Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D2418

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2418 tal-11 ta’ Diċembru 2023 dwar il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat SA.53625 (2021/C) implimentata mill-Ġermanja għat-tneħħija gradwali tal-Linjite (notifikata bid-dokument C(2023) 8551)

    C/2023/8551

    ĠU L, 2024/2418, 17.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2418/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2418/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/2418

    17.9.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2418

    tal-11 ta’ Diċembru 2023

    dwar il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat SA.53625 (2021/C) implimentata mill-Ġermanja għat-tneħħija gradwali tal-Linjite

    (notifikata bid-dokument C(2023) 8551)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    (1)

    Wara kuntatti ta’ qabel in-notifika, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ notifika elettronika tat-2 ta’ Diċembru 2020, skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, appoġġ lil Lausitz Energie Kraftwerke AG (“LEAG”) (il-“miżura ta’ LEAG”) u lil RWE Power AG (“RWE”) (il-“miżura ta’ RWE”) għat-tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite (flimkien imsejħa l-“miżura”). Il-Ġermanja ppreżentat informazzjoni addizzjonali fit-13 u fl-14 ta’ Jannar 2021.

    (2)

    Il-Kummissjoni rċeviet ukoll sottomissjonijiet spontanji mingħand partijiet terzi. Fis-7 ta’ Ottubru 2020, intbagħtu sottomissjonijiet ta’ Green Planet Energy (“GPE”) u ta’ parti anonima lill-Ġermanja għall-kummenti, li għalihom il-Ġermanja wieġbet fis-17 ta’ Novembru 2020. Barra minn hekk, l-LEAG ppreżentat osservazzjonijiet fl-10 ta’ Diċembru 2020.

    (3)

    Fit-2 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni (minn hawn ’il quddiem “id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ”) (2) biex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-appoġġ għal LEAG u għal RWE.

    (4)

    Il-Ġermanja ppreżentat kummenti dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ fl-1 ta’ April 2021. Minbarra l-kummenti tal-Ġermanja, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn 27 parti terza. LEAG u RWE ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ fis-7 ta’ Ġunju 2021. Il-Ġermanja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti tal-partijiet terzi fis-6 ta’ Settembru 2021, u fit-3 ta’ Settembru 2021 wieġbet għal talba għal informazzjoni mill-Kummissjoni datata l-11 ta’ Awwissu 2021.

    (5)

    Fis-17 ta’ Mejju 2022, ġie ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jistieden lill-partijiet terzi jippreżentaw kummenti, skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, dwar l-applikabbiltà u l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien ambjentali u għall-enerġija 2022 (is-“CEEAG”) (3) u, fejn rilevanti, dwar ir-raġunijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawk il-linji gwida, inkluż fit-Taqsima 3 u t-Taqsima 4.12 tagħhom, b’rabta mal-miżura LEAG u l-miżura RWE, li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni formali (il-“Konsultazzjoni Pubblika”) (4).”

    (6)

    Permezz ta’ ittri tat-18 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja u lill-partijiet terzi li kienu ppreżentaw il-kummenti wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, bl-istedina ppubblikata fis-17 ta’ Mejju 2022, u stednithom jippreżentaw il-kummenti.

    (7)

    Il-Ġermanja ma ppreżentatx kummenti. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand 19-il parti terza. LEAG u RWE ppreżentaw il-kummenti tagħhom fis-17 ta’ Ġunju 2022. Permezz tal-ittra tagħha tas-7 ta’ Settembru 2022, il-Ġermanja sostniet li ma għandhiex l-intenzjoni li tippreżenta osservazzjonijiet dwar il-kummenti l-ġodda tal-partijiet terzi.

