Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0670

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/670 tas-26 ta’ Frar 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2024/632

    ĠU L, 2024/670, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/670/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/670/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2024/670

    27.2.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/670

    tas-26 ta’ Frar 2024

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri stabbiliti

    (1)

    F’Lulju 2005, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “il-RPĊ”). Il-miżuri kienu jikkonsistu f’dazju anti-dumping ad valorem li jvarja bejn 7,6 % u 46,7 % (“il-miżuri oriġinali”).

    (2)

    F’Lulju 2008, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/2008 (3) u wara rieżami interim parzjali ex officio skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament anti-dumping bażiku (“ir-Regolament bażiku”), il-Kunsill iċċara l-ambitu tal-miżuri u eskluda mill-miżuri anti-dumping oriġinali ċerti prodotti, jiġifieri lifters għoljin, stackers, scissor lifts u trakkijiet tal-użin, li jistgħu jitmexxew waħedhom jew jiġu mċaqilqa manwalment u jintużaw biex jiċċaqalqu u jerfgħu t-tagħbijiet, jgħinu fil-ħażna ta’ tagħbijiet, jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor, jerfgħu t-tagħbija għal livell ta’ ħidma jew jerfgħu u jiżnu t-tagħbijiet, li nstabu li huma distinti minn pallet trucks tal-idejn minħabba l-karatteristiċi u l-funzjonijiet speċifiċi u l-użi finali tagħhom.

    (3)

    F’Ġunju 2009, permezz tar-Regolament (KE) Nru 499/2009 (4), il-Kunsill, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, estenda d-dazju anti-dumping definittiv applikabbli “għall-kumpaniji l-oħrajn kollha” impost mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 għal pallet trucks tal-idejn ikkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk ġew iddikjarati li joriġinaw fit-Tajlandja, kif ukoll jekk le.

    (4)

    F’Ottubru 2011, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 (5), il-Kunsill, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, tawwal l-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn li joriġinaw miċ-Ċina.

    (5)

    F’April 2013, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 372/2013 (6), il-Kunsill, wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, emenda r-Regolament (UE) Nru 1008/2011, u mmodifika l-firxa oriġinali tad-dazji anti-dumping u impona rata ta’ dazju ta’ 70,8 % applikabbli għall-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni ta’ pallet trucks tal-idejn li joriġinaw miċ-Ċina.

    (6)

    F’Settembru 2014, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 946/2014 (7), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, emendat ir-Regolament (UE) Nru 1008/2011, u imponiet rata’ ta’ dazju individwali ta’ 54,1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn minn Ningbo Logitrans Handling Equipment Co.

    (7)

    F’Awwissu 2016, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1346 (8), il-Kummissjoni, wara investigazzjoni antiċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, estendiet id-dazju anti-dumping definittiv stabbilit għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn kemxejn modifikati li jinkorporaw sistema ta’ indikazzjoni tal-piż mhux integrata fix-xażi (il-frieket) li joriġinaw miċ-Ċina.

    (8)

    F’Novembru 2017, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2206 (9), il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku wara rieżami ta’ skadenza imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn li joriġinaw miċ-Ċina (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

    (9)

    Id-dazji anti-dumping li bħalissa huma stabbiliti huma dazji ad valorem stabbiliti b’rata ta’ 70,8 %. Rata ta’ dazju individwali ta’ 54,1 % tapplika għal Ningbo Logitrans Handling Equipment Co., Ltd. (10)

    1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

    (10)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-iskadenza imminenti f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (11), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami ġiet sottomessa fid-29 ta’ Awwissu 2022 minn Toyota Material Handling Europe u PR Industrial S.r.l. (“l-applikanti”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-pallet trucks tal-idejn, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

    (11)

    It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

    1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

    (12)

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, u ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex jinbeda r-rieżami ta’ skadenza, fid-29 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ pallet trucks tal-idejn li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Renju tat-Tajlandja abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din ippubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika tal-Bidu”) (12).

    1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

    (13)

    L-investigazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2022 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew ir-“RIP”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

    1.5.   Partijiet interessati

    (14)

    Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi l-oħrajn magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

    (15)

    Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.6.   Kampjunar

    (16)

    Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (17)

    Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod provviżorju.

    (18)

    F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-pallet trucks tal-idejn fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn żewġ produtturi tal-Unjoni.

    (19)

    Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 75 % tal-produzzjoni u aktar minn 70 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju.

    (20)

    Ma wasal l-ebda kumment u, għalhekk, il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    1.6.2.   Il-kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

    (21)

    Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. L-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba.

    1.6.3.   Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina

    (22)

    Fin-Notifika ta’ Bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tieħu kampjun tal-produtturi esportaturi f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku.

    (23)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Madankollu, ebda produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ma pprovda l-informazzjoni mitluba fil-perjodu ta’ żmien definit fin-Notifika tal-Bidu.

    (24)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Ma ngħatat l-ebda tweġiba.

    (25)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi u l-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ, u infurmat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea kif xieraq. Ma sar l-ebda kumment.

    1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarji

    (26)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju.

    (27)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi, lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun„ lill-utenti u lill-importaturi. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online fil-jum tal-bidu (13).

    (28)

    Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun wieġbu l-kwestjonarji. Madankollu, il-produtturi esportaturi, l-importaturi mhux relatati, u l-utenti ma weġbux.

    (29)

    Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jew mill-GTĊ, is-sejbiet rigward id-dumping u d-dannu saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lill-Unjoni Ewropea ġiet informata dwar dan. Ma wasal l-ebda kumment.

    1.8.   Żjarat ta’ verifika

    (30)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni.

    (31)

    Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni li ġejjin:

    Toyota Material Handling Europe (l-Iżvezja);

    PR Industrial S.r.l (l-Italja).

    (32)

    Il-Kummissjoni vverifikat id-data makroekonomika pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fil-bini tar-rappreżentant legali tagħhom, White & Case, fi Brussell.

    2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Prodott taħt rieżami

    (33)

    Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri, ix-xażi u l-idrawlika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 8427900011 u 8427900019) u ex 8431 20 00 (il-kodiċijiet TARIC 8431200011, u 8431200019).

    (34)

    Fl-2008, il-Kummissjoni wettqet rieżami interim u ċċarat li l-miżuri stabbiliti ma jkoprux ċerti kategoriji ta’ prodotti, jiġifieri lifters għoljin, stackers, scissor lifts u trakkijiet tal-piż, li jistgħu jitħaddmu waħidhom jew jiġu mċaqilqa manwalment u jintużaw biex imexxu u jerfgħu t-tagħbijiet, jgħinu fil-ħżin ta’ tagħbijiet, jistivaw pallet fuq oħra, jerfgħu t-tagħbija għal-livell li fih isir ix-xogħol jew biex jerfgħu u jiżnu t-tagħbijiet.

    2.2.   Prodott ikkonċernat

    (35)

    Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina fiċ-Ċina.

    2.3.   Prodott simili

    (36)

    Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll użi bażiċi simili:

    il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

    il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku taċ-Ċina;

    il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (37)

    Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    3.   STATISTIKA TAD-DATA TAL-IMPORTAZZJONI

    (38)

    Biex tiddetermina l-kwantità u l-prezz ta’ pallet trucks tal-idejn importati fl-Unjoni, il-Kummissjoni tiddependi fuq l-istatistika tal-importazzjoni. Id-data uffiċjali għal dawn l-importazzjonijiet hija rreġistrata kemm f’kilogrammi kif ukoll f’unitajiet (biċċiet).

    (39)

    Madankollu, is-sorsi statistiċi kollha disponibbli (Comext, Surveillance 3 u l-bażi tad-data bbażata fuq l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku) urew data inkonsistenti dwar il-volum ta’ pallet trucks tal-idejn importati fl-Unjoni.

    (40)

    Il-piż għal kull pallet truck tal-idejn importat wera fluttwazzjonijiet inspjegabbli. Dan kien inkonsistenti kemm mal-evidenza miġbura f’din l-investigazzjoni kif ukoll mal-istatistika dwar l-importazzjoni użata fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, li wrew li l-piż għal kull pallet truck tal-idejn huwa bażikament kostanti u ma jvarjax maż-żmien jew bejn l-Istati Membri.

