill-ġdid il-pagamenti, għandha tiżgura li tkun tista’ tikseb mingħu l-istituzzjoni li toħroġ l-IBAN virtwali l-informazzjoni li tidentifika u tivverifika l-identità tal-persuna fiżika li tuża dak l-IBAN virtwali mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 5 ijiem tax-xogħol minn meta titlob dik l-informazzjoni.

4.   Fil-każ ta’ benefiċjarji ta’ trusts jew ta’ entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi simili li huma ddeżinjati skont karatteristiċi jew klassi partikolari, entità marbuta b’obbligu għandha tikseb biżżejjed informazzjoni dwar il-benefiċjarju sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż jew fiż-żmien li l-benefiċjarju jeżerċita d-drittijiet vestiti lilu.

5.   Fil-każ ta’ trusts diskrezzjonarji, entità marbuta b’obbligu għandha tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fil-mument tal-eżerċizzju mit-trustees tas-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom, jew fil-mument li r-riċevituri ta’ inadempjenza jsiru l-benefiċjarji minħabba n-nuqqas tat-trustees li jeżerċitaw is-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom.

6.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data meħtieġa għall-verifika tal-identità tal-klijent u ta’ kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’ismu permezz ta’ waħda minn dawn iż-żewġ mezzi li ġejjin:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ dokument tal-identità, tal-passaport jew tal-ekwivalenti u, meta rilevanti, l-akkwist ta’ informazzjoni minn sorsi affidabbli u indipendenti, kemm jekk aċċessata direttament kif ukoll jekk ipprovduta mill-klijent;

(b)

l-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-livelli ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” u “għolja” u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti kif jinsabu f’dak ir-Regolament.

7.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-identità tas-sid benefiċjarju u, fejn rilevanti, il-persuna/i li f’isimha/isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom tkun qed titwettaq tranżazzjoni jew attività b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

f’konformità mal-paragrafu 6;

(b)

billi jieħdu miżuri raġonevoli biex jiksbu l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data meħtieġa mill-klijent jew minn sorsi affidabbli oħra, inkluż reġistri pubbliċi għajr ir-reġistri ċentrali.

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-informazzjoni li għandha tiġi kkonsultata, filwaqt li jqisu r-riskji ppreżentati mit-tranżazzjoni jew mir-relazzjoni tan-negozju okkażjonali u mis-sid benefiċjarju, inkluż riskji marbuta mal-istruttura tas-sjieda.

Minbarra l-mezzi ta’ verifika stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji billi jikkonsultaw ir-reġistri ċentrali.

Artikolu 23

Twaqqit tal-verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju

1.   Il-verifika tal-identità tal-klijent, tas-sid benefiċjarju, u ta’ kwalunkwe persuna skont l-Artikolu 20(1), , il-punti (h) u (i), għandha ssir qabel l-istabbiliment ta’ relazzjoni tan-negozju jew it-twettiq ta’ tranżazzjoni okkażjonali. Tali obbligu ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet ta’ riskju aktar baxx skont it-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu, dment li r-riskju aktar baxx jiġġustifika l-posponiment ta’ tali verifika.

Għall-aġenti tal-proprjetà immobbli, il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titwettaq wara li offerta tiġi aċċettata mill-bejjiegħ jew mil-lokatur, u f’kull każqabel ma jiġu ttrasferiti kwalunkwe fondi jew proprjetà.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jistgħu jitwettqu matul l-istabbiliment ta’ relazzjoni tan-negozju jekk dan ikun neċessarju sabiex ma jiġix interrott it-twettiq normali tan-negozju u fejn ir-riskju li jkun hemm ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jkun baxx. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, dawk il-proċeduri għandhom jitwettqu malli jkun prattikabbli wara l-kuntatt inizjali.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja tista’ tiftaħ kont, inkluż kontijiet li jippermettu tranżazzjonijiet f’titoli trasferibbli, kif jista’ jkun meħtieġ minn klijent dment li jkun hemm salvagwardji adegwati fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjonijiet ma jitwettqux mill-klijent jew f’ismu sakemm tinkiseb konformità sħiħa mar-rekwiżiti dwar miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (b).

4.   Kull meta jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ġdida ma’ entità ġuridika jew mat-trustee ta’ trust espress jew mal-persuna li jkollha pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili msemmi fl-Artikoli 51, 57, 58, 61 u 67 u soġġetti għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru prova valida tar-reġistrazzjoni jew silta mir-reġistru miksuba reċentement li tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 24

Rappurtar ta’ diskrepanzi ma’ informazzjoni li tinsab fir-reġistri tas-sjieda benefiċjarja

1.   L-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jirrappurtaw lir-reġistri ċentrali kwalunkwe diskrepanza li jsibu bejn l-informazzjoni disponibbli fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni li jiġbru skont l-Artikolu 20(1), il-punt (b), u l-Artikolu 22(7).

Id-diskrepanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rrappurtati mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 14-il jum kalendarju wara l-iskoperta tagħhom. Meta jirrappurtaw tali diskrepanzi, entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jakkumpanjaw ir-rapporti tagħhom bl-informazzjoni li kisbu li tindika d-diskrepanza u min iqisu bħala s-sidien benefiċjarji u, fejn applikabbli, l-azzjonisti nominati u d-diretturi nominati li għandhom ikunu u għaliex.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu joqogħdu lura milli jirrapportaw diskrepanzi lir-reġistru ċentrali u jistgħu minflok jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-klijenti fejn id-diskrepanzi identifikati:

(a)

huma limitati għal żbalji tipografiċi, modi differenti ta’ traslitterazzjoni, jew ineżattezzi minuri li ma jaffettwawx l-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji jew il-pożizzjoni tagħhom; jew

(b)

huma riżultat ta’ data skaduta, iżda s-sidien benefiċjarji huma magħrufa mill-entità marbuta b’obbligu minn sors affidabbli ieħor u m’hemm l-ebda raġuni għal suspett li hemm intenzjoni li tinħeba kwalunkwe informazzjoni, u

Meta entità marbuta b’obbligu tikkonkludi li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja fir-reġistru ċentrali ma tkunx korretta, hija għandha tistieden lill-klijenti biex jippreżentaw l-informazzjoni korretta lir-reġistru ċentrali skont l-Artikoli 63, 64 u 67 mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il jum kalendarju.

Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal każijiet ta’ riskju ogħla li għalihom japplikaw il-miżuri taħt it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Fejn klijent ma jkunx ippreżenta l-informazzjoni korretta fiż-żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, l-entità marbuta b’obbligu għandha tirrapporta d-diskrepanza lir-reġistru ċentrali f’konformità mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.

4.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal nutara, avukati, professjonisti legali indipendenti oħra, awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa fir-rigward ta’ informazzjoni li jirċievu minn, jew jiksbu fuq, klijent, waqt li jaċċertaw il-pożizzjoni legali ta’ dak il-klijent , jew iwettqu l-kompitu tagħhom li jiddefendu jew jirrapreżentaw lil dak il-klijent fi, jew jikkonċernaw, proċedimenti ġudizzjarji, inkluż li jipprovdu pariri dwar l-istitwizzjoni jew l-evitar ta’ tali proċedimenti, irrispettivament minn jekk tali informazzjoni tiġi riċevuta jew miksuba qabel, matul jew wara tali proċedimenti.

Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jipprovdu parir legali fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu.

Artikolu 25

Identifikazzjoni tal-iskop u tan-natura maħsuba ta’ relazzjoni tan-negozju jew ta’ tranżazzjoni okkażjonali

Qabel ma tidħol f’relazzjoni tan-negozju jew twettaq tranżazzjoni okkażjonali, entità marbuta b’obbligu għandha tkun żgura li tifhem l-iskop u n-natura maħsuba tagħha. Għal dak l-għan, l-entità marbuta b’obbligu għandha tikseb, fejn meħtieġ, informazzjoni dwar:

(a)

l-iskop u r-raġunament ekonomiku tat-tranżazzjoni okkażjonali jew ir-relazzjoni tan-negozju;

(b)

l-ammont stmat tal-attivitajiet previsti;

(c)

is-sors tal-fondi;

(d)

id-destinazzjoni tal-fondi.

(e)

l-attività ta’ negozju jew l-okkupazzjoni tal-klijent.

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu koperti mill-Artikolu 74 għandhom jiġbru informazzjoni sabiex jiddeterminaw jekk l-użu maħsub ta’ oġġetti ta’ valur għoli msemmija f’dak l-Artikolu huwiex għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.

Artikolu 26

Monitoraġġ kontinwu tar-relazzjoni tan-negozju u monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-klijenti

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu monitoraġġ kontinwu tar-relazzjonijiet tan-negozju, inkluż tranżazzjonijiet imwettqa mill-klijent matul relazzjoni tan-negozju, sabiex jiżguraw li dawk it-tranżazzjonijiet ikunu konsistenti mal-għarfien tal-entità marbuta b’obbligu dwar il-klijent, l-attività kummerċjali u l-profil tar-riskju tal-klijent, u fejn neċessarju, mal-informazzjoni dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-fondi u sabiex jiġu identifikati dawk it-tranżazzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni aktar bir-reqqa skont l-Artikolu 69(2).

Meta r-relazzjonijiet tan-negozju jkopru aktar minn prodott jew servizz wieħed, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti jkopru dawk il-prodotti u s-servizzi kollha.

Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu li jappartjenu għal grupp ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ klijenti li jkunu wkoll il-klijenti ta’ entitajiet oħra f’dak il-grupp, kemm jekk entitajiet marbutin b’obbligu kif ukoll jekk impriżi mhux soġġetti għar-rekwiżiti tal-AML/CFT, huma għandhom iqisu l-informazzjoni relatata ma’ dawk ir-relazzjonijiet tan-negozju l-oħrajn għall-finijiet tal-monitoraġġ tar-relazzjoni tan-negozju mal-klijenti tagħhom.

2.   Fil-kuntest tal-monitoraġġ kontinwu msemmi fil-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni rilevanti tal-klijent jinżammu aġġornati.

Il-perjodu bejn l-aġġornamenti tal-informazzjoni tal-klijenti skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun dipendenti fuq ir-riskju ppreżentat mir-relazzjoni tan-negozju u fi kwalunkwe każ ma għandhiex taqbeż:

(a)

għall-klijenti b’riskju ogħla li għalihom japplikaw il-miżuri skont it-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu, sena;

(b)

għall-klijenti l-oħra kollha, ħames snin.

3.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jirrieżaminaw u, fejn rilevanti, jaġġornaw l-informazzjoni dwar il-klijent meta:

(a)

ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi rilevanti ta’ klijent;

(b)

l-entità marbuta b’obbligu jkollha obbligu legali matul is-sena kalendarja rilevanti li tikkuntattja lill-klijent għall-fini tar-rieżami ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata mas-sid(ien) benefiċjarju/i jew li tikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (42);

(c)

isiru jafu b’fatt rilevanti marbut mal-klijent.

4.   Minbarra l-monitoraġġ kontinwu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw regolarment jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1), il-punt (d), humiex issodisfati. Il-frekwenza ta’ dik il-verifika għandha tkun proporzjonata mal-iskopertura tal-entità marbuta b’obbligu u r-relazzjoni tan-negozju għar-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u ta’ evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titwettaq ukoll ma’ kull deżinjazzjoni ġdida fir-rigward ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jissostitwixxu l-obbligu li jiġu applikati sanzjonijiet finanzjarji mmirati u lanqas rekwiżiti aktar stretti skont atti legali oħra tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali dwar il-verifika tal-bażi tal-klijenti kontra listi ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

5.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar il-monitoraġġ kontinwu ta’ relazzjoni tan-negozju u dwar il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet imwettqin fil-kuntest ta’ relazzjoni bħal din.

Artikolu 27

Miżuri temporanji għall-klijenti soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-NU

1.   Fir-rigward ta’ klijenti li huma soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-N U jew li huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-NU, jew li fihom persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet li huma soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tan-NU għandhom aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji jew interess maġġoritarju, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekords ta’:

(a)

il-fondi jew assi oħra li jimmaniġġaw għall-klijent fil-mument meta s-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU jsiru pubbliċi;

(b)

it-tranżazzjonijiet li jipprova jagħmel il-klijent;

(c)

it-tranżazzjonijiet imwettqa għall-klijent.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw dan l-Artikolu bejn il-mument li fih is-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU jiġu ppubblikati u l-mument tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati rilevanti fl-Unjoni.

Artikolu 28

Standards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent

1.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw:

(a)

ir-rekwiżiti li japplikaw għall-entitajiet marbutin b’obbligu skont l-Artikolu 20 u l-informazzjoni li għandha tinġabar għall-fini tat-twettiq ta’ diliġenza dovuta standard, simplifikata u msaħħa skont l-Artikoli 22 u 25 u l-Artikoli 33(1) u 34(4), inkluż ir-rekwiżiti minimi f’sitwazzjonijiet ta’ riskju aktar baxx;

(b)

it-tip ta’ miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta li l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu japplikaw f’sitwazzjonijiet ta’ riskju aktar baxx skont l-Artikolu 33(1) ta’ dan ir-Regolament, inkluż miżuri applikabbli għal kategoriji speċifiċi ta’ entitajiet u ta’ prodotti jew ta’ servizzi obbligati, wara li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni mmexxija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(c)

il-fatturi ta’ riskju assoċjati mal-karatteristiċi tal-istrumenti tal-flus elettroniċi li għandhom jitqiesu mis-superviżuri meta jiddeterminaw il-firxa tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 19(7);

(d)

is-sorsi affidabbli u indipendenti ta’ informazzjoni li jistgħu jintużaw sabiex tiġi vverifikata d-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi għall-finijiet tal-Artikolu 22(6) u (7);

(e)

il-lista ta’ attributi li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti msemmija fl-Artikolu 22(6), il-punt (b), iridu jkunu preżenti sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1), il-punti (a) u(b) fil-każ ta’ diliġenza dovuta standard, simplifikata u msaħħa.

2.   Ir-rekwiżiti u l-miżuri msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

ir-riskju inerenti involut fis-servizz ipprovdut;

(b)

ir-riskji assoċjati mal-kategoriji ta’ klijenti;

(c)

in-natura, l-ammont u r-rikorrenza tat-tranżazzjoni;

(d)

il-kanali użati għat-twettiq tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjoni okkażjonali.

3.   L-AMLA għandha tirrieżamina regolarment l-istandards tekniċi regolatorji u, jekk ikun neċessarju, tħejji u tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozz għall-aġġornament ta’ dawk l-istandards sabiex, fost l-oħrajn, tqis l-iżviluppi fl-innovazzjoni u fit-teknoloġija.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

TAQSIMA 2

Il-politika ta’ pajjiżi terzi u t-theddid ta’ ħasi l tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu minn barra l-Unjoni

Artikolu 29

Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT

1.   Pajjiżi terzi b’defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni u indikati bħala “pajjiżi terzi b’riskju għoli”.

2.   Sabiex jiġu identifikati l-pajjiżi terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, fejn:

(a)

ikunu ġew identifikati defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fil-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz;

(b)

ikunu ġew identifikati defiċjenzi strateġiċi sinifikanti fl-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu jew fis-sistema tiegħu litewalwa u ttaffi r-riskji ta’ nonimplimentazzjoni jew evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni;

(c)

id-defiċjenzi strateġiċi sinifikanti identifikati taħt il-punti (a) u (b) ikunu ta’ natura persistenti u ma tkun ittieħdet jew ma tkun qed tittieħed l-ebda miżura sabiex dawn jiġu mmitigati.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien għoxrin jum kalendarju minn meta l-Kummissjoni taċċerta li ġew issodisfati l-kriterji fil-punt (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagraphu.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis is-sejħiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa u ta’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni (“kontromiżuri”) minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet, rapporti jew dikjarazzjonijiet pubbliċi rilevanti mfasslin minnhom.

4.   Meta pajjiż terz jiġi identifikat f’konformità mal-kriterji msemmijin fil-paragrafu  2 , l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa elenkati fl-Artikolu 34(4) fir-rigward tar-relazzjonijiet tan-negozju jew ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali li jinvolvu persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dak il-pajjiż terz.

5.   L-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jidentifika fost il-kontromiżuri elenkati fl-Artikolu 35 il-kontromiżuri speċifiċi li jimmitigaw ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn kull pajjiż terzb’riskju għoli.

6.   Meta Stat Membru jidentifika riskju speċifiku ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu ppreżentat minn pajjiż terz li l-Kummissjoni tkun identifikat f’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 li ma jkunx indirizzat mill-kontromiżuri msemmija fil-paragrafu 5, huwa jista’ jirrikjedi li l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fit-territorju tiegħu japplikaw kontromiżuri addizzjonali speċifiċi biex jimmitigaw ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż terz. Ir-riskju identifikat u l-kontromiżuri korrispondenti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jiġu applikati l-kontromiżuri.

7.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2 fuq bażi regolari sabiex tiżgura li l-kontromiżuri speċifiċi identifikati skont il-paragrafu 5 iqisu l-bidliet fil-qafas AML/CFT tal-pajjiż terz u jkunu proporzjonati u adegwati għar-riskji.

Malli tirċievi notifika skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni riċevuta biex tiddetermina jekk dawk ir-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż jaffettwawx l-integrità tas-suq intern tal-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2, billi żżid il-kontromiżuri meħtieġa biex jittaffew dawk ir-riskji addizzjonali. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżuri addizzjonali speċifiċi applikati minn Stat Membru skont il-paragrafu 6 mhumiex meħtieġa biex itaffu riskji speċifiċi li jirriżultaw minn dak il-pajjiż terz, hija tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li l-Istat Membru għandu jtemm il-kontromiżura addizzjonali speċifika.

Artikolu 30

Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi bi dgħufijiet fil-konformità fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT

1.   Pajjiżi terzi bi dgħufijiet fil-konformità fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-AML/CFT għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni.

2.   Sabiex jiġu identifikati l-pajjiżi terzi msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, fejn:

(a)

ikunu ġew identifikati dgħufijiet fil-konformità fil-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz;

(b)

ikunu ġew identifikati dgħufijiet fil-konformità fl-effettività tas-sistema AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jew fis-sistema tiegħu għall-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji tan-NU relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien għoxrin jum kalendarjuminm meta l-Kummissjoni taċċerta li ġew issodisfati l-kriterji fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

3.   Meta tfassal l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tqis, bħala linja bażi għall-valutazzjoni tagħha, l-informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjonijiet taħt monitoraġġ akbar minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet, rapporti jew dikjarazzjonijiet pubbliċi rilevanti mfasslin minnhom.