    (8)

    Fit-23 ta’ Diċembru 2022, il-Ġermanja ppreżentat emendi lill-Kummissjoni għan-notifika tat-2 ta’ Diċembru 2020 dwar il-miżura ta’ RWE fid-dawl tal-ftehim ma’ RWE tal-4 ta’ Ottubru 2022 għal tneħħija gradwali aċċellerata tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-faħam sal-2030 fiż-żona tal-estrazzjoni tal-linjite ta’ Rhenish (il-“miżura emendata ta’ RWE” jew il-“miżura notifikata”).

    (9)

    Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet kummenti spontanji minn tmien partijiet dwar il-miżura emendata ta’ RWE, li ntbagħtu lill-Ġermanja fit-2 ta’ Diċembru 2022. Il-Ġermanja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar dawn il-kummenti fil-11 ta’ Jannar 2023.

    (10)

    Fit-2 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-miżura ta’ RWE (id-“Deċiżjoni ta’ Estensjoni”) (5).

    (11)

    Il-Ġermanja ppreżentat kummenti dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni fil-31 ta’ Marzu 2023. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand 12-il parti terza. RWE u LEAG ippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni fit-12 u fil-15 ta’ Mejju 2023, rispettivament. Il-Ġermanja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti tal-partijiet terzi fis-6 ta’ Lulju 2023.

    (12)

    Il-Ġermanja taqbel b’mod eċċezzjonali li tirrinunzja d-drittijiet tagħha li joħorġu mill-Artikolu 342 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/1958 (6), u li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż.

    2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI

    (13)

    Il-Kummissjoni tqis li xi wħud mill-fatti u miċ-ċirkostanzi deskritti fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ inbidlu wara l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, notevolment il-miżura ta’ RWE, kif identifikata fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, ġiet modifikata mill-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dati tal-għeluq u l-kalkolu tal-profitti mitlufa ta’ RWE. Konsegwentement, il-Kummissjoni estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni tagħha fid-Deċiżjoni ta’ Estensjoni.

    (14)

    Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni huwa limitat għall-valutazzjoni tal-miżura emendata ta’ RWE. L-investigazzjoni formali tal-Kummissjoni dwar il-miżura ta’ LEAG tinsab għaddejja u l-miżura ta’ LEAG ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni iżda se tiġi vvalutata separatament.

    (15)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ta’ RWE, inizjalment u kif emendata, ma tingħatax abbażi ta’ skema ta’ għajnuna u ma tikkostitwixxix għoti notifikabbli ta’ għajnuna abbażi ta’ skema ta’ għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna individwali, kif definit fl-Artikolu 1(e) tar-Regolament Proċedurali dwar l-għajnuna mill-Istat (7). Il-kumpens favur RWE u LEAG jikkostitwixxi żewġ miżuri individwali separati u ma huwiex parti minn skema ta’ għajnuna. Dan huwa fid-dawl ta’ dan li ġej: i) il-bażi legali (ara l-premessa (30) hawn taħt) ma tiddefinix il-benefiċjarji tal-miżura b’mod ġenerali u astratt, iżda ssemmi b’mod ċar u espliċitu li hemm żewġ benefiċjarji (RWE u LEAG); ii) il-kumpens huwa marbut ma’ sitwazzjoni speċifika (it-tneħħija gradwali tal-linjite); u iii) il-bażi legali tistabbilixxi l-ammonti speċifiċi u distinti li għandhom jitħallsu liż-żewġ benefiċjarji u l-perjodu. Il-paragrafu 44(1) tal-bażi legali jistabbilixxi l-intitolament ta’ RWE u ta’ LEAG għal kumpens ta’ EUR 2,6 biljun u EUR 1,75 biljun rispettivament. Barra minn hekk, il-Ġermanja u dawn l-operaturi ffirmaw il-“Kuntratt tal-liġi pubblika dwar it-tnaqqis u t-terminazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite fil-Ġermanja” (il-“kuntratt tal-2021”).