    (41)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Eurostat, li informat li d-data dwar il-volumi tal-importazzjonijiet f’żewġ Stati Membri tidher li ma ġietx irrapportata b’mod korrett, u li l-kilogrammi u l-biċċiet irrapportati ma tqisux bħala affidabbli fid-dawl tal-valur irrapportat tagħhom. Id-data tal-importazzjoni fl-Unjoni mingħajr importazzjonijiet f’dawn iż-żewġ Stati Membri nstabet koerenti madwar l-Istati Membri u konsistenti mal-istatistika preċedenti.

    (42)

    Għalhekk, il-Kummissjoni aġġustat is-sett tad-data dwar l-importazzjoni tal-Eurostat għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni billi ħadet il-prezz għal kull biċċa mill-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni minbarra dawk lejn iż-żewġ Stati Membri msemmija fil-premessa (41) u billi applikat dak il-proporzjon tal-prezz għal kull biċċa għall-valur irrapportat tal-importazzjonijiet f’dawn iż-żewġ Stati Membri l-Istati sabiex tiddetermina l-volum ikkoreġut ta’ dawn l-importazzjonijiet f’biċċiet.

    (43)

    Dan l-aġġustament imbagħad ipprovda sett ta’ data għall-importazzjonijiet fl-Unjoni fejn l-għadd ta’ biċċiet importati u l-valur tagħhom għal kull biċċa kienu koerenti madwar l-Istati Membri.

    (44)

    Dan is-sett ta’ data aġġustat intuża biex jiġi kkalkolat id-dumping fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u wkoll għal diversi indikaturi tad-dannu kif stabbilit hawn taħt fit-Tabelli 2, 3 4 u 5 ta’ hawn taħt.

    4.   DUMPING

    (45)

    F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri stabbiliti tkunx probabbli li twassal għal kontinwazzjoni tad-dumping.

    4.1.   Kummenti preliminari

    (46)

    Kif issemma fil-premessa (25), l-ebda produttur esportatur miċ-Ċina ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

    (47)

    Abbażi ta’ dan, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-eżistenza tad-dumping u tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari:

    l-informazzjoni inkluża fit-talba;

    l-informazzjoni miksuba mill-partijiet li kkooperaw matul l-investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri l-applikant u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun;

    l-istatistika tal-Eurostat aġġustata kif stabbilit fit-Taqsima 3 hawn fuq; u

    l-Atlas tal-Kummerċ Globali (GTA).

    (48)

    Barra minn hekk, sabiex jinbena l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat id-data disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv kif spjegat fit-Taqsima 4.2.4 hawn taħt.

    4.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-HPT li joriġinaw miċ-Ċina

    (49)

    Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward taċ-Ċina, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsiratal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    (50)

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (51)

    Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sal-iskadenza.

    (52)

    Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Ma tqajjem l-ebda kumment mill-GTĊ f’dan ir-rigward.

    (53)

    Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Speċifikat ukoll li pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għar-RPĊ f’dan il-każ kien il-Brażil, iżda li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

    (54)

    Fit-3 ta’ April 2023, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali (“Nota dwar is-sorsi”).

    (55)

    Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, ikollha tiddependi fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tuża l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku.

    (56)

    Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet beħsiebha tuża lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, u dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar is-sorsi u l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u jissuġġerixxu wkoll pajjiżi oħrajn, dment li dawn jissottomettu biżżejjed informazzjoni dwar il-kriterji rilevanti.

    (57)

    Infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitt abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Paletrans Equipamentos Ltda, produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Ma wasal l-ebda kumment.

    4.2.1.   Valur normali

    (58)

    Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

    (59)

    Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

    (60)

    Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

    4.2.2.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

    (61)

    F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (14), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

    (62)

    F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (15). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar – l-azzar li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami – mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (16), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (17).

    (63)

    Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (18).

    (64)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (19).

    (65)

    Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (20), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (21).

    (66)

    Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

    (67)

    Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-pallet trucks tal-idejn.

    (68)

    Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

    (69)

    It-talba għal rieżami allegat li l-ekonomija Ċiniża hija influwenzata b’mod wiesa’ minn interventi mill-GTĊ jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra. Dawn l-interventi jaffettwaw diversi livelli tal-gvern u tas-suq. It-talba elenkat id-distorsjonijiet ġenerali li jaffettwaw is-suq tal-HPT, abbażi tas-sejbiet fir-Rapport, iżda elenkat ukoll diversi każijiet addizzjonali ta’ intervent mill-Istat fis-settur tal-azzar.

    (70)

    L-ewwel nett, it-talba indikat is-sussidji stabbiliti fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sussidji preżenti fis-settur tal-HRFS (22), filwaqt li enfasizzat li l-HRFS huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-HPT. It-talba tispjega ulterjorment li minbarra l-għotjiet diretti ta’ flus offruti lill-kumpaniji, l-istat Ċiniż jintervjeni wkoll fl-ipprezzar tal-materja prima kruċjali f’dan is-settur, bħall-mineral tal-ħadid u l-faħam. It-talba indikat li l-iżgurar tal-provvista tal-materja prima lill-industrija domestika tal-azzar huwa prijorità waħda tal-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”) Ċiniż.

    (71)

    Biex ibaxxi l-prezzijiet tal-materja prima, l-istat Ċiniż għandu diversi strumenti: kwoti tal-esportazzjoni, taxxi tal-esportazzjoni, liċenzji tal-esportazzjoni. It-talba spjegat ukoll li f’Ġunju 2021, id-Dipartiment tal-Ipprezzar tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u l-Amministratur tal-Istat għar-Regolamentazzjoni tas-Suq nedew inkjesta fin-negozjar spot tal-mineral tal-ħadid. Kien hemm ukoll investigazzjoni dwar il-prezzijiet tal-faħam. Dawk il-kontrolli huma intervent dirett tal-Istat Ċiniż fl-ipprezzar tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-HPT.

    (72)

    Minbarra l-interventi ta’ hawn fuq tal-Istat Ċiniż fl-industrija tal-azzar, it-talba affermat ukoll li mod ieħor il-gvern ipprovda appoġġ indirett lis-settur tal-azzar kien billi ma nfurzax b’mod strett ir-regolamenti dwar il-protezzjoni ambjentali, speċjalment fil-livell lokali.

    (73)

    Fl-aħħar nett, it-talba semmiet li l-GTĊ qiegħed juża infużjonijiet u konverżjonijiet ta’ ekwità biex jappoġġa lill-intrapriżi li jipproduċu l-azzar. Pereżempju, il-gvern tal-belt ta’ Tianjin ippjana li jirristruttura d-dejn ta’ CNY 92 biljun ta’ Bohai Steel Group billi jqiegħed l-aktar assi profittabbli tiegħu f’kumpanija ġdida u jikkonverti porzjon tal-obbligazzjonijiet f’bonds.

    (74)

    Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikanti, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

    (75)

    Fis-settur tal-azzar — l-azzar huwa l-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-prodott taħt rieżami (ara l-premessa (110)) — jippersisti grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt investigazzjoni, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. L-investigazzjoni kkonfermat li s-settur tal-HPT huwa frammentat ħafna b’bosta produtturi żgħar preżenti fis-suq.

    (76)

    Barra minn hekk, minħabba li l-interventi tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP” jew “il-Partit”) fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anke f’kumpaniji privati, bis-CCP li jafferma t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u taħt superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fir-RPĊ.

    (77)

    L-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-interessi tal-produtturi tal-HPT fiċ-Ċina hija l-Assoċjazzjoni tat-Trakkijiet Industrijali taċ-Ċina (“CITA”) (23), li hija sussidjarja tal-Assoċjazzjoni tal-Makkinarju tal-Kostruzzjoni taċ-Ċina (“CCMA”) (24). Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni (“AoA”) tas-CCMA jindikaw b’mod ċar influwenza qawwija tal-partijiet. Fl-Artikolu 2, l-AoA tiddeskrivi r-rwol tagħha bil-mod li ġej: “taqdi lill-gvern, lill-industrija, lill-membri u lill-utenti” u aktar: “l-Assoċjazzjoni timxi mal-Kostituzzjoni, mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-politiki nazzjonali, timplimenta l-valuri ewlenin tas-soċjaliżmu, tippromwovi l-ispirtu ta’ patrijottiżmu, timxi mal-moralità soċjali, u ssaħħaħ b’mod konxju l-kostruzzjoni tal-integrità u l-awtodixxiplina.”

