This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1359
Regulation (EU) 2024/1359 of the European Parliament and of the Council of 14 May 2024 addressing situations of crisis and force majeure in the field of migration and asylum and amending Regulation (EU) 2021/1147
Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jindirizza sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147
Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jindirizza sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147
PE/19/2024/REV/1
ĠU L, 2024/1359, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1359/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1359 |
22.5.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/1359 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Mejju 2024
li jindirizza sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) (d) u (e) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Waqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
L-Unjoni, filwaqt li tikkostitwixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li tiżgura n-nuqqas ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni għall-persuni, tiżviluppa politika komuni dwar l-ażil u l-migrazzjoni, il-kontroll fuq il-fruntieri esterni u r-ritorni, u tipprevjeni movimenti mhux awtorizzati bejn l-Istati Membri, abbażi ta' solidarjetà u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, li hija ġusta wkoll fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi u tħares għalkollox id-drittijiet fundamentali. |
(2) |
Huwa meħtieġ approċċ komprensiv, bl-objettiv li jirrinforza l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, li jirrikonoxxi li l-effettività tal-approċċ ġenerali jiddependi fuq li l-komponenti kollha jiġu indirizzati b'mod konġunt u implimentati b'mod integrat. |
(3) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jistgħu jiffaċċaw sfidi migratorji li jistgħu jvarjaw ħafna, b'mod partikolari fir-rigward tal-iskala u l-kompożizzjoni tal-wasliet. Għalhekk huwa essenzjali li l-Unjoni tkun mgħammra b'varjetà ta' għodod biex tirrispondi għal kull tip ta' sitwazzjoni. Jenħtieġ li l-approċċ komprensiv kif deskritt fir-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inkluż permezz ta' sħubijiet mal-pajjiżi terzi rilevanti, jiżgura li l-Unjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha regoli speċifiċi biex tiġġestixxi l-migrazzjoni b'mod effettiv, b'mod partikolari fir-rigward tal-iskattar ta' mekkaniżmu ta' solidarjetà obbligatorju, u li jiġu stabbiliti l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi evitata li jseħħu kriżijiet. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li huma komplementari għal dak l-approċċ kif ukoll għar-regoli stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (5), li jistgħu jintużaw fl-istess ħin. |
(4) |
Minkejja l-istabbiliment tal-miżuri preventivi meħtieġa, ma jistax jiġi eskluż li tinħoloq sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil minħabba ċirkostanzi li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ma għandhomx kontroll fuqhom. Tali sitwazzjonijiet eċċezzjonali jistgħu jinkludu l-wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar, jew sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni tal-migranti minn pajjiż terz jew attur mhux statali ostili bl-għan li jiddestabbilizza l-Istat Membru jew l-Unjoni, jew sitwazzjoni ta' force majeure fl-Istat Membru. F'dawk iċ-ċirkostanzi, huwa possibbli illi dawk il-miżuri u l-flessibbiltà previsti skont ir-Regolament (UE) 2024/1351 u r-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw tali sitwazzjonijiet eċċezzjonali. Dawk is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali huma differenti minn dawk li fihom Stat Membru jiffaċċa sitwazzjoni migratorja sinifikanti minħabba l-effett kumulattiv tal-wasliet fuq is-sistema tal-ażil, tal-akkoljenza u tal-migrazzjoni mħejjija sew tiegħu jew fejn Stat Membru jkun taħt pressjoni migratorja minħabba l-iskala tal-wasliet, li minkejja li ma jilħqux il-livelli ta' wasliet bil-massa, madankollu joħolqu obbligi sproporzjonati fuq is-sistemi mħejjija sew tiegħu, u għal liema sitwazzjonijiet ir-Regolament (UE) 2024/1351 jipprovdi miżuri rilevanti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna. |
(5) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jsaħħaħ it-tħejjija u r-reżiljenza tal-Unjoni biex tiġġestixxi sitwazzjonijiet ta' kriżi u li jiffaċilita l-koordinazzjoni operazzjonali, l-appoġġ għall-kapaċità u d-disponibbiltà ta' finanzjament f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. |
(6) |
Dan ir-Regolament jiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' solidarjetà u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-adattament tar-regoli rilevanti dwar il-proċedura tal-ażil, inkluż l-applikazzjoni tal-proċedura mħaffa, sabiex l-Istati Membri u l-Unjoni jkollhom l-għodod legali meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom biex jirreaġixxu malajr għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure, inkluż l-adattament tal-iskedi ta' żmien biex iwettqu l-proċeduri kollha. |
(7) |
Dan ir-Regolament jiżgura li l-Istati Membri jirċievu appoġġ sħiħ f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure, inkluż permezz tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà li jiżgura kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà u bilanċ tal-isforzi bejn l-Istati Membri f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. |
(8) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), b'mod partikolari r-rispett u l-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, il-projbizzjoni tat-tortura u l-piena jew it-trattament inuman jew degradanti, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal, id-dritt għall-ażil u l-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni, kif ukoll il-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-“Konvenzjoni ta' Ġinevra”). Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat f'konformità mal-Karta u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni kif ukoll mad-dritt internazzjonali. Sabiex tiġi riflessa l-kunsiderazzjoni primarja li trid tingħata lill-aħjar interessi tat-tfal, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u l-ħtieġa li tiġi rispettata l-ħajja tal-familja, kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-persuni kkonċernati, jenħtieġ li jiġu applikati salvagwardji fir-rigward tal-minorenni u l-membri tal-familja tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali (l-“applikanti”) li l-istat tas-saħħa tagħhom ikun jeħtieġ appoġġ speċifiku u adegwat. Jenħtieġ li r-regoli u l-garanziji stipulati fir-Regolament (UE) 2024/1348 ikomplu japplikaw fir-rigward ta' persuni soġġetti għad-derogi previsti f'dan ir-Regolament, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor. Jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli stipulati fid-Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), inkluż dawk li jikkonċernaw id-detenzjoni ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali, mill-mument li ssir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. |
(9) |
Dan ir-Regolament ma jipprovdix għad-derogi mir-regoli u l-garanziji, inkluż dawk relatati mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, skont id-Direttiva (UE) 2024/1346. Jenħtieġ li Stat Membru f'sitwazzjoni ta' kriżi jipprevedi riżorsi umani u materjali addizzjonali u suffiċjenti biex ikun jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dik id-Direttiva. |
(10) |
Jenħtieġ li jkomplu japplikaw ir-regoli u l-garanziji stipulati fir-Regolamenti (UE) 2024/1356 (8), (UE) 2024/1358 (9) u (UE) 2024/1347 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva (UE) 2024/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) irrispettivament mid-derogi applikati skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament biss f’konformità mal-kundizzjonijiet li għalihom dawk il-miżuri huma soġġetti kif previst fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill rilevanti adottati skont dan ir-Regolament u meta huwa strettament meħtieġ u proporzjonat. |
(11) |
L-adozzjoni ta' miżuri skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' Stat Membru partikolari jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi applikat l-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(12) |
Wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni fejn Stat Membru ma jkunx f'pożizzjoni li jipproċessa l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta' persuni apolidi f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2024/1351 u r-Regolament (UE) 2024/1348, u dak ikollu konsegwenzi għall-funzjonament tas-sistema tal-ażil u l-migrazzjoni, mhux biss f'dak l-Istat Membru iżda fl-Unjoni kollha kemm hi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u mekkaniżmi speċifiċi li jenħtieġ li jippermettu azzjoni effettiva biex jiġu indirizzati tali sitwazzjonijiet. |
(13) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji u infrastruttura biex jimplimentaw il-politiki dwar il-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni b'mod effettiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra biex jiżguraw li s-sistemi tagħhom tal-ażil, l-akkoljenza, inkluż is-servizzi ta' protezzjoni tat-tfal, jew is-sistema ta’ ritorn huma mħejjija tajjeb, inkluż it-tħejjija u l-ippjanar ta' kontinġenza, u li kull komponent ikollu kapaċità suffiċjenti. |
(14) |
Sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni tista' sseħħ fejn pajjiż terz jew attur mhux statali ostili jinkoraġġixxi jew jiffaċilita l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi lejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni jew lejn Stat Membru, fejn tali azzjonijiet ikunu indikattivi tal-intenzjoni ta' pajjiż terz jew attur mhux statali ostili li jiddestabbilizza l-Unjoni jew Stat Membru, u fejn tali azzjonijiet jistgħu jpoġġu f'riskju l-funzjonijiet essenzjali ta’ Stat Membru, inkluż iż-żamma tal-ordni pubbliku jew is-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali tiegħu. |
(15) |
Jenħtieġ li sitwazzjonijiet li fihom atturi mhux statali jkunu involuti fi kriminalità organizzata, b'mod partikolari l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin, ma jitqisux bħala strumentalizzazzjoni tal-migranti meta ma jkun hemm l-ebda għan li jiddestabbilizzaw l-Unjoni jew Stat Membru. |
(16) |
Jenħtieġ li l-għajnuna umanitarja ma titqiesx bħala strumentalizzazzjoni tal-migranti meta ma jkun hemm l-ebda għan li tiddestabbilizza l-Unjoni jew Stat Membru. |
(17) |
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri applikabbli taħt oqsma ta' politika u strumenti legali oħra, biex jiġi żgurat rispons immedjat u xieraq għat-theddid ibridu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali, dan ir-Regolament jiffoka fuq il-miżuri speċifiċi applikabbli fil-qasam tal-migrazzjoni li għandhom l-għan li jindirizzaw is-sitwazzjonijiet ta' strumentalizzazzjoni. |
(18) |
F'sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni, ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi jistgħu japplikaw għal protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera esterna jew f'żona ta' tranżitu ta' Stat Membru, u dawn spiss ikunu persuni maqbuda b'rabta ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera esterna fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru jew li jiġu żbarkati wara operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ. Dan jista' jwassal, b'mod partikolari, għal żieda sinifikanti mhux mistennija tal-każijiet ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fil-fruntieri esterni. F'dak ir-rigward, irid jiġi żgurat aċċess effettiv u ġenwin għall-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 18 tal-Karta u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra. |
(19) |
Fir-rigward ta' Ċipru, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 (12) jipprevedi regoli speċifiċi li japplikaw għal-linja bejn iż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru jeżerċita kontroll effettiv u dawk iż-żoni fejn ma jeżerċitax kontroll effettiv. Għalkemm dik il-linja ma tikkostitwix fruntiera esterna, sitwazzjoni li fiha pajjiż terz jew attur mhux statali ostili jinkoraġġixxi jew jiffaċilita l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi biex jaqsmu dik il-linja jenħtieġ li titqies bħala strumentalizzazzjoni, jekk ikunu preżenti l-elementi l-oħra kollha ta' strumentalizzazzjoni. |
(20) |
Stat Membru jista' jiffaċċa wkoll ċirkostanzi anormali u imprevedibbli barra mill-kontroll tiegħu, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja li eżerċita d-diliġenza kollha dovuta. Tali sitwazzjonijiet ta' force majeure jistgħu jipprevjenu lill-Istat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni u jista' jkollhom konsegwenzi mhux biss f'dak l-Istat Membru, iżda fl-Unjoni kollha kemm hi. Xi eżempji ta' sitwazzjoni ta' force majeure jinkludu, fost oħrajn, pandemiji u diżastri naturali. |
(21) |