4.   L-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jidentifika l-miżuri speċifiċi msaħħa ta’ diliġenza dovuta fost dawk elenkati flArtikolu 34(4), li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw sabiex jimmitigaw ir-riskji relatati mar-relazzjonijiet tan-negozju jew mat-tranżazzjonijiet okkażjonali li jinvolvu persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dak il-pajjiż terz.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2 fuq bażi regolari sabiex tiżgura li l-miżuri speċifiċi msaħħa ta’ diliġenza dovuta identifikati skont il-paragrafu 4 iqisu l-bidliet fil-qafas AML/CFT tal-pajjiż terz u jkunu proporzjonati u adegwati għar-riskji.

Artikolu 31

Identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jidentifikaw pajjiżi terzi meta f’każijiet eċċezzjonali tqis li huwa indispensabbli biex ittaffi theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament xieraq tas-suq intern li tirriżulta minn dawk il-pajjiżi terzi, u li ma jistgħux jittaffew skont l-Artikoli 29 u 30.

2.   Il-Kummissjoni, meta tfassal l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1, għandha tqis b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-qafas legali u istituzzjonali AML/CFT tal-pajjiż terz, b’mod partikolari:

(i)

il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;

(ii)

miżuri relatati mad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti;

(iii)

rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords;

(iv)

rekwiżiti relatati mar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi;

(v)

id-disponibbiltà ta’ informazzjoni akkurata u f’waqtha dwar is-sjieda benefiċjarja tal-persuni ġuridiċi u tal-arranġamenti ġuridiċi għall-awtoritajiet kompetenti;

(b)

is-setgħat u l-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod xieraq, kif ukoll il-prattiki tal-pajjiż terz fir-rigward tal-kooperazzjoni u tal-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(c)

l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tal-pajjiż terz fl-indirizzar tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

3.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell ta’ theddida msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-AMLA tadotta opinjoni mmirata sabiex tivvaluta l-impatt speċifiku fuq l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni minħabba l-livell ta’ theddid ippreżentat minn pajjiż terz.

4.   Meta l-AMLA tidentifika li pajjiż terz, għajr dawk identifikati skont l-Artikoli 29 u 30, jippreżenta theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, hija tista’ tindirizza opinjoni lill-Kummissjoni li tiddeskrivi t-theddida li tkun identifikat u għaliex temmen li jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika l-pajjiż terz skont il-paragrafu 1.

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tidentifikax il-pajjiż terz imsemmi fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dan lill-AMLA.

5.   Meta tfassal l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tal-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjijin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

6.   Meta t-theddida speċifika u serja identifikata mill-pajjiż terz ikkonċernat twassal għal defiċjenza strateġika sinifikanti, għandu japplika l-Artikolu 29(4) u l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jidentifika kontromiżuri speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 29(5).

7.   Meta t-theddida speċifika u serja identifikata mill-pajjiż terz ikkonċernat twassal għal dgħufija fil-konformità, l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jidentifika miżuri speċifiċi ta’ diliġenza dovuta msaħħa fost dawk elenkati fl-Artikolu 34(4), li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw biex itaffu r-riskji relatati ma’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet okkażjonali li jinvolvu persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dak il-pajjiż terz.

8.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari sabiex tiżgura li l-kontomiżuri msemmijin fil-paragrafu 6 u l-miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa msemmija fil-paragrafu 7 iqisu l-bidliet fil-qafas AML/CFT tal-pajjiż terz u jkunu proporzjonati u adegwati għar-riskji.

9.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jistabbilixxi, b’mod partikolari:

(a)

kif jiġu vvalutati l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

il-proċess għall-interazzjoni mal-pajjiż terz li jkun qed jiġi vvalutat;

(c)

il-proċess għall-involviment tal-Istati Membri u tal-AMLA fl-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li huma ta’ theddida speċifika u serja għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

Artikolu 32

Linji gwida dwar ir-riskji, ix-xejriet u l-metodi tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

1.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħtoġ linji gwida li jiddefinixxu r-riskji, ix-xejriet u l-metodi tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jinvolvu kwalunkwe żona ġeografika barra mill-Unjoni li għaliha jkunu skoperti l-entitajiet marbutin b’obbligu. L-AMLA għandha tqis, b’mod partikolari, il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III. Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, il-linji gwida għandhom jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jikkunsidraw li japplikaw sabiex jimmitigaw it-tali riskji.

2.   L-AMLA għandha tirrieżamina l-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 1 tal-anqas kull sentejn.

3.   Meta toħroġ u tfassal il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1, l-AMLA għandha tieħu kont tal-evalwazzjonijiet, tal-valutazzjonijiet jew tar-rapporti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta’ dawk li jistabbilixxu l-istandards b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

TAQSIMA 3

Diliġenza dovuta simplifikata

Artikolu 33

Miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta

1.   Meta, b’kont meħud tal-fatturi ta’ riskju stabbiliti fl-Annessi II u III, ir-relazzjoni tan-negozju jew it-tranżazzjoni tippreżenta grad baxx ta’ riskju, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu japplikaw il-miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta li ġejjin:

(a)

il-verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju wara l-istabbiliment tar-relazzjoni tan-negozju, dment li r-riskju aktar baxx speċifiku identifikat jiġġustifika tali posponiment, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 60 jum mill-istabbiliment tar-relazzjoni;

(b)

it-tnaqqis tal-frekwenza tal-aġġornamenti tal-identifikazzjoni tal-klijenti;

(c)

it-tnaqqis tal-ammont ta’ informazzjoni miġbura sabiex jidentifikaw l-iskop u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju, jew it-tranżazzjoni okkażjonali jew jiddeduċuha mit-tip ta’ tranżazzjonijiet jew ta’ relazzjoni tan-negozju stabbilita;

(d)

it-tnaqqis tal-frekwenza jew il-grad ta’ skrutinju tat-tranżazzjonijiet imwettqin mill-klijent;

(e)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura simplifikata rilevanti oħra ta’ diliġenza dovuta identifikata mill-AMLA skont l-Artikolu 28.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u għad-daqs tan-negozju u għall-elementi speċifiċi ta’ riskju aktar baxx identifikat. Madankollu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu monitoraġġ suffiċjenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-proċeduri interni stabbiliti skont l-Artikolu 9 ikun fihom il-miżuri speċifiċi ta’ verifika simplifikata li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-tipi differenti ta’ klijenti li jippreżentaw riskju aktar baxx. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddokumentaw deċiżjonijiet li jqisu fatturi addizzjonali ta’ riskju aktar baxx.

3.   Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jadottaw proċeduri ta’ maniġġar tar-riskju fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jipprovdu servizzi jew iwettqu tranżazzjonijiet għal klijent qabel ma ssir il-verifika, inkluż billi jillimitaw l-ammont, in-numru jew it-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu jew billi jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet sabiex jiżguraw li dawn ikunu allinjati man-normi mistennija għar-relazzjoni tan-negozju inkwistjoni.

4.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw fuq bażi regolari li jkunu għadhom jeżistu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri tad-diliġenza dovuta simplifikata. Il-frekwenza ta’ tali verifiki għandha tkun proporzjonata man-natura u għad-daqs tan-negozju u għar-riskji ppreżentati mir-relazzjoni speċifika.

5.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu lura milli japplikaw miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-entitajiet marbutin b’obbligu jkollhom dubji dwar il-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent jew mis-sid benefiċjarju fl-istadju tal-identifikazzjoni, jew jidentifikaw inkonsistenzi fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni;

(b)

il-fatturi li jindikaw riskju aktar baxx ma jkunux għadhom preżenti;

(c)

il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet tal-klijent u l-informazzjoni miġbura fil-kuntest tar-relazzjoni tan-negozju jkunu jeskludu xenarju ta’ riskju aktar baxx;

(d)

ikun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu;

(e)

ikun hemm suspett li l-klijent, jew il-persuna li taġixxi f’isem il-klijent, qed jipprova jevita jew jevadi sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

TAQSIMA 4

Diliġenza dovuta msaħħa

Artikolu 34

Kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 29, 30, 31 u 36 sa 46, kif ukoll f’każijiet oħrajn ta’ riskju ogħla li huma identifikati mill-entitajiet marbutin b’obbligu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(2), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta sabiex jimmaniġġaw u jtaffu tali riskji b’mod xieraq.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jeżaminaw l-oriġini u d-destinazzjoni tal-fondi involuti fit-tranżazzjonijiet kollha u l-iskop tat-tali tranżazzjonijiet li jissodisfaw tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni jkun ta’ natura kumplessa;

(b)

it-tranżazzjoni jkun kbir b’mod mhux tas-soltu;

(c)

it-tranżazzjoni jitwettaq f’xejra mhux tas-soltu;

(d)

it-tranżazzjoni ma jidhirx li għandu skop ekonomiku jew legali apparenti.

3.   Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, meta jiġu vvalutati r-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu ppreżentati minn relazzjoni tan-negozju jew minn tranżazzjoni okkażjonali, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu tal-anqas il-fatturi ta’ riskju potenzjali ogħla stabbiliti fl-Anness III u l-linji gwida adottati mill-AMLA skont l-Artikolu 32, kif ukoll kwalunkwe indikatur ieħor ta’ riskju ogħla bħan-notifiki maħruġa mill-FIU u s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju skont l-Artikolu 10.

4.   Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, f’każijiet ta’ riskju ogħla, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, proporzjonati għar-riskji ogħla identifikati, li jistgħu jinkludu l- miżuri li ġejjin.

(a)

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq il-klijent u fuq is-sid(ien) benefiċjarju/i;

(b)

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq in-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju;

(c)

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali fuq is-sors tal-fondi u s-sors tal-ġid tal-klijent u tas-sid(ien) benefiċjarju/i;

(d)

il-kisba ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet għat-tranżazzjonijiet maħsubin jew imwettqin u l-konsistenza tagħhom mar-relazzjoni tan-negozju;

(e)

il-kisba tal-approvazzjoni tal-maniġment superjuri għall-istabbiliment jew għat-tkomplija tar-relazzjoni tan-negozju;

(f)

it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tar-relazzjoni tan-negozju b’żieda fin-numru u fit-twaqqit tal-kontrolli applikati, u l-għażla ta’ tipi tat-tranżazzjonijiet li jeħtieġu eżaminazzjoni ulterjuri;

(g)

it-talba li l-ewwel pagament jitwettaq permezz ta’ kont f’isem il-klijent ma’ istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal standards ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti li ma jkunux anqas robusti minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

5.   Minbarra l-paragrafu 4, meta relazzjoni tan-negozju li tiġi identifikata bħala li għandha riskju ogħla tinvolvi l-immaniġġar ta’ assi b’valur ta’ mill-inqas EUR 5 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew barranija, permezz ta’ servizzi personalizzati għal klijent li jkollu assi totali b’ valur ta’ mill-inqas EUR 50 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew barranija, kemm f’assi finanzjarji, investibbli jew ta’ proprjetà immobbli, jew taħlita tagħhom, eskluża r-residenza privata ta’ dak il-klijent, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji u l-fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji għandhom japplikaw il-miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta li ġejjin, minbarra kwalunkwe miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta applikata skont il-paragrafu 4:

(a)

miżuri u speċifiċi inkluż proċeduri biex jittaffew ir-riskji assoċjati ma’ servizzi u prodotti personalizzati offruti lil dak il-klijent;

(b)

il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali dwar is-sors tal-fondi ta’ dak il-klijent;

(c)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess bejn il-klijent u l-maniġment superjuri jew l-impjegati tal-entità marbuta b’obbligu li jwettqu kompiti relatati mal-konformità ta’ dik l-entità marbuta b’obbligu fir-rigward ta’ dak il-klijent.

Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu l-istituzzjonijiet finanzjarji u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji sabiex jiġi stabbilit jekk klijent għandux assi totali b’valur ta’ mill-inqas ‘ EUR 50 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali jew barranija, f’assi finanzjarji, investibbli jew ta’ proprjetà immobbli u kif għandu jiġi ddeterminat dak il-valur.

6.   Bl-eċċezzjoni tal-każijiet koperti mit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, fejn l-Istati Membri jidentifikaw każijiet ta’ riskju ogħla skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, inkluż b’riżultat ta’ valutazzjonijiet tar-riskju settorjali mwettqa mill-Istati Membri, huma jistgħu jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta u, fejn xieraq, jispeċifikaw dawk il-miżuri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AMLA bid-deċiżjonijiet tagħhom li jimponu rekwiżiti msaħħa dwar id-diliġenza dovuta fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fit-territorju tagħhom fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom, flimkien ma’ ġustifikazzjoni tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu li fuqhom tkun ibbażata tali deċiżjoni.

Meta r-riskji identifikati minn Stati Membri skont l-ewwel subparagrafu x’aktarx jirriżultaw minn barra l-Unjoni u jistgħu jaffettwaw is-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-AMLA għandha, fuq talba mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tikkunsidra li taġġorna l-linji gwida adottati skont l-Artikolu 32.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex tissupplimenta dan ir-Regolament meta tidentifika każijiet addizzjonali ta’ riskju ogħla kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jaffettwaw lill-Unjoni kollha kemm hi u miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw f’dawk il-każijiet, filwaqt li jitqiesu n-notifiki mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.

8.   Il-miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta ma għandhomx jiġu invokati b’mod awtomatiku fir-rigward ta’ fergħat jew ta’ sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fl-Unjoni li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31 fejn dawk il-fergħat jew sussidjarji jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli li japplikaw għall-grupp kollu f’konformità mal-Artikolu 17.

Artikolu 35

Kontromiżuri biex jittaffa t-theddid tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu minn barra l-Unjoni

Għall-finijiet tal-Artikoli 29 u 31, il-Kummissjoni tista’ tagħżel minn fost il-kontromiżuri li ġejjin:

(a)

kontromiżuri li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw għal persuni u għal entitajiet ġuridiċi li jinvolvu pajjiżi terzi b’riskju għoli u, fejn rilevanti, pajjiżi oħrajn li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni li tikkonsisti f’dawn:

(i)

l-applikazzjoni ta’ elementi addizzjonali ta’ diliġenza dovuta msaħħa;

(ii)

l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rapportar rilevanti msaħħa jew ta’ rapportar sistematiku ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji;

(iii)

il-limitazzjoni tar-relazzjonijiet tan-negozju jew tat-tranżazzjonijiet ma’ persuni fiżiċi jew ma’ entitajiet ġuridiċi minn dawk il-pajjiżi terzi;

(b)

kontromiżuri li l-Istati Membri għandhom japplikaw fir-rigward ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli u, fejn rilevanti, pajjiżi oħrajn li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni li tikkonsisti f’dawn:

(i)

ir-rifjut tal-istabbiliment ta’ sussidjarji jew ta’ fergħat jew ta’ uffiċċji rappreżentattivi ta’ entitajiet marbutin b’obbligu mill-pajjiż ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-entità marbuta b’obbligu rilevanti hija minn pajjiż terz li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;

(ii)

il-projbizzjoni ta’ entitajiet marbutin b’obbligu milli jistabbilixxu fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi fil-pajjiż terz ikkonċernat, jew inkella t-teħid inkonsiderazzjoni tal-fatt li l-fergħa jew l-uffiċċju rappreżentattiv rilevanti jkun f’pajjiż li ma għandux reġimi tal-AML/CFT adegwati;

(iii)

il-ħtieġa ta’ eżaminazzjoni superviżorja miżjuda jew ta’ rekwiżiti tal-awditjar estern miżjudin għal fergħat u għal sussidjarji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jinsabu fil-pajjiż terz ikkonċernat;

(iv)

il-ħtieġa ta’ rekwiżiti aktar stretti tal-awditjar estern għal gruppi finanzjarji fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-fergħat u mis-sussidjarji tagħhom li tinsab fil-pajjiż terz ikkonċernat;

(v)

il-ħtieġa li istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji jirrieżaminaw u jemendaw, jew jekk neċessarju jitterminaw, relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet rispondenti fil-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 36

Miżuri speċifiċi msaħħa ta’ diliġenza dovuta għar-relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera

Fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera, inkluż relazzjonijiet stabbiliti għal tranżazzjonijiet ta’ titoli jew għal trasferimenti ta’ fondi, li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti ma’ istituzzjoni rispondenti ta’ pajjiż terz, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom, meta jidħlu f’relazzjoni tan-negozju, ikunu meħtieġa li:

(a)

jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-istituzzjoni rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondent u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni u l-kwalità ta’ superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;

(b)

jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-istituzzjoni rispondenti;

(c)

jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;

(d)

jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull istituzzjoni;

(e)

fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet, ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u pprattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-istituzzjoni korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq talba tal-istituzzjoni korrispondenti.

Meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji jiddeċiedu li jitterminaw relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera għal raġunijiet relatati mal-politika tal-AML/CFT , huma għandhom jiddokumentaw id-deċiżjoni tagħhom.

Artikolu 37

Miżuri speċifiċi msaħħa ta’ diliġenza dovuta għar-relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

1.   B’deroga mill-Artikolu 36, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi ma’ entità rispondenti mhux stabbilita fl-Unjoni u li tipprovdi servizzi simili, inkluż it-trasferimenti ta’ kriptoassi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, meta jidħlu f’relazzjoni tan-negozju, ikunu meħtieġa li:

(a)

jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;

(b)

jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondent u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità ta’ superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;

(c)

jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;

(d)

jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxi r-relazzjoni korrispondenti l-ġdida

(e)

jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;

(f)

fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u wettqet id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti lill-entità korrispondenti, fuq talba.

Meta l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jiddeċiedu li jitterminaw relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera għal raġunijiet relatati mal-politikatal-AML/CFT, huma għandhom jiddokumentaw id-deċiżjoni tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti.

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iqisu l-informazzjoni miġbura skont paragrafu 1 sabiex jiddeterminaw, fuq bażi sensittiva għar-riskju, il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-entità rispondenti.

3.   Sal-10 ta’ Lulju 2027 l-AMLA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-kriterji u l-elementi li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom iqisu għat-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri ta’ taffija tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi hekk kif jidentifikaw li l-entità rispondenti ma tkunx irreġistrata jew liċenzjata.

Artikolu 38

Miżuri speċifiċi għall-istituzzjonijiet rispondenti individwali minn pajjiżi terzi

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikollhom relazzjoni korrispondenti skont l-Artikoli 36 jew 37 u li fir-rigward tagħhom l-AMLA toħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-AMLA għandha toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lil istituzzjonijiet finanzjarji meta jkun hemm tħassib li l-istituzzjonijiet rispondenti f’pajjiżi terzi jaqgħu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu qed jiksru b’mod serju, ripetut jew sistematiku r-rekwiżiti tal-AML/CFT;

(b)

ikollhom dgħufijiet fil-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni tagħhom li x’aktarx jirriżultaw fi ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti tal-AML/CFT;

(c)

ikollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni li ma jkunux proporzjonati mar-riskji tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu li għalihom tkun esposta l-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz.