    3.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA NOTIFIKATA

    3.1.   L-objettivi klimatiċi tal-Ġermanja u l-objettiv tal-miżura notifikata

    (16)

    Il-Ġermanja għandha l-għan li tilħaq in-newtralità tal-gassijiet serra (“GHG”, Greenhouse Gas) sal-2045. F’dan il-kuntest, il-Ġermanja stabbiliet mira interim għall-2030 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG fl-ekonomija kollha fil-livell nazzjonali b’mill-inqas 65 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Il-miri nazzjonali dwar il-klima tal-Ġermanja huma minquxa fl-Att Federali dwar it-Tibdil fil-Klima (Bundes-Klimaschutzgesetz), li ġie approvat fl-2019 u emendat fl-2021. Għall-2020 sal-2030, l-Att Federali dwar it-Tibdil fil-Klima jiddefinixxi l-limiti kkwantifikati u annwali tal-emissjonijiet ta’ GHG għal sitt setturi individwali: l-enerġija, l-industrija, il-bini, it-trasport, l-agrikoltura, u skart u oħrajn. Il-miri huma stabbiliti f’konformità mal-pjanijiet Ewropej għat-tnaqqis ta’ GHG, b’segwitu ta’ trajettorja lineari (8). Barra minn hekk, il-limiti tal-emissjonijiet skont ir-Regolament tal-UE dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (9) (li jkopri s-settur mhux tal-ETS) huma legalment vinkolanti. Sabiex tibqa’ f’dawn il-limiti, il-Ġermanja ssostni li l-mira speċifika għas-settur tal-enerġija jeħtieġ li tintlaħaq fil-ħin. L-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tal-enerġija se jkollhom jitnaqqsu minn madwar 257 miljun tunnellata ta’ CO2 eq. fl-2022 (10) għal 108 miljun tunnellata ta’ CO2 eq. sal-2030.

    (17)

    Il-Ġermanja tqis li t-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-faħam huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tagħha. Il-Ġermanja tipprevedi t-tneħħija gradwali mill-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-faħam sa mhux iktar tard mill-2038. Din tinkludi kemm il-faħam iebes kif ukoll il-linjite. Fl-2022, il-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-faħam kienet tammonta għal 31 % tat-taħlita tal-elettriku tal-Ġermanja, fejn il-linjite kkontribwixxa 20 %-punti (11). Fl-2021, l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite ħarġu 110 miljun tunnellata ta’ CO2, skont id-data preliminari (12). Dan jirrappreżenta madwar 51 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tal-elettriku f’dik is-sena (13).

    (18)

    Il-Ġermanja stmat li l-installazzjonijiet tal-linjite ta’ RWE affettwati mit-tneħħija gradwali ammontaw għal madwar 67 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 fl-2018, u madwar 52 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 fl-2019 (14). Il-Ġermanja sostniet li l-kwantifikazzjoni eżatta tal-benefiċċji ambjentali tal-miżura notifikata hija kumplessa u dipendenti ħafna fuq is-suppożizzjonijiet li għandhom isiru. Abbażi tas-suppożizzjonijiet użati fil-kalkolu rivedut (ara t-taqsima 3.6), il-Ġermanja kkalkolat li l-miżura notifikata tiffranka ammont gross ta’ 51 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2. Madankollu, peress li l-kalkolu rivedut jikkonċerna biss parti mill-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite ta’ RWE u mhux kollha, din l-istima tissottovaluta b’mod sinifikanti l-effett sħiħ, u ma hijiex possibbli indikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 evitati. Ċifra bħal din tkun impreċiża ħafna wkoll minħabba li effett possibbli ta’ rikorrenza (15) ma jiġix ikkunsidrat.

    (19)

    Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-bażi legali tal-miżura notifikata (deskritta fil-premessa (30)) tipprevedi l-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2 li jammontaw għat-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet ikkawżat mill-għeluq ta’ installazzjonijiet tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite, filwaqt li jitqies l-intervent tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (16). Meta jiġi ddeterminat l-għadd ta’ kwoti tas-CO2 li se jitħassru, il-Ġermanja tqis it-teknoloġiji ta’ sostituzzjoni.

