EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0377

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/377 tal-25 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil ta’ Malus domestica, li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerzegovina

C/2024/378

ĠU L, 2024/377, 26.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/377/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/377/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/377

26.1.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/377

tal-25 ta’ Jannar 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil ta’ Malus domestica, li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli.

(2)

Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati proviżorjament 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Wieħed mill-ġeneri elenkati huwa Malus Mill.

(3)

Fit-13 ta’ Jannar 2022, il-Bożnija-Ħerzegovina ressqet talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin, tal-Malus domestica. Dik it-talba kienet appoġġata mid-dossier tekniku rilevanti.

(4)

Fid-19 ta’ Settembru 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica mill-Bożnija-Ħerzegovina (3). L-awtorità identifikat lill-Erwinia amylovora bħala l-pest rilevanti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil. L-Erwinia amylovora hija elenkata bħala pest ta’ kwarantina f’żona protetta u pest regolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (4).

(5)

Abbażi tal-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, sa sentejn, pjanti għat-tħawwil imlaqqma, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerzegovina ma joħolqux riskju ta’ livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà tagħhom li jospitaw pest ta’ kwarantina fl-Unjoni.

(6)

Għalhekk, dawk il-pjanti għat-tħawwil ma għandhomx jibqgħu jitqiesu bħala pjanti b’riskju għoli.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2019/oj).

(3)  EFSA PLH Panel (EFSA Panel on Plant Health), 2023. Valutazzjoni tar-riskju tal-komoditajiet tal-pjanti tal-Malus domestica mill-Bożnija-Ħerzegovina. EFSA Journal, 21(10), 1–34. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8315

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1 http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella fil-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata ‘ Malus Mill.’, hija sostitwita b’dan li ġej:

Malus Mill., għajr:

pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin, tal- Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin, tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Moldova;

salvaġġ ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattiv, mingħajr weraq tal-Malus domestica li joriġina mill-Ukrajna;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin tal-Malus domestica li joriġinaw mill-Ukrajna;

biċċiet mingħajr weraq ta’ mhux aktar minn sena tal-Malus domestica li joriġinaw mir-Renju Unit;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin tal-Malus domestica li joriġinaw mir-Renju Unit;

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn seba’ snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm tal-Malus sylvestris li joriġinaw mir-Renju Unit; kif ukoll

pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin tal-Malus domestica, li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerzegovina.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/377/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top