3.   Ir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħareġ meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-kuntest tal-attivitajiet superviżorji tiegħu, superviżur finanzjarju, inkluż l-AMLA meta twettaq l-attivitajiet superviżorji tagħha, tqis li istituzzjoni rispondenti ta’ pajjiż terz taqa’ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 u tista’ taffettwa l-iskopertura għar-riskju tar-relazzjoni korrispondenti;

(b)

wara valutazzjoni tal-informazzjoni disponibbli għas-superviżur finanzjarju msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, ikun hemm ftehim fost is-superviżuri finanzjarji fl-Unjoni li l-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz taqa’ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 u tista’ taffettwa l-iskopertura għar-riskju tar-relazzjoni korrispondenti.

4.   Qabel ma toħroġ ir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-AMLA għandha tikkonsulta lis-superviżur tal-pajjiż terz inkarigat mill-istituzzjoni rispondenti u titlob li jipprovdi l-fehmiet tiegħu stess kif ukoll dawk tal-istituzzjoni rispondenti dwar l-adegwatezza tal-politiki tal-AML/CFT, il-proċeduri u l-kontrolli kif ukoll tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti li l-istituzzjoni rispondenti jkollha fis-seħħ biex ittaffi r-riskji ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-miżuri ta’ rimedju li għandhom jiġu stabbiliti. Meta ma tingħata l-ebda tweġiba fi żmien xahrejn jew meta t-tweġiba mogħtija ma tindikax li l-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz tista’ timplimenta politiki, proċeduri u kontrolli sodisfaċenti tal-AML/CFT kif ukoll tapplika miżuri adegwati ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti biex ittaffi r-riskji li għalihom tkun esposta li jistgħu jaffettwaw ir-relazzjoni korrispondenti, l-AMLA għandha tipproċedi bir-rakkomandazzjoni.

5.   L-AMLA għandha tirtira r-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 hekk kif tqis li istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz li dwarha tkun adottat rakkomandazzjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

6.   Fir-rigward ta’ istituzzjonijiet rispondenti minn pajjiżi terzi msemmija fil--paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom:

(a)

jastjenu milli jidħlu f’relazzjonijiet tan-negozju ġodda mal-istituzzjoni rispondenti minn pajjiż terz sakemm ma jikkonkludux, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 36 jew 37, li l-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati għar-relazzjoni tan-negozju mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz u l-miżuri fis-seħħ fl-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz jistgħu jtaffu b’mod adegwat ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ dik ir-relazzjoni tan-negozju;

(b)

għar-relazzjonijiet tan-negozju eżistenti mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz:

(i)

jirrieżaminaw u jaġġornaw l-informazzjoni dwar l-istituzzjoni rispondenti skont l-Artikoli 36 jew 37;

(ii)

jitterminaw ir-relazzjonijiet tan-negozju sakemm ma jikkonkludux, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-punt (i), li l-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati għar-relazzjoni tan-negozju mal-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz u l-miżuri fis-seħħ fl-istituzzjoni rispondenti tal-pajjiż terz jistgħu jtaffu b’mod adegwat ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ dik ir-relazzjoni tan-negozju;

(c)

jinformaw lill-istituzzjoni rispondenti bil-konklużjonijiet li jkunu siltu fir-rigward tar-riskji maħluqa mir-relazzjoni korrispondenti wara r-rakkomandazzjoni mill-AMLA u l-miżuri meħuda skont il-punti (a) jew (b).

Fejn l-AMLA tkun irtirat rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw il-valutazzjoni tagħhom dwar jekk l-istituzzjonijiet rispondenti ta’ pajjiż terz jissodisfawx kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

7.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.

Artikolu 39

Projbizzjoni ta’ relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet fantażma

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji ma għandhomx jidħlu f’relazzjoni korrispondenti jew jissoktaw tali relazzjoni korrispondenti ma’ istituzzjoni fantażma. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li la jibdew u lanqas ma jibqgħu f’relazzjonijiet korrispondenti ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ma’ istituzzjoni finanzjarja li jkun magħruf li tippermetti li l-kontijiet tagħha jintużaw minn istituzzjoni fantażma.

2.   Minbarra r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-kontijiet tagħhom ma jintużawx mill-istituzzjonijiet fantażma biex jipprovdu servizzi tal-kriptoassi. Għal dak l-għan, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni sabiex jidentifikaw kwalunkwe tentattiv biex jużaw il-kontijiet tagħhom għall-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi mhux regolati.

Artikolu 40

Miżuri biex jittaffew ir-riskji fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet b’indirizz awtoospitat

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-kriptoassi diretti lejn indirizz awtoospitat jew li joriġinaw minnu. Għal dak l-għan, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji identifikati. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

it-teħid ta’ miżuri bbażati fuq ir-riskju biex tiġi identifikata, u vverifikata l-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment magħmul minn jew lejn indirizz awtoospitat jew sid benefiċjarju ta’ tali oriġinatur jew benefiċjarju, inkluż permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi;

(b)

tintalab informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kriptoassi;

(c)

it-twettiq ta’ monitoraġġ imsaħħaħ tat-tranżazzjonijiet fuq bażi kontinwa b’indirizz awtoospitat;

(d)

kwalunkwe miżura oħra għat-taffija u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati.

2.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, L-AMLA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 , inkluż:

(a)

il-kriterji u l-mezzi għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-oriġinatur jew il-benefiċjarju ta’ trasferiment magħmul minn jew lejn indirizz awtoospitat, inkluż billi jserrħu fuq partijiet terzi, b’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi l-aktar reċenti;

(b)

kriterji u mezzi għall-verifika ta’ jekk l-indirizz awtoospitat huwiex proprjetà ta’ klijent jew ikkontrollat minnu.

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar applikanti għal residenza bi skemi ta’ investiment

Minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, fir-rigward ta’ klijenti li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-proċess li japplikaw għal drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru bi skambju għal kwalunkwe tip ta’ investiment, inkluż trasferimenti, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-istat, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom, bħala minimu, japplikaw miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta stabbilit fl-Artikolu 34(4), il-punti (a), (c), (e) u (f).

Artikolu 42

Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward persuni esposti politikament

1.   Minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali jew relazzjonijiet tan-negozju ma’ persuni esposti politikament:

(a)

jiksbu l-approvazzjoni tal-maniġment superjuri għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali jew għall-istabbiliment jew għat-tkomplija tar-relazzjonijiet tan-negozju ma’ persuni esposti politikament;

(b)

jieħdu miżuri adegwati sabiex jistabbilixxu s-sors tal-ġid u s-sors tal-fondi li jkunu involuti fir-relazzjonijiet tan-negozju jew fit-tranżazzjonijiet okkażjonali ma’ persuni esposti politikament;

(c)

iwettqu monitoraġġ imsaħħaħ ta’ dawk ir-relazzjonijiet tan-negozju fuq bażi kontinwa.

2.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ persuni magħrufin li huma assoċjati mill-qrib;

(b)

il-livell ta’ riskju assoċjat ma’ kategorija partikolari ta’ persuni esposti politikament, il-membri tal-familja tagħhom jew persuni magħrufin bħala assoċjati mill-qrib, inkluż gwida dwar kif tali riskji għandhom jiġu vvalutati meta l-persuna ma tibqax fdata b’funzjoni pubblika prominenti għall-finijiet tal-Artikolu 45.

Artikolu 43

Lista ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti

1.   Kull Stat Membru għandu joħroġ u jżomm aġġornata lista li tindika eżattament il-funzjonijiet li, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu, jikkwalifikaw bħala funzjonijiet pubbliċi prominenti għall-finijiet tal- Artikolu 2(1), il-punt (34). L-Istati Membri għandhom jitolbu li kull organizzazzjoni internazzjonali akkreditata fit-territorju tagħhom toħroġ u żżomm aġġornata lista tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti f’dik l-organizzazzjoni internazzjonali għall-finijiet) tal-Artikolu 2(1), il-punt (34). Dawk il-listi għandhom jinkludu wkoll kwalunkwe funzjoni li tista’ tiġi fdata lir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u ta’ korpi internazzjonali akkreditati fil-livell tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-listi, kif ukoll kwalunkwe tibdil li jsir fihom, lill-Kummissjoni u lill-AMLA.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-format għall-istabbiliment u l-komunikazzjoni tal-listi tal-Istati Membri ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti skont il-paragrafu 1. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 sabiex tissupplimenta l-Artikolu 2(1), il-punt (34), meta l-listi nnotifikati minn Stati Membri skont il-paragrafu 1 jidentifikaw kategoriji addizzjonali komuni ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti u dawk il-kategoriji ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti jkunu ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha kemm hi.

Meta tfassal atti delegati skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-AMLA.

4.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u żżomm aġġornata lista tal-funzjonijiet eżatti li jikkwalifikaw bħala funzjonijiet pubbliċi prominenti fil-livell tal-Unjoni. Dik il-lista għandha tinkludi wkoll kwalunkwe funzjoni li tista’ tiġi fdata lir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u ta’ korpi internazzjonali akkreditati fil-livell tal-Unjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor, abbażi tal-listi previsti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, lista unika tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti kollha għall-finijiet tal-Artikolu 2(1), il-punt (34). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista unika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-AMLA għandha tagħmel dik il-lista disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 44

Persuni esposti politikament li huma benefiċjarji ta’ poloz tal-assigurazzjoni

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri raġonevoli sabiex jiddeterminaw jekk il-benefiċjarji ta’ polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew ta’ polza oħra relatata mal-investimenti jew, fejn rilevanti, is-sid benefiċjarju tal-benefiċjarju ikunux persuni esposti politikament. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu mhux aktar tard mill-mument meta jsir l-iżborż tal-polza jew fil-mument taċ-ċessjoni tal-polza, kompletament jew parzjalment. Meta jiġu identifikati riskji ikbar, minbarra li japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom:

(a)

jgħarrfu lill-maniġment superjuri qabel ma jitħallas ir-rikavat mill-polza;

(b)

iwettqu skrutinju msaħħaħ tar-relazzjoni tan-negozju kollha mad-detentur tal-polza.

Artikolu 45

Miżuri għal persuni li ma jibqgħux esposti politikament

1.   Meta persuna esposta politikament ma tibqax fdata b’funzjoni pubblika prominenti mill-Unjoni, minn Stat Membru, minn pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu r-riskju kontinwu ppreżentat minn dik il-persuna, b’riżultat tal-funzjoni preċedenti tiegħu jew tagħha, fil-valutazzjoni tagħhom tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mal-Artikolu 20.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw waħda jew aktar mill-miżuri msemmijin fl-Artikolu 34(4) sabiex itaffu r-riskji ppreżentati mill-persuna esposta politikament, sa dak iż-żmien li r-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jibqgħux jeżistu, iżda fi kwalunkwe każ għal mhux anqas minn 12-il xahar wara ż-żmien meta l-individwu ma jibqax fdat b’funzjoni pubblika prominenti.

3.   L-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika kif xieraq meta entità marbuta b’obbligu twettaq tranżazzjoni okkażjonali jew tidħol f’relazzjoni tan-negozju ma’ persuna li fil-passat kienet fdata b’funzjoni pubblika prominenti mill-Unjoni, minn Stat Membru, minn pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali.

Artikolu 46

Membri tal-familja u persuni magħrufa li huma assoċjati mill-qrib ta’ persuni esposti politikament

Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 42, 44 u 45 għandhom japplikaw ukoll għal membri tal-familja jew għal persuni magħrufin bħala assoċjati mill-qrib ta’ persuni esposti politikament.

TAQSIMA 5

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti

Artikolu 47

Speċifikazzjonijiet għas-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u ta’ assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti

Għal negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew ta’ assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti meħtieġa għall-klijent u għas-sid benefiċjarju, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq il-benefiċjarji tal-poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja u ta’ assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti, hekk kif il-benefiċjarji jiġu identifikati jew deżinjati:

(a)

fil-każ ta’ benefiċjarji li jiġu identifikati bħala persuni jew arranġamenti ġuridiċi msemmijin b’mod speċifiku, it-teħid ta’ isem il-persuna jew tal-arranġament;

(b)

fil-każ ta’ benefiċjarji li jkunu deżinjati skont il-karatteristiċi jew il-klassi jew b’mezzi oħrajn, billi tinkiseb biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-benefiċjarji sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-verifika tal-identità tal-benefiċjarji u, fejn rilevanti, tas-sidien benefiċjarji tagħhom għandha ssir fil-mument tal-iżborż. Fil-każ ta’ ċessjoni, sħiħa jew b’mod parzjali, ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jew assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti, lil parti terza, l-entitajiet marbutin b’obbligu konxji miċ-ċessjoni għandhom jidentifikaw lis-sid benefiċjarju fil-mument taċ-ċessjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika jew l-arranġament ġuridiku li jirċievu għall-benefiċċju tagħhom stess il-valur tal-polza assenjata.

TAQSIMA 6

Dipendenza fuq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mwettqa minn entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu

Artikolu 48

Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mad-dipendenza fuq entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jiddependu fuq entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu, kemm jekk ikunu jinsabu fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), il-punti (a), (b) u (c) dment li:

(a)

l-entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu japplikaw rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u rekwiżiti dwar iż-żamma tar-rekords stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew ekwivalenti meta l-entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu jirrisjedu jew ikunu stabbiliti f’pajjiż terz;

(b)

il-konformità mar-rekwiżiti tal-AML/CFT mill-entitajiet marbutin b’obbligu l-oħrajn tiġi ssorveljata b’mod konsistenti mal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

Ir-responsabbiltà aħħarija sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti għandha tibqa’ tal-entità marbuta b’obbligu li tiddependi fuq entità oħra marbuta b’obbligu.

2.   Meta jiddeċiedu li jiddependu fuq entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu li jinsabu f’pajjiżi terzi, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu l-fatturi ta’ riskju ġeografiku elenkati fl-Annessi II u III u kwalunkwe informazzjoni jew gwida rilevanti pprovduta mill-Kummissjoni, jew mill-AMLA jew minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

3.   Fil-każ ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jkunu parti minn grupp, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49 tista’ tiġi żgurata permezz ta’ politiki, proċeduri u kontrolli għall-grupp kollu dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-entità marbuta b’obbligu tiddependi fuq l-informazzjoni pprovduta unikament minn entità marbuta b’obbligu li hija parti mill-istess grupp;

(b)

il-grupp japplika politiki u proċeduri dwar l-AML/CFT, miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u regoli dwar iż-żamma ta’ rekords li jkunu kompletament konformi ma’ dan ir-Regolament, jew ma’ regoli ekwivalenti f’pajjiżi terzi;

(c)

l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (b) ta’ dan il-paragafu tkun issorveljata fil-livell tal-grupp mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640 jew tal-pajjiż terz f’konformità mar-regoli ta’ dak il-pajjiż terz.

4.   L-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jiddependu fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti f’pajjiżi terzi identifikati skont it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu. Madankollu, l-entitajiet marbutin b’obbligu stabbiliti fl-Unjoni li l-fergħat u s-sussidjarji tagħhom huma stabbiliti f’dawk il-pajjiżi terzi jistgħu jiddependu fuq dawk il-fergħat u s-sussidjarji, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3.

Artikolu 49

Proċess ta’ dipendenza fuq entità oħra marbuta b’obbligu

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu mingħu l-entità marbuta b’obbligu l-informazzjoni neċessarja kollha fuq il-miżuri dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 20(1), , il-punti (a), (b) u (c), jew in-negozju li jkun qed jiġi introdott.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu li jiddependu fuq entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-entità marbuta b’obbligu li tkun qagħdet fuqha tipprovdi, fuq talba:

(a)

kopji tal-informazzjoni miġbura sabiex jiġi identifikat il-klijent;

(b)

id-dokumenti ta’ sostenn kollha jew is-sorsi affidabbli ta’ informazzjoni li ntużaw sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-klijent, u, fejn rilevanti, tas-sidien benefiċjarji tal-klijent jew tal-persuni li f’isimhom jaġixxi l-klijent, inkluż data miksuba permezz ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u servizzi ta’ trust rilevanti kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014; u

(c)

kull informazzjoni miġbura dwar l-iskop u n-natura prevista tar-relazzjoni tan-negozju.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprovduta mill-entità marbuta b’obbligu li tkun saret dipendenza fuqha mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.

4.   Il-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bil-miktub bejn l-entitajiet marbutin b’obbligu.

5.   Meta l-entità marbuta b’obbligu tiddependi fuq entità marbuta b’obbligu li tkun parti mill-grupp tagħha, il-ftehim bil-miktub jista’ jiġi ssostitwit bi proċedura interna stabbilita fil-livell tal-grupp, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(3).

Artikolu 50

Linji gwida dwar id-dipendenza fuq entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu

Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-entitajiet marbutin b’obbligu dwar:

(a)

il-kundizzjonijiet li huma aċċettabbli għall-entitajiet marbutin b’obbligu sabiex jiddependu fuq informazzjoni miġbura minn entità oħra marbuta b’obbligu, inkluż fil-każ ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mill-bogħod;

(b)

ir-rwoli u r-responsabbiltà tal-entitajiet marbutin b’obbligu involuti f’sitwazzjoni ta’ dipendenza fuq entità marbuta b’obbligu oħra;

(c)

approċċi superviżorji għad-dipendenza fuq entitajiet marbutin b’obbligu oħrajn.

KAPITOLU IV

TRASPARENZA DWAR IS-SJIEDA BENEFIĊJARJA

Artikolu 51

Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal entitajiet ġuridiċi

Is-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet ġuridiċi għandhom ikunu l-persuni fiżiċi li:

(a)

ikollhom, direttament jew indirettament, interess proprjetarju fl-entità korporattiva; jew

(b)

jikkontrollaw, direttament jew indirettament, l-entità korporattiva jew entità ġuridika oħra, permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra.

Il-kontroll permezz ta’ mezzi oħra kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jkun identifikat b’mod indipendenti u b’mod parallel mal-eżistenza ta’ interess proprjetarju jew kontroll permezz ta’ interess proprjetarju jew.

Artikolu 52

Sjieda benefiċjarja permezz ta’ interess proprjetarju

1.   Għall-fini tal-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu, il-punt (a), “interess proprjetarju fl-entità korporattiva” għandha tfisser sjieda diretta jew indiretta ta’ 25 % jew aktar tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor fl-entità korporattiva, inkluż id-drittijiet għal sehem tal-profitti, riżorsi interni oħra jew bilanċ ta’ likwidazzjoni. Is-sjieda indiretta għandha tiġi kkalkulata billi jiġu mmultiplikati l-ishma jew id-drittijiet tal-vot jew interessi proprjetarji oħra miżmuma mill-entitajiet intermedji fil-katina ta’ entitajiet li fihom is-sid benefiċjarju jkollu ishma jew drittijiet tal-vot u billi jingħaddu flimkien ir-riżultati minn dawk id-diversi ktajjen, sakemm ma japplikax l-Artikolu 54.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk jeżistix interess proprjetarju fl-entità korporattiva, għandhom jitqiesu l-parteċipazzjonijiet azzjonarji kollha f’kull livell ta’ sjieda.