Meta Stat Membru jqis lilu nnifsu f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jkun jista' jitlob l-awtorizzazzjoni li japplika d-derogi u l-miżuri ta' solidarjetà previsti f'dan ir-Regolament. Dik it-talba jenħtieġ li tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni u għandha tispeċifika liema miżuri qiegħda titlob sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika. Jenħtieġ li tipprovdi wkoll ir-raġunijiet għaliex is-sitwazzjoni teħtieġ li għandu jirrikorri għal dawk il-miżuri u, fejn rilevanti, jindika liema miżuri diġà ttieħdu biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni. |
(22) |
L-użu ta' miżuri inklużi fis-Sett ta' Għodod Permanenti tal-UE b’Appoġġ għall-Migrazzjoni kif stabbilit bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2024/1351 (is-“Sett ta’ Għodod”) jenħtieġ li ma jkunx prekundizzjoni biex wieħed jibbenefika mill-miżuri ta' solidarjetà skont dan ir-Regolament. |
(23) |
F'sitwazzjoni ta' kriżi, l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni bħal din jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jitlob mingħand Stati Membri oħra miżuri ta' solidarjetà u appoġġ li jkunu l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tiegħu sabiex jiġġestixxi s-sitwazzjoni, u li jirrikjedu solidarjetà msaħħa meta mqabbla ma' dik prevista fir-Regolament (UE) 2024/1351 biex tittaffa r-responsabbiltà tal-Istat Membru għat-trattament ta' sitwazzjoni ta' kriżi. Il-miżuri msaħħa ta' solidarjetà u appoġġ jistgħu jieħdu l-forma ta' rilokazzjonijiet, kontribuzzjonijiet finanzjarji, miżuri alternattivi ta' solidarjetà jew taħlita ta' dawn ta' hawn fuq. |
(24) |
F'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni bħal din jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jitlob l-awtorizzazzjoni biex japplika derogi mir-regoli rilevanti dwar il-proċedura tal-ażil, inkluż il-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera. Fejn rilevanti, jenħtieġ li tali talbiet jinkludu wkoll l-għażla tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-esklużjoni jew il-waqfien tal-proċedura fuq il-fruntiera għal kategoriji speċifiċi ta' applikanti. Flimkien ma' tali talba, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li japplika d-deroga mill-iskadenza tar-reġistrazzjoni, qabel ma tiġi awtorizzata tagħmel din f’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, kif ukoll bir-raġunijiet preċiżi li għalihom tkun meħtieġa azzjoni immedjata. Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dik id-deroga ma taqbiżx għaxart ijiem mill-jum ta' wara dak li fih issir it-talba dment li ma tkunx awtorizzata fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Kunsill, meta jwettqu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont il-proċedura ta' awtorizzazzjoni, jipproċedu b'ħeffa sabiex jiġi limitat iż-żmien bejn tmiem perjodu bħal dan u l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill korrispondenti. |
(25) |
Meta jitqies li Stat Membru jista’ jiffaċċa diversi mis-sitwazzjonijiet deskritti f'dan ir-Regolament fl-istess ħin, huwa possibbli li dak l-Istati Membru jitlob diversi miżuri skont dan ir-Regolament u jiġi awtorizzat li japplika jew jibbenefika minn dawk il-miżuri simultanjament, li huma maħsuba bħala komplementari. |
(26) |
Sabiex tkun possibbli l-ġestjoni xierqa ta' sitwazzjoni ta' kriżi, inkluż ta' strumentalizzazzjoni, jew ta' force majeure, u biex tiżgura l-prevedibbiltà u l-adattament xieraq tar-regoli rilevanti dwar il-proċedura tal-ażil għal tali sitwazzjonijiet, inkluż il-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tivvaluta s-sitwazzjoni, fuq talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat, u biex tiddetermina, permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, jekk l-Istat Membru rikjedenti jkunx qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi, inkluż ta' strumentalizzazzjoni, jew ta' force majeure. |
(27) |
F'sitwazzjoni ta' kriżi, il-miżuri ta' solidarjetà biex tiġi indirizzata sitwazzjoni bħal din jenħtieġ li jmorru lil hinn minn dawk previsti fir-Regolament (UE) 2024/1351. Għal dik ir-raġuni jenħtieġ li, meta tivvaluta s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tqis l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi previsti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u l-informazzjoni sostanzjata pprovduta mill-Istat Membru rikjedenti u l-informazzjoni miġbura skont ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u r-Rapport Annwali Ewropew dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni msemmi fir-Regolament (UE) 2024/1351. F’sitwazzjonijiet ta’ strumentalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll ir-raġunijiet għaliex is-Sett ta' Għodod mhuwiex suffiċjenti biex jindirizza s-sitwazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġbor biżżejjed informazzjoni biex tivvaluta kif xieraq jekk l-Istat Membru rikjedenti jkunux qed jiffaċċaw sitwazzjoni ta' kriżi, inkluż ta' strumentalizzazzjoni, jew ta' force majeure, f’konsultazzjoni mal-Aġenziji rilevanti, b'mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (l-Aġenzija għall-Ażil), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), u organizzazzjonijiet rilevanti oħra. |
(28) |
Biex jiġu żgurati livell għoli ta' skrutinju u appoġġ politiku u espressjoni tas-solidarjetà tal-Unjoni, ikun rilevanti li jiġi kkunsidrat jekk il-Kunsill Ewropew ikunx irrikonoxxa li l-Unjoni jew wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jkunu qed jiffaċċaw sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni tal-migranti. L-istrumentalizzazzjoni tal-migranti tista' tqiegħed f'riskju l-funzjonijiet essenzjali ta' Stat Membru, inkluż iż-żamma tal-ordni pubbliku jew is-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali tiegħu. |
(29) |
Sabiex jiġi previst rispons xieraq li jkun neċessarju u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-proposta tal-Kummissjoni tidentifika, fejn rilevanti, id-derogi speċifiċi li l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu awtorizzati japplikaw. F'sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni, jenħtieġ li l-persuni soġġetti għall-istrumentalizzazzjoni li għalihom jistgħu jiġu applikati d-derogi rilevanti jiġu identifikati b'mod ċar. F'sitwazzjoni ta' kriżi, fejn xieraq u wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa s-sitwazzjoni ta' kriżi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi fil-proposta tagħha abbozz ta' Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà, li jindika l-miżuri ta' solidarjetà rilevanti u l-livell tagħhom meħtieġ għas-sitwazzjoni speċifika, inkluż l-ammont totali ta' rilokazzjonijiet, kontribuzzjonijiet finanzjarji jew miżuri alternattivi ta' solidarjetà u l-livell tagħhom, li jirrikonoxxi li d-diversi tipi ta' solidarjetà huma ta' valur ugwali, u b'rispett għad-diskrezzjoni sħiħa tal-Istati Membri fl-għażla tal-miżuri ta' solidarjetà. |
(30) |
Filwaqt li f'sitwazzjoni ta' pressjoni migratorja, ir-rilokazzjoni jew il-kumpens għar-responsabbiltà għandhom ikopru 60 % tal-ħtiġijiet ta' rilokazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2024/1351, f'sitwazzjoni ta' kriżi, huwa importanti li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet kollha ta' solidarjetà tal-Istat Membru kkonċernat. Għal dik ir-raġuni, meta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill tistabbilixxi Pjan ta’ Rispons ta’ Solidarjetà, jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa s-sitwazzjoni ta’ kriżi jkollu prijorità li juża l-wegħdiet ta’ solidarjetà mhux allokati jew dawk li jkunu għadhom ma ġewx implimentati u li jkunu disponibbli fir-Riżerva Annwali ta’ Solidarjetà stabbilita f’konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2024/1351. Jekk dan ma jkunx possibbli jew jekk ir-Riżerva Annwali ta’ Solidarjetà ma jkunx fiha biżżejjed wegħdiet biex jiġu koperti l-ħtiġijiet identifikati, jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa s-sitwazzjoni ta’ kriżi jkun jista’ jagħmel użu wkoll mill-kontribuzzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-diversi tipi ta’ solidarjetà għandhom valur ugwali. Bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet kollha tal-Istat Membru kkonċernat, jekk it-taħlita tal-wegħdiet ta’ rilokazzjoni disponibbli fir-Riżerva Annwali ta’ Solidarjetà u fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill ma tkunx suffiċjenti, jenħtieġ li l-kumpens għar-responsabbiltà jsir obbligatorju biex ikopri l-ħtiġijiet stipulati fil-Pjan ta’ Rispons ta’ Solidarjetà. Biex dak iseħħ, jenħtieġ li jkun hemm persuni preżenti fit-territorju tal-Istat Membru kontribwenti li għalih japplikaw il-kumpensi. |
(31) |
Sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ force majeure jistgħu wkoll iqiegħdu f’riskju l-funzjonijiet essenzjali ta’ Stat Membru. Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u biex tittejjeb il-koordinazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tawtorizza lil Stat Membru japplika d-derogi u l-miżuri ta’ solidarjetà previsti f’dan ir-Regolament meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti. Il-perjodu ta’ żmien għall-applikazzjoni tal-miżuri awtorizzati mid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni inizjali jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. Jenħtieġ li jkun possibli li dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal tliet xhur oħra wara li l-Kummissjoni tikkonferma li s-s-sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta’ force majeure tippersisti. Jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa jkompli jestendi l-awtorizzazzjoni biex jiġu applikati d-derogi u l-miżuri ta’ solidarjetà, sa mhux aktar minn tliet xhur, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, jekk iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-estensjoni tad-derogi u l-miżuri ta’ solidarjetà jippersistu. Jenħtieġ li jkun possibbli li dak il-perjodu jiġi estiż għal tliet xhur oħra wara konferma mill-Kummissjoni li s-sitwazzjoni tippersisti. Jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jirrevoka l-applikazzjoni tal-miżuri abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni meta ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tad-derogi u l-miżuri ta’ solidarjetà jkunu waslu fi tmiemhom. Jenħtieġ li jkun possibbli għad-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-awtorizzazzjoni li ’temenda id-derogi applikati. Jenħtieġ li, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom u fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom, il-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw f’kull ħin li l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-neċessità jiġu rispettati. |
(32) |
Jenħtieġ li d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill tispeċifika, fejn xieraq, id-derogi speċifiċi li ’Stat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta’ kriżi, jew ta' force majeure huwa awtorizzat li japplika, skont in-natura ta' kull deroga, u tistabbilixxi d-data minn meta jistgħu jiġu applikati. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-deċiżjoni tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u l-ambitu personali tad-derogi. |
(33) |
Jenħtieġ li d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill tistabbilixxi, fejn xieraq, Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà, fejn tindika l-miżuri speċifiċi ta' solidarjetà u ta' appoġġ meħtieġa u l-livelli tagħhom, kif ukoll il-wegħdiet magħmula mill-Istati Membri kontribwenti. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-eżerċizzju tal-wegħdiet isir fil-qafas tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Huwa importanti li tiġi żgurata d-diskrezzjoni sħiħa tal-Istati Membri kontribwenti li jagħżlu bejn it-tipi ta' miżuri ta' solidarjetà u ta' appoġġ. |
(34) |
Minħabba l-importanza li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jiġu applikati għat-tul ta' żmien u sal-livell strettament neċessarju biss, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Kunsill iżommu s-sitwazzjoni taħt monitoraġġ u rieżami kostanti fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ dawk il-miżuri. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-konformità mad-drittijiet fundamentali u mal-istandards umanitarji u tista' titlob lill-Aġenzija għall-Ażil tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ tas-sistema tal-ażil jew ta' akkoljenza tal-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2021/2303. |
(35) |
Jenħtieġ li r-regoli proċedurali stipulati fir-Regolament (UE) 2024/1351 għat-twettiq ta' rilokazzjoni japplikaw bl-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri ta’ solidarjetà f’sitwazzjoni ta’ kriżi, filwaqt li jitqiesu l-gravità u l-urġenza ta’ dik is-sitwazzjoni. |
(36) |
Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà skont dan ir-Regolament, il-Koordinatur tas-Solidarjetà tal-UE jenħtieġ li, minbarra l-kompiti stipulati fir-Regolament (UE) 2024/1351, jappoġġa l-attivitajiet ta' rilokazzjoni u jippromwovi kultura ta' tħejjija, kooperazzjoni u reżiljenza fost l-Istati Membri. F'sitwazzjoni ta' kriżi, jenħtieġ li kull ġimagħtejn il-Koordinatur tas-Solidarjetà tal-UE jipprovdi bulettin dwar l-istat tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni. Jenħtieġ li l-uffiċċju tal-Koordinatur tas-Solidarjetà tal-UE jiġi allokat biżżejjed persunal u riżorsi biex jissodisfa r-rwol tiegħu taħt dan ir-Regolament b'mod effettiv. Meta tiġi implimentata r-rilokazzjoni, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni primarja lil persuni vulnerabbli. |
(37) |
Jenħtieġ li persuni vulnerabbli, jingħataw kunsiderazzjoni primarja għar-rilokazzjoni, b'mod partikolari meta jkollhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2024/1346, jew ikunu fi bżonn ta' garanziji proċedurali speċjali kif imsemmi fl-Artikoli 20 sa 23 tar-Regolament (UE) 2024/1348. Skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2024/1346, huwa aktar probabbli li applikanti li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji li ġejjin ikollhom bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza: minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabbiltà, persuni akbar fl-età, nisa tqal, persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali, trans u intersesswali, ġenituri waħedhom bi tfal minorenni, vittmi tat-traffikar ta' bnedmin, persuni b'mard serju, persuni b'disturbi mentali inkluż disturb minn stress postrawmatiku u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħal vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, ta' żwieġ tat-tfal jew żwieġ furzat, jew ta' vjolenza mwettqa għal raġuni sesswali, razzista, reliġjuża jew marbuta mal-ġeneru. |
(38) |
B'kuntrast mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2024/1351, fejn l-Istati Membri mhumiex obbligati jerfgħu responsabbiltà akbar mis-sehem ġust tagħhom, f'sitwazzjoni ta' kriżi, l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà tista' potenzjalment twassal biex Stat Membru kontribwenti wieħed jew aktar jerfgħu r-responsabbiltà biex jeżaminaw aktar applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali mis-sehem ġust tagħhom. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li tali Stat Membru jkun intitolat inaqqas proporzjonalment il-parti li taqbeż is-sehem ġust mill-implimentazzjoni tal-wegħdiet ta' solidarjetà skont iċ-ċikli annwali li jkun imiss skont ir-Regolament (UE) 2024/1351 fuq perjodu ta' ħames snin. Tali tnaqqis jista' jiġi applikat ukoll f'deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 4(3) bl-ammont korrispondenti ta' applikazzjonijiet li jeċċedi s-sehem ġust u fi żmien ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li tkun wasslet biex l-Istat Membru jeċċedi s-sehem ġust tiegħu ma tibqax fis-seħħ. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-tnaqqis fiċ-ċikli annwali li jkun imiss u f'deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill jiġi applikat b'mod alternattiv jew simultanju, dment li jikkorrispondi għall-għadd ta' applikazzjonijiet li bihom l-Istat Membru jkun ikkontribwixxu ’l fuq mis-sehem ġust tiegħu, u ma jaqbiżx dan l-ammont. |
(39) |
Meta Stat Membru qed jiffaċċa sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta' force majeure, hu jista' jkollu bżonn jiddevja r-riżorsi biex jiġġestixxi il-wasliet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi fil-fruntieri tiegħu. B'riżultat ta' dan, dak l-Istat Membru jista' jkollu bżonn iż-żmien biex jorganizza mill-ġdid ir-riżorsi tiegħu u biex iżid il-kapaċità tiegħu, inkluż bl-appoġġ tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. Dak l-Istat Membru jista' wkoll ikollu bżonn aktar żmien biex ikun jista' jiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet mingħajr ma jippermetti d-dħul fit-territorju tiegħu. F'sitwazzjoni bħal din, jenħtieġ li jkun possibbli għal dak l-Istat Membru li jidderoga mill-iskadenzi għar-reġistrazzjoni u l-proċedura fuq il-fruntiera. |
(40) |
Meta Stat Membru japplika miżura waħda jew aktar previsti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istat Membru jinforma liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u lill-persuni apolidi b'lingwa li huma jifhmu jew huma raġonevolment mistennija li jifhmu, dwar id-derogi applikati u t-tul ta' żmien tal-miżuri. L-Istati Membri huma obbligati jindirizzaw kwalunkwe bżonnijiet proċedurali speċjali u l-bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza tal-applikanti li jistgħu jirriżultaw u jipprovdu informazzjoni b'mod xieraq skont kif ikun meħtieġ. Barra minn hekk, japplikaw l-Artikolu 8 dwar l-għoti ta' informazzjoni u l-Artikolu 36(3) fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-possibbiltà li tiġi appellata d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, tar-Regolament (UE) 2024/1348. |
(41) |
Meta jiġu applikati derogi mill-proċedura tal-ażil, jenħtieġ li s-salvagwardji għall-applikanti bi bżonnijiet proċedurali speċjali u bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza, inkluż kundizzjonijiet mediċi, ikunu kunsiderazzjoni primarja għall-awtoritajiet kompetenti. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure ma japplikax, jew jieqaf japplika, d-derogi mill-proċedura tal-ażil f'każijiet meta jkun hemm raġunijiet mediċi biex ma japplikax il-proċedura fuq il-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 53(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1348, meta l-appoġġ meħtieġ ma jkunx jista' jingħata lill-applikanti bi bżonnijiet proċedurali speċjali f'konformità mal-Artikolu 53(2), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament jew meta l-appoġġ meħtieġ ma jkunx jista' jingħata lill-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza f'konformità mad-Direttiva (UE) 2024/1346. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jipprijoritizza l-eżami tal-applikazzjonijiet minn persuni bi bżonnijiet proċedurali speċjali f'konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348 u dawk bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (14), tad-Direttiva (UE) 2024/1346, speċjalment il-minorenni u l-membri tal-familja tagħhom. |
(42) |
F'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure, l-Istat Membru jenħtieġ li jkun awtorizzat li jidderoga mir-Regolament (UE) 2024/1348 sabiex jirreġistra applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali mhux aktar tard minn erba' ġimgħat minn meta jsiru. Tali estensjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-applikanti għall-ażil iggarantiti mill-Karta, mir-Regolament (UE) 2024/1348 u mid-Direttiva (UE) 2024/1346. Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjoni prevista matul il-perjodu bejn it-talba u l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, f'sitwazzjoni ta' kriżi, ikkaratterizzata minn wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi, l-estensjoni tal-perjodu ta' reġistrazzjoni jenħtieġ li tiġi applikata biss matul il-perjodu ta' żmien stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni inizjali tal-Kunsill. |
(43) |
Meta jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istat Membru kkonċernat jestendi l-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera b’sitt ġimgħat. Jenħtieġ li l-estensjoni ma tintużax flimkien mal-perjodu msemmi fl-Artikolu 51(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1348. |
(44) |
Meta jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, jenħtieġ li Stat Membru jkun jista' jagħżel miżuri minn fost diversi opzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera, filwaqt li jqis il-kompożizzjoni tal-flussi u n-natura diversifikata tagħhom, skont is-sitwazzjoni preċiża ta' kriżi. |
(45) |
F'sitwazzjonijiet ta' kriżi, ikkaratterizzati minn wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi, jew ta' force majeure, jista' jkun meħtieġ li Stat Membru jitħalla ma japplikax il-proċedura fuq il-fruntiera fir-rigward ta' persuni li jiġu minn pajjiżi terzi fejn ir-rata medja ta' rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni tkun inqas minn 20 %. Sabiex tali deroga tiġi applikata, jenħtieġ li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill tivvaluta jekk il-miżuri li jinsabu fil-pjan ta’ kontinġenza tal-Istat Membru kkonċernat, imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2024/1346 ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri huma obbligati japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1), il-punti (c) u (f), tar-Regolament (UE) 2024/1348. |
(46) |
F'sitwazzjoni ta' kriżi kkaratterizzata minn wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, jista' jkun meħtieġ li Stati Membru jitħalla jbaxxi l-limitu għall-applikazzjoni obbligatorja tal-proċedura fuq il-fruntiera prevista fl-Artikolu 42(1), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2024/1348. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-limitu mnaqqas ma jkunx inqas minn 5 %. L-Istati Membri huma obbligati japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1), il-punti (c) u (f), ta’ dak ir-Regolament. |
(47) |
F'sitwazzjoni ta' kriżi kkaratterizzata minn wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, jista' jkun meħtieġ li jitwessa' l-ambitu tal-applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera, stabbilit bl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2024/1348 u li Stat Membru jitħalla jieħu deċiżjoni fil-qafas ta' proċedura fuq il-fruntiera anke fuq il-merti ta' applikazzjoni f'każijiet fejn l-applikant ikun ċittadin ta' pajjiż terz jew, fil-każ ta' persuni apolidi, preċedentement kien resident abitwali ta' pajjiż terz, li għalih il-proporzjon ta' deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni kollha ikun 50 % jew inqas. B'riżultat ta' dan, meta tiġi applikata l-proċedura fuq il-fruntiera f'każ ta' kriżi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera kif previst fl-Artikoli 43 sa 54 ta’ dak ir-Regolament (UE) iżda jkunu jistgħu jestendu l-applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jiġu minn pajjiżi terzi fejn ir-rata medja ta' rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni tkun ogħla minn 20 % iżda inqas minn 50 %, b'kont meħud tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni li jevolvu malajr u li jista' jkun hemm fil-pajjiż ta' oriġini kif rifless fl-aġġornamenti trimestrali tad-data tal-Eurostat. Jenħtieġ li dan it-twessigħ tal-ambitu tal-proċedura fuq il-fruntiera ma jaffettwax ir-raġunijiet u regoli oħra applikabbli għall-proċedura obbligatorja fuq il-fruntiera skont dak ir-Regolament. Meta Stat Membru jkun awtorizzat iwessa' l-ambitu tal-proċedura fuq il-fruntiera, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet eżaminati skont dik il-proċedura ma jitqisux bħala parti mill-kapaċità adegwata skont l-Artikolu 47 jew jingħaddu għall-applikazzjoni tal-limitu massimu annwali skont l-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament. |
(48) |
Jenħtieġ li d-detenzjoni tal-applikanti tkun applikata f'konformità mal-prinċipju sottostanti li jenħtieġ li persuna ma tinżammx f'detenzjoni għall-unika raġuni li dik il-persuna tkun qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari f'konformità mal-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u mal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2024/1346, jenħtieġ li, bħala regola, il-minorenni ma jinżammux f'detenzjoni iżda jenħtieġ li jitqiegħdu f'akkomodazzjoni b'dispożizzjonijiet speċjali għall-minorenni, inkluż fejn xieraq f'kollokamenti mhux kustodjali bbażati fuq komunità. Minħabba l-impatt negattiv tad-detenzjoni fuq il-minorenni, detenzjoni bħal din tista' tintuża, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, esklużivament f'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun strettament meħtieġ, bħala miżura aħħarija biss, għall-iqsar żmien possibbli, u qatt f'akkomodazzjoni ta' ħabs jew fi kwalunkwe faċilità oħra destinata għal finijiet ta' infurzar tal-liġi. Il-minorenni ma għandhomx jiġu separati mill-ġenituri jew mill-indokraturi tagħhom, u jenħtieġ li l-prinċipju tal-unità tal-familja ġeneralment iwassal għall-użu ta' alternattivi adegwati għad-detenzjoni ta' familji b'minorenni, f'akkomodazzjoni adatta għalihom. Barra minn hekk, irid isir kull ma hu possibbli biex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli u aċċessibbli firxa vijabbli ta' alternattivi adegwati għad-detenzjoni ta' minorenni. |
(49) |