    (78)

    L-Artikolu 3 tal-AoA tas-CCMA jissottolinja r-rwol tal-gvern/tal-partit fl-organizzazzjoni: “L-assoċjazzjoni taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, huwa jistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, iwettaq attivitajiet tal-Partit, u jipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. L-entità li tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u l-entità li tieħu ħsieb il-bini tal-Partit hija l-Kumitat tal-Partit tas-Superviżjoni tal-Assi tal-Istat u l-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Istat (SASAC). L-Assoċjazzjoni taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entità li tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, l-entitajiet li jieħdu ħsieb il-bini tal-Partit, u mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-industrija” (25).

    (79)

    Il-preżenza tal-partijiet tidher ukoll fil-livell tal-Assoċjazzjoni tal-Ħadid u l-Azzar taċ-Ċina (“CISA”). Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, is-CISA “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” u “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli għall-bini tal-partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli għall-ġestjoni tal-industrija”.

    (80)

    Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern.

    (81)

    Dan huwa eżemplifikat mill-Opinjoni Gwida tal-2022 tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar (26), li titlob konsolidazzjoni ulterjuri tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali, mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima (27) li skontu, is-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija”, jew mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall li l-objettivi ewlenin tiegħu huma li “jiżdied kontinwament il-proporzjon tal-applikazzjoni tar-ruttam tal-metall, u sa tmiem l-14-il FYP, il-proporzjon komprensiv tar-ruttam tal-produzzjoni nazzjonali tal-azzar se jilħaq it-30 %”.

    (82)

    Fir-rigward b’mod aktar speċifiku tal-prodott taħt rieżami, il-provinċji ta’ Shandong u Jiangsu ħarġu l-14-il FYP rispettiv tagħhom dwar l-iżvilupp tal-bini tal-bastimenti u tat-tagħmir tal-inġinerija tal-baħar, li jippromwovu b’mod espliċitu s-settur tal-bini tal-bastimenti u l-produzzjoni relatata tal-azzar, bħall-HPT.

    (83)

    Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur tal-azzar jistgħu jidhru wkoll fi provinċji oħrajn, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali talintrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed (1) sa żewġ (2) gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta (3) sa ħames (5) gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-metall, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-metall”.

    (84)

    L-influwenza tal-Istat tista’ tinstab ukoll fuq livell muniċipali, bħal fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-2022 1 + 3 tal-Ħadid u l-Azzar tal-Muniċipalità Hebei Tangshan, li fih entitajiet muniċipali differenti għandhom il-kompitu li “jrawmu alleanzi u riorganizzazzjoni ta’ impriżi bi prodotti simili fir-reġjun”, bħaż-żewġ gruppi l-kbar tal-azzar Shougang (Jingtang, Qiangang) u Tangsteel New District, “jfittxu u jiggwidaw lill istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu lil impriżi tal-ħadid u l-azzar b’self b’interessi baxxi biex jippermettilhom jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin jipprovdu sussidji fil-forma ta’ skont firrata ta’ interess” kif ukoll “jappoġġaw l-ottimizzazzjoni tal-istruttura tal-prodotti” billi jagħtu lil “intrapriżi li jimmanifatturaw ta’ kwalità għolja u prodotti ta’ kwalità għolja godda, u fuq livell nazzjonali RMB 1 miljun u RMB 500 000 rispettivament, u lil intrapriżi li jimmanifatturaw ta’ kwalità għolja u prodotti ta’ kwalita għolja godda, u fuq livell provinċjali RBM 300 000 u RMB 100 000 rispettivament”.

    (85)

    Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet speċifiċi għall-produzzjoni tal-azzar” jiġifieri “l-bini ta’ sitt (6) bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tad-daqs, l-intensifikazzjoni, u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum f’Anyang se tkun ikkontrollata f’livell ta’ inqas minn 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tkun ikkontrollata f’livell ta’ inqas minn 15-il miljun tunnellata”.

    (86)

    L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-GTĊ qed jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-HPT u s-CCP. Matul l-investigazzjoni kien impossibbli li tinstab informazzjoni dwar produtturi individwali, peress li dawn huma fil-biċċa l-kbira intrapriżi żgħar ħafna. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li rwol importanti tas-CCP fl-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi tal-HPT, jiġifieri s-CCMA, li għandha kumitat attiv tal-Partit (28). Il-President tas-CITA huwa wkoll membru tas-CCP (29).

    (87)

    Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni identifikat dokumenti ta’ politika li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent tal-gvern fil-prodott li qiegħed jiġi investigat bħala parti mis-settur tal-azzar.

    (88)

    L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYC, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali. B’mod simili, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ konċentrazzjonijiet korporattivi ulterjuri) jew it-trasformazzjoni diġitali.

    (89)

    Il-materja prima importanti użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni hija l-mineral tal-ħadid. Il-mineral tal-ħadid jissemma wkoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, li fih l-Istat qed jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid, jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir avvanzati biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri”.

    (90)

    Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju bi skont fuq l-investiment għal proġett ġdid, jiġu esplorati u tingħata gwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont”. Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jingħata appoġġ lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni ta’ materja prima prinċipali użata fil-manifattura tas-HPT. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

    (91)

    L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku fis-settur tal-prodott taħt investigazzjoni ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt investigazzjoni.

    (92)

    Is-settur tal-HPT huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-HPT jew tal-inputs prinċipali), kif ukoll indirettament (meta jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fir-RPĊ).

    (93)

    Barra minn hekk, ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt investigazzjoni ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

    (94)

    Fl-aħħar nett, huma meħtieġa diversi inputs għall-produzzjoni tal-HPT. Meta l-produtturi tat-HPT jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

    (95)

    Għalhekk, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tat-HPT ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Fil-fatt, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li, ġie prodott fir-RPĊ bil-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni, jiġi espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija.

    (96)

    L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressqu mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni. Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih.

    (97)

    Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni proċediet biex tikkalkola l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

    4.2.3.   Pajjiż rappreżentattiv

    (98)

    L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

    livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għaċ-Ċina fuq il-bażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (30);

    il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (31);

    disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv;

    meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, tingħata preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

    (99)

    Kif spjegat fil-premessa (54), fit-3 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-nota ddeskriviet il-fatti disponibbli u l-evidenza bażi tal-kriterji relevanti, kif ukoll informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqis lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi konfermata.

    (100)

    Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni spjegat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni sinifikanti, hija jkollha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, inkluża l-istatistika dwar l-importazzjoni, l-istatistika nazzjonali tal-pajjiż rappreżentattiv, is-sorsi tal-għarfien tas-swieq, it-tariffi mitluba mill-fornituri tal-utilitajiet fil-pajjiż rappreżentattiv, u l-informazzjoni finanzjarja tal-produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (101)

    F’konformità mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina. Il-Brażil huwa kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Barra minn hekk, il-Brażil ġie identifikat bħala pajjiż fejn il-prodott taħt rieżami qiegħed jiġi prodott f’volumi sinifikanti f’suq kompetittiv kemm reġjonali kif ukoll globalment, u permezz ta’ proċess tal-produzzjoni simili. Il-Brażil ġie identifikat ukoll bħala pajjiż fejn id-data rilevanti hija disponibbli faċilment.

    (102)

    Il-partijiet interessati ma ssottomettew l-ebda kumment dwar in-Nota dwar is-sorsi.

    (103)

    Finalment, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza tar-Regolament bażiku.

    (104)

    Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kif propost fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u minħabba li l-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a) l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lill-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    4.2.4.   Sorsi li ntużaw sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

    (105)

    Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi.