2.   Meta l-Istati Membri jidentifikaw skont l-Artikolu 8(4), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li huma esposti għal riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, inkluż abbażi tas-setturi li joperaw fihom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Sal-10 ta’ Lulju 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-riskji assoċjati ma’ dawk il-kategoriji ta’ entitajiet ġuridiċi humiex rilevanti għas-suq intern u, fejn tikkonkludi li livell limitu aktar baxx huwa xieraq biex jittaffew dawk ir-riskji, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex temenda dan ir-Regolament billi tidentifika:

(a)

il-kategoriji ta’ entitajiet korporattivi li huma assoċjati ma’ riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u li għalihom għandu japplika livell limitu aktar baxx;

(b)

il-livelli limitu relatati.

Il-livell limitu aktar baxx imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi stabbilit għal massimu ta’ 15 % tal-interess proprjetarju fl-entità korporattiva, sakemm il-Kummissjoni ma tikkonkludix, abbażi tar-riskju, li limitu ogħla jkun aktar proporzjonat, li fi kwalunkwe każ għandu jiġi stabbilit għal inqas minn 25 %.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 fuq bażi regolari biex tiżgura li tidentifika l-kategoriji rilevanti ta’ entitajiet korporattivi li huma assoċjati ma’ riskji ogħla, u li l-livelli limitu relatati jkunu proporzjonati ma’ dawk ir-riskji.

4.   Fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi għajr entitajiet korporattivi, li għalihom, b’kunsiderazzjoni tal-forma u l-istruttura tagħhom, mhuwiex xieraq jew possibbli li tiġi kkalkolata s-sjieda, is-sidien benefiċjarju għandu jkun il-persuna fiżika li tikkontrolla permezz ta’ mezzi oħra, direttament jew indirettament, l-entità ġuridika, skont l-Artikolu 53(3) u (4), ħlief fejn japplika l-Artikolu 57.

Artikolu 53

Sjieda benefiċjarja permezz tal-kontroll

1.   Il-kontroll fuq entità korporattiva jew entità ġuridika oħra għandu jiġi eżerċitat permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kontroll tal-entità ġuridika” tfisser il-possibbiltà li tiġi eżerċitata, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti u li jiġu imposti deċiżjonijiet rilevanti fi ħdan l-entità ġuridika;

(b)

“kontroll indirett ta’ entità ġuridika” tfisser il-kontroll ta’ entitajiet ġuridiċi intermedji fl-istruttura tas-sjieda jew f’diversi ktajjen tal-istruttura tas-sjieda, fejn il-kontroll dirett jiġi identifikat fuq kull livell tal-istruttura;

(c)

“kontroll permezz tal-interess proprjetarju tal-entità korporattiva” tfisser sjieda diretta jew indiretta ta’ 50 % u wieħed tal-ishma jew mid-drittijiet tal-vot jew interess proprjetarju ieħor fl-entità korporattiva.

3.   Il-kontroll tal-entità ġuridika permezz ta’ mezzi oħra għandu fi kwalunkwe każ jinkludi l-possibbiltà li jiġu eżerċitati:

(a)

fil-każ ta’ entità korporattiva, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fl-entità korporattiva, kemm jekk kondiviżi minn persuni li jaġixxu flimkien kif ukoll jekk le;

(b)

id-dritt li jaħtru jew ineħħu maġġoranza tal-membri tal-bord jew tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew uffiċjali simili tal-entità ġuridika;

(c)

drittijiet ta’ veto jew drittijiet ta’ deċiżjoni rilevanti marbuta mas-sehem tal-entità korporattiva;

(d)

deċiżjonijiet rigward id-distribuzzjoni tal-profitt tal-entità ġuridika jew li twassal għal bidla fl-assi fl-entità ġuridika.

4.   Minbarra l-paragrafu 3, il-kontroll tal-entità ġuridika jista’ jiġi eżerċitat permezz ta’ mezzi oħra. Skont is-sitwazzjoni partikolari tal-entità ġuridika u l-istruttura tagħha, mezzi oħra ta’ kontroll jistgħu jinkludu:

(a)

ftehimiet formali jew informali ma’ sidien, ma’ membri jew mal-entitajiet ġuridiċi, dispożizzjonijiet fl-istatut ta’ assoċjazzjoni, ftehimiet ta’ sħubija, ftehimiet ta’ sindakazzjoni, jew dokumenti jew ftehimiet ekwivalenti skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-entità ġuridika, kif ukoll arranġamenti ta’ votazzjoni;

(b)

ir-relazzjonijiet bejn il-membri tal-familja;

(c)

l-użu ta’ arranġamenti formali jew informali tal-persuni nominati.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “arranġament formali ta’ persuna nominata” tfisser kuntratt jew arranġament ekwivalenti, bejn persuna nominata u nominatur, fejn in-nominatur ikun entità ġuridika jew persuna fiżika li toħroġ struzzjonijiet lil persuna nominata sabiex taġixxi f’isimha f’ċerta kapaċità, inkluż bħala direttur jew azzjonist jew settlor, u l-persuna nominata tkun entità ġuridika jew persuna fiżika li tingħata struzzjonijiet min-nominatur sabiex taġixxi f’ismu.

Artikolu 54

Koeżistenza ta’ interess proprjetarju u kontroll fl-istruttura tas-sjieda

Meta s-sjieda ta’ entitajiet korporattivi tkun permezz ta’ struttura ta’ sjieda b’diversi livelli, u f’katina waħda jew aktar ta’ dik l-istruttura l-interess proprjetarju u l-kontroll jikkoeżistu fir-rigward ta’ livelli differenti tal-katina, is-sidien benefiċjarji għandhom ikunu:

(a)

il-persuni fiżiċi li jikkontrollaw, direttament jew indirettament, permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra, entitajiet ġuridiċi li għandhom interess proprjetarju dirett fl-entità korporattiva, kemm individwalment jew b’mod kumulattiv;

(b)

il-persuni fiżiċi li, individwalment jew b’mod kumulattiv, direttament jew indirettament, ikollhom interess proprjetarju fl-entità korporattiva li tikkontrolla, permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra, l-entità korporattiva, direttament jew indirettament.

Artikolu 55

Strutturi ta’ sjieda li jinvolvu arranġamenti ġuridiċi jew entitajiet ġuridiċi simili

Meta l-entitajiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 57 jew arranġamenti ġuridiċi jkollhom interess proprjetarju fl-entità korporattiva, kemm jekk individwalment jew b’mod kumulattiv, jew jikkontrollaw, direttament jew indirettament, l-entità korporattiva, permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ mezzi oħra, is-sidien benefiċjarju/i għandu/għandhom ikunu l-persuni fiżiċi li jkunu s-sidien benefiċjarji tal-entitajiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 57 jew tal-arranġamenti ġuridiċi.

Artikolu 56

Notifiki

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 lista tat-tipi ta’ entitajiet ġuridiċi li jeżistu skont il-liġi nazzjonali tiegħu bis-sidien benefiċjarji identifikati f’konformità mal-Artikolu 51 u l-Artikolu 52(4),. Dik in-notifika għandha tinkludi l-kategoriji speċifiċi ta’ entitajiet, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi u, fejn applikabbli, il-bażi ġuridika skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernat . Għandha tinkludi wkoll indikazzjoni ta’ jekk, minħabba l-forma u l-istrutturi speċifiċi tal-entitajiet ġuridiċi għajr entitajiet korporattivi, japplikax il-mekkaniżmu skont l-Artikolu 63(4), akkumpanjat minn ġustifikazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal dak.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifika msemmija fl-ewwel paragrafu lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 57

Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal entitajiet ġuridiċi simili għal trust espress

1.   Fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 51, simili għal trust espress, bħal fondazzjonijiet, is-sidien benefiċjarji għandhom ikunu l-persuni fiżiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-fundaturi;

(b)

il-membri tal-korp maniġerjali f’funzjoni maniġerjali tiegħu;

(c)

il-membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(d)

il-benefiċjarji, sakemm ma japplikax l-Artikolu 59;

(e)

kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tikkontrolla direttament jew indirettament l-entità ġuridika.

2.   F’każijiet fejn l-entitajiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 jappartjenu għal strutturi ta’ kontroll b’diversi livelli, fejn kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, , tkun miżmuma minn entità ġuridika, is-sidien benefiċjarji tal-entità ġuridika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

(a)

il-persuni fiżiċi elenkati fil-paragrafu 1, u

(b)

is-sidien benefiċjarji tal-entitajiet ġuridiċi li jokkupaw kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1,

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 b’lista ta’ tipi ta’ entitajiet ġuridiċi, fejn is-sidien benefiċjarji tagħhom jiġu identifikati f’konformità mal-paragrafu 1.

In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta’:

(a)

il-forma u l-karatteristiċi bażiċita’ dawk l-entitajiet ġuridiċi;;

(b)

il-proċess li permezz tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti;

(c)

il-proċess għall-aċċess għal informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-entitajiet ġuridiċi;

(d)

is-siti web li fihom ir-reġistri ċentrali li fihom tista’ tiġi kkonsultata informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajiet inkarigati minn dawk ir-reġistri.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lista ta’ tipi ta’ entitajiet ġuridiċi regolati mil-liġi tal-Istati Membri li jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

Artikolu 58

Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji għal trusts espressi u għal arranġamenti ġuridiċi simili

1.   Is-sidien benefiċjarji ta’ trusts espress għandhom ikunu l-persuni fiżiċi kollha li ġejjin:

(a)

is-settlors;

(b)

it-trustees;

(c)

il-protetturi, jekk ikun hemm;

(d)

il-benefiċjarji, sakemm ma japplikawx l-Artikolu 59 jew 60;

(e)

kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll aħħari fuq it-trust espress permezz ta’ sjieda diretta jew indiretta jew b’mezzi oħrajn, inkluż permezz ta’ katina ta’ kontroll jew sjieda.

2.   Is-sidien benefiċjarji ta’ arranġamenti ġuridiċiġuridiċi oħra simili għal trusts espressi għandhom ikunu l-persuni fiżiċi li għandhom pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Fejn l-arranġamenti ġuridiċi jappartjenu għal strutturi ta’ kontroll b’diversi livelli u fejn kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 tkun miżmuma minn entità ġuridika, is-sidien benefiċjarji tal-arranġamenti ġuridiċi għandhom ikunu:

(a)

il-persuni fiżiċi elenkati fil-paragrafu 1; u

(b)

is-sidien benefiċjarji tal-entitajiet ġuridiċi li jokkupaw kwalunkwe waħda mill-pożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 b’lista ta’ tipi ta’ arranġamenti ġuridiċi simili għat-trusts espressi li huma regolati skont il-liġi tagħhom.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta’:

(a)

il-forma u l-karatteristiċi bażiċi ta’ dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi

(b)

il-proċess li permezz tiegħu dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi jistgħu jiġu stabbiliti;

(c)

il-proċess għall-aċċess għal informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi;

(d)

is-siti web li fihom ir-reġistri ċentrali li fihom tista’ tiġi kkonsultata l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ dawk l-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajietinkarigati minn dawk ir-reġistri.

In-notifika għandha tiġi akkumpanjata wkoll b’ġustifikazzjoni li tagħti d-dettal tar-raġunijiet għalhiex Stat Membru jikkonsidra li l-arranġamenti ġuridiċi notifikati huma simili għal trusts espressi u għalhiex ikkonkluda li arranħamenti ġuridici oħrajn regolati skont il-liġi tiegħu mhumiex simili għal trusts espressi

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lista ta’ tipi ta’ arranġamenti ġuridiċi rregolati skont il-liġi tal-Istati Membri li jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ trasparenza dwar is-sjieda benefiċjarja bħal trusts espressi, akkumpanjati mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

Artikolu 59

Identifikazzjoni ta’ klassi ta’ benefiċjarji

1.   Fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi arranġamenti ġuridiċisimili għat-trusts espressi skont l-Artikolu 57 jew, bl-eċċezzjoni ta’ trusts diskrezzjonarji, trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili skont l-Artikolu 58, fejn il-benefiċjarji għad iridu jiġu determinati, għandhom jiġu identifikati l-klassi ta’ benefiċjarji u l-karatteristiċi ġenerali tagħha. Il-benefiċjarji fil-klassi għandhom ikunu sidien benefiċjarju/i malli jiġu identifikati jew iddeżinjati.

2.   Fil-każijiet li ġejjin, għandhom jiġu identifikati biss il-klassi ta’ benefiċjarji u l-karatteristiċi tagħha:

(a)

skemi tal-pensjoni fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(b)

skemi ta’ sjieda finanzjarja jew ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati, dment li l-Istati Membri, wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, jkunu kkonkludew riskju baxx ta’ użu ħażin għall-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu;

(c)

entitajiet ġuridiċi arranġamenti ġuridiċisimili għat-trusts espressi skont l-Artikolu 57, trusts espressi u arranġamenti ġuridiċi simili skont l-Artikolu 58, dment li:

(i)

l-entità ġuridika, it-trust espress jew arranġament ġuridiku simili jkunu stabbiliti għal skop ta’ karità jew mingħajr skop ta’ qligħ; u

(ii)

wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, l-Istati Membri kkonkludew li l-kategorija ta’ entità ġuridika, trust espress jew arranġament ġuridiku simili hija f’riskju baxx ta’ użu ħażin għall-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

3.   L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-kategoriji ta’ entitajiet ġuridiċi, trusts espressi jew arranġamenti ġuridiċi simili skont il-paragrafu 2, flimkien ma’ ġustifikazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju speċifiku. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik in-notifika lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 60

Identifikazzjoni ta’ oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi fi trusts diskrezzjonarji

Fil-każ ta’ trusts diskrezzjonarji, fejn il-benefiċjarji għad iridu jintgħażlu, għandhom jiġu identifikati l-oġġetti ta’ setgħa u r-riċevituri awtomatiċi. Il-benefiċjarji fost l-oġġetti ta’ setgħa għandhom ikunu s-sidienbenefiċjarji malli jintgħażlu. Ir-riċevituri awtomatiċi għandhom ikunu sidien benefiċjarji meta t-trustees jonqsu milli jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom.

Meta trusts diskrezzjonarji jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59(2), għandha tiġi identifikata biss il-klassi ta’ oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi. Dawk il-kategoriji ta’ trusts diskrezzjonarji għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu.

Artikolu 61

Identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji tal-impriżi ta’ investiment kollettiv

B’deroga mill-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu u l-Artikolu 58(1), , is-sidien benefiċjarji tal-impriżi ta’ investiment kollettiv għandhom ikunu l-persuni fiżiċi li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew aktar:

(a)

ikollhom direttament jew indirettament 25 % jew aktar tal-unitajiet miżmuma fl-impriża ta’ investiment kollettiv;

(b)

ikollhom il-kapaċità li jiddefinixxu jew jinfluwenzaw il-politika ta’ investiment tal-impriża ta’ investiment kollettiv;

(c)

jikkontrollaw l-attivitajiet tal-impriża ta’ investiment kollettiv permezz ta’ mezzi oħra.

Artikolu 62

Informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja

1.   L-entitajiet ġuridiċi u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li jkollhom pożizzjonijiet ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja li jkollhom, jipprovdu lill-entitajiet marbutin b’obbligu fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III jew jippreżentaw lir-reġistri ċentrali tkun adegwata, preċiża u aġġornata.

L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u l-kunjomijiet kollha, il-post u d-data tat-twelid sħiħa, l-indirizz residenzjali, il-pajjiż ta’ residenza u n-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet tas-sid benefiċjarju, in-numru tad-dokument tal-identità, bħall-passaport jew id-dokument tal-identità nazzjonali, u, meta jeżisti, in-numru ta’ identifikazzjoni personali uniku assenjat lill-persuna mill-pajjiż ta’ residenza abitwali tagħha, u deskrizzjoni ġenerali tas-sors ta’ tali numru;

(b)

in-natura u l-firxa tal-interess benefiċjarju miżmum fl-entità ġuridika jew fl-arranġament ġuridiku, kemm jekk permezz ta’ interess proprjetarju jew permezz ta’ kontroll b’mezzi oħrajn, kif ukoll id-data li minnha huwa miżmum l-interess benefiċjarju;

(c)

informazzjoni dwar l-entità ġuridika li l-persuna fiżika hija s-sid benefiċjarju tagħha f’konformità mal-Artikolu 22(1), il-punt (b), jew, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi li l-persuna fiżika tkun is-sid benefiċjarju tagħhom, informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku;

(d)

meta l-istruttura ta’ sjieda u kontroll ikun fiha aktar minn entità ġuridika jew arranġament ġuridiku wieħed, deskrizzjoni ta’ tali struttura, inkluż l-ismijiet u, fejn teżisti, in-numri ta’ identifikazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi individwali jew l-arranġamenti ġuridiċi li huma parti minn dik l-istruttura, u deskrizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ bejniethom, inkluż is-sehem tal-interess miżmum;

(e)

fejn klassi ta’ benefiċjarji hija identifikata taħt l-Artikolu 59, deskrizzjoni ġenerali tal-karatteristika tal-klassi ta’ benefiċjarji;

(f)

meta oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi jiġu identifikati skont l-Artikolu 60:

(i)

għal persuni fiżiċi, l-ismijiet u l-kunjomijiet tagħhom;

(ii)

għal entitajiet ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi, l-ismijiet tagħhom;

(iii)

għal klassi ta’ oġġetti ta’ setgħa jew riċevituri awtomatiċi, id-deskrizzjoni tagħha.

2.   L-entitajiet ġuridiċi u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li jkollhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili għandhom jiksbu informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja fi żmien 28 jum kalendarju mill-ħolqien tal-entità ġuridika jew l-istabbiliment tal-arranġament ġuridiku. Dik l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien 28 jum kalendarju minn kwalunkwe bidla għaliha, kif ukoll fuq bażi annwali.

Artikolu 63

Obbligi tal-entitajiet ġuridiċi

1.   L-entitajiet ġuridiċi kollha maħluqa fl-Unjoni għandhom jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, akkurata u aġġornati dwar is-sjieda benefiċjarja.

L-entitajiet ġuridiċi għandhom jipprovdu, minbarra informazzjoni dwar is-sidien legali tagħhom, informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarju/i lill-entitajiet marbutin b’obbligu, meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu qed japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III.

2.   Entità ġuridika għandha tirrapportata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja lir-reġistru ċentrali mingħajr dewmien żejjed wara l-ħolqieni tagħha. Kwalunkwe bidla fl-informazzjoni għandha tiġi rrapportata lir-reġistru ċentrali mingħajr dewmien żejjed u, f’kwalunkwe każ, fi żmien ta’ 28 jum kalendarju minnha. L-entità ġuridika għandha tivverifika regolarment li jkollha informazzjoni aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja tagħha. Bħala minimu, tali verifika għandha titwettaq kull sena kemm bħala proċess awtonomu jew bħala parti minn proċessi perjodiċi oħra, bħall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni finanzjarja.