F'sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni u biex jiġi evitat li pajjiż terz jew attur mhux statali ostili jkollu fil-mira nazzjonalitajiet speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi, jenħtieġ li jkun possibbli għal Stat Membru li jidderoga mill-proċedura tal-ażil stabbilita f'dan ir-Regolament billi jieħu deċiżjoni fil-qafas tal-proċedura fuq il-fruntiera, kif stipulat fl-Artikoli 44 sa 55 tar-Regolament (UE) 2024/1348 dwar il-merti tal-applikazzjonijiet kollha. Jenħtieġ li l-prinċipji u l-garanziji stipulati f’dak ir-Regolament jiġu rispettati. Jenħtieġ li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istat Membru japplika d-derogi msemmija, tispeċifika ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew il-persuni apolidi soġġetti għas-sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni. Meta tiġi applikata din id-deroga, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lil ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li kienu soġġetti għall-istrumentalizzazzjoni, b'mod partikolari minorenni taħt l-età ta' 12-il sena u l-membri tal-familja tagħhom, u persuni vulnerabbli bi bżonnijiet proċedurali speċjali jew bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-gruppi jew jiġu esklużi mill-proċedura fuq il-fruntiera jew, meta valutazzjoni individwali tikkonkludi li l-applikazzjonijiet tagħhom x'aktarx ikollhom bażi soda, jenħtieġ li dik il-proċedura ma tibqax tapplika għalihom. L-għażla bejn dawn l-alternattivi tibqa' għad-diskrezzjoni tal-Istat Membru li jirrikjedi l-applikazzjoni ta' din id-deroga. L-għażla indikata fit-talba jenħtieġ li tkun riflessa fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-applikazzjoni ta' din id-deroga. Jenħtieġ li t-twessigħ tal-ambitu tal-proċedura fuq il-fruntiera f'sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni ma jaffettwax ir-raġunijiet u regoli oħra applikabbli għall-proċedura obbligatorja fuq il-fruntiera skont ir-Regolament (UE) 2024/1348. Meta Stat Membru jkun awtorizzat iwessa' l-ambitu tal-proċedura fuq il-fruntiera, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet eżaminati skont dik il-proċedura ma jitqisux bħala parti mill-kapaċità adegwata skont l-Artikolu 48 jew jingħaddu għall-applikazzjoni tal-limitu massimu annwali skont l-Artikolu 51 ta’ dak ir-Regolament. |
(50) |
Sabiex l-Istat Membru kkonċernat jiġi appoġġat fl-għoti tal-assistenza meħtieġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, u b'mod partikolari l-UNHCR, u organizzazzjonijiet sħab rilevanti oħra fdati b'kompiti speċifiċi mill-Istati Membri, ikollhom aċċess effettiv għall-fruntiera skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva (UE) 2024/1346 u r-Regolament (UE) 2024/1348. Jenħtieġ li l-UNHCR jingħata aċċess għall-applikanti, inkluż dawk fuq il-fruntiera. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat iżomm kooperazzjoni ma' dawk l-organizzazzjonijiet. |
(51) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal sitwazzjonijiet ta' kriżi ikkaratterizzati minn wasliet bil-massa u għal force majeure, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jestendu l-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament (UE) 2024/1351 skont kundizzjonijiet stretti fejn ma tkunx possibbli l-konformità ma' dawk il-limiti ta' żmien minħabba s-sitwazzjoni straordinarja. Jenħtieġ li tali estensjoni tapplika b'mod simultanju għal-limiti ta' żmien stipulati biex jintbagħtu jew jitwieġbu talbiet għat-teħid ta' responsabbiltà u notifiki għat-teħid lura kif ukoll il-limitu ta' żmien biex applikant jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru responsabbli. Jenħtieġ li l-limiti ta' żmien jiġu estiżi irrispettivament minn jekk dak ir-Regolament jipprevedix limiti ta' żmien iqsar għal ċerti sitwazzjonijiet. |
(52) |
Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-proċedura għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali, fejn it-trasferiment ma jseħħx minħabba l-persistenza tas-sitwazzjoni ta' kriżi kkaratterizzata minn wasliet bil-massa jew ta' force majeure, jew meta l-Istat Membru ta' trasferiment ma jimplimentax it-trasferiment meta l-applikant ikun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' trasferiment, jenħtieġ li jiġi stipulat limitu ta' żmien massimu biex jitwettaq it-trasferiment lejn Stat Membru li jkun qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni. Jenħtieġ li dak il-limitu massimu ta' żmien ma jkunx itwal minn sena mill-aċċettazzjoni tat-talba għat-teħid ta' responsabbiltà, mill-konferma tan-notifika għat-teħid lura minn Stat Membru ieħor jew mid-deċiżjoni finali dwar appell jew rieżami ta' deċiżjoni ta' trasferiment li għandu effett sospensiv f'konformità mal-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1351. Dak il-limitu massimu ta' żmien huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-limiti ta' żmien jiġu estiżi skont l-Artikolu 46(2) ta’ dak ir-Regolament għat-twettiq ta' trasferiment. |
(53) |
Sabiex jiġi evitat li s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil ma tibqax funzjonali minħabba wasliet bil-massa ta' skala u intensità tant straordinarji li, anke jekk Stat Membru jkollu sistema tal-ażil, tal-akkoljenza u tar-ritorn imħejjija sew, jekk is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata mill-Unjoni kollha kemm hi, dan jista' joħloq riskju serju ta' nuqqasijiet serji fit-trattament tal-applikanti, jenħtieġ li, f'dawk iċ-ċirkostanzi mill-aktar eċċezzjonali, Stat Membru ikun jista' eżentat mill-obbligu tiegħu li jieħu lura applikant skont l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni ta’ tali deroga ma twassalx għal pressjoni addizzjonali fuq l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni, jenħtieġ li tali deroga tapplika biss b'mod retroattiv għall-applikazzjonijiet diġà rreġistrati f'dak l-Istat Membru fl-erba' xhur ta' qabel id-data li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill. |
(54) |
Meta, f'konformità mar-Regolament (UE) 2024/1347, ċirkostanzi oġġettivi jissuġġerixxu li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn gruppi ta' applikanti minn pajjiż ta' oriġini speċifiku jew minn residenza abitwali preċedenti jew minn parti minn dak il-pajjiż jew abbażi tal-kriterji meħuda minn dak ir-Regolament jistgħu jkollhom bażi soda, huwa fl-interess kemm tal-awtoritajiet determinanti kif ukoll tal-applikanti kkonċernati li jikkonkludu l-eżami tal-merti tal-applikazzjoni mill-aktar fis u li jkun possibbli l-għoti rapidu u effiċjenti ta' protezzjoni internazzjonali f'sitwazzjoni ta' kriżi. |
(55) |
L-applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-proċedura mħaffa prevista f'dan ir-Regolament igawdu d-drittijiet u l-garanziji kollha li l-applikanti huma intitolati għalihom f'konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348, inkluż id-dritt għall-informazzjoni u għal rimedju effettiv. |
(56) |
Meta tiġi applikata rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura mħaffa, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda intervista dwar il-merti, iżda jekk ikun hemm dubji dwar jekk l-applikant jappartjenix għall-kategorija jew kategoriji ta' persuni identifikati f’dik ir-rakkomandazzjoni jew dwar jekk japplikawx ir-raġunijiet għall-esklużjoni, tista' tkun meħtieġa tali intervista. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-proċedura ma ddumx aktar minn erba' ġimgħat mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Meta Stat Membru jkun stabbilixxa li applikant ikun ta' theddida għas-sigurtà interna, jenħtieġ li jkun possibbli li dak l-Istat Membru ma japplikax il-proċedura mħaffa fir-rigward ta' dak l-applikant. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-applikazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata f'konformità mal-Artikoli 36 u 40 tar-Regolament (UE) 2024/1348. |
(57) |
Jenħtieġ li l-applikanti, li l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-proċedura mħaffa prevista f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2024/1348, jirċievu dokument li jiċċertifika l-istatus tagħhom f'lingwa li jistgħu jifhmu jew li jistgħu raġonevolment suppost li jifhmu. |
(58) |
L-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni, l-UNHCR u organizzazzjonijiet rilevanti oħra jistgħu jiġu kkonsultati fl-istadji differenti tal-applikazzjoni tal-proċedura mħaffa. |
(59) |
Jenħtieġ li, biex jiżguraw livell suffiċjenti ta' tħejjija għal sitwazzjoni ta' kriżi, l-Istati Membri jinkludu fil-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom il-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata u solvuta sitwazzjoni ta' kriżi, inkluż il-miżuri meħtieġa biex jingħelbu l-isfidi fil-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u jiġu protetti d-drittijiet tal-applikanti u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali kif ukoll biex titrawwem aktar reżiljenza fl-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw ukoll l-għodod kollha disponibbli skont id-dritt nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż l-użu ta' għodod ta' antiċipazzjoni u ta' twissija bikrija skont il-mekkaniżmu tal-UE għat-tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet relatati mal-migrazzjoni previst fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1366 (15). |
(60) |
Mingħajr preġudizzju għal dan ta' hawn fuq u fejn rilevanti, f'sitwazzjoni ta' kriżi, jenħtieġ li jiġu mobilizzati l-mekkaniżmi kollha għall-kriżijiet inklużi fis-Sett ta' Għodod, b'mod partikolari l-appoġġ finanzjarju u operazzjonali li l-aġenziji tal-Unjoni, il-Fondi tal-Unjoni u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jistgħu jipprovdu f'konformità mal-atti legali applikabbli. Wara dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Forum ta' Livell Tekniku dwar il-Migrazzjoni, tiżgura l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni ma' pjattaformi oħra li huma rilevanti għall-ġestjoni tas-sitwazzjoni ta' kriżi, inkluż in-Network tal-UE għat-Tħejjija għall-Migrazzjoni u għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet tal-Migrazzjoni f'konformità mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1366, u l-arranġamenti Integrati għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR). |
(61) |
Stat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure jista' jitlob appoġġ mill-Aġenzija għall-Ażil, mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew mill-Europol f'konformità mal-mandati tagħhom. Barra minn hekk, u skont kif ikun xieraq, l-Aġenzija għall-Ażil tista' tipproponi assistenza fuq inizjattiva tagħha stess f'konformità mal-Artikolu 16(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2303, filwaqt li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tipproponi assistenza fil-qasam tar-ritorn f'konformità mal-Artikoli 48, 50, 52 u 53 tar-Regolament (UE) 2019/1896 bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, u l-Europol tista' tipproponi assistenza f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
(62) |
Biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri li jużaw ir-rilokazzjoni bħala miżura ta' solidarjetà, jenħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE, inkluż mill-faċilità tematika kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1147, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). |
(63) |
Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi l-adattament neċessarju tar-regoli dwar il-proċeduri tal-ażil u fejn rilevanti dawk dwar is-solidarjetà sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta’ force majeure, fil-qasam tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(64) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li l-Artikoli 12 u 13, u l-Artikoli 1 sa 6 sa fejn jikkonċernaw id-derogi fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament jikkostitwixxu emendi fit-tifsira tal-Artikolu 3 tal-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin (18), jenħtieġ li d-Danimarka tinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk hux ser timplimenta l-kontenut ta' tali emendi fil-ħin tal-adozzjoni tal-emendi jew fi żmien 30 jum wara dan. |
(65) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(66) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, l-Artikoli 12 u 13, u l-Artikoli 1 sa 6 sa fejn jikkonċernaw id-derogi fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament jikkostitwixxu leġiżlazzjoni ġdida f'qasam li huwa kopert mis-suġġett tal-Anness għall-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja (19). |
(67) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, l-Artikoli 12 u 13, u l-Artikoli 1 sa 6 sa fejn jikkonċernaw id-derogi fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament jikkostitwixxu atti jew miżuri li jemendaw jew jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit liema jkun l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (20). |
(68) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, l-Artikoli 12 u 13, u l-Artikoli 1 sa 6 sa fejn jikkonċernaw id-derogi fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament jikkostitwixxu atti jew miżuri li jemendaw jew li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera msemmija fl-Artikolu 3 tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (21), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jindirizza sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' kriżi, inkluż ta' strumentalizzazzjoni, u force majeure, fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil fl-Unjoni permezz ta’ miżuri temporanji. Huwa jipprevedi solidarjetà u miżuri ta' appoġġ imsaħħa li jibnu fuq ir-Regolament (UE) 2024/1351 filwaqt li jiżgura l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, u jipprevedi regoli speċifiċi temporanji li jidderogaw minn dawk stipulati fir-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1348.