    (106)

    Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, tuża l-Atlas tal-Kummerċ Globali biex tistabbilixxi l-kost mhux imxekkel tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-ILO, id-data tal-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil, u l-Istitut Brażiljan tal-Ġeografija u l-Istatistika biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera u tal-enerġija.

    (107)

    Finalment, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex tistabbilixxi l-kostijiet SG&A u l-profitt, tuża Orbis Bureau van Dijk u d-data finanzjarja minn produttur Brażiljan tal-prodott ikkonċernat, kif stabbilit fil-premessa (54) hawn fuq.

    4.2.5.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

    4.2.5.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

    (108)

    Permezz tan-Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u ta’ sorsi maħsuba sabiex jintużaw għall-istabbiliment ta’ lista sħiħa tal-inputs bħal materjali, enerġija u l-manodopera użati fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni.

    (109)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tistabbilixxi l-fatturi ta’ produzzjoni użati fil-produzzjoni tal-HPTs.

    (110)

    Meta titqies l-informazzjoni kollha li hemm fit-talba u l-informazzjoni sussegwenti sottomessa mill-applikant, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom biex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

    Tabella 1

    Fatturi ta’ produzzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn

    Fattur ta’ produzzjoni

    Kodiċi tal-komodità

    Valur mingħajr distorsjoni

    Unità ta’ kejl

    Sors

    Materja prima

    Azzar ċatt b’laminazzjoni termali

    72082610 , 72082690

    7,09 CNY

    kg

    GTA

    Ħadid Fondut (komponenti proċessati)

    84312011 , 84312019 , 84312090

    46,52 CNY

    kg

    GTA

    Komponenti oħrajn tal-azzar (pajpijiet)

    84312011 , 84312019 , 84312090

    46,52 CNY

    kg

    GTA

    Komponenti maħdumin (labar, rotazzjonijiet)

    84821010 , 84821090

    49,88 CNY

    kg

    GTA

    Kejbil tan-nylon jew polijamidu ieħor

    87169090

    45,68 CNY

    kg

    GTA

    Manodopera

    Manodopera

    61,32 CNY

    siegħa

    L-Istitut Brażiljan tal-Ġeografija u l-Istatistika flimkien mal-ILO

    Enerġija

    Elettriku

    0,944 CNY

    kWh

    Il-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil

    Gass naturali

    0,705 CNY

    kWh

    Prezzijiet tal-Petrol madwar id-Dinja (32)

    Prodotti sekondarji/skart

    Skart u fdal

    2,128 CNY

    kg

    L-Anness V tat-talba

    4.2.5.2.   Materja prima u ruttam

    (111)

    Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33).

    (112)

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 4.2.2 ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

    (113)

    Normalment, mal-prezzijiet referenzjarji jenħtieġ li jiżdiedu wkoll il-kostijiet tat-trasport domestiku. Madankollu, l-objettiv ta’ rieżami ta’ skadenza huwa li jiġi ddeterminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jistax jerġa’ jseħħ, aktar milli jinstab id-daqs eżatt tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-aġġustamenti għat-trasport domestiku ma kinux meħtieġa peress li jirriżultaw biss fiż-żieda tal-valur normali u għalhekk tal-marġni tad-dumping.

    4.2.5.3.   Manodopera

    (114)

    Biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-manodopera, il-Kummissjoni użat statistika dwar il-kostijiet mill-Istitut Brażiljan tal-Ġeografija u l-Istatistika (“Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística) (34) biex tiddetermina l-pagi fil-Brażil. Is-sit web tal-Istitut jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet lavorattivi annwali totali f’setturi ekonomiċi differenti u l-Kummissjoni użat il-pagi statutorji, fil-ġimgħa, is-sigħat tax-xogħol, u fix-xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura u s-sigħat fil-ġimgħa medji maħduma fil-Brażil għall-2021. Fuq din il-bażi, ġiet ikkalkulata rata fis-siegħa ta’ 61,32 CNY/siegħa.

    4.2.5.4.   Elettriku

    (115)

    Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Brażil huwa ppubblikat mill-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija (35). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022 u stabbiliet prezz fil-livell ta’ 0,944 CNY/kWh (li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami).

    4.2.5.5.   Gass naturali

    (116)

    Il-prezz tal-gass naturali għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Brażil huwa pubblikat mill-fornitur tad-data tas-suq globalpetrolprices.com (36). Il-Kummissjoni użat l-ipprezzar korrispondenti għall-utenti industrijali li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    4.2.5.6.   SG&A u profitti

    (117)

    Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

    (118)

    Sabiex tistabbilixxi l-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja tal-produttur Brażiljan Paletrans Equipamentos Ltda kif irrapportat fil-bażi tad-data tal-Orbis għas-sena 2021. Il-Kummissjoni l-ewwel iddeterminat il-perċentwal tal-kostijiet SG&A u ta’ kostijiet oħrajn tal-kumpanija, li kienu jammontaw għal 11,37 % tal-kost tal-oġġetti mibjugħa u mbagħad ikkalkulat il-profitti miksuba minn Paletrans Equipamentos Ltda, li kienu jammontaw għal 14,38 % tal-kost tal-oġġetti mibjugħa.

    4.2.6.   Kalkolu tal-valur normali

    (119)

    Abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (120)

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-volumi tal-konsum ġew immultiplikati bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità stabbiliti fil-Brażil, kif deskritt fit-Taqsima 4.2.5. Bl-istess mod, skont l-istess metodoloġija, il-Kummissjoni stabbiliet il-valur mhux imxekkel tal-iskart u tar-ruttam u naqqsitu mill-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni stabbiliti hawn fuq.

    (121)

    Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-materja prima, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet lavorattivi, kif innotat fil-premessa (114), u l-kost għall-elettriku u għall-gass naturali, kif innotat fil-premessi (115) u (116). Il-kost lavorattiv kien jinkludi wkoll porzjon tal-kost tax-xogħol indirett, li skont l-applikant kien jirrappreżenta l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura.

    (122)

    Il-Kummissjoni mbagħad żiedet l-SG&A u l-profitt fil-Brażil, li ġie espress bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħa u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, u ammonta għal 11,37 % u 14,38 % rispettivament, kif spjegat fil-premessa (118).

    (123)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    4.2.7.   Prezz tal-esportazzjoni

    (124)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi miċ-Ċina, il-prezz tal-esportazzjoni għall-importazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġie ddeterminat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. Il-prezz CIF għal kull HPT tnaqqas mill-merkanzija bil-baħar (EUR 31,79 għal kull HPT) u l-ispejjeż tat-trasport intern (EUR 5,86 għal kull HPT). Dawn il-kostijiet kienu bbażati fuq data pprovduta mill-applikanti fit-talba għal rieżami (37).

    4.2.8.   Marġni tat-tqabbil u tad-dumping

    (125)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u l-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq.

    (126)

    Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping, espress bћala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien 82,5 %. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    5.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

    (127)

    B’segwitu għas-sejbiet tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi u lejn l-Unjoni, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni.

    (128)

    Kif imsemmi fil-premessa (25), la l-produtturi esportaturi Ċiniżi u lanqas il-GTĊ ma kooperaw f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi li, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-fatti disponibbli jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk kienx qiegħed iseħħ dumping u biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà li jitkompla d-dumping. B’mod partikolari:

    l-informazzjoni inkluża fit-talba;

    l-istatistika tal-Eurostat;

    l-istatistika disponibbli għall-pubbliku fil-bażi tad-data tal-Atlas tal-Kummerċ Globali.

    (129)

    Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta mingħand l-awtoritajiet Ċiniżi f’dan ir-rigward.

    5.1.   Il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina

    (130)

    Fir-rigward tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina, fin-nuqqas ta’ sorsi oħra ta’ informazzjoni, l-analiżi saret fuq il-bażi tad-data sottomessa matul l-investigazzjoni mill-applikanti.

    (131)

    L-investigazzjoni wriet li hemm kapaċità żejda ġenerali tal-HPTs fiċ-Ċina għall-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

    (132)

    Skont l-analiżi tas-suq tal-applikanti, il-kapaċità tal-produzzjoni ddikjarata mill-assoċjazzjoni Ċiniża tal-HPTs fl-2021 kienet tammonta għal 3 miljun biċċa, bi produzzjoni reali ta’ 1,7 miljun biċċa.