Is-sidien benefiċjarji ta’ entità ġuridika kif ukoll l-entitajiet ġuridiċi u, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi, it-trustees tagħhom jew il-pesuni li għandhom pożizzjoni ekwivalenti, li huma parti mill-istruttura ta’ sjieda jew ta’ kontroll ta’ entità ġuridika, għandhom jipprovdu lil dik l-entità ġuridika l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-entità ġuridika tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu jew biex twieġeb għal kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali riċevuta skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

3.   Meta, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi ta’ identifikazzjoni kollha possibbli skont l-Artikoli 51 sa 57, l-ebda persuna ma tiġi identifikata bħala s-sid benefiċjarju, jew meta jkun hemm inċertezza sostanzjali u ġustifikata dwar il-parti tal-entità ġuridika li l-persuni identifikati huma s-sidien benefiċjarji, l-entitajiet ġuridiċi għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda sabiex jidentifikaw is-sidien benefiċjarju/i tagħhom.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’konformità mal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, entitajiet ġuridiċi għandhom jipprovdu dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni li ma hemm l-ebda sid benefiċjarju jew li s-sidien benefiċjarju/i ma setgħux jiġu determinati, akkumpanjata minn ġustifikazzjoni dwar għaliex ma kienx possibbli li jiġi determinat is-sid benefiċjarju f’konformità mal-Artikoli 51 sa 57 ta’ dan ir-Regolament u x’jikkostitwixxi inċertezza dwar l-informazzjoni aċċertata;

(b)

id-dettalji dwar il-persuni fiżiċi kollha li għandhom il-kariga ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità ġuridika ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “uffiċjali tal-maniġment superjuri” tfisser il-persuni fiżiċi li huma l-membri eżekuttivi tal-korp maniġerjali, kif ukoll il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fi ħdan entità ġuridika u li huma responsabbli, u jagħtu rendikont lill-korp maniġerjali, għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-entità.

5.   L-entitajiet ġuridiċi għandhom jagħmlu l-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu disponibbli, fuq talba u mingħajr dewmien, għall-awtoritajiet kompetenti.

6.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinżamm għal ħames snin wara d-data li fiha entitajiet ġuridiċi jiġu xolti jew b’xi mod ieħor ma jibqgħux jeżistu, kemm jekk minn persuni deżinjati mill-entità sabiex iżommu d-dokumenti, jew minn amministraturi jew minn likwidaturi jew minn persuni oħrajn involuti fix-xoljiment tal-entità. Id-dettalji tal-identità u ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għaż-żamma tal-informazzjoni għandhom jiġu rrapportati lir-reġistri ċentrali.

Artikolu 64

Obbligi tat-trustees

1.   Fil-każ ta’ kwalunkwe arranġament ġuridiku amministrat fi Stat Membru jew li trustee jew il-persuna li għandha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tirrisjedi jew huja stabbilita jew fi Stat Membru, it-trustees u l-persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili għandhom jiksbu u jżommu l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġament ġuridiku:

(a)

informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku;

(b)

informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja kif previst skont l-Artikolu 62;

(c)

meta l-entitajiet ġuridiċi jew l-arranġamenti ġuridiċi jkunu partijiet għall-arranġament ġuridiku, informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċi;

(d)

informazzjoni dwar kwalunkwe aġent awtorizzat li jaġixxi f’isem l-arranġament ġuridiku jew li jieħu kwalunkwe azzjoni fir-rigward tiegħu, u dwar l-entitajiet marbutin b’obbligu li magħhom it-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tidħol f’relazzjoni tan-negozju f’isem l-arranġament ġuridiku.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinżamm għal ħames snin wara li l-involviment tat-trustee jew tal-persuna li għandha kariga ekwivalenti mat-trust espress jew arranġament ġuridiku simili ma jibqax jeżisti.

2.   It-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili għandha tikseb u tirrapporta lir-reġistru ċentrali l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u l-informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku mingħajr dewmien żejjed wara l-istabbiliment tat-trust espress jew l-arranġament ġuridiku simili u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 28 jum kalendarju minn tali stabbiliment. It-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili għandha tiżgura illi kwalunkwe bidla tas-sjieda benefiċjarja jew tal-informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku hija rrapurtata lir-reġistru ċentrali, mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju minn tali bidla.

It-trustee jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili għandha tivverifika regolarment li l-informazzjoni li jkollhom fuq l-arranġament ġuridiku skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, tiġi aġġornata. Tali verifika għandha titwettaq mill-inqas darba fis-sena, kemm bħala proċess awtonomu kif ukoll bħala parti minn proċessi perjodiċi oħra.

3.   It-trustees jew il-persuni li għandhom pożizzjoni ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiddivulgaw l-istatus tagħhom u jipprovdu l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji u dwar l-assi tal-arranġamenti ġuridiċiġuridiċi li qed jiġu amministrati fil-kuntest ta’ relazzjoni tan-negozju jew tranżazzjoni okkażjonali lill-entitajiet marbutin b’obbligu meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu qed japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III.

4.   Is-sidien benefiċjarji ta’ arranġamenti ġuridiċi li mhumiex it-trustees jew il-persuni li għandhom kariga ekwivalenti, l-aġenti tiegħu u l-entitajiet marbutin b’obbligu li jieħdu ħsieb l-arranġament ġuridiku, kif ukoll kwalunkwe persuna u, fil-każ ta’ arranġamenti ġuridiċi, it-trustees tagħhom, li huma parti mill-istruttura struttura b’diversi livelli ta kontroll tal-arranġament ġuridiku,għandhom jipprovdu lit-trustees jew lill-persuni li għandhom kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex it-trustees jew il-persuni li għandhom kariga ekwivalenti tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu.

5.   It-trustees ta’ trust espress u l-persuni li jkollhom kariga ekwivalenti f’arranġament ġuridiku simili għandhom jagħmlu l-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu disponibbli, fuq talba u mingħajr dewmien, għall-awtoritajiet kompetenti.

6.   Fil-każ ta’ arranġament ġuridiku li l-partijiet tiegħu huma entitajiet ġuridiċi, fejn, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi ta’ identifikazzjoni kollha possibbli skont l-Artikoli 51 sa 57 l-ebda persuna ma tiġi identifikata bħala s-sid benefiċjarju ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi, jew meta jkun hemm inċertezza sostanzjali u ġustifikata li l-persuni identifikati jkunu s-sidien benefiċjarji, it-trustees ta’ trusts espressi jew persuni f’kariga ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħudin sabiex jidentifikaw is-sidien benefiċjarji tagħhom.

7.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’konformità mal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, it-trustees ta’ trusts espressi jew persuni f’kariga ekwivalenti f’arranġamenti ġuridiċi simili għandhom jipprovdu dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni li ma hemm l-ebda sid benefiċjarju jew li s-sid(ien) benefiċjarju/i ma setgħux jiġu determinati, akkumpanjata minn ġustifikazzjoni dwar għaliex ma kienx possibbli li jiġi determinat is-sid benefiċjarju f’konformità mal-Artikoli 51 sa 57 ta’ dan ir-Regolament u x’jikkostitwixxi inċertezza dwar l-informazzjoni aċċertata;

(b)

id-dettalji dwar il-persuna/i fiżika/fiżiċi kollha li għandha/għandhom il-kariga ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità ġuridika li hija parti għall-arranġament ġuridiku ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 65

Eċċezzjonijiet għall-obbligi tal-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċi

L-Artikoli 63 u 64 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

kumpaniji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, sakemm:

(i)

il-kontroll fuq il-kumpanija jiġi eżerċitat esklużivament mill-persuna fiżika bid-drittijiet tal-vot

(ii)

l-ebda entità ġuridika jew arranġament ġuridiku ieħor ma huma parti mill-istruttura ta’ sjieda jew kontroll tal-kumpanija; u

(iii)

għal entitajiet ġuridiċi barranin skont l-Artikolu 67, jeżistu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk imsemmija fis-subpunti ‘(i) u (ii) ta’ dan il-punt skont standards internazzjonali;

(b)

korpi rregolati bil-liġi pubblika kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43).

Artikolu 66

Obbligi tal-persuna nominata

L-azzjonisti nominati u d-diretturi nominati ta’ entità ġuridika għandhom iżommu informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata dwar l-identità tan-nominatur tagħhom u tas-sidien benefiċjarji tan-nominatur u għandhom jiddivulgawha, flimkien mal-istatus tagħhom, lill-entità ġuridika. Entitajiet ġuridiċi għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni lir-reġistru ċentrali .

Entitajiet ġuridiċi għandhom jirrapportaw ukoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu lill-entitajiet marbutin b’obbligu meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu qegħdin japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu III.

Artikolu 67

Entitajiet ġuridiċi barranin u arranġamenti ġuridiċi barranin

1.   L-entitajiet ġuridiċi maġluqa barra mill-Unjoni u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili li huma amministrati barra mill-Unjoni jew li jirrisjedu jew huma stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 62 lir-reġistru ċentrali tal-Istat Membru meta:

(a)

jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu

(b)

jakkwistaw proprjetà immobbli fl-Unjoni, direttament jew permezz ta’ intermedjarji;

(c)

jakkwistaw, direttament jew permezz ta’ intermedjarji, kwalunkwe wieħed mill-oġġetti li ġejjin minn persuni li jinnegozjaw kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punti (3), (f) u (j), fil-kuntest ta’ tranżazzjoni okkażjonali:

(i)

vetturi bil-mutur għal skopijiet mhux kummerċjali għal prezz ta’ mill-inqas EUR 250 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(ii)

inġenji tal-ilma għal skopijiet mhux kummerċjali għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(iii)

inġenji tal-ajru għal skopijiet mhux kummerċjali għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(d)

jingħataw kuntratt pubbliku għal prodotti jew servizzi, jew konċessjonijiet minn awtorità kontraenti fl-Unjoni;

2.   B’ deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), fejn l-entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu, huma għandhom jippreżentaw biss l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom lir-reġistru ċentrali meta:

(a)

jidħlu f’relazzjoni tan-negozju ma’ entità marbuta b’obbligu li tkun assoċjata ma’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu skont il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640; jew

(b)

il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tidentifika li l-kategorija ta’ entità ġuridika jew is-settur li fih topera l-entità ġuridika imaħluqa barra mill-Unjoni hija assoċjata, fejn rilevanti, ma’ riskji medji-għoljin jew għoljin ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

3.   L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi fir-rigward ta’ liema minn dawk l-attivitajiet tiġi ppreżentata l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe dokument rilevanti, u għandha tiġi ppreżentata:

(a)

għall-każijiet imsemmija fil- fil-paragrafu 1, il-punt (a) qabel il-bidu tar-relazzjoni tan-negozju;

(b)

għall-każijiet imsemmija fil fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), qabel ma jitlesta x-xiri;

(c)

għall-każijiet imsemmija fil- fil-paragrafu 1, il-punt (d) qabel l-iffirmar tal-kuntratt.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jinfurmaw lill-entitajiet ġuridiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u jirrikjedu ċertifikat ta’ prova tar-reġistrazzjoni jew silta mill-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmuma fir-reġistru ċentrali biex jipproċedu bir-relazzjoni tan-negozju jew bit-tranżazzjoni okkażjonali.

5.   Fil-każijiet koperti mill-paragrafu 1, l-entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni u t-trustees ta’ trusts espressi jew persuni li għandhom kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili li huma amministrati barra mill-Unjoni jew li jirrisjedu jew huma stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jirrapportaw kwalunkwe bidla fl-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ppreżentata lir-reġistru ċentrali skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ, fi żmien 28 jum kalendarju minnha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal:

(a)

il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1, il-punt(a), għad-durata sħiħa tar-relazzjoni tan-negozju mal-entità marbuta b’obbligu;

(b)

il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1, il-punt (b), sakemm l-entità ġuridika jew l-arranġament ġuridikujkunu s-sid tal-proprjetà immobbli;

(c)

il-każijiet imsemmija fil-- paragrafu 1, il-punt (c), għall-perjodu bejn il-preżentazzjoni inizjali tal-informazzjoni lir-reġistru ċentrali u t-tlestija tax-xiri;

(d)

il-każijiet imsemmija fil- paragrafu 1 il-punt(d), għad-durata sħiħa tal-kuntratt.

6.   Meta l-entità ġuridika, it-trustee tat-trust espress jew il-persuna li għandha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku simili tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu1 fi Stati Membri differenti, ċertifikat ta’ prova tar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’reġistru ċentrali miżmum minn Stat Membru wieħed għandu jitqies bħala prova suffiċjenti tar-reġistrazzjoni.

7.   Meta, fl-10 ta’ Lulju 2027, entitajiet ġuridiċi maħluqa barra mill-Unjoni jew arranġamenti ġuridiċi amministrati barra mill-Unjoni jew li t-trustee tagħhom jew il-persuna li jkollha kariga ekwivalenti arranġament ġuridiku similitirrisjedi jew tkun stabbilita barra mill-Unjoni. ikollhom is-sjieda, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ intermedjarji, ta’ proprjetà immobbli, l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi u l-arranġamenti ġuridiċigħandha tiġi ppreżentata lir-reġistru ċentrali u akkumpanjata b’ġustifikazzjoni għal dik is-sottomissjonisa sal-10 ta’ Jannar 2028.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi li jkunu akkwistaw proprjetà immobbli fl-Unjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi tar-riskju, li tapplika data aktar kmieni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

8.   L-Istati Membri jistgħu, abbażi tar-riskju, jestendu l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a), għal relazzjonijiet tan-negozju ma’ entitajiet ġuridiċi barranin li jkunu jeżistu fl-10 ta’ Lulju 2027 u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika tali deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 68

Sanzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom, sal-10 ta’ Jannar 2025, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli dwar penali flimkien mal-bażi ġuridika tagħhom u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi:

(a)

il-kategoriji ta’ ksur li huma soġġetti għal penali u l-persuni responsabbli għal tali ksur;

(b)

indikaturi għall-klassifikazzjoni tal-livell ta’ gravità tal-ksur li huwa soġġett għal penali;

(c)

il-kriterji li għandhom jitqiesu meta jiġi stabbilit il-livell tal-penali.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina regolarment l-att delegat imsemmi fl-ewwwl subparagrafu biex tiżgura li tidentifika l-kategoriji rilevanti ta’ ksur u li l-penali relatati jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati.

KAPITOLU V

OBBLIGI TA’ RAPPORTAR

Artikolu 69

Rapportar ta’ suspetti

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu, u, fejn applikabbli, id-diretturi u l-impjegati tagħhom, għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-FIU billi minnufih:

(a)

iressqu rapporti lill-FIU, fuq inizjattiva tagħhom stess, meta l-entità marbuta b’obbligu tkun taf, tissuspetta jew ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li fondi jew attivitajiet, irrispettivament mill-ammont ikkonċernat, ikunu r-rikavat minn attività kriminali jew ikunu relatati ma’ finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali u billi jwieġbu għal talbiet għal aktar informazzjoni mill-FIU f’każijiet bħal dawn;

(b)

tipprovdi lill-FIU, fuq talba tagħha, l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż informazzjoni dwar ir-rekords tat-tranżazzjonijiet, fi żmien l-iskadenzi imposti;

Għandhom jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet suspettużi kollha, inkluż tentattivi ta’ tranżazzjonijiet u suspetti li jirriżultaw min-nuqqas ta’ kapaċità li titwettaq diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti skont l-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwieġbu għal talba għal informazzjoni mill-FIU fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. F’każijiet ġustifikati u urġenti, l-FIUs jistgħu jqassru dik l-iskadenza, inkluż sa inqas minn 24 siegħa.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, l-FIU tista’ testendi l-iskadenza għal tweġiba lil hinn mill-ħamest ijiem ta’ xogħol meta tqis li jkun iġġustifikat u dment li l-estensjoni ma timminax l-analiżi tal-FIU.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivvalutaw it-tranżazzjonijiet jew l-attivitajiet imwettqa mill-klijenti tagħhom abbażi ta’ u fil-konfront ta’ kwalunkwe fatt u informazzjoni rilevanti magħrufa minnhom jew li jkunu fil-pussess tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jipprijoritizzaw il-valutazzjoni tagħhom billi jqisu l-urġenza tat-tranżazzjoni jew tal-attività u r-riskji li jaffettwaw l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti.

Suspett skont il-paragrafu 1, il-punt (a) għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi tal-klijent u tal-kontropartijiet tiegħu, id-daqs u n-natura tat-tranżazzjoni jew tal-attività jew il-metodi u x-xejriet tagħhom, ir-rabta bejn diversi tranżazzjonijiet jew attivitajiet, l-oriġini, id-destinazzjoni jew l-użu tal-fondi, jew kwalunkwe ċirkostanza oħra li taf biha l-entità marbuta b’obbligu, inkluż il-konsistenza tat-tranżazzjoni jew tal-attività mal-informazzjoni miksuba skont il-Kapitolu III inkluż il-profil tar-riskju tal-klijent.

3.   Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta’ suspetti skont il-paragrafu 1, il-punt (a), u għall-forniment ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 1, il-punt (b).

4.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

5.   Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħroġ linji gwida dwar indikaturi ta’ attività jew ta’ mġiba suspettuża. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu aġġornati perjodikament.

6.   L-uffiċjal għall-konformità maħtur f’konformità mal-Artikolu 11(2) għandu jgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-FIU tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun stabbilita l-entità marbuta b’obbligu li tkun qed tgħaddi l-informazzjoni.

7.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-uffiċjal għall-konformità maħtur f’konformità mal-Artikolu 11(2), kif ukoll kwalunkwe impjegat jew persuna f’pożizzjoni komparabbli, inkluż aġenti u distributuri, involuti fit-twettiq tal-kompiti koperti minn dan l-Artikolu jkunu protetti kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni u kwalunkwe trattament inġust ieħor għat-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

Dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa l-protezzjoni li l-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu intitolati għaliha skont id-Direttiva (UE) 2019/1937.

8.   Meta l-attivitajiet ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jirriżultaw fl-għarfien, fis-suspett jew f’raġunijiet validi biex wieħed jissuspetta li fondi, irrispettivament mill-ammont involut, ikunu r-rikavat ta’ attività kriminali jew ikunu relatati ma’ finanzjament tat-terroriżmu, l-entitajiet marbutin b’obbligu li identifikaw suspetti fir-rigward tal-attivitajiet tal-klijenti tagħhom jistgħu jaħtru wieħed minn fosthom li għandu jingħata l-kompitu li jippreżenta rapport lill-FIU skont il-paragrafu 1, il-punt (a). Dik il-preżentazzjoni għandha tinkludi mill-inqas l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-entitajiet marbutin b’obbligu kollha li pparteċipaw fl-attivitajiet li jwasslu għar-rapport.

Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu stabbiliti f’diversi Stati Membri, l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata lil kull FIU rilevanti. Għal dak l-għan, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li r-rapport jiġi ppreżentat minn entità marbuta b’obbligu fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri fejn tinsab l-FIU.

Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu jiddeċiedu li ma jużawx il-possibbiltà li jippreżentaw rapport uniku mal-FIU skont l-ewwel subparagrafu, huma għandhom jinkludu referenza fir-rapport tagħhom għall-fatt li s-suspett huwa r-riżultat tal-attivitajiet ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

9.   L-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom iżommu kopja ta’ kwalunkwe rapport ippreżentat skont dak il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 77.

Artikolu 70

Dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rapportar ta’ suspett minn ċerti kategoriji ta’ entitajiet marbutin b’obbligu

1.   B’deroga mill-Artikolu 69(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet marbutin b’obbligu msemmijin fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a)  u (b), jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 69(1) lil korp awtoregolatorju maħtur mill-Istat Membru.

Il-korp awtoregolatorju maħtur għandu jgħaddi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-FIU minnufih u mingħajr filtri.

2.   In-nutara, l-avukati, professjonisti legali indipendenti oħrajn, l-awdituri, il-kontabilisti esterni u l-konsulenti tat-taxxa għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 69(1) sa fejn dik l-eżenzjoni tkun relatata ma’ informazzjoni li huma jirċievu mingħand, jew jiksbu dwar, klijent, matul l-aċċertar tal-pożizzjoni legali ta’ dak il-klijent, jew it-twettiq tal-kompitu tagħhom li jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi, jew dwar, proċedimenti ġudizzjarji, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar il-bidu jew l-evitar ta’ tali proċedimenti, irrispettivament minn jekk dik l-informazzjoni tkun riċevuta jew tinkiseb qabel, matul jew wara tali proċedimenti.

L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fih:

(a)

jieħdu sehem f’ħasil tal-flus, fir-reati predikati tiegħu jew fil-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jipprovdu pariri legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; jew

(c)

ikunu jafu li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati tiegħu jew tal-finanzjament tat-terroriżmu; l-għarfien jew l-iskop jista’ jiġi dedott minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi.

3.   Minbarra s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, fejn ġustifikat abbażi tar-riskji ogħla ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ ċerti tipi ta’ tranżazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ma tapplikax għal dawk it-tipi ta’ tranżazzjonijiet u, kif adatt, jimponu obbligi ta’ rapportar addizzjonali fuq l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija f’dak il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 71

Iż-żamma lura minn twettiq ta’ tranżazzjonijiet

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx iwettqu tranżazzjonijiet li jafu jew jissuspettaw li jkunu relatati ma’ rikavat ta’ attività kriminali jew mal-finanzjament tat-terroriżmu qabel ma jkunu ppreżentaw rapport f’konformità mal-Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u jkunu kkonformaw ma’ kwalunkwe struzzjoni speċifika ulterjuri mill-FIU jew minn awtorità kompetenti oħra skont id-dritt applikabbli. L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jwettqu t-tranżazzjoni kkonċernata wara li jkunu vvalutaw ir-riskji li jipproċedu bit-tranżazzjoni jekk ma jkunux irċevew struzzjonijiet għall-kuntrarju mill-FIU fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mill-preżentazzjoni tar-rapport.

2.   Fejn ma jkunx possibbli li entità marbuta b’obbligu ma twettaqx tranżazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1, jew fejn in-nuqqas ta’ twettiq tagħha x’aktarx li jfixkel l-isforzi sabiex jiġu persegwiti l-benefiċjarji ta’ tranżazzjoni suspettata, l-entità marbuta b’obbligu kkonċernata għandha tinforma lill-FIU immedjatament wara li titwettaq it-tranżazzjoni.

Artikolu 72

Divulgazzjoni lill-FIU

Id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni lill-FIU in bona fede minn entità marbuta b’obbligu jew minn impjegat jew minn direttur ta’ tali entità marbuta b’obbligu f’konformità mal-Artikoli 69 u 70 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew bi kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandhiex tinvolvi lill-entità marbuta b’obbligu jew lid-diretturi jew lill-impjegati tagħha f’responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip lanqas f’ċirkostanzi fejn ma kinux konxji b’mod preċiż dwar l-attività kriminali sottostanti u irrispettivament minn jekk fil-fatt tkunx seħħet attività illegali.

Artikolu 73

Projbizzjoni ta’ divulgazzjoni

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu u d-diretturi u l-impjegati tagħhom, jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli, inkluż aġenti u distributuri, ma għandhomx jiddivulgaw lill-klijent ikkonċernat jew lil partijiet terzi oħrajn il-fatt li qed jiġu jew ġew ivvalutati tranżazzjonijiet jew attivitajiet f’konformità mal-Artikolu 69, li qed tintbagħat, ser tintbagħat jew intbagħtet informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 69 jew 70 jew li qed issir jew tista’ ssir analiżi dwar ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għad-divulgazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi awtoregolatorji meta dawn iwettqu funzjonijiet superviżorji, jew għad-divulgazzjoni għall-finijiet tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-finanzjament tat-terroriżmu u ta’ attività kriminali oħra.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ ssir divulgazzjoni bejn entitajiet marbutin b’obbligu li jappartjenu għall-istess grupp, jew bejn tali entitajiet u l-fergħat u s-sussidjarji tagħhom stabbiliti f’pajjiżi terzi, dment li dawk il-fergħat u s-sussidjarji jikkonformaw bis-sħiħ mal-politiki u mal-proċeduri għall-grupp kollu, inkluż il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan il-grupp, f’konformità mal-Artikolu 16, u li l-politiki u l-proċeduri għall-grupp kollu jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ sseħħ divulgazzjoni bejn entitajiet marbutin b’obbligu kif imsemmijin fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a) u (b), jew entitajiet minn pajjiżi terzi li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament, li jwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom, kemm jekk bħala impjegati kif ukoll jekk mhux, fi ħdan l-istess persuna ġuridika jew struttura akbar li l-persuna tappartjeni lilha u li tikkondividi sjieda, ġestjoni jew kontroll tal-konformità komuni, inkluż networks u sħubijiet.

5.   Għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (3)(a) u (b), f’każijiet relatati mal-istess tranżazzjoni li tinvolvi żewġ entitajiet marbutin b’obbligu jew aktar, u b’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ ssir divulgazzjoni bejn l-entitajiet rilevanti marbutin b’obbligu dment li jkunu jinsabu fl-Unjoni, jew ma’ entitajiet f’pajjiż terz li jimponi rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament, u li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data personali.

6.   Meta l-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a) u (b), jippruvaw jiddisswadu lil klijent milli jieħu sehem f’attività illegali, dak ma għandux jikkostitwixxi divulgazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 74

Rapporti bbażati fuq livelli limitu ta’ tranżazzjonijiet f’ċerti oġġetti ta’ valur għoli

1.   Persuni li jinnegozjaw f’oġġetti ta’ valur għoli għandhom jirrapportaw lill-FIU it-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu l-bejgħ ta’ oġġetti ta’ valur għoli li ġejjin meta dawk l-oġġetti jiġu akkwistati għal skopijiet mhux kummerċjali:

(a)

vetturi bil-mutur għal prezz ta’ mill-inqas EUR 250 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(b)

inġenji tal-ilma għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(c)

inġenji tal-ajru għal prezz ta’ mill-inqas EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu servizzi fir-rigward tax-xiri jew it-trasferiment tas-sjieda tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw ukoll lill-FIU it-tranżazzjonijiet kollha li jwettqu għall-klijenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti.

3.   Ir-rapportar skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jsir fil-perjodi ta’ żmien l-iskadenzi imposti mill-FIU.

KAPITOLU VI

KONDIVIŻJONI TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 75

Skambju ta’ informazzjoni fil-qafas ta’ sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni

1.   Il-membri tas-sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jistgħu jikkondividu informazzjoni bejniethom fejn ikun strettament meħtieġ għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi skont il-Kapitolu III u l-Artikolu 69 u f’konformità mad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali ġudizzjarji.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu li beħsiebhom jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet superviżorji rispettivi tagħhom li għandhom jivverifikaw, fejn ikun rilevanti f’konsultazzjoni ma’ xulxin u mal-awtoritajiet inkarigati mill-verifika tal-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, li s-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jkollha mekkaniżmi fis-seħħ biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan l-Artikolu u li tkun saret il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (h). Il-verifika għandha ssir qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkonsultaw ukoll lill-FIUs.

Ir-responsabbiltà għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali għandha tibqa’ f’idejn il-parteċipanti fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

3.   L-informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha tkun limitata għal:

(a)

informazzjoni dwar il-klijent, inkluż kwalunkwe informazzjoni miksuba matul l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-klijent u, fejn ikun rilevanti, tas-sid benefiċjarju tal-klijent;

(b)

informazzjoni dwar l-għan u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju u tat-tranżazzjoni okkażjonali bejn il-klijent u l-entità marbuta b’obbligu, kif ukoll, fejn japplika, is-sors tal-ġid u s-sors tal-fondi tal-klijent;

(c)

informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-klijenti;

(d)

informazzjoni dwar fatturi ta’ riskju ogħla u aktar baxxi assoċjati mal-klijent;

(e)

l-analiżi tal-entità marbuta b’obbligu tar-riskji assoċjati mal-klijent skont l-Artikolu 20(2);

(f)

informazzjoni miżmuma mill-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 77(1);

(g)

informazzjoni dwar suspetti skont l-Artikolu 69.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi skambjata biss sa fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

4.   Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-kuntest ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni:

(a)

l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jirreġistraw l-istanzi kollha ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni fi ħdan is-sħubija;

(b)

l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx iserrħu biss fuq l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tas-sħubija biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(c)

l-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx jaslu għal konklużjonijiet jew jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom impatt fuq ir-relazzjoni tan-negozju mal-klijent jew fuq it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet okkażjonali għall-klijent abbażi ta’ informazzjoni riċevuta minn parteċipanti oħra fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni mingħajr ma jkunu vvalutaw dik l-informazzjoni; kwalunkwe informazzjoni riċevuta fil-kuntest tas-sħubija li tintuża f’valutazzjoni li tirriżulta f’deċiżjoni li tinċaħad jew tintemm relazzjoni tan-negozju jew li titwettaq tranżazzjoni okkażjonali għandha tiġi inkluża fir-rekords miżmuma skont l-Artikolu 21(3), u dak ir-rekord għandu jkun fih referenza għall-fatt li l-informazzjoni oriġinat minn sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

(d)

l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom stess tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu lill-klijenti sabiex jivvalutaw liema jistgħu jkunu relatati ma’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew jinvolvu rikavat minn attività kriminali;

(e)

l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, inkluż miżuri li jippermettu l-psewdonimizzazzjoni, biex jiżguraw livell ta’ sigurtà u kunfidenzjalità proporzjonat man-natura u l-firxa tal-informazzjoni skambjata;

(f)

il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni għandha ssir biss fir-rigward ta’ klijenti li:

(i)

l-imġiba jew l-attivitajiet ta’ tranżazzjoni tagħhom ikunu assoċjati ma’ riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew finanzjament tat-terroriżmu, kif identifikat skont il-valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell tal-Unjoni u l-valutazzjoni ta’ riskju nazzjonali mwettqa f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva (UE) 2024/1640;

(ii)

ikunu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29, 30, 31 u 36 sa 46 ta’ dan ir-Regolament; jew

(iii)

l-entitajiet marbutin b’obbligu jeħtieġ li jiġbru informazzjoni addizzjonali għalihom sabiex tiddetermina jekk humiex assoċjati ma’ livell ogħla ta’ riskju ta’ ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu jew finanzjament tat-terroriżmu;

(g)

l-informazzjoni ġġenerata bl-użu ta’ intelliġenza artifiċjali, teknoloġiji tat-tagħlim awtomatiku jew algoritmi tista’ tiġi kondiviża biss meta dawk il-proċessi jkunu soġġetti għal sorveljanza umana adegwata;

(h)

qabel l-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(i)

l-awtoritajiet kompetenti li jkunu membri ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiksbu, jipprovdu u jiskambjaw informazzjoni biss sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali;

(j)

meta l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (44)(c), ta’ dan ir-Regolament jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, huma għandhom jiksbu, jipprovdu jew jiskambjaw biss data personali u informazzjoni operazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44) u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi proċedurali kriminali nazzjonali, inkluż awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel jew kwalunkwe salvagwardja proċedurali nazzjonali oħra kif meħtieġ;

(k)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi skont il-paragrafu 3, il-punt (g), ta’ dan l-Artikolu għandu jseħħ biss meta l-FIU li lilha jkun ġie ppreżentat ir-rapport dwar tranżazzjoni suspettuża skont l-Artikoli 69 jew 70 tkun qablet ma’ tali divulgazzjoni.

5.   L-informazzjoni skambjata fil-qafas ta’ sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma għandhiex terġa’ tintbagħat, ħlief jekk:

(a)

l-informazzjoni tiġi pprovduta lil entità marbuta b’obbligu oħra skont l-Artikolu 49(1);

(b)

l-informazzjoni tkun ser tiġi inkluża f’rapport ippreżentat lill-FIU jew provduta bi tweġiba għal talba tal-FIU skont l-Artikolu 69(1);

(c)

l-informazzjoni tiġi pprovduta lill-AMLA skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2024/1620;

(d)

l-informazzjoni tintalab mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji, soġġett għal kwalunkwe awtorizzazzjoni minn qabel jew garanziji proċedurali oħra kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali.

6.   L-entitajiet marbutin b’obbligu li jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jiddefinixxu l-politiki u l-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-politiki u l-proċeduri interni tagħhom stabbiliti skont l-Artikolu 9. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom:

(a)

jispeċifikaw il-valutazzjoni li jkollha ssir biex tiddetermina l-firxa tal-informazzjoni li trid tiġi kondiviża, u fejn ikun rilevanti għan-natura tal-informazzjoni jew is-salvagwardji ġudizzjarji applikabbli, jipprevedu aċċess differenzjat jew limitat għall-informazzjoni għall-membri tas-sħubija;

(b)

jiddeskrivu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet għas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

(c)

jidentifikaw il-valutazzjonijiet tar-riskju li l-entità marbuta b’obbligu ser tqis biex tiddetermina sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla li fihom tista’ tiġi kondiviża informazzjoni.

Il-politiki u l-proċeduri interni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitfasslu qabel il-parteċipazzjoni fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

7.   Meta l-awtoritajiet superviżorji jqisu dan neċessarju, l-entitajiet marbutin b’obbligu li jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jikkummissjonaw awditu indipendenti tal-funzjonament ta’ dik is-sħubija u għandhom jikkondividu r-riżultati mal-awtoritajiet superviżorji.

KAPITOLU VII

PROTEZZJONI TAD-DATA U ŻAMMA TA’ REKORDS

Artikolu 76

Proċessar ta’ data personali

1.   Sa fejn ikun strettament neċessarju għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jipproċessaw il-kategoriji speċjali ta’ data personali msemmijin fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u data personali relatata ma’ kundanni u reati kriminali msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament soġġett għas-salvagwardji previsti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw id-data personali koperta mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 dment li:

(a)

huma jinformaw lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi tagħhom li tali kategoriji ta’ data jistgħu jiġu pproċessati għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(b)

id-data toriġina minn sorsi affidabbli, tkun akkurata u aġġornata;

(c)

lhuma ma jieħdux deċiżjonijiet li jwasslu għal eżiti preġudikati u diskriminatorji abbażi ta’ dik id-data;

(d)

huma jadottaw miżuri ta’ livell għoli ta’ sigurtà f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari fejn tidħol il-kunfidenzjalità.

3.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw data personali koperta mill-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 dment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan L-Artikolu u li:

(a)

dik id-data personali tkun relatata mal-ħasil tal-flus, mar-reati predikati tiegħu jew mal-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

l-entitajiet marbutin b’obbligu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jippermettu d-distinzjoni, fl-ipproċessar ta’ dik id-data, bejn allegazzjonijiet, investigazzjonijiet, proċedimenti u kundanni, filwaqt li jitqiesu d-dritt fundamentali għal proċess ġust, id-dritt tad-difiża u l-preżunzjoni tal-innoċenza.

4.   Id-data personali għandha tiġi pproċessata mill-entitajiet marbutin b’obbligu abbażi ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet biss tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet. L-ipproċessar ta’ data personali abbażi ta’ dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali għandu jkun ipprojbit.

5.   L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jadottaw deċiżjonijiet li jirriżultaw minn proċessi awtomatizzati, inkluż it-tfassil tal-profil kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679, jew minn proċessi li jinvolvu sistemi tal-IA kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2024/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45), dment li:

(a)

id-data pproċessata minn dawk is-sistemi tkun limitata għad-data miksuba skont il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe deċiżjoni ta’ dħul jew rifjut ta’ dħul f’relazzjoni tan-negozju ma’ klijent jew iż-żamma tagħha jew ta’ twettiq jew rifjut ta’ twettiq ta’ tranżazzjoni okkażjonali għal klijent, jew li tiżdied jew titnaqqas il-firxa tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, applikata skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, tkun soġġetta għal intervent uman sinifikanti biex jiġi żgurat li dik id-deċiżjoni tkun akkurata u xierqa; u

(c)

il-klijent jista’ jikseb spjegazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-entità marbuta b’obbligu, u jista’ jikkontesta dik id-deċiżjoni, ħlief fir-rigward ta’ rapport kif imsemmi fl-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 77

Żamma ta’ rekords

1.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin:

(a)

kopja tad-dokumenti u tal-informazzjoni miksuba fit-twettiq tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti skont il-Kapitolu III, inkluż l-informazzjoni miksuba b’mezzi ta’ identifikazzjoni elettroniċi;

(b)

rekord tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 69(2) inkluż l-informazzjoni u ċ-ċirkostanzi kkunsidrati u r-riżultati ta’ tali valutazzjoni, irrispettivament minn jekk tali valutazzjoni tirriżultax f’rapport dwar tranżazzjonijiet suspettużi lill-FIU, u kopja ta’ dawk ir-rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi, jekk ikun hemm;

(c)

l-evidenza ta’ sostenn u r-rekords tat-tranżazzjonijiet, li jikkonsistu fid-dokumenti oriġinali jew kopji ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji skont il-liġi nazzjonali applikabbli, li huma neċessarji biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet;

(d)

meta jipparteċipaw fi sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni skont il-Kapitolu VI, kopji tad-dokumenti u l-informazzjoni miksuba fil-qafas ta’ dawk is-sħubijiet, u rekords tal-istanzi kollha ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni.