2. Il-miżuri temporanji adottati skont dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-neċessità u tal-proporzjonalità, ikunu xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati tagħhom u jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-applikanti u tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, u jkunu konsistenti mal-obbligi tal-Istati Membri skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt internazzjonali u l-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-prinċipji u l-garanziji fundamentali stabbiliti mill-atti leġiżlattivi li minnhom huma permessi derogi skont dan ir-Regolament.
3. Il-miżuri adottati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati biss sal-punt strettament meħtieġ mill-eżiġenzi tas-sitwazzjoni, b'mod temporanju u limitat u f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-miżuri previsti fil-Kapitolu IV u jibbenefikaw mill-miżuri previsti fil-Kapitolu III biss fuq talba u sal-punt previst fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(5).
4. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, sitwazzjoni ta' kriżi tfisser:
(a) |
sitwazzjoni eċċezzjonali ta' wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi permezz tal-art, l-ajru jew il-baħar, fi Stat Membru inkluż ta’ persuni li kienu żbarkati wara operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ, ta' tali skala u natura, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-popolazzjoni, il-PDG u l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi tal-Istat Membru, inkluż id-daqs tat-territorju li trendi s-sistema tal-ażil, l-akkoljenza, inkluż is-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal jew ir-ritorn imħejjija sew tal-Istat Membru mhux funzjonali, anki bħala riżultat ta' sitwazzjoni fil-livell lokali jew reġjonali, sal-punt li jista' jkun hemm konsegwenzi serji għall-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil; jew |
(b) |
sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni fejn pajjiż terz jew attur mhux statali ostili jinkoraġġixxi jew jiffaċilita l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi lejn il-fruntieri esterni jew lejn Stat Membru bil-għan li jiddestabbilizza l-Unjoni jew Stat Membru, u fejn tali azzjonijiet jistgħu jpoġġu f'riskju funzjonijiet essenzjali ta' Stat Membru, inkluż iż-żamma tal-ordni pubbliku jew is-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali tiegħu. |
L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-awtorizzazzjoni biex japplikaw miżuri elenkati fil-Kapitolu III u IV b'mod partikolari fejn ikun hemm żieda sinifikanti mhux mistennija fl-ammont ta' każijiet ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fil-fruntieri esterni. L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-derogi previsti f'deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3) fis-sitwazzjoni ta’ strumentalizzazzjoni, fir-rigward biss ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi li huma soġġetti għall-istrumentalizzazzjoni u li jinqabdu jew jinstabu qrib il-fruntiera esterna, jiġifieri l-fruntieri fuq l-art tal-Istat Membru, inkluż il-fruntieri tax-xmajjar u tal-lagi, il-fruntieri tal-baħar u l-ajruporti, il-portijiet tax-xmajjar, il-portijiet tal-baħar u l-portijiet tal-lagi tiegħu, dment li ma jkunux fruntieri interni, b'rabta ma' qsim mhux awtorizzat fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru, jew li żbarkaw wara operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ jew li ppreżentaw ruħhom f'punti ta' qsim tal-fruntiera.
5. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, force majeure tirreferi għal ċirkostanzi mhux normali u imprevedibbli barra mill-kontroll ta’ Istat Membru, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta kollha, li jipprevjenu lil dak l-Istat Membru milli jikkonforma mal-obbligi skont ir-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1348.
KAPITOLU II
GOVERNANZA
Artikolu 2
Talba motivata minn Stat Membru
1. Meta Stat Membru jqis li jkun jinsab f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, huwa jista', minħabba dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, jissottometti talba motivata lill-Kummissjoni, sabiex jibbenefika minn miżuri ta’ solidarjetà li tippermetti l-ġestjoni xierqa ta' dik is-sitwazzjoni u tippermetti derogi possibbli mir-regoli rilevanti dwar il-proċedura tal-ażil, filwaqt li jiżgura li d-drittijiet fundamentali tal-applikanti jiġu rispettati.
2. Talba motivata kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
(a) |
deskrizzjoni ta':
|
(b) |
fejn rilevanti, it-tip u l-livell ta' miżuri ta' solidarjetà previsti fl-Artikolu 8(1) li huwa jqis meħtieġa; |
(c) |
fejn rilevanti, id-derogi previsti fl-Artikoli 10 sa 13 li huwa jqis meħtieġa; u |
(d) |
jekk l-Istat Membru jitlob li japplika d-deroga prevista fl-Artikolu 11(6), jekk għandux l-intenzjoni li jipprevedi l-esklużjoni ta' kategoriji speċifiċi ta' applikanti kif imsemmi fil-paragrafu 7, il-punt (a), jew fil-paragrafu 7, il-punt (b), ta' dak l-Artikolu jew il-waqfien tal-proċedura fuq il-fruntiera għal kategoriji speċifiċi ta' applikanti wara valutazzjoni individwali kif previst fil-paragrafu 9 ta' dak l-Artikolu. |
Artikolu 3
Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure
1. Wara s-sottomissjoni ta’ talba motivata kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru rikjedenti u f'konsultazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR u l-IOM, għandha tivvaluta malajr is-sitwazzjoni u, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1, tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll rakkomandazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' proċedura mħaffa għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali lil ċerti kategoriji ta' applikanti kif imsemmi fl-Artikolu 14.
3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri li qed twettaq valutazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.
4. Meta tivvaluta jekk l-Istat Membru jkunx qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (b), ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta fost l-oħrajn is-segwenti:
(a) |
jekk pajjiż terz jew attur mhux statali ostili huwiex qed jiffaċilita l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi lejn l-Unjoni; |
(b) |
jekk l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru turix b'mod adegwat li kwalunkwe azzjoni li taqa’ taħt il-punt (a) għandha l-għan li tiddestabbilizza l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat; |
(c) |
jekk hemmx żieda sinifikanti mhux mistennija fil-volum ta' każijiet ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fil-fruntieri esterni jew fl-Istat Membru kkonċernat meta mqabbel mal-għadd medju ta' applikazzjonijiet; |
(d) |
jekk ir-rispons għall-implikazzjonijiet tas-sitwazzjoni tal-istrumentalizzazzjoni fuq is-sistema tal-migrazzjoni u tal-ażil tal-Istat Membru kkonċernat ma jistax jiġi indirizzat biżżejjed permezz tal-miżuri li jinsabu fis-Sett ta' Għodod f'konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament 2024/1351. |
5. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni ffaċċata mill-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 1 humiex issodisfati, filwaqt li tqis it-talba motivata kif imsemmi fl-Artikolu 2, u fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta u l-indikaturi relatati mal-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1351. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fit-talba motivata meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat matul ix-xahrejn preċedenti u kif imqabbla mas-sitwazzjoni ġenerali fl-Unjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina b'mod partikolari:
(a) |
jekk is-sistema tal-ażil, tal-akkoljenza, inkluż is-servizzi tal-protezzjoni tat-tfal, jew is-sistema tal-migrazzjoni tal-Istat Membru rikjedenti, għalkemm imħejjija sew, u minkejja l-miżuri li jkunu diġà ttieħdu, saret mhux funzjonali bħala riżultat ta' sitwazzjoni ta' wasliet bil-massa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi, li wassal biex dak l-Istat Membru ma jkunx jista' jindirizza s-sitwazzjoni u jekk jistax ikun hemm konsegwenzi serji għall-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil. |
(b) |
jekk l-Istat Membru huwa ffaċċat b’sitwazzjoni ta' strumentalizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (b), li għandha tiġi indirizzata bl-użu neċessarju u proporzjonat tal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament; |
(c) |
jekk l-Istat Membru jkunx qed jiffaċċa ċirkostanzi anormali u imprevedibbli barra mill-kontroll tiegħu, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta kollha, u kif tali sitwazzjoni ta' force majeure twaqqfu milli jissodisfa l-obbligi tiegħu stipulati fl-Artikolu 27, l-Artikolu 51(2) u l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2024/1348 u fl-Artikoli 39, 40, 41 u 46 tar-Regolament (UE) 2024/1351. |
7. Meta tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tindika għaliex ir-rispons għas-sitwazzjoni tal-istrumentalizzazzjoni ma jistax jiġi indirizzat biżżejjed permezz tal-miżuri stipulati fis-Sett ta' Għodod f'konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2024/1351.
8. Fejn il-Kummissjoni tiddetermina skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 turi l-eżistenza tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1, filwaqt li tqis it-talba motivata kif imsemmi fl-Artikolu 2, u fid-dawl tal-informazzjoni prevista u l-indikaturi relatati mal-Istat Membru kkonċernat imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1351, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ġimagħtejn mis-sottomissjoni tat-talba motivata msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tiddetermina jekk l-Istat Membru rikjedenti huwiex f’sitwazzjoni ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punt (a) jew (b), ta’ dan ir-Regolament, jew ta' force majeure. Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 4
Proposta tal-Kummissjoni u deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li jawtorizzaw derogi u jistabbilixxu miżuri ta' solidarjetà
1. Fl-istess ħin mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tagħmel proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar dik il-proposta.
