Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1170

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1170 tat-23 ta’ April 2024 li jemenda l-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li jikkoreġi l-Anness XIV tiegħu fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

C/2024/2050

ĠU L, 2024/1170, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1170/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1170/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1170

30.4.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1170

tat-23 ta’ April 2024

li jemenda l-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li jikkoreġi l-Anness XIV tiegħu fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1), 232(1) u 232(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hu li dawk il-konsenji jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkat f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiż terz jew territorju, żona jew kompartiment tiegħu li jkun elenkat għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew territorji, żoni, jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini. L-Afrika t’Isfel hija elenkata f’dak l-Anness, assenjata lill-Grupp Sanitarju F u reġjonalizzata bħala ZA-1, ristretta għaż-żona Metropolitana ta’ Cape Town. Id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati minn din iż-żona ilu sospiż mit-3 ta’ Mejju 2011.

(5)

F’Ottubru 2022 sar awditu tal-Kummissjoni (4) fl-Afrika t’Isfel biex jiġu evalwati l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini rreġistrati, u b’mod partikolari l-garanziji tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS, African Horse Sickness). L-eżitu ta’ dak l-awditu wera li l-Afrika t’Isfel għamlet progress konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin biex ittejjeb il-livell ta’ sorveljanza u kontroll tal-AHS fiż-żona kkontrollata. Madankollu, ġew identifikati wkoll xi nuqqasijiet. L-Afrika t’Isfel ipprovdiet pjan ta’ azzjoni biex tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport tal-awditu, u garanzija addizzjonali fir-rigward tas-sorveljanza u l-kontroll tal-AHS għall-finijiet tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati.

(6)

Fid-dawl ta’ dawk il-garanziji pprovduti mill-Afrika t’Isfel, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati miż-żona ZA-1 jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid b’kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-AHS. Għalhekk, għaż-żona ZA-1 fl-Afrika t’Isfel jenħtieġ li jiddaħħlu kundizzjoni speċifika “AHS-ZA” fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u d-data tal-ftuħ fil-kolonna 9 ta’ dik it-tabella. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita deskrizzjoni tal-kundizzjoni speċifika “AHS-ZA” fil-Parti 3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/351 (5) emenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (6) billi ħassar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-X”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-Y”), peress li fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 ma ġie stabbilit l-ebda rekwiżit speċifiku għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ annimali ekwini. Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/351 emenda l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum biex jipparteċipaw f’avvenimenti speċifiċi tat-tiġrija (mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE”) biż-żieda tal-Bahrain Turf Series u s-Saudi Cup. Għalhekk, ir-referenzi għal “EQUI-TRANSIT-X” u “EQUI-TRANSIT-Y” jenħtieġ li jitħassru mill-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, filwaqt li r-referenzi għal “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE” jenħtieġ li jiġu aġġornati u jibqgħu fil-kolonna 5 ta’ dik it-tabella għall-Emirati Għarab Magħquda, għall-Awstralja, għall-Bahrain, għall-Kanada, għal Hong Kong, għall-Ġappun, għall-Qatar, għall-Arabja Sawdija, għal Singapore u għall-Istati Uniti, peress li l-mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE” jinkludi avvenimenti speċifiċi tat-tiġrija f’dawk il-pajjiżi terzi biss.

(8)

L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa flimkien mal-kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu ssodisfati mit-tali konsenji sabiex ikunu jistgħu jidħlu fl-Unjoni.

(9)

Il-verifiki mwettqa f’dawn l-aħħar snin fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri wrew nuqqasijiet ripetittivi ma’ ċerti rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tal-konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa li jidħlu fl-Unjoni mill-Belarussja u mir-Russja, u b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri preventivi tar-rabja u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom. B’riżultat ta’ dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1130 (7) aġġorna l-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi, stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (8) minn fejn test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja mhuwiex obbligatorju għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jidħlu fl-Unjoni, sabiex jitħassru l-entrati għall-Belarussja u għar-Russja minn dik il-lista.

(10)

Sabiex jitqies l-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu riflessi l-aġġornamenti reċenti li saru fil-lista stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fir-rigward tal-entrati għall-Belarussja u għar-Russja, billi fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi indikata l-kundizzjoni speċifika għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jkollhom test validu tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja qabel ma jidħlu fl-Unjoni mill-Belarussja u mir-Russja. Dawk l-emendi tal-Parti 1 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li japplikaw mis-16 ta’ Settembru 2024, peress li dik hija d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1130.