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li dokumenti, l-informazzjoni u r-rekords miżmuma skont dan l-Artikolu ma jiġux editjati.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jiddeċiedu li jissostitwixxu ż-żamma ta’ kopji tal-informazzjoni b’żamma tar-referenzi għal dik l-informazzjoni, dment li n-natura u l-metodu taż-żamma tal-informazzjoni jiżguraw li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u li l-informazzjoni ma tistax tiġi modifikata jew tinbidel.

L-entitajiet marbutin b’obbligu li jużaw id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddefinixxu fil-proċeduri interni tagħhom imfasslin skont l-Artikolu 9 il-kategoriji ta’ informazzjoni li għalihom ser iżommu referenza minflok kopja jew l-oriġinali, kif ukoll il-proċeduri sabiex tinstab l-informazzjoni bl-għan li tkun tista’ tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinżamm għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tat-tmiem tar-relazzjoni tan-negozju jew mid-data tat-twettiq tat-tranżazzjoni okkażjonali, jew mid-data tar-rifjut ta’ dħul f’relazzjoni tan-negozju jew ta’ twettiq ta’ tranżazzjoni okkażjonali. Mingħajr preġudizzju għall-perjodi ta’ żamma għad-data miġbura għall-finijiet ta’ atti legali oħra tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679, hekk kif jiskadi l-perjodu ta’ ħames snin l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iħassru d-data personali.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu żamma ulterjuri tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-każ, dment li tali żamma tkun meħtieġa għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. Dak il-perjodu ta’ żamma ulterjuri ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

4.   Fejn, fl-10 ta’ Lulju 2027, il-proċedimenti legali marbutin mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu suspettat ikunu pendenti fi Stat Membru, u entità marbuta b’obbligu jkollha informazzjoni jew dokumenti dwar dawk il-proċedimenti pendenti, l-entità marbuta b’obbligu tista’ żżomm dik l-informazzjoni jew dawk id-dokumenti għal perjodu ta’ ħames snin mill-10 ta’ Lulju 2027.

L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt penali nazzjonali dwar l-evidenza applikabbli għall-investigazzjonijiet kriminali u għall-proċedimenti legali li jkunu għaddejjin, jippermettu jew jirrikjedu ż-żamma ta’ tali informazzjoni jew dokumenti għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin, fejn in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ tali żamma ulterjuri jkunu ġew stabbiliti għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu suspettat.

Artikolu 78

Forniment ta’ rekords lill-awtoritajiet kompetenti

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandu jkollhom fis-seħħ sistemi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jwieġbu b’mod sħiħ u rapidu għal mistoqsijiet mill-FIU tagħhom jew minn awtoritajiet kompetenti oħrajn, f’konformità mal-liġi nazzjonali, dwar għandhomx jew kellhomx, matul perjodu ta’ ħames snin qabel dik il-mistoqsija, relazzjoni tan-negozju ma’ persuni speċifikati, u dwar in-natura ta’ dik ir-relazzjoni, permezz ta’ kanali siguri u b’mod li jiżgura l-kunfidenzjalità sħiħa tal-mistoqsijiet.

KAPITOLU VIII

MIZURI BIEX JITTAFFEW IR-RISKJI LI JIRRIŻULTAW MINN STRUMENTI ANONIMI

Artikolu 79

Kontijiet anonimi u ishma tal-portaturi u ċertifikati ta’ ishma tal-portaturi

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu pprojbiti milli jżommu kontijiet bankarji u ta’ pagament anonimi, passbooks anonimi, kaxex ta’ sikurezza għad-depożiti anonimi jew kontijiet anonimi tal-kriptoassi kif ukoll kwalunkwe kont li b’xi mod ieħor jippermetti l-anonimizzazzjoni tad-detentur ta’ kont tal-klijent jew l-anonimizzazzjoni jew l-oskurament akbar tat-tranżazzjonijiet, inkluż permezz ta’ muniti li jżidu l-anonimità.

Is-sidien u l-benefiċjarji ta’ kontijiet bankarji jew ta’ pagament anonimi, passbooks anonimi, kaxex ta’ sikurezza għad-depożiti anonimi miżmuma minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, jew kontijiet tal-kriptoassi eżistenti għandhom ikunu soġġetti għal miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti qabel ma dawk il-kontijiet, passbooks, jew kaxax għad-depożiti jintużaw bi kwalunkwe mod.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala akkwirenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) ma għandhomx jaċċettaw pagamenti magħmula b’kards anonimi mħallsin minn qabel maħruġin f’pajjiżi terzi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ riskju baxx ipprovat.

3.   Il-kumpaniji għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu ishma tal-portatur, u għandhom jikkonvertu l-ishma tal-portatur kollha eżistenti f’ishma reġistrati, jimmobilizzawhom skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, jew jiddepożitawhom ma’ istituzzjoni finanzjarja sal-10 ta’ Lulju 2029. Madankollu, il-kumpaniji b’titoli kkwotati fuq suq regolat jew li l-ishma tagħhom jinħarġu bħala titoli intermedjati kemm permezz ta’ immobilizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (3), ta’ dak ir-Regolament jew permezz ta’ ħruġ dirett f’forma dematerjalizzata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament għandu jkollhom permess joħorġu ishma tal-portatur ġodda u jżommu ishma tal-portatur eżistenti. Għal ishma tal-portatur eżistenti li ma jiġux ikkonvertiti, immobilizzati jew depożitati sal-10 ta’ Lulju 2029, id-drittijiet kollha tal-vot u d-drittijiet għad-distribuzzjoni marbuta ma’ dawk l-ishma għandhom jiġu sospiżi awtomatikament sal-konverżjoni, l-immobilizzazzjoni jew id-depożitu tagħhom. Lishma kollha bħal dawn mhux konvertiti, immobilizzati jew depożitati sal-10 ta’ Lulju 2030 għandhom jiġu kkanċellati, u dan iwassal għal tnaqqis fil-kapital azzjonarju tal-ammont korrispondenti.

Il-kumpaniji għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu ċertifikati ta’ ishma tal-portaturi li ma jkunux f’forma intermedjata.

Artikolu 80

Limiti għal pagamenti kbar fi flus kontanti bi skambju għal oġġetti jew servizzi

1.   Persuni li jinnegozjaw f’oġġetti jew li jipprovdu servizzi jistgħu jaċċettaw jew jagħmlu pagament fi flus kontanti sa ammont ta’ mhux aktar minn EUR 10 000 jew l-ekwivalenti f’munita nazzjonali jew barranija, kemm jekk it-tranżazzjoni ssir f’operazzjoni waħda kif ukoll jekk issir f’diversi operazzjonijiet li jidhru li jkunu assoċjati ma’ xulxin.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw limiti aktar baxxi wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew f’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/415/KE (47). Dawk il-limiti aktar baxxi għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni tal-miżura fil-livell nazzjonali.

3.   Meta diġà jkunu jeżistu limiti fil-livell nazzjonali li jkunu inqas mil-limitu stipulat fil-paragrafu 1, dawn għandhom jibqgħu japplikaw. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-limiti lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2024.

4.   Il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

pagamenti bejn persuni fiżiċi li ma jkunux qed jaġixxu f’kapaċità professjonali;

(b)

pagamenti jew depożiti magħmula fil-bini ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, emittenti tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva 2009/110/KE u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4,il- punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Pagamenti jew depożiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ’il fuq mil-limitu għandhom jiġu rrapportati lill-FIU fi żmien l-iskadenzi imposti mill-FIU.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa, inkluż l-impożizzjoni ta’ penali, kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu fil-kapaċità professjonali tagħhom li jkunu suspettati bi ksur tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1, jew ta’ limitu aktar baxx adottat mill-Istati Membri.

6.   Il-livell ġenerali tal-penali għandu jiġi kkalkulat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, b’tali mod li jipproduċi riżultati proporzjonati mal-gravità tal-ksur, u b’hekk jiskoraġġixxi b’mod effettiv aktar reati tal-istess tip.

7.   Meta, minħabba force majeure, mezzi ta’ pagament permezz ta’ fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għajr karti tal-flus u muniti ma jibqgħux disponibbli fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu temporanjament jissospendu l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew, fejn ikun applikabbli, tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien. L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-durata mistennija tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ mezzi ta’ pagament minn fondi kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għajr karti tal-flus u muniti u bil-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jerġgħu jistabbilixxu d-disponibbiltà tagħhom.

Meta, abbażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tqis li s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew, fejn ikun applikabbli, tal-paragrafu 2 ma tkunx ġustifikata minn każ ta’ force majeure, hija għandha tadotta deċiżjoni indirizzata lil dak l-Istat Membru fejn titlob it-tneħħija immedjata ta’ tali sospensjoni.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

TAQSIMA 1

Kooperazzjoni bejn l-FIUs u l-UPPE

Artikolu 81

Kooperazzjoni bejn l-FIUs u l-UPPE

1.   Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, kull FIU għandha mingħajr dewmien żejjed tirrapporta lill-UPPE r-riżultati tal-analiżijiet tagħha u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali fejn ikun hemm raġunijiet validi biex wieħed jissuspetta li qed jitwettaq jew twettaq ħasil tal-flus u attività kriminali oħra li fir-rigward tagħhom l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament.

Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa, f’konsultazzjoni mal-UPPE, abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tippreżentahom lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw il-format li għandu jintuża mill-FIUs għar-rapportar ta’ informazzjoni lill-UPPE.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2024/1620.

2.   L-FIUs għandhom iwieġbu fil-ħin għat-talbiet għal informazzjoni mill-UPPE fir-rigward tal-ħasil tal-flus u attività kriminali oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-FIUs u l-UPPE jistgħu jiskambjaw ir-riżultati ta’ analiżijiet strateġiċi, inkluż tipoloġiji u indikaturi tar-riskju, fejn tali analiżijiet ikunu relatati ma’ ħasil tal-flus u attività kriminali oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 82

Talbiet għal informazzjoni lill-UPPE

1.   L-UPPE għandu jwieġeb mingħajr dewmien żejjed għal talbiet motivati għal informazzjoni minn FIU meta dik l-informazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-FIU skont il-Kapitolu III tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

2.   L-UPPE jista’ jipposponi jew jirrifjuta l-għoti ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fejn l-għoti tagħha x’aktarx jippreġudika t-twettiq tajjeb u l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni li tkun għaddejja. L-UPPE għandu jikkomunika fil-ħin il-posponiment jew ir-rifjut tal-għoti tal-informazzjoni mitluba, inkluż ir-raġunijiet għal dan, lill-FIU rikjedenti.

TAQSIMA 2

Kooperazzjoni bejn l-FIUs u l-OLAF

Artikolu 83

Kooperazzjoni bejn l-FIUs u l-OLAF

1.   Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), kull FIU għandha tibgħat mingħajr dewmien ir-riżultati tal-analiżijiet tagħha u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-OLAF meta jkun hemm raġunijiet validi biex wieħed jissuspetta li qed jitwettqu jew twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom l-OLAF jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-FIUs għandhom iwieġbu fil-ħin għat-talbiet għal informazzjoni minn OLAF fir-rigward ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-FIUs u l-OLAF jistgħu jiskambjaw ir-riżultati ta’ analiżijiet strateġiċi, inkluż tipoloġiji u indikaturi tar-riskju, meta tali analiżijiet ikunu relatati ma’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 84

Talbiet għal informazzjoni lill-OLAF

1.   L-OLAF għandu jwieġeb fil-ħin għal talbiet motivati għal informazzjoni minn FIU meta dik l-informazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-FIU skont il-Kapitolu III tad-Direttiva (UE) 2024/1640.

2.   L-OLAF jista’ jipposponi jew jirrifjuta l-għoti ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fejn l-għoti tagħha x’aktarx ikollu impatt negattiv fuq investigazzjoni li tkun għaddejja. L-OLAF għandu jikkomunika fil-ħin tali posponiment jew rifjut lill-FIU li għamlet it-talba, inkluż ir-raġunijiet għal dan.

TAQSIMA 3

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 85

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 29, 30, 31, 34, 43, 52, u 68 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-9 ta’ Lulju 2024.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 29, 30, 31, 34, 43, 52 u 68 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 29, 30, 31 jew 34 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahar min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

7.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 43, 52 jew 68 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 86

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit mill-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2023/1113. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 87

Rieżami

Sal-10 ta’ Lulju 2032, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-ewwel rieżami għandu jinkludi valutazzjoni ta’:

(a)

is-sistemi nazzjonali għar-rapportar ta’ suspetti skont l-Artikolu 69 u l-ostakli u l-opportunitajiet biex tiġi stabbilita sistema unika ta’ rapportar fil-livell tal-Unjoni;

(b)

l-adegwatezza tal-qafas ta’ trasparenza tas-sjieda benefiċjarja biex jittaffew ir-riskji assoċjati ma’ entitajiet ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi.

Artikolu 88

Rapporti

Sal-10 ta’ Lulju 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvalutaw in-neċessità u l-proporzjonalità ta’:

(a)

tnaqqis tal-livell limitu ta’ 25 % għall-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet ġuridiċi permezz tal-interess proprjetarju;

(b)

l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-oġġetti ta’ valur għoli biex jiġu inklużi ħwejjeġ u aċċessorji ta’ valur għoli;

(c)

l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-divulgazzjonijiet ibbażati fuq livell limitu skont l-Artikolu 74 biex ikopri l-bejgħ ta’ oġġetti oħra, tal-introduzzjoni ta’ formati armonizzati għar-rapportar ta’ dawk it-tranżazzjonijiet abbażi tal-utilità ta’ dawk ir-rapporti għall-FIUs, u tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni miġbura minn persuni li jinnegozjaw f’żoni ta’ kummerċ ħieles;

(d)

aġġustament tal-limitu għal pagamenti kbar fi flus kontanti.

Artikolu 89

Relazzjoni mad-Direttiva (UE) 2015/849

Ir-referenzi għad-Direttiva (UE) 2015/849 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għad-Direttiva (UE) 2024/1640 u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 90

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Lulju 2027, ħlief fir-rigward ta’ entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-Artikolu 3, punti (3)(n) u (o), li għalihom għandu japplika mill-10 ta’ Lulju 2029.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU C 210, 25.5.2022, p. 5.

(2)   ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2024.

(4)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L, 2024/1640, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1640/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU L 347, 20.10.2020, p. 1).

(16)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(17)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(24)  Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

(25)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(27)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(29)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(31)   ĠU C 524, 29.12.2021, p. 10.

(32)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(33)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(34)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(35)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(36)  Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(37)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(38)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(39)  Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6).

(40)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1).

(41)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(42)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(43)  Id- Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(44)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(45)  Ir-Regolament (UE) 2024/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xxx li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(46)  Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

(47)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/415/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar il-konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew minn awtoritajiet nazzjonali dwar abbozzi ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 42).

(48)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


ANNESS I

Lista indikattiva tal-varjabbli tar-riskju

Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti tal-varjabbli tar-riskju li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu meta jfasslu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom f’konformità mal-Artikolu 10 u meta jiddeterminaw sa liema punt għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Artikolu 20:

(a)

Varjabbli tar-riskju ta’ klijent:

(i)

in-negozju jew l-attività professjonali tal-klijent u tas-sid benefiċjarju tal-klijent;

(ii)

ir-reputazzjoni tal-klijent u tas-sid benefiċjarju tal-klijent;

(iii)

in-natura u l-imġiba tal-klijent u tas-sid benefiċjarju tal-klijent;

(iv)

il-ġuriżdizzjonijiet li fihom huma bbażati l-klijent u s-sid benefiċjarju tal-klijent;

(v)

il-ġuriżdizzjonijiet li huma l-postijiet prinċipali tan-negozju tal-klijent u tas-sid benefiċjarju tal-klijent;

(vi)

il-ġuriżdizzjonijiet li magħhom il-klijent u s-sid benefiċjarju tal-klijent għandhom rabtiet personali rilevanti;

(b)

Il-varjabbli tar-riskju ta’ prodott, servizz jew tranżazzjoni:

(i)

l-iskop ta’ kont jew relazzjoni;

(ii)

ir-regolarità jew id-durata tar-relazzjoni tan-negozju;

(iii)

il-livell tal-assi li ser jiġu ddepożitati minn klijent jew id-daqs tat-tranżazzjonijiet imwettqa;

(iv)

il-livell ta’ trasparenza, jew opaċità, li joffri l-prodott, is-servizz jew it-tranżazzjoni;

(v)

il-kumplessità tal-prodott, servizz jew tranżazzjoni;

(vi)

il-valur jew id-daqs tal-prodott, servizz jew tranżazzjoni;

(c)

Il-varjabbli tar-riskju ta’ kanal tal-konsenja:

(i)

kemm ir-relazzjoni tan-negozju sseħħ mhux wiċċ imb’ wiċċ;

(ii)

il-preżenza ta’ kwalunkwe introduttur jew intermedjarju li l-klijent jista’ juża u n-natura tar-relazzjoni ta’ dawn mal-klijent;

(d)

Il-varjabbli tar-riskju għal assigurazzjoni tal-ħajja u għal assigurazzjoni oħra relatata mal-investiment:

(i)

il-livell tar-riskju li jirrappreżenta l-benefiċjarju tal-polza tal-assigurazzjoni.


ANNESS II

Fatturi ta’ riskju aktar baxxi

Il-lista li ġejja hija waħda mhux eżawrjenti tal-fatturi u t-tipi ta’ evidenza ta’ riskju potenzjalment aktar baxx li jissemma fl-Artikolu 20:

(1)

Fatturi ta’ riskju tal-klijenti:

(a)

kumpaniji pubbliċi kkwotati f’borża u soġġetti għal rekwiżiti ta’ divulgazzjoni (skont ir-regoli tal-borża, skont il-liġi jew b’mezzi infurzabbli), li jimponu rekwiżiti biex tiġi żgurata trasparenza adegwata tas-sjieda benefiċjarja;

(b)

intrapriżi jew amministrazzjonijiet pubbliċi;

(c)

klijenti li huma residenti f’żoni ġeografiċi ta’ riskju aktar baxx kif indikat fil-punt (3);

(2)

Fatturi ta’ riskju ta’ prodott, servizz, tranżazzjoni jew kanal tal-konsenja:

(a)

poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja li għalihom il-primjum ikun baxx;

(b)

poloz tal-assigurazzjoni għal skemi tal-pensjoni jekk ma jkunx hemm l-għażla ta’ rtirar bikri u l-polza ma tistax tintuża bħala kollateral;

(c)

skema tal-pensjoni, ta’ investiment għall-pensjoni jew skema simili li tipprovdi benefiċċji tal-irtirar għall-impjegati, fejn il-kontribuzzjonijiet isiru permezz ta’ tnaqqis mill-pagi, u r-regoli tal-iskema ma jippermettux l-assenjazzjoni tal-interess ta’ membru fl-iskema;

(d)

prodotti jew servizzi finanzjarji li jipprovdu servizzi definiti u limitati kif xieraq lil ċerti tipi ta’ klijenti, sabiex jiżdied l-aċċess għall-fini ta’ inklużjoni finanzjarja;

(e)

prodotti fejn ir-riskju tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jiġi kkontrollat minn fatturi oħrajn bħal-limiti fuq l-infiq jew it-trasparenza tas-sjieda (eż. ċerti tipi ta’ flus elettroniċi);

(3)

Fatturi ta’ riskju ġeografiċi — reġistrazzjoni, stabbiliment, residenza fi:

(a)

Stati Membri;

(b)

pajjiżi terzi li għandhom sistemi effettivi ta’ AML/CFT;

(c)

pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli bħala li għandhom livell baxx ta’ korruzzjoni jew attività kriminali oħra;

(d)

pajjiżi terzi li, abbażi ta’ sorsi kredibbli bħal evalwazzjonijiet reċiproċi, rapporti ta’ valutazzjoni dettaljati jew rapporti ta’ segwitu ppubblikati, għandhom ir-rekwiżiti biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet FATF u jimplimentaw dawk ir-rekwiżiti b’mod effettiv.