2. Il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiżgura li l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-neċessità jiġu rispettati u għandha tinkludi:
(a) |
fejn xieraq, id-derogi speċifiċi kif imsemmi fl-Artikoli 10 sa 13 li l-Istat Membru għandu jkun awtorizzat japplika; |
(b) |
fejn xieraq, fejn l-Istat Membru ikun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi, abbozz ta' Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru, li jiżgura d-diskrezzjoni sħiħa tal-Istati Membri kontribwenti fl-għażla bejn it-tipi ta' miżuri ta' solidarjetà, u li jinkludi
|
(c) |
fejn l-Istat Membru ikun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (b), l-identifikazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi soġġetti għal dik is-sitwazzjoni. |
Meta tistabbilixxi l-ħtiġijiet ta' solidarjetà tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tqis jekk l-Istat Membru huwiex diġà Stat Membru benefiċjarju skont l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) 2024/1351.
Meta, fit-talba motivata msemmija fl-Artikolu 2, l-Istat Membru jikkunsidra, li r-rilokazzjoni hija l-miżura primarja jew l-unika miżura ta' solidarjetà biex jindirizza s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis dik it-talba fil-proposta tagħha għal deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kunsill, mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri kontribwenti jagħżlu bejn it-tipi ta' miżuri ta' solidarjetà.
3. Il-Kunsill għandu jivvaluta l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi dik il-proposta, li tawtorizza lill-Istat Membru li japplika d-derogi previsti fl-Artikoli 10 sa 13 u tistabbilixxi l-Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, inkluż il-miżuri ta' solidarjetà li minnhom jista' jibbenifika l-Istat Membru sabiex jindirizza s-sitwazzjoni.
4. Fejn xieraq, meta tadotta l-proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' proċedura mħaffa għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali lil ċerti kategoriji ta' applikanti kif imsemmi fl-Artikolu 14.
5. Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill għandha tiżgura li l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità jiġu rrispettati, għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u tistipula d-data li minnha d-derogi stipulati fl-Artikoli 10 sa 13 jistgħu jiġu applikati, kif ukoll il-limitu taż-żmien għall-applikazzjoni tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 5. Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill għandha:
(a) |
fejn xieraq, tidentifika d-derogi speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 sa 13 li l-Istat Membru kkonċernat huwa awtorizzat japplika; |
(b) |
fejn xieraq, tistabbilixxi Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà li jinkludi:
|
(c) |
fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (b), l-identifikazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi soġġetti għal dik is-sitwazzjoni. |
Il-Kunsill għandu jibgħat id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.
Artikolu 5
Durata
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-perjodu għall-applikazzjoni tad-derogi u l-miżuri ta' solidarjetà stipulati fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jkun ta' tliet xhur. Sakemm dik id-deċiżjoni ma titħassarx skont l-Artikolu 6(3), dak il-perjodu jista' jiġi estiż darba għal tliet xhur wara konferma mill-Kummissjoni li dik is-sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure tippersisti.
2. Fi tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 u fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tissottometti proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill ġdid jew biex temenda jew testendi d-derogi speċifiċi jew il-Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà msemmija fl-Artikolu 4(5) għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur. Sakemm dik id-Deċiżjoni ma titħassarx skont l-Artikolu 6(3), dak il-perjodu jista' jiġi estiż darba għal tliet xhur fuq konferma mill-Kummissjoni tal-persistenza tas-sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure. L-Artikolu 4(3) u (5) għandu japplika.
3. L-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure għandux japplika l-Artikoli 10 sa 13 għal aktar minn dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar mill-perjodu stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3). Id-durata totali tal-applikazzjoni tal-miżuri ma għandhiex taqbeż id-durata tas-sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure u ma għandhiex tkun aktar minn 12-il xahar.
Artikolu 6
Monitoraġġ
1. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jimmonitorjaw b'mod kostanti jekk tippersistix sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, identifikata f'deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(8).
2. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-konformità mad-drittijiet fundamentali u l-istandards umanitarji u tista' titlob lill-Aġenzija għall-Ażil biex tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ speċifiku skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2021/2303.
3. Meta l-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-istabbiliment tas-sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure ma baqgħux jeżistu, hija għandha tipproponi li titħassar id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3). Fejn il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq abbażi tal-informazzjoni rilevanti, hija għandha tipproponi l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill ġdida li tawtorizza l-emenda jew l-estensjoni tal-miżuri kif stabbilit f'konformità mal-Artikolu 5(2).
4. Kull tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) dwar l-applikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari dwar l-effettività tal-miżuri meħuda biex tissolva s-sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure u għandha tiddetermina jekk is-sitwazzjoni tippersistix u jekk il-miżuri jkunux għadhom neċessarji u proporzjonati.
Artikolu 7
Koordinatur tas-solidarjetà tal-UE
Il-Koordinatur tas-Solidarjetà tal-UE, kif stabbilit mill-Artikolu 15 u 60 tar-Regolament (UE) 2024/1351 għandu, minbarra l-kompiti elenkati f'dawk l-Artikoli:
(a) |
jappoġġa l-attivitajiet ta' rilokazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat lejn l-Istat Membru kontribwenti skont dan ir-Regolament; |
(b) |
jippromwovi kultura ta' tħejjija, kooperazzjoni u reżiljenza fost l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil u tal-migrazzjoni, inkluż permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki. |
Għal dak l-għan, il-Koordinatur tas-Solidarjetà tal-UE għandu jiġi aġġornat min-Network tal-UE għat-Tħejjija għall-Migrazzjoni u għall-Ġestjoni ta' Kriżijiet fil-qasam tal-Migrazzjoni fil-qafas tal-istadji rilevanti tal-Blueprint dwar it-Tħejjija għall-Migrazzjoni u l-Ġestjoni ta' Kriżijiet tal-Migrazzjoni skont ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1366 fil-verżjoni oriġinali tagħha.
Kull ġimagħtejn, il-Koordinatur tas-Solidarità tal-UE għandu jipprovdi bulettin dwar l-istat tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni. Dak il-bulettin għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
KAPITOLU III
MIŻURI TA' SOLIDARJETÀ APPLIKABBLI F'SITWAZZJONI TA' KRIŻI
Artikolu 8
Miżuri ta' solidarjetà u ta' appoġġ f'sitwazzjoni ta' kriżi
1. Stat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jista' jitlob it-tipi ta' kontribuzzjonijiet li ġejjin fit-talba motivata msemmija fl-Artikolu 2:
(a) |
rilokazzjonijiet, li għandhom isiru skont il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) 2024/1351:
|
(b) |
kontribuzzjonijiet finanzjarji mmirati lejn azzjonijiet li huma rilevanti biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta' kriżi fl-Istat Membru kkonċernat jew f'pajjiżi terzi rilevanti, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom jiġu pprovduti minn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2024/1351; |
(c) |
miżuri ta' solidarjetà alternattivi kif imsemmi fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1351, meħtieġa speċifikament biex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta' kriżi u f’konformità mal-Artikolu 65(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament; tali miżuri għandhom jitqiesu bħala solidarjetà finanzjarja, u l-valur attwali tagħhom għandu jiġi stabbilit abbażi ta' kriterji oġġettivi. |
2. Meta jimplimentaw ir-rilokazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu kunsiderazzjoni primarja lir-rilokazzjoni ta' persuni vulnerabbli f'konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2024/1351.
Artikolu 9
Kumpensi tar-responsabbiltà
1. Fejn il-wegħdiet ta' rilokazzjoni addizzjonali stipulati fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3) u l-wegħdiet disponibbli fir-Riżerva Annwali ta’ Solidarjetà ikunu inqas mill-ħtiġijiet ta' rilokazzjoni identifikati f’dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill:
(a) |
l-Istati Membri kontribwenti għandhom jieħdu r-responsabbiltà, sa 100 % tal-ħtiġijiet ta' rilokazzjoni identifikati fil-Pjan ta' Rispons ta' Solidarjetà stabbilit fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, għall-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jkun ġie ddeterminat bħala responsabbli; |
(b) |
meta japplikaw il-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu u fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri kontribwenti għandhom jerfgħu responsabbiltà ogħla mis-sehem ġust tagħhom b'deroga mill-Artikolu 63(7), tar-Regolament (UE) 2024/1351; |
(c) |
meta jiġu applikati l-punti (a) u (b) ta’ dan is-subparagrafu, l-Artikolu 63(6), (8) u (9) tar-Regolament (UE) 2024/1351 għandu japplika mutatis mutandis. |
Meta d-Direttiva 2001/55/KE tiġi attivata fir-rigward tal-istess sitwazzjoni kif imsemmi fl-Aritkolu 1(4), il-punt (a), u l-Istati Membri jaqblu fil-mument tal-attivazzjoni li ma japplikawx l-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva, il-kumpensi obbligatorji skont dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw. Meta d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3) tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika l-Artikolu 13, il-kumpensi obbligatorji skont dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.
2. Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-100 % tal-ħtiġijiet ta' rilokazzjoni identifikati fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3), il-Forum ta' Livell Għoli tal-UE dwar is-Solidarjetà għandu jerġa' jitlaqqa' b'urġenza, f'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351 u skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 57 ta’ dak ir-Regolament.
3. Stat Membru benefiċjarju jista' jitlob lill-Istati Membri l-oħra biex jieħdu r-responsabbiltà biex jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istat Membru benefiċjarju jkun ġie ddeterminat bħala responsabbli minflok rilokazzjonijiet f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2024/1351.
4. Meta Stat Membru kontribwenti jkun sar responsabbli għal aktar applikazzjonijiet mis-sehem ġust tiegħu f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 13, għandu jkun intitolat li:
(a) |
inaqqas proporzjonalment mis-sehem ġust tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ta' solidarjetà futuri skont iċ-ċikli annwali li jmiss tar-Regolament (UE) 2024/1351, bin-numru korrispondenti ta' applikazzjonijiet li għalihom dak l-Istat Membru kkontribwixxa ’l fuq mis-sehem ġust tiegħu matul perjodu ta' ħames snin; jew |
(b) |
inaqqas mis-sehem ġust tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ta' solidarjetà futuri stipulati deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 4(3) bin-numru korrispondenti ta' applikazzjonijiet li għalihom dak l-Istat Membru kkontribwixxa ’l fuq mis-sehem ġust tiegħu; tali tnaqqis jista' jintalab biss fi żmien ħames snin mid-data meta d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li wasslet lill-Istat Membru jmur lil hinn mis-sehem ġust tiegħu ma tkunx għadha fis-seħħ. |
5. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jiddisponi mill-possibbiltà prevista fil-paragrafu 4, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. In-notifika għandu jkun fiha l-għadd ta' applikazzjonijiet li għalihom l-Istat Membru ħa r-responsabbiltà li hu ogħla mis-sehem ġust tiegħu u t-tnaqqis li biħsiebu japplika skont iċ-ċikli annwali li jkun imiss tar-Regolament (UE) 2024/1351 jew matul l-implimentazzjoni ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 4(3).
