This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1072
Commission Delegated Regulation (EU) 2024/1072 of 25 January 2024 amending Delegated Regulation (EU) 2015/2446 as regards decisions relating to binding information in the field of customs valuation and decisions relating to binding origin information
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1072 tal-25 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti fil-qasam tal-valutazzjoni doganali u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1072 tal-25 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti fil-qasam tal-valutazzjoni doganali u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini
C/2024/255
ĠU L, 2024/1072, 15.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1072/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1072 |
15.4.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1072
tal-25 ta’ Jannar 2024
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti fil-qasam tal-valutazzjoni doganali u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(c) u (g) u l-Artikolu 36(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jirrikjedi li l-awtoritajiet doganali, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jieħdu deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (“deċiżjonijiet BTI”) u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (“deċiżjonijiet BOI”). |
(2) |
L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jirrikjedi, f’każijiet speċifiċi, li l-awtoritajiet doganali jieħdu deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti fir-rigward ta’ fatturi oħrajn imsemmija fit-Titolu II ta’ dak ir-Regolament. Il-valur tal-merkanzija għall-għanijiet doganali, imsemmi fit-Titolu II, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jikkostitwixxi wieħed minn dawk il-fatturi l-oħra, li għadhom mhumiex soġġetti għal deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti. |
(3) |
Jenħtieġ li jiġu introdotti deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar il-valutazzjoni (“deċiżjonijiet BVI”) fil-leġiżlazzjoni doganali sabiex jiżdiedu t-trasparenza, iċ-ċertezza legali, il-konformità u l-uniformità fil-valutazzjoni doganali, għall-benefiċċju tal-operaturi ekonomiċi, tal-awtoritajiet doganali u tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fost it-tipi differenti ta’ informazzjoni vinkolanti, sa fejn ikun possibbli, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-deċiżjonijiet BVI jenħtieġ li jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2) li jirrigwardaw id-deċiżjonijiet BTI u BOI. |
(5) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġi emendat biex id-deċiżjonijiet BVI jkunu soġġetti għall-istess eċċezzjoni għad-dritt li wieħed jinstema’ bħal dawk applikabbli għad-deċiżjonijiet BTI u BOI skont l-Artikolu 22(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. |
(6) |
Jenħtieġ li jiġi introdott Artikolu 18a ġdid fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, biex il-valutazzjoni doganali tiġi identifikata bħala każ għal deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti, biex jiġi ddefinit il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ tali deċiżjonijiet, biex jiġu indikati s-sitwazzjonijiet li fihom applikazzjoni għal deċiżjoni BVI ma għandhiex tiġi aċċettata, u biex jiġi stabbilit il-karattru vinkolanti tagħhom fir-rigward kemm tal-awtoritajiet doganali kif ukoll tad-detentur tad-deċiżjoni, u l-perjodu ta’ validità tagħhom, permezz ta’ dispożizzjonijiet simili għal dawk applikabbli għad-deċiżjonijiet BTI u BOI, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. |
(7) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jirrikjedi li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bħal dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet jew deċiżjonijiet bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-ħażna ta’ dik l-informazzjoni, kif meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni doganali, isiru bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Artikoli 19(3) u 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jitħassru minħabba l-inklużjoni prevista tal-applikazzjonijiet BOI u tad-deċiżjonijiet BOI fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3) kif emendat. |
(8) |
L-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, li jipprevedi l-estensjoni tal-limiti ta’ żmien biex jittieħdu deċiżjonijiet BTI u BOI meta t-teħid ta’ dawk id-deċiżjonijiet ikun sospiż minħabba li l-klassifikazzjoni tariffarja korretta u uniformi jew id-determinazzjoni tal-oriġini ma tkunx żgurata, jenħtieġ li jiġi estiż għat-teħid ta’ deċiżjonijiet BVI meta t-teħid ta’ dawk id-deċiżjonijiet jiġi sospiż minħabba li d-determinazzjoni korretta u uniformi tal-valur doganali ma tkunx żgurata. |
(9) |
Jenħtieġ li fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi introdott Artikolu 20a ġdid biex id-deċiżjonijiet BVI jkunu suġġetti għal dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ tali deċiżjonijiet simili għal dawk li huma previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għad-deċiżjonijiet BTI u BOI. |