    (133)

    B’riżultat ta’ dan, il-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża kienet stmata li hija madwar 1,3 miljun biċċa jew aktar minn 40 % (38). Madankollu, din hija stima konservattiva peress li skont l-applikanti bosta produtturi iżgħar tal-HPT fiċ-Ċina ma humiex parti mill-assoċjazzjoni u għalhekk in-numru totali tal-produzzjoni tal-HPT fiċ-Ċina huwa tal-inqas 10–15 % ogħla miċ-ċifri rrapportati tal-assoċjazzjoni.

    (134)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li tammonta tal-inqas għal 40 % tal-kapaċità tal-produzzjoni, li tista’ tintuża għall-esportazzjonijiet fl-Unjoni jekk jiskadu l-miżuri.

    5.2.   Prezzijiet tas-suq tal-Unjoni

    (135)

    Rigward l-imġiba tal-esportazzjoni taċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn, ma hemm l-ebda statistika disponibbli dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami. Il-kodiċijiet rilevanti tal-prodotti Ċiniżi jinkludu wkoll prodotti oħrajn jiġifieri “Trakkijiet mgħammra b’tagħmir għall-irfigħ jew għat-tqandil, mhux motorizzati”, li għandhom prezz unitarju ogħla mill-pallet trucks tal-idejn, li jżid il-prezz tal-esportazzjoni medju. Barra minn hekk, it-talba għal rieżami ma tipprovdix data.

    (136)

    Il-bażi tad-data tal-GTA tista’ tintuża bħala indikatur biex tipprovdi indikazzjoni approssimattiva tax-xejriet tal-volumi tal-esportazzjoni. Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f’każ li jitħassru l-miżuri, il-Kummissjoni analizzat il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni mbagħad qabblithom mad-data dwar l-esportazzjoni dinjija miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (137)

    Id-data tal-GTA wriet li s-suq tal-Unjoni huwa t-tieni l-akbar destinazzjoni għall-kwantitajiet ta’ importazzjoni tal-HPTs miċ-Ċina. Barra minn hekk, id-data tal-Eurostat uriet li l-prezz medju tal-bejgħ lill-Unjoni kien ta’ EUR 212 għal kull biċċa, filwaqt li d-data tal-GTA wriet li dan kien jammonta biss għal EUR 168 lill-Istati Uniti, li huwa l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti u għal EUR 179 fuq l-aktar sitt (6) swieq tal-esportazzjoni importanti l-oħrajn (ir-Russja, l-Indja, it-Turkija, il-Korea t’Isfel, il-Messiku u l-Awstralja).

    (138)

    Għall-istess raġunijiet kif deskritti hawn fuq fil-premessa (135), huwa għalhekk konkluż li l-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn huwa saħansitra aktar baxx.

    (139)

    Id-data tindika b’mod ċar li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi għall-HPTs lejn is-suq tal-Unjoni kienu ogħla minn sħab oħrajn, inklużi l-Istati Uniti. Dan jissuġġerixxi li jekk jiskadu l-miżuri, il-produtturi Ċiniżi x’aktarx ibiddlu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni.

    5.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prattiki ta’ ċirkomvenzjoni

    (140)

    L-applikanti ssuġġerew li l-produtturi esportaturi Ċiniżi diġà qegħdin jassorbu parzjalment id-dazji anti-dumping biex iżommu s-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni. Dan huwa dedott mit-tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi (39) lejn l-Unjoni mal-prezzijiet ta’ importazzjonijiet oħrajn fl-Unjoni u mal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq oħrajn. Minkejja l-limitazzjonijiet enfasizzati fil-premessa (135), dan jimplika li mingħajr miżuri, il-pallet trucks tal-idejn Ċiniżi se jegħrqu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet baxxi.

    (141)

    Bl-istess mod, kif uriet it-talba, instab li matul l-ewwel għaxar snin tat-tul tal-miżuri, l-esportaturi Ċiniżi implimentaw diversi modi biex jevitaw id-dazji anti-dumping stabbiliti. L-ewwel nett, huma bdew jevitaw id-dazji permezz ta’ operazzjonijiet ta’ trażbord u assemblaġġ fit-Tajlandja (il-premessa (3)). Imbagħad, l-esportaturi Ċiniżi bdew jevitaw il-miżuri billi żiedu apparat tal-użin fuq it-trakkijiet tagħhom u billi jużaw klassifikazzjoni doganali falza (il-premessa (7)). Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni juru l-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-aċċess għas-suq tal-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet u, b’hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

    5.4.   Konklużjoni

    (142)

    Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul l-RIP u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami miċ-Ċina tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping.

    6.   DANNU

    6.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (143)

    Il-prodott simili kien manifatturat minn seba’ produtturi magħrufa fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li sitta minnhom appoġġaw it-talba u kkooperaw fl-investigazzjoni billi pprovdew data makroekonomika. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (144)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 230 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-industrija tal-Unjoni. Intgħażlu żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li kienu jirrappreżentaw aktar minn 75 % tal-produzzjoni totali fl-Unjoni tal-prodott simili.

    6.2.   Konsum tal-Unjoni

    (145)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-kwantitajiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u d-data dwar l-importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn f’biċċiet mill-Eurostat.

    (146)

    Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Konsum tal-Unjoni tal-HPT (biċċiet)

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Konsum totali tal-Unjoni

    573 515

    449 473

    577 458

    709 687

    Indiċi

    100

    78

    101

    124

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju u l-Eurostat.

    (147)

    Il-konsum fl-Unjoni żdied mill-2019 għal tmiem l-RIP b’24 % bi tnaqqis fl-2020 matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-konsum tal-Unjoni naqas fl-2020 iżda reġa’ lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija fl-2021 u żdied sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (148)

    Il-pallet trucks tal-idejn huma assi u jinxtraw biss għas-sostituzzjoni tal-assi eżistenti jew għall-espansjoni tal-attività. Is-sena 2020 rat pawża fuq kwalunkwe espansjoni tas-setturi li jirrikjedu pallet trucks tal-idejn minħabba l-pandemija, li jispjega t-tnaqqis temporanju fil-konsum matul dak il-perjodu.

    6.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    6.3.1.   Kwantità u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (149)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-kwantità tal-importazzjonijiet u tal-ishma mis-suq abbażi tad-data dwar l-importazzjoni f’euro u f’biċċiet.

    (150)

    L-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej:

    Tabella 3

    Kwantità tal-importazzjoni (biċċiet) u sehem mis-suq

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Kwantità ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina (biċċiet)

    64 719

    47 882

    63 914

    44 523

    Indiċi

    100

    74

    99

    69

    Sehem mis-suq

    11  %

    11  %

    11  %

    6  %

    Sors:

    Data tal-Eurostat dwar l-importazzjoni.

    (151)

    L-importazzjonijiet miċ-Ċina komplew matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni fi kwantitajiet li jvarjaw f’medda ta’ bejn 45 000 biċċa u 70 000 biċċa. B’mod ġenerali, fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu b’31 %.

    (152)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ stabbli għal 11-12 % mill-2019 sal-2021 iżda naqas għal 6 % fir-RIP.

    6.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

    (153)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data dwar l-importazzjoni. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil ta’ din id-data dwar l-importazzjoni mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (154)

    Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 4

    Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/unità)

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Iċ-Ċina

    148

    153

    166

    204

    Indiċi

    100

    96

    112

    138

    Sors:

    Data tal-Eurostat dwar l-importazzjoni.

    (155)

    Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-HPT miċ-Ċina żdiedu bejn l-2021 u l-PIR, b’żieda ta’ 38 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, iż-żidiet fil-prezzijiet jistgħu jiġu attribwiti għall-kundizzjonijiet ekonomiċi, iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u l-inflazzjoni dinjija wara l-pandemija fl-2020.