Jekk, mat-tlestija tal-eżami tagħha tan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tikkonferma li l-Istat Membru kkonċernat ikkontribwixxa ’l fuq mis-sehem ġust tiegħu, il-Kummissjoni għandha tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, biex inaqqas mis-sehem ġust tiegħu l-għadd korrispondenti ta' applikazzjonijiet li għalihom dak l-Istat Membru ikkontribwixxa ’l fuq mis-sehem ġust tiegħu skont iċ-ċikli annwali li jkun imiss tar-Regolament (UE) 2024/1351 jew meta jimplimenta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 4(3) fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu biex jappoġġa Stat Membru ieħor jew fejn ikunu meħtieġa kumpensi tar-responsabbiltà skont il-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu.
6. Fejn il-ħtiġijiet ta’ solidarjetà ta’ Stati Membri oħra li huma Stati Membri benefiċjarji skont l-Artikolu 58 jew 59 tar-Regolament (UE) 2024/1351 ma jistgħux jiġu indirizzati b’riżultat tal-użu li jkun sar mill-Istat Membru li jiffaċċa sitwazzjoni ta’ kriżi tal-wegħdiet disponibbli fir-Riżerva Annwali ta’ Solidarjetà skont l-Artikolu 4(5), il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, il-Forum ta’ Livell Għoli dwar is-Solidarjetà tal-UE għandu jerġa’ jitlaqqa’ b’urġenza, f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1351 u skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 57 ta’ dak ir-Regolament.
7. Fejn, b'riżultat tal-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw lill-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi li jkunu inklużi fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), Stat Membru ieħor iqis lilu nnifsu bħala taħt pressjoni migratorja jew li qed jiffaċċa sitwazzjoni migratorja sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punti (24) u (25) rispettivament, tar-Regolament (UE) 2024/1351 jew li qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob miżuri ta' solidarjetà, tnaqqis sħiħ jew parzjali tal-kontribuzzjonijiet ta' solidarjetà tiegħu skont dak ir-Regolament, jew miżuri ta' solidarjetà u appoġġ skont dan ir-Regolament.
Meta tivvaluta t-talba motivata tal-Istat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk dak l-Istat Membru jkunx ħa r-responsabbiltà li jeżamina applikazzjonijiet għal protezzjonijiet internazzjonali aktar mis-sehem ġust tiegħu, minbarra l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament 2024/1351.
KAPITOLU IV
DEROGI
Artikolu 10
Reġistrazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, jew ta' force majeure
1. F'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, b'deroga mill-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2024/1348, l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni jista' jirreġistra applikazzjonijiet magħmula fil-perjodu li matulu jiġi applikat dan il-paragrafu, mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li dawk l-applikazzjonijiet ikunu saru.
2. Meta japplika l-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti prijorità lir-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet ta' persuni bi bżonnijiet ta' akkoljenza speċjali kif definit fid-Direttiva (UE) 2024/1346 u ta' minorenni u l-membri tal-familja tagħhom.
3. Meta japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità lir-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet li x'aktarx ikollhom bażi soda.
4. F'sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista' tiġi applikata biss matul il-perjodu ta' żmien stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni inizjali tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3) u mhux matul kwalunkwe estensjoni sussegwenti tagħha skont l-Artikolu 5(1) jew (2).
5. F'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2024/1346 u r-Regolament (UE) 2024/1348, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu jaċċessaw u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod effettiv taħt dawk l-istrumenti malli jippreżentaw applikazzjoni, irrispettivament minn meta sseħħ ir-reġistrazzjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma kif xieraq liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew lill-persuni apolidi, b'lingwa li huma jifhmu, jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu, dwar il-miżuri applikati, fejn jinsabu l-punti ta' reġistrazzjoni, inkluż il-punti ta' qsim tal-fruntiera li jkunu aċċessibbli għar-reġistrazzjoni u għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u t-tul ta' żmien tal-miżuri.
6. Meta jissottometti talba motivata kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa jqis li jkun meħtieġ tiġi applikata d-deroga msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu qabel ma jiġi awtorizzat jagħmel dan bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), filwaqt li jindika r-raġunijiet preċiżi li għalihom tkun meħtiġea azzjoni immedjata.
F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jista’ japplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal perjodu li ma jaqbiżx għaxart ijiem mill-jum ta' wara d-data ta’ meta ssir it-talba, ħlief jekk id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat li jkompli japplika dik id-deroga.
7. L-estensjoni tal-limitu ta' żmien għar-reġistrazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jkun hemm konformità mal-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 15(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1358.
Artikolu 11
Miżuri li japplikaw għall-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure
1. F'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jkunu saru fil-perjodu li matulu japplika dan l-Artikolu, jidderogaw mill-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) 2024/1348, billi jestendu d-durata massima tal-proċedura fuq il-fruntiera għall-eżami tal-applikazzjonijiet stipulat f'dak l-Artikolu b'perjodu addizzjonali ta' mhux iktar minn sitt ġimgħat. Dak il-perjodu m’għandux jintuża flimkien mal-perjodu msemmi fl-Artikolu 51(2), it-tielet subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament.
2. F'sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), jew ta' force majeure, b'deroga mill-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2024/1348, l-Istati Membri jistgħu ma jkunux meħtieġa jeżaminaw, fi proċedura fuq il-fruntiera, l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-applikanti msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (j), ta' dak ir-Regolament, meta l-miżuri fil-pjan ta' kontinġenza tal-Istat Membru kkonċernat imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2024/1346 ma jkunux biżżejjed biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni.
3. F'sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), b'deroga mill-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2024/1348, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-limitu previst fl-Artikolu 42(1), il-punt (j), għal 5 %.
4. F'sitwazzjoni ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), b'deroga mill-Artikolu 44(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1348, l-Istati Membri jistgħu, fi proċedura fuq il-fruntiera, jieħdu deċiżjonijiet dwar il-merti ta' applikazzjoni f'każijiet fejn l-applikant ikun ċittadin ta' pajjiż terz, jew, fil-każ ta' persuni apolidi, preċedentement kien resident abitwali ta' pajjiż terz li għalih il-proporzjon tad-deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali mill-awtorità determinanti jkun, skont l-aħħar data annwali disponibbli tal-Eurostat dwar il-medja fl-UE kollha, 50 % jew inqas, flimkien mal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1), il-punt (j), ta’ dak ir-Regolament, b'kont meħud tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni li jevolvu malajr u li jista' jirriżultaw fil-pajjiż ta' oriġini kif rifless fl-aġġornamenti trimestrali tad-data tal-Eurostat.
5. Meta japplikaw il-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprijoritizza l-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati minn persuni bi bżonnijiet proċedurali speċjali jew bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza kif definiti fid-Direttiva (UE) 2024/1346 u fir-Regolament (UE) 2024/1348, u minorenni u l-membri tal-familja tagħhom. Meta japplika l-paragrafu 3, 4 jew 6 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti prijorità wkoll lill-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li x'aktarx ikollhom bażi soda.
6. F'sitwazzjoni ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punt (b), b’deroga mill-Artikoli 44(1), il-punt (b), u l-Artikolu 53(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1348, l-Istati Membri jistgħu, fi proċedura fuq il-fruntiera, jieħdu deċiżjonijiet dwar il-merti tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li tkun soġġetta għall-istrumentalizzazzjoni u li huma rreġistrati fil-perjodu li matulu japplika dan il-paragrafu.
7. Meta japplikaw il-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jeskludu mill-proċedura fuq il-fruntiera minorenni taħt l-età ta' 12-il sena u l-membri tal-familja tagħhom, u persuni bi bżonnijiet proċedurali speċjali jew bi bżonnijiet speċjali ta' akkoljenza kif definit fid-Direttiva (UE) 2024/1346 u fir-Regolament (UE) 2024/1348 jew |
(b) |
jieqfu japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera fir-rigward tal-kategoriji ta' applikanti li ġejjin fejn jiġi ddeterminat, abbażi ta' valutazzjoni individwali, li l-applikazzjonijiet tagħhom x'aktarx ikollhom bażi soda:
|
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għan-natura obbligatorja tal-proċedura fuq il-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1348.
8. Meta l-Istat Membru kkonċernat ikun awtorizzat japplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) għandha tispeċifika jekk il-paragrafu 7, il-punt (a) jew (b) japplikax, abbażi tal-indikazzjoni magħmula mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 2(2), il-punt (d).
9. L-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure ma għandux japplika jew għandu jieqaf japplika d-deroga mill-proċedura tal-ażil prevista fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu f'każijiet fejn ikun hemm raġunijiet mediċi biex ma japplikax il-proċedura fuq il-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 53(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1348, jew fejn l-appoġġ meħtieġ ma jkunx jista’ jingħata lill-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza f’konformità mad-Direttiva (UE) 2024/1346 jew bi bżonnijiet proċedurali speċjali f’konformità mal-Artikolu 53(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1348.
10. Għall-fini tal-applikazzjoni tad-derogi msemmija f'dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-prinċipji bażiċi tad-dritt għall-ażil u r-rispett tal-prinċipju ta' non-refoulement kif ukoll il-garanziji previsti fil-Kapitolu I u II tar-Regolament (UE) 2024/1348 biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' dawk li jfittxu protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt għal rimedju effettiv, ikunu protetti.
Organizzazzjonijiet u persuni li skont il-liġi nazzjonali jkollhom permess jipprovdu pariri u konsulenza għandu jkollhom aċċess għal applikanti miżmuma f'faċilitajiet ta' detenzjoni jew li jinsabu f'punti ta' qsim tal-fruntiera. L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti fuq tali aċċess fejn, minħabba l-liġi nazzjonali, ikunu oġġettivament neċessarji għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva ta' faċilità ta' detenzjoni, dment li l-aċċess ma jkunx limitat severament jew ma jsirx impossibbli.
11. Id-derogi previsti f’dan l-Artikolu ma jaffettwawx il-proċess tad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli fil-qafas tar-Regolament (UE) 2024/1351. Meta dak il-proċess ikun itwal mid-durata massima tal-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure, il-proċess u l-bqija tal-proċedura tal-ażil għandhom jitlestew fit-territorju tal-Istat Membru determinanti f'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2024/1348.
Artikolu 12
Estensjoni tal-limiti ta' żmien stipulati għal talbiet biex tittieħed responsabbiltà, notifiki għat-teħid lura u trasferimenti f'sitwazzjoni ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), jew ta’ force majeure
1. F’sitwazzjoni ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), jew ta' force majeure li tagħmilha impossibbli għal Stat Membru li qed jiffaċċa tali sitwazzjoni li jikkonforma mal-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikoli 39, 40, 41 u 46 tar-Regolament (UE) 2024/1351 jew li jirċievi persuni li għalihom ikun responsabbli skont dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mil-limiti ta' żmien mogħtija fl-Artikoli 39, 40, 41 u 46 ta’ dak ir-Regolament simultanjament.