(11)

L-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati. Ċerti stati tal-Brażil huma elenkati f’dak l-Anness bħala awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ laħam frisk tal-annimali bovini.

(12)

Il-Brażil informa lill-Kummissjoni li xi wħud mill-istati tal-Brażil li bħalissa huma elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-annimali bovini b’kundizzjoni speċifika “Programm ta’ tilqim ikkontrollat” fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 waqqfu jlaqqmu l-annimali rilevanti kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer minħabba sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli ta’ dik il-marda, u li dawk l-istati ġew rikonoxxuti internazzjonalment bħala ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim, f’konformità mal-proċedura tad-WOAH għar-rikonoxximent uffiċjali tal-istatus tal-marda (9).

(13)

Wara awditu tal-Kummissjoni, imwettaq mill-10 sas-27 ta’ Ottubru 2023, sabiex tiġi evalwata s-sistema ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali u b’mod partikolari għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Brażil (10), u skambji ulterjuri ma’ dak il-pajjiż terz, il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għad-dħul fl-unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-annimali bovini applikabbli għal pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu li fih ma jsirx tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġew issodisfati minn ċerti stati Brażiljani li waqqfu t-tilqim u li ġew rikonoxxuti bħala ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim mid-WOAH. Għalhekk, il-kundizzjoni speċifika “Programm ta’ tilqim ikkontrollat” imsemmija fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi sostitwita bil-kundizzjoni speċifika “Ma sar l-ebda tilqim” għall-istati msemmija fiha.

(14)

Barra minn hekk, id-deskrizzjoni tal-kundizzjoni speċifika “Programm ta’ tilqim ikkontrollat” fil-Parti 3 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi ċċarata aktar billi ssir referenza għas-sitwazzjonijiet meta l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tkun waqfet tlaqqam l-annimali kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer minħabba sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli fir-rigward ta’ dik il-marda.

(15)

Fl-aħħar nett, id-deskrizzjoni tal-kundizzjoni speċifika “Ma sar l-ebda tilqim” fil-Parti 3 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi ċċarata aktar billi titħassar ir-referenza għas-sorveljanza seroloġika regolari peress li l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew territorju tista’ twettaq ukoll metodi oħra ta’ sorveljanza biex turi n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(16)

It-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(17)

Il-Moldova applikat mal-Kummissjoni biex tkun awtorizzata għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam, u pprovdiet garanziji rigward il-konformità mar-rekwiżiti għan-notifika u għar-rapportar tal-mard elenkat imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 rilevanti għal-laħam frisk tal-pollam, u garanziji rigward il-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali, jew ma’ rekwiżiti ekwivalenti. F’Novembru 2023 sar awditu tal-Kummissjoni (11) fil-Moldova biex tiġi evalwata l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-esportazzjoni ta’ laħam frisk tal-pollam fl-Unjoni. L-eżiti ta’ dak l-awditu wrew li l-Moldova għamlet progress konsiderevoli fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti. L-awtorità kompetenti tal-Moldova pprovdiet ukoll pjan ta’ azzjoni sodisfaċenti għar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport tal-awditu.

(18)

Madankollu, mid-29 ta’ Diċembru 2023, il-Moldova nnotifikat lill-Kummissjoni b’diversi tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, Highly Pathogenic Avian Influenza) fil-pollam. Wara dawk it-tifqigħat, il-Moldova stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla il-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(19)

Il-Moldova ssottomettiet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha u l-miżuri li ħadet biex tipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-HPAI. Abbażi tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam jenħtieġ li jiġi awtorizzat mit-territorju kollu tal-Moldova, ħlief għad-distretti li kienu affettwati mit-tifqigħat riċenti tal-HPAI. Għalhekk, peress li r-reġjonalizzazzjoni hija applikata f’dak il-pajjiż terz, iż-żona MD-1 jenħtieġ li tiġi elenkata fil-kolonna 2 tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, u jenħtieġ li tiddaħħal entrata għall-Moldova b’deskrizzjoni ta’ dik iż-żona fit-tabella stabbilita fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness.