    (156)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

    il-prezz medju ponderat tal-bejgħ għal kull unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun miġbur mingħand klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati fuq livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; kif ukoll

    il-prezz medju Ċiniż tal-importazzjoni żbarkat ibbażat fuq l-istatistika tal-importazzjoni, inkluż id-dazju anti-dumping eżistenti ta’ 70,8 % u d-dazji doganali ta’ 4 %.

    (157)

    Meta wieħed iqabbel il-prezz tal-importazzjoni tal-pallet trucks tal-idejn miċ-Ċina, inklużi d-dazji stabbiliti, mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-importazzjoni ma kinux qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

    6.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina

    (158)

    L-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina kienu prinċipalment mill-Malażja u mill-Vjetnam.

    (159)

    Il-kwantità tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

    Tabella 5

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    Pajjiż

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Il-Malażja

    Kwantità f’biċċiet

    209 436

    125 542

    131 139

    203 417

     

    Indiċi

    100

    60

    63

    97

     

    Sehem mis-suq

    37  %

    28  %

    23  %

    29  %

     

    Prezz medju (EUR/unità)

    159

    155

    174

    216

     

    Indiċi

    100

    98

    109

    136

    Il-Vjetnam

    Kwantità f’biċċiet

    114 538

    118 516

    175 216

    247 797

     

    Indiċi

    100

    103

    153

    216

     

    Sehem mis-suq

    20  %

    26  %

    30  %

    35  %

     

    Prezz medju (EUR/unità)

    142

    144

    157

    186

     

    Indiċi

    100

    102

    110

    131

    Pajjiżi terzi oħrajn

    Kwantità f’biċċiet

    10 117

    6 959

    5 683

    11 793

     

    Indiċi

    100

    69

    56

    117

     

    Sehem mis-suq

    2  %

    2  %

    1  %

    2  %

     

    Prezz medju (EUR/unità)

    206

    303

    282

    253

     

    Indiċi

    100

    148

    137

    123

    Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina

    Kwantità f’biċċiet

    334 090

    253 524

    316 264

    478 251

     

    Indiċi

    100

    76

    95

    143

     

    Sehem mis-suq

    58  %

    56  %

    54  %

    65  %

     

    Prezz medju (EUR/unità)

    154

    153

    164

    195

     

    Indiċi

    100

    96

    93

    112

    Sors:

    Data tal-Eurostat dwar l-importazzjoni.

    (160)

    L-importazzjonijiet fl-Unjoni minbarra miċ-Ċina kienu kważi esklużivament mill-Malażja u mill-Vjetnam matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (161)

    Il-kwantità tal-importazzjonijiet mill-Malażja baqgħet stabbli, filwaqt li s-sehem mis-suq tagħhom naqas bi tmien (8) punti perċentwali f’suq li qiegħed jikber.

    (162)

    L-importazzjonijiet mill-Vjetnam żdiedu drastikament matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bil-kwantitajiet jiżdiedu sa tmiem l-RIP għal aktar mid-doppju tal-kwantità fl-2019. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied bi 15-il punt perċentwali għal 35 % fl-RIP.

    (163)

    Il-prezz ġenerali tal-importazzjonijiet żdied ukoll matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bi 30 %.

    6.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    6.5.1.   Rimarki ġenerali

    (164)

    Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (165)

    Kif imsemmi fil-premessi (17) sa (20), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (166)

    Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data fornuta mill-industrija tal-Unjoni. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni.

    (167)

    Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta’ data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (168)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

    (169)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma l-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kostijiet unitarji, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profitabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jinġabar kapital.

    6.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    6.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (170)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 6

    Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Kwantità tal-produzzjoni (biċċiet)

    212 552

    181 256

    260 606

    231 964

    Indiċi

    100

    85

    123

    109

    Kapaċità tal-produzzjoni (biċċiet)

    370 500

    370 500

    475 500

    479 500

    Indiċi

    100

    100

    128

    129

    Użu tal-kapaċità

    57  %

    49  %

    55  %

    48  %

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni.

    (171)

    Bejn l-2019 u tmiem l-RIP il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’9 % kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni li żdiedet b’29 %.

    6.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

    (172)

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 7

    Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq (biċċiet)

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Kwantità tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni

    174 706

    148 066

    197 280

    186 913

    Indiċi

    100

    85

    113

    107

    Sehem mis-suq

    30  %

    33  %

    34  %

    26  %

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni.

    (173)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kwantità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdiedet b’seba’ (7) punti perċentwali. Il-bejgħ naqas fl-2020 iżda rkupra wara l-pandemija.

    (174)

    L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi wkoll iżżomm is-sehem mis-suq tagħha relattivament stabbli bejn l-2019 u l-2021 iżda s-sehem mis-suq tagħha naqas fl-RIP. B’mod ġenerali, bejn, l-2019 u l-RIP, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 30 % għal 26 %.

    6.5.2.3.   Tkabbir

    (175)

    Kif stabbilit hawn fuq, kemm il-konsum fl-Unjoni kif ukoll il-kwantitajiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bejn l-2019 u tmiem l-RIP. Irrispettivament minn din ix-xejra dejjem tikber, l-industrija tal-Unjoni tilfet 4 % tas-sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn suq li qed jikber u lanqas ma setgħet iżżomm is-sehem mis-suq tagħha.

    (176)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għad-detriment tal-atturi l-oħrajn kollha fis-suq tal-Unjoni.

    6.5.2.4.   Impjiegi u produttività

    (177)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 8

    Impjiegi u produttività

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Għadd ta’ impjegati

    624

    565

    653

    686

    Indiċi

    100

    90

    105

    110

    Produttività (unitajiet/impjegat)

    340

    321

    399

    338

    Indiċi

    100

    94

    117

    99

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni.

    (178)

    L-għadd ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni żdied b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-produttività baqgħet relattivament stabbli mill-2019 sa tmiem l-RIP.

    6.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping dannuż fil-passat

    (179)

    Din l-investigazzjoni stabbiliet marġni tad-dumping ta’ 82,5 %. L-effett tad-daqs tal-marġni attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni seta’ ġie ffaċilitat mill-miżuri anti-dumping stabbiliti, madankollu l-industrija tal-Unjoni xorta ma setgħetx iżżomm is-sehem mis-suq tagħha, li naqas b’erba’ punti perċentwali.

    (180)

    Għalkemm il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’9 %, il-kostijiet unitarji korrispondenti tal-produzzjoni żdiedu b’25 %.

    (181)

    L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet ulterjorment minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni u fid-dawl ta’ żidiet kbar fil-prezzijiet tal-azzar u tal-elettriku u pressjonijiet inflazzjonarji fuq kostijiet oħrajn inkluż il-manodopera.

    (182)

    Fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-Kummissjoni setgħet tara li l-industrija tal-Unjoni kienet bdiet tirkupra mill-effett ta’ dumping dannuż fil-passat. Kemm il-kwantitajiet tal-bejgħ kif ukoll l-ishma mis-suq żdiedu b’mod sinifikanti, u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tjiebet b’mod sinifikanti.

    (183)

    Madankollu matul dan il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni reġgħet iddeterjorat sal-punt fejn l-industrija reġgħet ġarrbet dannu.

    6.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    (184)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma ppreżentati hawn taħt f’indiċijiet u wkoll f’firxiet. Dan sar biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità taż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, peress li d-divulgazzjoni tad-data eżatta tirrilaxxa d-data ta’ produttur wieħed lill-ieħor.

    (185)

    L-indiċijiet huma pprovduti biex juru x-xejra tal-indikatur maż-żmien, b’2019 f’100. Huma pprovduti wkoll firxiet biex juru d-daqs tal-indikatur.

