EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0757

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/757 tas-26 ta’ Frar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/6190/2024/INIT

ĠU L, 2024/757, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/757/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/757/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/757

27.2.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/757

tas-26 ta’ Frar 2024

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fil-31 ta’ Jannar 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1970 (2011) dwar il-Libja ddeċieda li persuna waħda jenħtieġ li ma tibqax soġġetta għall-miżura ta’ projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (2011). Dik il-persuna tkompli tkun soġġetta għall-iffriżar tal-assi impost skont il-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (2011).

(3)

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Din ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

D. CLARINVAL


(1)   ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/44/2023-07-12.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/44 (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)), il-Parti A (Persuni), l-entrata 19 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“19.

Isem: 1: SAFIA 2: FARKASH 3: AL-BARASSI 4: m/d

Titlu: m/d Kariga: m/d Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, Libja: Psewdonimu affiddabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta’ Jannar 1953 (nru tal-passaport tal-Oman 03825239, data tal-ħruġ 4 ta’ Mejju 2014, data ta’ skadenza 3 ta’ Mejju 2024.) Psewdonimu inqas affiddabbli: m/d Nazzjonalità: m/d Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 98606491 Indirizz: a) is-Saltna tal-Oman b) (Post preżunt — l-Eġittu) Elenkata fi: 24 ta’ Ġunju 2011 (emendata fil-31 ta’ Jannar 2024, 1 ta’ April 2016, 26 ta’ Marzu 2015, 26 ta’ Settembru 2014, 4 ta’ Settembru 2013, 2 ta’ April 2012, 13 ta’ Frar 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 ( Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/757/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top