(20)

L-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam mill-ungulati, mill-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa. Il-Montenegro huwa elenkat f’dan l-Anness għall-prodotti tal-laħam tal-annimali porċini, miżmuma jew selvaġġi, bit-trattament speċifiku assenjat għall-mitigazzjoni tar-riskju D previst fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(21)

F’Jannar 2024, il-Montenegro nnotifika lill-Kummissjoni dwar l-ewwel okkorrenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, li huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi, fiċ-ċingjali. Meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika l-ġdida fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Montenegro u meta jitqies li t-temperatura minima ta’ 70 °C imsemmija fit-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju D mhijiex effettiva biex jiġi diżattivat il-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li jiġi assenjat it-trattament aktar sever għall-mitigazzjoni tar-riskju C lill-Montenegro għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-annimali porċini miżmuma minn dak il-pajjiż terz. Barra minn hekk, l-użu tat-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju D jenħtieġ li jkun limitat għall-Montenegro għat-trattament tal-perżut nej li jikkonsisti f’fermentazzjoni u maturazzjoni naturali ta’ mhux inqas minn 9 xhur u li jirriżulta f’ċerti karatteristiċi kif previst fid-deskrizzjoni tat-trattament D fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(22)

Ulterjorment, minħabba riskju ogħla għat-trażmissjoni tal-mard permezz tal-prodotti tal-laħam tal-annimali porċini selvaġġi, id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tat-tali prodotti tal-laħam tal-annimali porċini selvaġġi, ħlief għar-razez domestiċi, mill-Montenegro jenħtieġ li jiġi sospiż. Għalhekk, id-dħul għal dak il-pajjiż terz fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat.

(23)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(24)

Barra minn hekk, l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. Ir-referenzi żbaljati għall-kolonni għall-kundizzjonijiet speċifiċi u għall-garanziji tas-saħħa tal-annimali tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 ta’ dak l-Anness jenħtieġ li jiġu kkoreġuti fit-titoli tal-Partijiet 3 u 4 tiegħu.

(25)

Għalhekk, l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan.

(26)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut f’konformità mal-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt 2(a) u (b) tal-Parti A tal-Anness għandu japplika mis-16 ta’ Settembru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).

(4)  DG(SANTE) 2022-7514, https://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit-report/details/4650.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/351 tas-17 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, il-mudelli tad-dikjarazzjonijiet u l-mudelli tad-dikjarazzjonijiet uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom (ĠU L, 2024/351, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/351/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/403/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1130 tad-19 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1130, 26.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1130/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/577/2021-01-01).

(9)   https://www.woah.org/en/disease/foot-and-mouth-disease/#ui-id-2.

(10)  DG(SANTE) 2023-7917, https://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit-report/details/4720.

(11)  DG(SANTE) 2023-8070.


ANNESS

PARTI A

L-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (1)(c)

“Kodiċi ISO u isem

il-pajjiż terz jew territorju

Żona

kif stabbilit fil-Parti 2

Grupp sanitarju

Kategoriji

permessi li jidħlu fl-Unjoni

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

Kundizzjonijiet speċifiċi

kif stabbilit fil-Parti 3

Garanziji tas-saħħa tal-annimali

kif stabbilit fil-Parti 4

Data tal-għeluq

Data tal-ftuħ

1

2

3

4

5

6

7

8

9

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

AR-0

D

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

AU

L-Awstralja

AU-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BA-0

B

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

BB

Barbados

BB-0

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

BH

Il-Bahrain

BH-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

BM

Bermuda

BM-0

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

BO

Il-Bolivja

BO-0

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

BR-1

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

BY-0

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

CA-0

C

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

CH

L-Iżvizzera

CH-0

A

Soġġetti għall-Ftehim imsemmi fil-punt 7 tal-Anness I

 

 

 

 

CL

Iċ-Ċilì

CL-0

D

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

CN

Iċ-Ċina

CN-1

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

CN-2

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

CN-3

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

13.11.2023

15.9.2023

CR

Il-Costa Rica

CR-1

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

CU

Kuba

CU-0

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

DZ

L-Alġerija

DZ-0

E

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

EG

L-Eġittu

EG-1

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X

 

 

 

 

EG-2

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X

 

 

 

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

FK-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

GB

Ir-Renju Unit

GB-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

GG

Guernsey

GG-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

GL

Greenland

GL-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

HK

Hong Kong

HK-0

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

IL

Iżrael

IL-0

E

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

IM

Isle of Man

IM-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

IS

L-Iżlanda

IS-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

JE

Jersey

JE-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

JM-0

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

JO

Il-Ġordan

JO-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

JP

Il-Ġappun

JP-0

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

KG

Il-Kirgistan

KG-1

B

Żwiemel reġistrati

EQUI-X

 

 

 

 