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tad-deċiżjonijiet BVI, inkluż f’dak li jikkonċerna l-ġestjoni tagħhom permezz ta’ sistema elettronika, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data li fiha tkun ġiet varata s-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. |
(11) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li għandhom x’jaqsmu mat-tneħħija tal-eċċezzjoni għall-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data għall-iskambju u l-ħżin ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal deċiżjonijiet BOI u d-deċiżjonijiet BOI rispettivament, jenħtieġ li japplikaw mid-data tal-użu, għall-finijiet ta’ dawk id-deċiżjonijiet, tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. |
(12) |
Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 10, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
(2) |
fit-Titolu I, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, is-Sottotaqsima 3, jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej: “Artikolu 18a “Deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar il-valutazzjoni (Artikolu 35 tal-Kodiċi) 1. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni, jieħdu deċiżjonijiet relatati mal-informazzjoni vinkolanti dwar il-valutazzjoni (“deċiżjonijiet BVI”), billi jipprovdu l-metodu xieraq ta’ valutazzjoni jew il-kriterji doganali, u l-applikazzjoni tagħhom, li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija taħt ċirkostanzi partikolari. Tali applikazzjoni ma għandhiex tkun aċċettata fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
2. Id-deċiżjonijiet BVI għandhom ikunu vinkolanti, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija biss:
3. Id-deċiżjonijiet BVI għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 3 snin mid-data li fiha d-deċiżjoni ssir effettiva. 4. Għall-applikazzjoni ta’ deċiżjoni BVI fil-kuntest ta’ proċedura doganali partikolari, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun jista’ juri li l-merkanzija inkwistjoni u ċ-ċirkostanzi li jiddeterminaw il-valur doganali jikkorrispondu f’kull aspett għaċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni.” |
(3) |
l-Artikolu 19(3) jitħassar; |
(4) |
fl-Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta l-Kummissjoni tinnotifika lill-awtoritajiet doganali li t-teħid ta’ deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti jkun ġie sospiż f’konformità mal-Artikolu 34(10)(a) tal-Kodiċi, għal deċiżjonijiet BTI u BOI, jew f’konformità mal-Artikolu 20a(7)(a), għal deċiżjoni BVI, il-limitu ta’ żmien għat-teħid tad-deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 22(3), l-ewwel subparagrafu tal-Kodiċi għandu jiġi estiż ulterjorment sakemm il-Kummissjoni tinnotifika lill-awtoritajiet doganali li l-klassifikazzjoni tariffarja korretta u uniformi, id-determinazzjoni tal-oriġini jew id-determinazzjoni tal-valur doganali jkunu żgurati.”; |
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej: “Artikolu 20a Ġestjoni ta’ deċiżjonijiet marbuta ma’ informazzjoni vinkolanti dwar il-valutazzjoni (Artikolu 35 tal-Kodiċi) 1. Deċiżjoni BVI għandha titlef il-validità tagħha qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 18a(3) fil-każijiet li ġejjin:
2. Id-deċiżjonijiet BVI ma għandhomx jitilfu l-validità tagħhom b’effett retroattiv. 3. B’deroga mill-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 27 tal-Kodiċi, id-deċiżjonijiet BVI għandhom jiġu annullati meta jkunu bbażati fuq informazzjoni mill-applikanti li ma tkunx preċiża jew sħiħa. 4. Id-deċiżjonijiet BVI għandhom jiġu revokati f’konformità mal-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 28 tal-Kodiċi. 5. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrevokaw deċiżjonijiet BVI meta ma jibqgħux kompatibbli ma’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-parti operattiva tas-sentenza f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 6. Meta deċiżjoni BVI ma tibqax valida f’konformità mal-paragrafu 1, jew tiġi revokata f’konformità mal-paragrafu 4 jew 5, id-deċiżjoni BVI xorta tista’ tintuża fir-rigward ta’ kuntratti vinkolanti li jkunu ġew ibbażati fuq dik id-deċiżjoni u li jkunu ġew konklużi qabel ma tkun tilfet il-validità tagħha jew ġiet revokata. L-użu estiż imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż 6 xhur mid-data meta d-deċiżjoni BVI ma tibqax valida jew tiġi revokata. Sabiex jibbenefika mill-użu estiż ta’ deċiżjoni BVI jew BVI, id-detentur ta’ dik id-deċiżjoni għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità doganali li tkun ħadet id-deċiżjoni fi żmien 30 jum mid-data li fiha ma tibqax valida jew tiġi revokata, fejn jindika l-kwantitajiet li għalihom qed jitlob perjodu ta’ użu estiż u l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom il-merkanzija se tkun rilaxxata fil-perjodu ta’ użu estiż. Dik l-awtorità doganali għandha tieħu deċiżjoni dwar l-użu estiż u għandha tinnotifika lid-detentur, mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn 30 jum mid-data meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista’ tieħu dik id-deċiżjoni. 7. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali meta:
|
(6) |
l-Artikolu 21 jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1072/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)