    6.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (186)

    Il-prezzijiet medji ponderati ta’ bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 9

    Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/biċċa)

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni

    [270 – 300 ]

    [270 – 300 ]

    [270 – 300 ]

    [310 – 330 ]

    Indiċi

    100

    98

    99

    109

    Kost unitarju tal-produzzjoni

    [270 – 300 ]

    [290 – 320 ]

    [290 – 320 ]

    [340 – 370 ]

    Indiċi

    100

    107

    106

    125

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (187)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni baqgħu relattivament stabbli sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-pallet trucks tal-idejn huma assi li, ladarba jinxtraw, jistgħu jibqgħu fis-servizz għal snin jekk mhux għexieren ta’ snin. Il-prodott huwa wkoll, skont il-ħtieġa, wieħed standard, peress li l-pallet truck baqa’ tal-istess disinn sabiex ikun jista’ jissodisfa l-pallet standard. Għalhekk ma huwiex rari li l-prezzijiet jinżammu stabbli matul il-perjodu meħud f’kunsiderazzjoni.

    (188)

    Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun raw żieda fil-prezzijiet ta’ 10 punti perċentwali bejn l-2021 u l-RIP.

    (189)

    Il-kost tal-manifattura ta’ pallet truck tal-idejn jiddependi essenzjalment fuq żewġ affarijiet, il-prezz tal-azzar u l-prezz tal-enerġija. Iż-żewġ kostijiet żdiedu b’mod rapidu fl-2021 u fl-RIP, u żiedu l-kost tal-manifattura b’mod sinifikanti, bi 19-il punt perċentwali bejn l-2021 u l-RIP.

    6.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (190)

    Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 10

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    [35 000 – 38 000 ]

    [40 000 – 43 000 ]

    [47 000 – 50 000 ]

    [47 000 – 50 000 ]

    Indiċi

    100

    116

    134

    132

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (191)

    Il-kostijiet lavorattivi żdiedu bi 32 % bejn l-2019 u t-tmiem tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’konformità maż-żidiet fil-pagi madwar l-ekonomija tal-Unjoni bħala rispons għall-pressjonijiet inflazzjonarji.

    6.5.3.3.   Stokkijiet

    (192)

    Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 11

    Stokkijiet

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Stokk tal-għeluq (biċċiet)

    [5 000 – 5 500 ]

    [6 000 – 6 500 ]

    [8 000 – 8 500 ]

    [6 500 – 7 000 ]

    Indiċi

    100

    124

    163

    138

    Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

    3  %

    4  %

    4  %

    3  %

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (193)

    Għalkemm l-istokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, dawn kienu baxxi meta mqabbla mal-kwantità totali prodotta, u l-istokk tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    6.5.3.4.   Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġenerat il-kapital

    (194)

    Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 12

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu tal-Investigazzjoni ta’ Rieżami

    Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    10,5  %

    6,2  %

    –1,1  %

    –0,9  %

    Fluss tal-flus (EUR)

    [3 000 000 – 4 000 000 ]

    [0 sa -1 000 000 ]

    [500 000 – 1 500 000 ]

    [-3 500 000 sa -4 500 000 ]

    Indiċi

    100

    -19

    45

    - 120

    Investimenti (EUR)

    [3 000 000 – 4 000 000 ]

    [1 000 000 – 1 500 000 ]

    [0 – 500 000 ]

    [0 – 500 000 ]

    Indiċi

    100

    32

    13

    14

    Redditu fuq l-investimenti

    47  %

    -15  %

    30  %

    -94  %

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (195)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

    (196)

    Billi l-kostijiet tal-produzzjoni żdiedu l-ewwel bejn l-2019 u l-2020 u komplew jiżdiedu bejn l-2021 u tmiem l-RIP, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma setgħux jirkupraw il-kostijiet totali tagħhom, u l-profitti li setgħu jagħmlu fl-2019 ma setgħux jinkisbu fl-2020. Fl-2021 u fl-RIP, l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel it-telf.

    (197)

    Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett żviluppat f’konformità mal-inabbiltà tagħha li tagħmel profitt matul it-tmiem tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (198)

    L-investimenti, u r-redditu fuq l-investimenti, juru wkoll l-istess xejra, peress li huma marbuta mal-profittabbiltà tal-kumpaniji u l-kapaċità tagħhom li jżidu l-kapital biex jiffinanzjaw l-investimenti. It-tmiem tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni wera wkoll żidiet kemm fl-inflazzjoni kif ukoll fir-rati tal-imgħax fuq is-self.

    6.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (199)

    Ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti sab li kien hemm irkupru fraġli għall-industrija tal-Unjoni minn dumping tal-passat. Fl-investigazzjoni attwali, l-industrija tal-Unjoni reġgħet ġarrbet dannu matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari fl-2021 u l-PIR.

    (200)

    Tali dannu jista’ jitqies fit-telf li sar mill-industrija u l-ħtieġa li wieħed jikkompeti mal-importazzjonijiet miċ-Ċina, mill-Vjetnam u mill-Malażja abbażi tal-prezz, minħabba n-natura standard tal-prodott innifsu.

    (201)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

    (202)

    Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li dan id-dannu jiġi fi żmien meta l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-HPT ma kinux qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

    (203)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

    7.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU KKAWŻAT MINN IMPORTAZZJONIJIET OĠĠETT TA’ DUMPING

    (204)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (201) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li dan id-dannu kien marbut mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

    (205)

    Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (206)

    F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni:

    (a)

    il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina;

    (b)

    ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni;

    (c)

    il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, inkluż il-livell tat-twaqqigħ tal-prezz u ta’ dannu; u

    (d)

    ċ-ċirkomvenzjoni

    7.1.   Il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina

    (207)

    Kif stabbilit fil-premessi (130) sa (134), hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fiċ-Ċina biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni malajr f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Kif stabbilit fil-premessa (131), il-kapaċità ta’ riżerva kienet stmata li hija madwar 1,3 miljun biċċa li hija kważi d-doppju tal-konsum tal-Unjoni. Ebda parti oħra ma kkontestat din id-data u lanqas ma pprovdiet xi kumment ieħor.

    (208)

    L-użu tal-kapaċità kien ta’ madwar 60 %, kif stabbilit fil-premessa (131), li jindika li l-kapaċità Ċiniża hija ferm ogħla mill-ħtiġijiet domestiċi. Il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina ma tistax tiġi assorbita mis-suq Ċiniż, meta titqies kwalunkwe aspettattiva raġonevoli tat-tkabbir tagħha. Għalhekk, hemm inċentivi qawwija għall-produtturi Ċiniżi biex jesportaw, b’mod partikolari lejn is-suq tal-Unjoni, aktar u aktar jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    7.2.   Prezzijiet tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi

    (209)

    It-talba għal rieżami pprovdiet data dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-HPT miċ-Ċina lejn pajjiżi oħrajn, b’mod partikolari s-suq kbir tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti. Din id-data turi li l-esportazzjonijiet komplew fi kwantitajiet kbar u bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-Unjoni.

    (210)

    Din id-data ġiet ikkonfermata mill-analiżi tal-Kummissjoni stess li ġiet stabbilita fil-premessa (135) sa (139) hawn fuq.

    7.3.   Livelli tal-prezzijiet probabbli miċ-Ċina mingħajr miżuri stabbiliti

    (211)

    Il-Kummissjoni qieset id-data fit-talba għal rieżami u l-analiżi tagħha stess li t-tnejn urew il-prezzijiet li bihom iċ-Ċina tista’ tesporta lejn swieq kbar ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-Istati Uniti.

    (212)

    Dawn il-prezzijiet baxxi jissuġġerixxu li, jekk il-miżuri jiskadu, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina lejn l-UE jonqsu għal dawn il-livelli. Kif muri fit-Tabella 4, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami kienu 204 EUR/biċċa, li huwa materjalment aktar baxx mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ [310-330] EUR/biċċa muri fit-Tabella 9, u wkoll inqas mill-kost tal-produzzjoni tagħha [340-370 EUR/biċċa.

    (213)

    Għalhekk, huwa probabbli li mingħajr dazji anti-dumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi jbaxxu materjalment il-prezzijiet tal-Unjoni.

    7.4.   Ċirkomvenzjoni

    (214)

    Il-Kummissjoni tinnota fil-premessa (141) li l-investigazzjonijiet preċedenti wrew ċirkomvenzjoni tal-miżuri stabbiliti.

    (215)

    L-ewwel nett, instab li l-miżuri ġew evitati permezz tar-Renju tat-Tajlandja u l-miżuri jibqgħu estiżi għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le.