KR

Il-Korea t’Isfel

KR-0

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

KW

Il-Kuwajt

KW-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

28.11.2019

27.11.2020

LB

Il-Libanu

LB-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

MA-0

E

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

ME

Il-Montenegro

ME-0

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

MK-0

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

MO

Il-Macao

MO-0

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

MY

Il-Malażja

MY-1

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

7.9.2020

 

MU

Mauritius

MU-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

MX-1

C

Żwiemel reġistrati

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

MX-2

C

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

NZ

New Zealand

NZ-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

OM

L-Oman

OM-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

PE

Il-Perù

PE-1

D

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

PM-0

A

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y

 

 

 

 

PY

Il-Paragwaj

PY-0

D

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

QA

Il-Qatar

QA-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

RS

Is-Serbja

RS-0

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

RU

Ir-Russja

RU-1

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

RU-2

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

RU-3

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

SA

L-Arabja Sawdija

SA-1

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

SG

Singapore

SG-0

G

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

TH-0

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

6.4.2020

 

TN

It-Tuneżija

TN-0

E

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

TR

It-Turkija

TR-1

E

Żwiemel reġistrati

EQUI-X,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

April 2020

27.11.2020

UA

L-Ukrajna

UA-0

B

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

US

L-Istati Uniti

US-0

C

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP,

EQUI-RE-ENTRY-90-RACE

 

 

 

 

UY

L-Urugwaj

UY-0

D

Żwiemel reġistrati; ekwidi reġistrati; annimali ekwini oħrajn mhux għall-iskarnar; annimali ekwini għall-iskarnar

EQUI-X,

EQUI-Y,

EQUI-RE-ENTRY-30,

EQUI-RE-ENTRY-90-COMP

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

ZA-1

F

Żwiemel reġistrati

EQUI-X

AHS-ZA

 

3.5.2011

20.5.2024”

(b)

Il-Parti 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“PARTI 3

Kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1

AHS-ZA

1.

Iż-żona ZA-1 hija parti minn żona kkontrollata stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Afrika t’Isfel fil-provinċja tal-Western Cape li tinkludi ż-żona ZA-1 imdawra b’żona ta’ sorveljanza ta’ mill-inqas 50 km u żona ta’ protezzjoni ta’ mill-inqas 100 km oħra u li hija separata mill-bqija tal-pajjiż permezz ta’ miżuri sanitarji.

2.

Ma għandu jsir l-ebda tilqim tal-annimali ekwini kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS, African Horse Sickness) fiż-żona ZA-1 u fiż-żona ta’ sorveljanza. It-tilqim tal-annimali ekwini kontra l-AHS fiż-żona ta’ protezzjoni għandu jsir matul il-perjodu meta l-attività tal-vetturi tkun l-inqas (biex jitnaqqas ir-riskju ta’ riassortimenti).

3.

Għandhom jitwettqu kontrolli fuq il-movimenti ta’ annimali ekwini lejn iż-żona ZA-1, iż-żona ta’ sorveljanza u ż-żona ta’ protezzjoni, minn kwalunkwe żona barra miż-żona kkontrollata, abbażi tal-identifikazzjoni ta’ annimali ekwini individwali u tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali ekwini, u abbażi tat-tilqim u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja, li tikkonferma li r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-AHS huma ssodisfati għall-annimali ekwini maħsuba għall-movimenti ġewwa ż-żona kkontrollata u lejha.

4.

Għandhom ikunu fis-seħħ sorveljanza għall-AHS u miżuri biex jiżguraw:

(a)

investigazzjonijiet immedjati tal-każijiet suspettati tal-AHS fiż-żona kkontrollata li jwasslu għal restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-annimali ekwini fuq l-istabbiliment affettwati għal perjodu ta’ mill-inqas 40 jum fil-każ ta’ każ ikkonfermat ta’ AHS;

(b)

rapportar immedjat tal-każijiet ikkonfermati tal-AHS fiż-żona kkontrollata lill-Kummissjoni Ewropea;

(c)

sospensjoni immedjata tad-dħul fl-Unjoni taż-żwiemel reġistrati miż-żona ZA-1 fil-każ ta’ każ ikkonfermat ta’AHS fiż-żona kkontrollata li ddum sal-awtorizzazzjoni mill-ġdid tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea.”