ANNESS III

Fatturi ta’ riskju ogħla

Il-lista li ġejja hija waħda mhux eżawrjenti tal-fatturi u t-tipi ta’ evidenza ta’ riskju potenzjalment ogħla li jissemma fl-Artikolu 20:

(1)

Fatturi ta’ riskju tal-klijenti:

(a)

ir-relazzjoni tan-negozju jew it-tranżazzjoni okkażjonali jseħħu f’ċirkostanzi mhux tas-soltu;

(b)

klijenti li huma residenti f’żoni ġeografiċi ta’ riskju ogħla kif indikat fil-punt (3);

(c)

persuni ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi li huma vetturi personali ta’ żamma ta’ assi;

(d)

entitajiet korporattivi li għandhom azzjonisti nominati jew ishma f’forma ta’ portatur;

(e)

negozji b’użu intensiv ta’ flus kontanti;

(f)

l-istruttura tas-sjieda tal-kumpanija tidher mhux tas-soltu jew eċċessivament kumplessa meta titqies in-natura tan-negozju tal-kumpanija;

(g)

il-klijent ikun ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika għad-drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru bi skambju għal kwalunkwe tip ta’ investiment, inkluż trasferimenti ta’ kapital, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-istat;

(h)

il-klijent ikun arranġament jew entità ġuridika maħluqa jew stabbilita f’ġuriżdizzjoni fejn ma jkollha ebda attività ekonomika reali, preżenza ekonomika sostanzjali jew raġunament ekonomiku apparenti;

(i)

il-klijent ikun direttament jew indirettament proprjetà ta’ entità jew arranġament wieħed jew aktar imsemmija taħt il-punt (h);

(2)

Fatturi ta’ riskju ta’ prodott, servizz, tranżazzjoni jew kanal tal-konsenja:

(a)

servizzi bankarji privati;

(b)

prodotti jew tranżazzjonijiet li jistgħu jiffavorixxu l-anonimità;

(c)

pagament riċevut minn partijiet terzi mhux magħrufin jew mhux assoċjati;

(d)

prodotti ġodda u prattiki ġodda tan-negozju, inkluż mekkaniżmu ġdid ta’ konsenja, u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati kemm għal prodotti ġodda kif ukoll għal dawk li kienu diġà jeżistu;

(e)

tranżazzjonijiet relatati ma’ żejt, armi, metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż, prodotti tat-tabakk, artefatti kulturali u oġġetti oħrajn ta’ importanza arkeoloġika, storika, kulturali u reliġjuża, jew ta’ valur xjentifiku rari, kif ukoll avorju u speċijiet protetti;

(3)

Fatturi ta’ riskju ġeografiċi:

(a)

pajjiżi terzi soġġetti għal monitoraġġ miżjud jew identifikati b’xi mod ieħor mill-FATF minħabba d-dgħufijiet ta’ konformità fis-sistemi AML/CFT tagħhom;

(b)

pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli/ proċessi rikonoxxuti, bħal evalwazzjonijiet reċiproċi, rapporti ta’ valutazzjoni dettaljati jew rapporti ta’ segwitu ppubblikati, bħala pajjiżi li ma għandhomx sistemi effettivi ta’ AML/CFT;

(c)

pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli/ proċessi rikonoxxuti bħala pajjiżi li għandhom livelli sinifikanti ta’ korruzzjoni jew attività kriminali oħra;

(d)

pajjiżi terzi soġġetti għal sanzjonijiet, embargos jew miżuri simili maħruġa, pereżempju, mill-Unjoni jew in-NU;

(e)

pajjiżi terzi li jipprovdu finanzjament jew appoġġ għal attivitajiet terroristiċi, jew li jkollhom organizzazzjonijiet indikati bħala terroristiċi li joperaw f’pajjiżhom;

(f)

pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli jew skont proċessi rikonoxxuti bħala li jippermettu s-segretezza finanzjarja billi:

(i)

iqiegħdu ostakli għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra;

(ii)

ikollhom liġijiet stretti dwar is-segretezza korporattiva jew bankarja li jipprevjenu lill-istituzzjonijiet u lill-impjegati tagħhom milli jipprovdu informazzjoni dwar il-klijenti lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż permezz ta’ multi u penali;

(iii)

ikollhom kontrolli dgħajfa għall-ħolqien ta’ entitajiet ġuridiċi jew l-istabbiliment ta’ arranġamenti ġuridiċi; jew

(iv)

ma jirrikjedux li tiġi rreġistrata jew li tinżamm informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’bażi tad-data jew reġistru ċentrali.


ANNESS IV

Lista ta’ oġġetti ta’ valur għoli msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (54):

(1)

Ġojjellerija, oġġetti tad-deheb jew tal-fidda b’valur ta’ aktar minn EUR 10 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(2)

Arloġġi u arloġġi tal-idejn b’valur ta’ aktar minn EUR 10 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(3)

Vetturi bil-mutur bi prezz ta’ aktar minn EUR 250 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(4)

Inġenji tal-ajru bi prezz ta’ aktar minn EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(5)

Inġenji tal-ilma bi prezz ta’ aktar minn EUR 7 500 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.


ANNESS V

Il-metalli prezzjużi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (55):

(a)

Id-deheb

(b)

Il-fidda

(c)

Il-platinu

(d)

L-iridju

(e)

L-ożmju

(f)

Il-palladju

(g)

Ir-rodju

(h)

Ir-rutenju

Il-ħaġar prezzjuż imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (55):

(a)

Id-djamanti

(b)

Ir-rubini

(c)

Iż-żaffiri

(d)

L-iżmeraldi


ANNESS VI

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva (UE) 2015/849

Id-Direttiva (UE) 2024/1640

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 2(1), il-punt (1)

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 2(1), il-punt (1)

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 2(1), il-punt (2)

L-Artikolu 1(6)

L-Artikolu 2(1), il-punti (1) u (2)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 2(4)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 2(5)

L-Artikolu 6(3)

L-Artikolu 2(6)

L-Artikolu 6(4)

L-Artikolu 2(7)

L-Artikolu 6(5)

L-Artikolu 2(8)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 2(9)

L-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 6(6)

L-Artikolu 3, il-punt (1)

L-Artikolu 2(1), il-punt (5)

L-Artikolu 3, il-punt (2)

L-Artikolu 2(1), il-punt (6)

L-Artikolu 3, il-punt (3)

L-Artikolu 2(1), il-punt (4)

L-Artikolu 3, il-punt (4)

L-Artikolu 2(1), il-punt (3)

L-Artikolu 3, il-punt (5)

L-Artikolu 2(1), il-punt (47)

L-Artikolu 3, il-punt (6)

L-Artikolu 2(1), il-punt (28)

L-Artikolu 3, il-punt (6) (a)

L-Artikolus 51 to 55

L-Artikolu 3, il-punt (6) (b)

L-Artikolu 58

L-Artikolu 3, il-punt (6) (c)

L-Artikolu 57

L-Artikolu 3, il-punt (7)

L-Artikolu 2(1), il-punt (11)

L-Artikolu 3, il-punt (8)

L-Artikolu 2(1), il-punt (22)

L-Artikolu 3, il-punt (9)

L-Artikolu 2(1), il-punt (34) u l-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 3, il-punt (10)

L-Artikolu 2(1), il-punt (35) u l-Artikolu 2(5)

L-Artikolu 3, il-punt (11)

L-Artikolu 2(1), il-punt (36)

L-Artikolu 3, il-punt (12)

L-Artikolu 2(1), il-punt (40)

L-Artikolu 3, il-punt (13)

L-Artikolu 2(1), il-punt (19)

L-Artikolu 3, il-punt (14)

L-Artikolu 2(1), il-punt (12)

L-Artikolu 3, il-punt (15)

L-Artikolu 2(1), il-punt (41)

L-Artikolu 3, il-punt (16)

L-Artikolu 2(1), il-punt (17)

L-Artikolu 3, il-punt (17)

L-Artikolu 2(1), il-punt (23)

L-Artikolu 3, il-punt (18)

L-Artikolu 2(1), il-punt (7)

L-Artikolu 3, il-punt (19)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 3

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 10(2) u (3)

L-Artikolu 8(3)

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 8(4)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 8(5)

L-Artikolu 9(2) u (3)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 29

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 79(1)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 79(3)

L-Artikolu 11

L-Artikolu 19(1), (2) u (5)

L-Artikolu 12

L-Artikolu 19(7) u l-Artikolu 79(2)

L-Artikolu 13(1)

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 13(3)

L-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 13(4)

L-Artikolu 20(4)

L-Artikolu 13(5)

L-Artikolu 47

L-Artikolu 13(6)

L-Artikolu 22(4)

L-Artikolu 14(1)

L-Artikolu 23(1) u (4)

L-Artikolu 14(2)

L-Artikolu 23(2)

L-Artikolu 14(3)

L-Artikolu 23(3)

L-Artikolu 14(4)

L-Artikolu 21(1) u (2)

L-Artikolu 14(5)

L-Artikolu 26(2) u (3)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 20(2), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 33

L-Artikolu 16

L-Artikolu 33(1)

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18(1)

L-Artikolu 34(1) u (8)

L-Artikolu 18(2)

L-Artikolu 34(2)

L-Artikolu 18(3)

L-Artikolu 34(3)

L-Artikolu 18(4)

L-Artikolu 18a(1)

L-Artikolu 29(4)

L-Artikolu 18a(2)

L-Artikolu 29(5) u (6) u l-Artikolu 35, il-punt (a)

L-Artikolu 18a(3)

L-Artikolu 29(5) u (6) u l-Artikolu 35, il-punt (b)

L-Artikolu 18a(4)

L-Artikolu 18a(5)

L-Artikolu 29(6)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 36

L-Artikolu 20

L-Artikolu 9(2), l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 42(1)

L-Artikolu 20, il-punt (a)

L-Artikolu 9(2), il-punt (a)(iii) u l-Artikolu 20(1), il-punt (g)

L-Artikolu 20, il-punt (b)

L-Artikolu 42(1)

L-Artikolu 20a

L-Artikolu 43

L-Artikolu 21

L-Artikolu 44

L-Artikolu 22

L-Artikolu 45

L-Artikolu 23

L-Artikolu 46

L-Artikolu 24

L-Artikolu 39

L-Artikolu 25

L-Artikolu 48(1)

L-Artikolu 26

L-Artikolu 48

L-Artikolu 27

L-Artikolu 49

L-Artikolu 28

L-Artikolu 48(3)

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30(1)

L-Artikolu 63(1), (2), it-tieni subparagrafu u (4) u l-Artikolu 68

L-Artikolu 30(2)

L-Artikolu 63(5)

L-Artikolu 30(3)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 30(4)

L-Artikolu 10(7) u (10)

L-Artikolu 24

L-Artikolu 30(5), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 11 u l-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 30(5), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 30(5), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 30(5a)

L-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 13(12)

L-Artikolu 30(6)

L-Artikolu 11(1), (2) u (3)

L-Artikolu 30(7)

L-Artikolu 61(2)

L-Artikolu 30(8)

L-Artikolu 22(7)

L-Artikolu 30(9)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 30(10)

L-Artikolu 10(19) u (20)

L-Artikolu 31(1)

L-Artikolus 58, L-Artikolu 64(1) u l-Artikolu 68

L-Artikolu 31(2)

L-Artikolu 64(3)

L-Artikolu 31(3)

L-Artikolu 64(5)

L-Artikolu 31(3a)

L-Artikolu 10(1), (2) u (3)

L-Artikolu 67

L-Artikolu 31(4), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 11 u l-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 31(4), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 31(4), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 31(4), ir-raba’ subparagrafu

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 31(4a)

L-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 13(12)

L-Artikolu 31(5)

L-Artikolu 10(7) u (10)

L-Artikolu 24

L-Artikolu 31(6)

L-Artikolu 22(7)

L-Artikolu 31(7)

L-Artikolu 61(2)

L-Artikolu 31(7a)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 31(9)

L-Artikolu 10(19) u (20)

L-Artikolu 31(10)

L-Artikolu 58(4)

L-Artikolu 31a

L-Artikolu 17(1)

L-Artikolu 32(1)

L-Artikolu 19(1)

L-Artikolu 32(2)

L-Artikolu 62(1)

L-Artikolu 32(3)

L-Artikolu 19(2), (3), l-ewwel subparagrafu, (4) u (5)

L-Artikolu 32(4)

L-Artikolus 21(1) u l-Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 32(5)

L-Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 32(6)

L-Artikolu 22(2)

L-Artikolu 32(7)

L-Artikolu 24(1)

L-Artikolu 32(8)

L-Artikolu 19(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 32(9)

L-Artikolu 21(4)

L-Artikolu 32a(1)

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 32a(2)

L-Artikolu 16(2)

L-Artikolu 32a(3)

L-Artikolu 16(3)

L-Artikolu 32a(4)

L-Artikolu 16(5)

L-Artikolu 32b

L-Artikolu 18

L-Artikolu 33(1)

L-Artikolu 69(1)

L-Artikolu 33(2)

L-Artikolu 69(6)

L-Artikolu 34(1)

L-Artikolu 70(1)

L-Artikolu 34(2)

L-Artikolu 70(2)

L-Artikolu 34(3)

L-Artikolu 40(5)

L-Artikolu 35

L-Artikolu 71

L-Artikolu 36

L-Artikolu 42

L-Artikolu 37

L-Artikolu 72

L-Artikolu 38

L-Artikolu 60

L-Artikolu 11(2), ir-raba’ subparagrafu u (4), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 69(7)

L-Artikolu 39

L-Artikolu 73

L-Artikolu 40

L-Artikolu 77

L-Artikolu 41

L-Artikolu 70

L-Artikolu 76

L-Artikolu 42

L-Artikolu 78

L-Artikolu 43

L-Artikolu 44(1)

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 44(2)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 44(3)

L-Artikolu 44(4)

L-Artikolu 9(3) u (6)

L-Artikolu 45(1)

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 45(2)

L-Artikolu 8(3), (4) u (5)

L-Artikolu 45(3)

L-Artikolu 17(1)

L-Artikolu 45(4)

L-Artikolu 48

L-Artikolu 45(5)

L-Artikolu 17(2)

L-Artikolu 45(6)

L-Artikolu 17(3)

L-Artikolu 45(7)

L-Artikolu 17(4)

L-Artikolu 45(8)

L-Artikolu 16(3)

L-Artikolu 45(9)

L-Artikolu 41(1)

L-Artikolu 45(10)

L-Artikolu 41(2)

L-Artikolu 45(11)

L-Artikolu 41(3)

L-Artikolu 46(1)

L-Artikoli 12 u 15

L-Artikolu 46(2)

L-Artikolu 39(2)

L-Artikolu 46(3)

L-Artikolu 28(1)

L-Artikolu 46(4)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 47(1)

L-Artikolu 4(1) u (2)

L-Artikolu 47(2)

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 47(3)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 48(1)

L-Artikolu 37(1)

L-Artikolu 48(1a)

L-Artikolu 37(5) u l-Artikolu 62(1)

L-Artikolu 48(2)

L-Artikolu 37(2) u (6)

L-Artikolu 48(3)

L-Artikolu 37(7)

L-Artikolu 48(4)

L-Artikolu 37(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 46 u l-Artikolu 54(4)

L-Artikolu 48(5)

L-Artikolu 46(2) u (3) u l-Artikolu 47

L-Artikolu 48(6)

L-Artikolu 40(1)

L-Artikolu 48(7)

L-Artikolu 40(2)

L-Artikolu 48(8)

L-Artikolu 40(4)

L-Artikolu 48(9)

L-Artikolu 37(3)

L-Artikolu 48(10)

L-Artikolu 40(3)

L-Artikolu 49

L-Artikolu 61(1)

L-Artikolu 50

L-Artikolu 63

L-Artikolu 50a

L-Artikolu 61(3)

L-Artikolu 51

L-Artikolu 52

L-Artikolu 29

L-Artikolu 53

L-Artikolu 31

L-Artikolu 54

L-Artikolu 33

L-Artikolu 55

L-Artikolu 34

L-Artikolu 56

L-Artikolu 30(2) u (3)

L-Artikolu 57

L-Artikolu 35

L-Artikolu 57a(1)

L-Artikolu 67(1)

L-Artikolu 57a(2)

L-Artikolu 67(2)

L-Artikolu 57a(3)

L-Artikolu 67(3)

L-Artikolu 57a(4)

L-Artikolu 44, l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 47(1)

L-Artikolu 57a(5)

L-Artikolu 51

L-Artikolu 57b

L-Artikolu 68

L-Artikolu 58(1)

L-Artikolu 53(1)

L-Artikolu 58(2)

L-Artikolu 53(2) u (3)

L-Artikolu 58(3)

L-Artikolu 53(4)

L-Artikolu 58(4)

L-Artikolu 58(5)

L-Artikolu 53(5)

L-Artikolu 59(1)

L-Artikolu 55(1)

L-Artikolu 59(2)

L-Artikolu 55(2) u l-Artikolu 56(2) u (3)

L-Artikolu 59(3)

L-Artikolu 55(3)

L-Artikolu 59(4)

L-Artikolu 55(4)

L-Artikolu 60(1)

L-Artikolu 58(1), (2), l-ewwel subparagrafu u (3)

L-Artikolu 60(2)

L-Artikolu 58(2), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 60(3)

L-Artikolu 58(4)

L-Artikolu 60(4)

L-Artikolu 53(6)

L-Artikolu 60(5)

L-Artikolu 53(7)

L-Artikolu 60(6)

L-Artikolu 53(8)

L-Artikolu 61

L-Artikolu 60

L-Artikolu 62(1)

L-Artikolu 59(1)

L-Artikolu 62(2)

L-Artikolu 6(6)

L-Artikolu 62(3)

L-Artikolu 59(2)

L-Artikolu 63

L-Artikolu 64

L-Artikolu 85

L-Artikolu 64a

L-Artikolu 72

L-Artikolu 86

L-Artikolu 65

L-Artikolu 66

L-Artikolu 67

L-Artikolu 68

L-Artikolu 69

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top