    (216)

    It-tieni, l-esportaturi Ċiniżi evitaw ukoll il-miżuri billi żiedu l-hekk imsejħa “sistema ta’ indikazzjoni tal-piż” fuq il-pallet trucks tal-idejn tagħhom – iżda mhux integrati fix-xażi – u b’hekk jikklassifikaw il-prodotti b’mod li jevita l-ħlas tad-dazju.

    (217)

    Din l-evidenza ta’ ċirkomvenzjoni turi li l-produtturi Ċiniżi kienu lesti jevitaw il-miżuri biex jaċċessaw is-suq tal-Unjoni mingħajr ħlas ta’ dazji, u dan juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal dawn il-produtturi Ċiniżi.

    7.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu

    (218)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiskadu, x’aktarx li dan jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina f’livelli ta’ prezzijiet dannużi, u għalhekk jaggrava ulterjorment il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

    8.   INTERESS TAL-UNJONI

    (219)

    F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti finali tal-Unjoni.

    8.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

    (220)

    Il-produtturi magħrufa kollha ta’ pallet trucks tal-idejn ikkooperaw mal-investigazzjoni. Żewġ kumpaniji ġew inklużi fil-kampjun u nżaru matul l-investigazzjoni u l-bqija tal-kumpaniji pprovdew informazzjoni għall-indikaturi makroekonomiċi permezz tal-avukati li jaġixxu f’isem l-industrija tal-Unjoni.

    (221)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jekk il-miżuri jiskadu, dan id-dannu jkompli u s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora aktar.

    (222)

    Il-miżuri huma b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    8.2.   Interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati

    (223)

    L-ebda importatur jew utent ma kkoopera mal-investigazzjoni.

    (224)

    Fl-investigazzjoniijiet kollha ta’ qabel, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ma kellhomx effett serju fuq l-importaturi jew l-utenti ta’ pallet trucks tal-idejn.

    (225)

    Fin-nuqqas ta’ evidenza ġdida, il-Kummissjoni għalhekk tkompli tikkonkludi li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se taffettwa lill-importaturi jew lill-utenti b’xi mod sinifikanti.

    8.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (226)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet tal-pallet trucks li joriġinaw miċ-Ċina.

    9.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (227)

    Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni.

    (228)

    Ma wasal l-ebda kumment.

    (229)

    Abbażi tal-konklużjonijiet li laħqet il-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq il-pallet trucks tal-idejn li joriġinaw miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

    (230)

    Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

    (231)

    Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (40). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (232)

    Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

    (233)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’hekk qiegħed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażi u l-idrawlika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet CN ex 8427 90 00 (il-kodiċi TARIC 8427900019) u ex 8431 20 00 (il-kodiċi TARIC 8431200019), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    2.   Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, il-pallet trucks tal-idejn huma trakkijiet b’roti li jirfdu l-frieket tal-irfigħ għat-tqandil tal-pallets, iddisinjati biex jiġu mbuttati, jinġibdu u jinstaqu bl-idejn, fuq superfiċji lixxi, invellati u ibsin, minn operatur pedonali bl-użu ta’ laċċ artikulat. Il-pallet trucks tal-idejn huma ddisinjati biss biex jerfgħu tagħbija, billi jippumpjaw il-laċċ, għal għoli li jkun adegwat għall-ġarr u ma għandhom ebda funzjoni addizzjonali oħra jew użu ieħor bħal pereżempju (i) biex imexxu u jerfgħu t-tagħbijiet sabiex ipoġġuhom f’pożizzjoni ogħla jew sabiex jgħinu fil-ħżin ta’ tagħbijiet (high lifters); (ii) biex jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (stackers); (iii) biex jerfgħu t-tagħbija għal-livell li fih isir ix-xogħol (scissor lifts); jew (iv) biex jerfgħu u jiżnu t-tagħbijiet (weighing trucks).

    3.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd

    70,8  %

    A603

    Ningbo Logitrans Handling Equipment Co., Ltd

    54,1  %

    A070

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    70,8  %

    A999

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    1.   Id-dazju anti-dumping definittiv stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3, b’hekk qiegħed jiġi estiż għall-istess prodott iżda ppreżentat f’importazzjoni bl-hekk imsejħa “sistema ta’ indikazzjoni tal-piż” li tikkonsisti minn mekkaniżmu tal-piż mhux integrat fix-xażi, jiġifieri mhux integrat fil-frieket, li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet TARIC 8427900030 u 8431200050.

    2.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3, b’hekk qiegħed jiġi estiż għall-importazzjonijiet tal-istess pallet trucks tal-idejn ikkonsenjati mit-Tajlandja, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi TARIC 8427900011 u 8431200011, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le.

    Artikolu 3

    1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 2 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-applikant. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

    Id-Direttorat G

    Rue de la Loi 170 / Wetstraat 170, CHAR 04/034

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Posta elettronika: TRADE-TDI-INFORMATION@ec.europa.eu

    2.   F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tista’ tawtorizza, b’deċiżjoni, l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jwettqux ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mill-Artikolu 1, mid-dazju estiż bl-Artikolu 2.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/2008 tas-17 ta’ Lulju 2008 li jiċċara l-ambitu tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 dwar importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 151, 16.6.2009, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 tal-10 ta’ Ottubru 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, 13.10.2011, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013 tat-22 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tarRegolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 112, 24.4.2013, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara analiżi tal- “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 7).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1346 tat-8 ta’ Awwissu 2016 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, dwar l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn kemm kemm immodifikati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 214, 9.8.2016, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2206 tad-29 ta’ Novembru 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 30.11.2017, p. 12).

    (10)   ĠU L 265, 5.9.2014, p. 7.

    (11)   ĠU C 104, 4.3.2022, p. 10.

    (12)   ĠU C 452, 29.11.2022, p. 26.

    (13)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2635.

    (14)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU L 177, 12.7.2023, p. 63); Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 10, 12.1.2023, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36).

    (15)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 59.

    (16)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 38; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 192 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 46.

    (17)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 40; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 193 u 194, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 47. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrappurtat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrappurtat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija ta’ proprjetà privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju fi ħdan il-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott li jkun qed jiġi rieżaminat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

    (18)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 59; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 43; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessi 48-52.

    (19)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 62; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 52; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 202 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 53.

    (20)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 203 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 54.

    (21)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/100, il-premessa 54; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 204 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 55.

    (22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

    (23)  China Industrial Truck Association http://www.cncma.org/col/gyclfh/fenhuijieshao. Lista ta’ industriji rappreżentati bl-HPT li jaqgħu fit-8 kategorija: http://www.cncma.org/article/gyclfh/12957.

    (24)  China Construction Machinery Association http://www.cncma.org/.

    (25)  Ara l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CCMA: http://www.cncma.org/article/472.

    (26)  Dokument disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/08/content_5672513.htm (aċċessat fl-14 ta’ Lulju 2023).

    (27)  Dokument disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fl-14 ta’ Lulju 2023).

    (28)  Ara d-dettalji fuq is-sit web tas-CCMA: http://www.cncma.org/article/16231 u http://www.cncma.org/article/16893 (aċċessat fl-14 ta’ Lulju 2023).

    (29)  Ara s-sit web tas-CCMA: http://www.cncma.org/article/gyclfh/15525 (aċċessat fl-14 ta’ Lulju 2023).

    (30)   Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

    (31)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

    (32)  https://www.globalpetrolprices.com/Brazil/.

    (33)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jikkunsidra li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-iskop li jiġi ddeterminat il-valur normali.

    (34)  https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques.

    (35)  https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/spe/publicacoes/boletins-mensais-de-energia.

    (36)  https://www.globalpetrolprices.com.

    (37)  Talba għal rieżami, p. 25; L-Anness 7.

    (38)  Talba għal rieżami, Anness 12.

    (39)  L-applikant jirreferi għal stimi mill-Monitoraġġ tad-Data dwar il-Kummerċ (https://www.tradedatamonitor.com) li jaqblu mad-data mill-bażi tad-data tal-GTA, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-limitazzjonijiet spjegati fil-premessa (135).

    (40)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

    (41)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/670/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top