(2)

Fl-Anness VIII, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata tal-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

BY

Il-Belarussja

BY-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja”

 

 

 

(b)

l-entrata tar-Russja hija sostitwita b’dan li ġej:

RU

Ir-Russja

RU-0

Klieb, qtates u inmsa għal skopijiet kummerċjali

CANIS-FELIS-FERRETS

Test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja”

 

 

 

(3)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, l-entrata tal-Brażil hija sostitwita b’dan li ġej:

BR

Il-Brażil

BR-1

Annimali bovini

BOV

Maturazzjoni, pH u dissussar

Programm ta’ tilqim ikkontrollat

Mingħajr ġewwieni

Traċċabbiltà addizzjonali

 

 

 

BR-2

Annimali bovini

BOV

Maturazzjoni, pH u dissussar

Ma sar l-ebda tilqim

Mingħajr ġewwieni

Traċċabbiltà addizzjonali”

 

 

 

(b)

fil-Parti 2, l-entrata tal-Brażil hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Brażil

BR-1

L-Istat ta’ Minas Gerais, l-Istat ta’ Espírito Santo, l-Istat ta’ Goiás, l-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul, l-Istat ta’ São Paulo, l-Istat ta’ Mato Grosso (minbarra t-territorju inkluż fi BR-2)

BR-2

L-Istat ta’ Santa Catarina, l-Istat ta’ Rio Grande Do Sul, l-Istat ta’ Paraná u l-muniċipalitajiet ta’ Aripuanã, Colniza, Comodoro, Juína u Rondolândia fl-Istat ta’ Mato Grosso”

(c)

il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

(i)

id-deskrizzjoni ta’ kundizzjoni speċifika “Programm ta’ tilqim ikkontrollat” hija sostitwita b’dan li ġej:

Programm ta’ tilqim ikkontrollat

Il-programm ta’ tilqim li sar kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żona għandu jkun issorveljat mill-awtorità kompetenti u din is-superviżjoni għandha tinkludi l-kontroll tal-effikaċja tal-programm ta’ tilqim permezz ta’ sorveljanza seroloġika regolari li tindika livelli adegwati ta’ antikorpi fl-annimali u turi n-nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żona.

Jekk it-tilqim tal-annimali kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żona jkun twaqqaf mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju minħabba sitwazzjoni favorevoli ta’ dik il-marda f’dak il-pajjiż terz, territorju jew żona, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju għandha tiggarantixxi li l-programm ta’ sorveljanza għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer:

(a)

ikun applikabbli għaż-żona li turi n-nuqqas tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer; u

(b)

jitwettaq u jiġi kkontrollat mill-awtorità kompetenti.”

(ii)

id-deskrizzjoni ta’ kundizzjoni speċifika “Ma sar l-ebda tilqim” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ma sar l-ebda tilqim

Ma għandu jsir l-ebda tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żona u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju għandha tiggarantixxi li l-programm ta’ sorveljanza għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer:

(a)

ikun applikabbli għaż-żona ħielsa li turi n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer; u

(b)

jitwettaq u jiġi kkontrollat mill-awtorità kompetenti.”

(4)

L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B, l-entrata li ġejja tal-Moldova tiddaħħal bejn l-entrata tal-Ġappun u l-entrata ta’ Madagascar:

MD

Il-Moldova

MD-1

POU”

 

 

 

 

(b)

fil-Parti 2, l-entrata li ġejja li tistabbilixxi deskrizzjonijiet taż-żoni fil-Moldova tiddaħħal bejn l-entrata ta’ Iżrael u l-entrata tal-Ukrajna:

MD

Il-Moldova

MD-1

Il-pajjiż kollu tal-Moldova, ħlief id-distretti li ġejjin: Briceni, Cahul, Călărași, Cantemir, Comrat, Drochia, Dubăsari, Edineț, Florești, Glodeni, Orhei, Rezina, Rîșcani, Sîngerei, Șoldănești, Soroca, Ștefan Vodă, Strășeni, Taraclia”

(5)

fl-Anness XV, fil-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata tal-Montenegro hija sostitwita b’dan li ġej:

ME

Il-Montenegro

ME-0

A

A

C jew D

 (***)

A

C jew D

 (***)

D

Mhux awtorizzati

D

D

Mhux awtorizzati

MPNT (**)

MPST

 

PARTI B

L-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

it-titolu tal-Parti 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“PARTI 3

Kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 4 tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 ”;

(2)

it-titolu tal-Parti 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“PARTI 4

Garanziji tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-kolonna 5 tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 ”.


(***)  Għall-perżut nej biss wara trattament li jikkonsisti f’fermentazzjoni u maturazzjoni naturali ta’ mhux inqas minn 9 xhur u li jirriżulta fil-karatteristiċi li ġejjin:

valur Aw ta’ mhux aktar minn 0,93,

Valur pH ta’ mhux aktar minn 6,0.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1170/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top