2. Meta Stat Membru japplika d-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu:
(a) |
jissottometti talba biex tittieħed responsabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2024/1351 fi żmien erba' xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet irreġistrata; |
(b) |
iwieġeb għal talba biex tittieħed responsabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2024/1351 fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba; |
(c) |
jissottometti notifika ta' teħid lura kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2024/1351 fi żmien xahar minn meta jirċievi l-hit tal-Eurodac jew jikkonferma l-wasla fi żmien xahar minn tali notifika; u |
(d) |
iwettaq trasferiment kif imsemmi fl-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2024/1351 fi żmien sena mill-aċċettazzjoni tat-talba biex tittieħed responsabbiltà jew tal-konferma tan-notifika biex l-applikant jittieħed lura minn Stat Membru ieħor jew tad-deċiżjoni finali dwar appell jew rieżami ta' deċiżjoni ta' trasferiment li għandha effett sospensiv f'konformità mal-Artikolu 43(3) ta' dak ir-Regolament. |
3. Meta l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ma jikkonformax mal-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafu 2, il-punt (a), (b) jew (d), ta’ dan l-Artikolu, ir-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2024/1351 għandha tkun tiegħu jew tiġi ttrasferita lilu.
4. Meta jiġi applikat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, it-trasferimenti skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1351 lejn l-Istat Membru responsabbli li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament jew ta' force majeure, ma għandhomx isiru sakemm dak l-Istat Membru jkun għadu qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni, għajr jekk, minħabba ċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant, l-Istat Membru responsabbli jkun qabel li jirċievi l-persuna kkonċernata. Jekk it-trasferiment ma jseħħx fi żmien sena mill-aċċettazzjoni tat-talba biex tittieħed responsabbiltà jew tal-konferma tan-notifika ta' teħid lura minn Stat Membru ieħor jew tad-deċiżjoni finali dwar appell jew rieżami ta' deċiżjoni ta' trasferiment li għandha effett ta' sospensjoni skont l-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) 2024/1351, inkluż minħabba l-persistenza tas-sitwazzjoni ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament jew ta' force majeure, b'deroga mill-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2024/1351, l-Istat Membru responsabbli li jkun qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni għandu jinħeles mill-obbligi tiegħu li jieħu responsabbiltà jew li jieħu lura lill-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għandha tiġi ttrasferita lill-Istat Membru ta' trasferiment.
Artikolu 13
Derogi mill-obbligu ta' teħid lura ta' applikant f'sitwazzjoni ta' wasliet bil-massa
1. B'deroga mill-Artikolu 36(1), il-punt (b), u l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351, f'sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament fejn il-wasliet bil-massa ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi jkunu ta' skala u intensità tant straordinarji b'mod li jistgħu joħolqu riskju serju ta' nuqqasijiet serji fit-trattament tal-applikanti, u b'hekk jinħoloq riskju serju li s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil ma tibqax tiffunzjona, l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni jista’ jinħeles mill-obbligu tiegħu li:
(a) |
jieħu lura applikant, ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida li fir-rigward tagħha dak l-Istat Membru jkun ġie indikat bħala l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/1358 fejn dik ir-responsabbiltà tkun ġiet iddeterminata skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1351; jew |
(b) |
jieħu lura applikant skont l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351. |
Dan il-paragrafu għandu japplika biss fejn l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata fl-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni fil-perjodu stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament li m’għandux jaqbeż erba’ xhur qabel id-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill.
2. Meta jiġi applikat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni jkun ġie ddeterminat bħala responsabbli skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1351, dak l-Istat Membru għandu jinħeles mill-obbligu tiegħu li jieħu lura l-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għandha tiġi ttrasferita lill-Istat Membru fejn ġiet irreġistrata t-tieni applikazzjoni.
L-Istat Membru li jsir responsabbli skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jindika fil-Eurodac li sar l-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2024/1358.
3. B'deroga mill-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2024/1351, meta jiġi applikat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-Istat Membru li qed jiffaċċa dik is-sitwazzjoni jkun obbligat jieħu lura applikant skont l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351, l-Istat Membru fejn ġiet irreġistrata t-tieni applikazzjoni għandu japplika l-proċeduri stipulati fil-Parti III ta' dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 16(2), l-Artikolu 17(1) u (2), l-Artikolu 25(5) u l-Artikolu 33(1) u (2), u l-obbligu li jieħu lura applikant skont l-Artikolu 38(4) għandu jiġi ttrasferit lil dak l-Istat Membru.
Fejn ma jkun jista' jista’ jiġi ddeterminat l-ebda Stat Membru responsabbli skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istat Membru fejn ġiet irreġistrata t-tieni applikazzjoni għandu jkun responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. L-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li għalihom Stat Membru jkun bagħat notifika għat-teħid lura skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2024/1351 qabel id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill msemmija fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu affettwati minn dan is-subparagrafu.
L-Istat Membru li jsir responsabbli skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jindika fil-Eurodac li sar l-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2024/1358.
KAPITOLU V
PROĊEDURA MĦAFFA
Artikolu 14
Proċedura mħaffa
1. Fejn ċirkostanzi oġġettivi jissuġġerixxu li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn gruppi ta' applikanti minn pajjiż speċifiku ta' oriġini jew ta’ residenza abitwali preċedenti, jew minn parti minn tali pajjiż, jew abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1347 jista’ jkollhom bażi soda, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Livell Għoli tal-UE dwar is-Solidarjetà, tadotta rakkomandazzjoni għall-applikazzjoni ta’ proċedura mħaffa billi tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha bil-ħsieb li tiffaċilita, b’mod partikolari, l-applikazzjoni mill-awtoritajiet determinanti tal-Artikolu 13(11), il-punt (a), u l-Artikolu 34(5), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1348.
2. Meta, wara l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità determinanti tapplika l-Artikoli 13(12)(a) tar-Regolament (UE) 2024/1348 biex tħalli barra l-intervista personali u l-Artikolu 34(5), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament biex tagħti prijorità lill-eżami tal-applikazzjoni minħabba li din x’aktarx ikollha bażi soda, hija għandha tiżgura, b’deroga mill-Artikolu 35(4) ta’ dak ir-Regolament, li l-eżami tal-merti tal-applikazzjoni jiġi konkluż mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.
3. Meta tikkunsidra jekk tadottax rakkomandazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, l-UNHCR u organizzazzjonijiet rilevanti oħra.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet speċifiċi u garanziji
F’sitwazzjoni ta’ kriżi, meta Stat Membru japplika deroga kif imsemmi fl-Artikoli 10 sa 13, għandu jinforma kif xieraq liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew lill-persuni apolidi, b’lingwa li huma jifhmu jew li jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu, dwar il-miżuri applikati, fejn jinsabu l-punti ta' reġistrazzjoni, inkluż il-punti ta' qsim tal-fruntiera, li jkunu aċċessibbli għar-reġistrazzjoni u għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni, u d-durata tal-miżuri.
Artikolu 16
Tħejjija għall-kriżi
1. L-istrateġiji nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/1351 għandhom jinkludu wkoll:
(a) |
miżuri preventivi sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' tħejjija u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi u l-ippjanar ta' kontinġenza, filwaqt li jitqies l-ippjanar ta' kontinġenza skont ir-Regolamenti (UE) 2021/2303 u (UE) 2019/1896 u d-Direttiva (UE) 2024/1346 u r-rapporti tal-Kummissjoni maħruġa fil-qafas tal-Blueprint dwar it-Tħejjija għall-Migrazzjoni u l-Ġestjoni ta' Kriżijiet tal-Migrazzjoni; |
(b) |
analiżi tal-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati u solvuti sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' force majeure fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż miżuri biex jiġu protetti d-drittijiet tal-applikanti u tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u forom oħra ta' protezzjoni. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Aġenzija għall-Ażil, kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif xieraq u f'konformità mal-liġi nazzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jirrevedu, fejn meħtieġ, l-istrateġiji nazzjonali stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/1351 u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha tkun intemmet is-sitwazzjoni ta' kriżi f'konformità mal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Kooperazzjoni u valutazzjoni
1. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel tal-miżuri inklużi fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, il-Koordinatur tas-Solidarjetà tal-UE għandha ssejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Forum ta' Livell Tekniku tal-UE dwar is-Solidarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2024/1351 immedjatament wara l-adozzjoni ta' tali deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Wara dik l-ewwel laqgħa, il-Forum ta' Livell Tekniku tal-UE dwar is-Solidarjetà għandu jiltaqa' kemm-il darba jkun meħtieġ.
2. L-Istat Membru f'sitwazzjoni ta' kriżi jista' jitlob l-assistenza tal-awtoritajiet kollha li jistgħu jżidu, fi żmien qasir, ir-riżorsi umani tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/1348 u l-assistenza tal-esperti skjerati mill-Aġenzija għall-Ażil f'konformità mal-Artikolu 5, il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament, u l-Artikolu 16(2), il-punt (b), u l-Artikolu 21(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2021/2303.
3. Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure għandhom jikkooperaw mill-qrib u jinfurmaw lil xulxin regolarment dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(3).
4. L-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta' force majeure għandu jkompli jirrapporta d-data rilevanti kollha lill-Kummissjoni, inkluż statistika li tkun rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni speċifika meħtieġa lill-Kummissjoni biex twettaq dan ir-rieżami skont l-Artikolu 6(3) u biex tagħmel il-proposta għat-tħassir jew l-estensjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kif ukoll kull informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tista' titlob abbażi ta' dak.
5. L-Istat Membru li jkun qed jiffaċċa sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' force majeure għandu jkompli l-kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR u ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra fdata mill-Istat Membru b'kompiti taħt dan il-Kapitolu u mar-Regolament (UE) 2024/1348 u d-Direttiva (UE) 2024/1346.
6. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom u fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw f'kull ħin li l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità jiġu rispettati.
Artikolu 18
Appoġġ finanzjarju
1. L-Istati Membri li jwettqu rilokazzjoni bħala miżura ta' solidarjetà għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2021/1147, inkluż għal miżuri ta' integrazzjoni bikrija implimentati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali.
2. L-appoġġ finanzjarju għal emerġenza għal Stat Membru f'sitwazzjoni ta' kriżi jista' jiġi allokat skont l-Artikolu 31(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1147, inkluż għall-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u r-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet ta' akkoljenza meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-istandards previsti fid-Direttiva (UE) 2024/1346.
Artikolu 19
Emenda għar-Regolament (UE) 2021/1147
Fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2021/1147, jinżdied il-punt li ġej:
“(ba) |
sitwazzjoni ta' kriżi fis-sens tal-Artikolu 1(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). |
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 58.
(2) ĠU C 175, 7.5.2021, p. 32.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024.
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1147 u (UE) 2021/1060 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (ĠU L, 2024/1351, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1351/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
(6) Ir-Regolament (UE) 2024 /1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (ĠU L, 2024/1348, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1348/oj).
(7) Id-Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L, 2024/1346, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1346/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2024/1356 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jintroduċi l-iskrinjar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817 (ĠU L, 2024/1356, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1356/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2024/1358 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1350 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE, għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida b'soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil mad-data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (OJ L, 2024/1358, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1358/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE u li jħassar id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1347, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1347/oj).
(11) Id-Direttiva (UE) 2024/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill XXX li temenda d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar reġim skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 mal-Att tal-Adeżjoni (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128).
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(15) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1366 tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar mekkaniżmu tal-UE għat-Tħejjija u għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet b’rabta mal-Migrazzjoni (ĠU L 317, 1.10.2020, p. 26).
(16) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(17) Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1).
(18) ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.
(19) ĠU L 93, 3.4.2001, p. 40.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1359/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)