Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0338

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/338 tas-16 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    ST/16879/2023/INIT

    ĠU L, 2024/338, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/338/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/338/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2024/338

    16.1.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/338

    tas-16 ta’ Jannar 2024

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

    (2)

    Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi, stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna persuna deċeduta titħassar minn dak l-Anness.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. VAN PETEGHEM


    (1)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686, it-taqsima A (Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3) hija emendata kif ġej:

    (1)

    l-entrata 16 (Bonomade Machude OMAR) titħassar;

    (2)

    tiżdied l-entrata li ġejja:

    “17.

    Andreas Martin MÜLLER (magħruf ukoll bħala Ahmed Khaled Müller, Abu Nusaibah, Abu Nusaiba, Abu Nussaiba, Miqdad, Abu Miqdad, Yasser Murat, is-Sur Akam, Abu Shahid, Nigeri); data tat-twelid: 15 ta’ Frar 1972; post tat-twelid: Cochem, Rhineland-Palatinate, Germany; sess: raġel; nazzjonalità: Ġermaniża; numru tal-passaport C73TV06C9; numru tal-karta tal-identità 5210375966.”.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/338/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top