    (20)

    Il-Ġermanja ssostni li l-miżura notifikata għandha l-għan li tiddekummissjona l-impjanti tal-enerġija qabel tmiem il-ħajja teknika u ekonomika tagħhom, abbażi ta’ perkors prevedibbli u obbligatorju ta’ dekummissjonar. Dan iwassal għal tnaqqis fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fis-suq għalkemm id-domanda għall-elettriku tibqa’ l-istess jew se tiżdied fil-futur. Parteċipanti oħra fis-suq jibbenefikaw ukoll mill-prevedibbiltà pprovduta mill-perkors obbligatorju ta’ dekummissjonar, minħabba li huwa wkoll ċar għalihom meta l-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni se jitilqu mis-suq. Għalhekk, it-tnaqqis tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni permezz tat-tneħħija gradwali tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite joħloq lok għall-espansjoni addizzjonali ta’ kapaċitajiet oħra ta’ ġenerazzjoni, inklużi dawk ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (“RES”).

    (21)

    Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-objettiv tal-miżura notifikata huwa li jitneħħew gradwalment l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet ta’ GHG fis-settur tal-elettriku, li mbagħad se jwassal biex il-Ġermanja tilħaq il-mira tagħha tan-newtralità klimatika sal-2045 u tilħaq il-mira interim tal-2030. Il-Ġermanja tindika wkoll li, għalkemm il-preżenza tal-RES fit-taħlita tal-elettriku Ġermaniża diġà hija għolja (pereżempju fl-2022, il-produzzjoni tal-elettriku mill-RES żdiedet għal 47 % (17), u matul l-ewwel trimestru tal-2023, il-produzzjoni tal-RES żdiedet għal 50,3 % tal-konsum tal-enerġija tal-Ġermanja (18)), ma hijiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri tan-newtralità klimatika stabbiliti mill-Ġermanja fil-ħin.

    (22)

    Fil-fehma tal-Ġermanja, irrispettivament mill-penetrazzjoni dejjem tikber tal-RES, it-tnaqqis fl-emissjonijiet assoċjat mat-tneħħija gradwali tal-linjite huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Ġermanja. Il-penetrazzjoni li qiegħda tikber tal-RES waħedha żżid il-provvista ta’ elettriku mingħajr karbonju fis-suq mingħajr ma toħloq emissjonijiet ġodda, iżda ma twassalx għal tnaqqis rapidu biżżejjed tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni diġà eżistenti li jipproduċu l-emissjonijiet. Dan huwa partikolarment minnu għall-impjanti tal-enerġija tal-linjite li għandhom kostijiet operatorji relattivament baxxi, u li x’aktarx li ma jitneħħewx ’il barra mis-suq minn alternattivi ta’ fjuwils fossili iktar għaljin u inqas intensivi fl-emissjonijiet (bħall-gass). Għalhekk, sabiex jintlaħqu l-miri, huma meħtieġa kemm il-penetrazzjoni li qiegħda tikber tal-RES, kif ukoll it-tnaqqis tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni eżistenti bbażati fuq il-fjuwils fossili. Għalhekk, skont il-Ġermanja, hemm bżonn ta’ intervent mill-Istat.

    3.2.   Elaborazzjoni ta’ miżuri ta’ politika

    (23)

    Sabiex jiġi żgurat kunsens soċjali dwar politika riveduta dwar l-enerġija u l-klima, fis-6 ta’ Ġunju 2018, il-gvern Ġermaniż ħatar il-Kummissjoni dwar it-Tkabbir, it-Tibdil Strutturali u l-Impjiegi (il-“Kummissjoni tal-Faħam”), li l-membri tagħha kienu jirrappreżentaw sezzjoni trażversali wiesgħa ta’ atturi soċjetali, politiċi u ekonomiċi.

    (24)

    Il-proposti tal-Kummissjoni tal-Faħam ġew ippreżentati f’Jannar 2019 u kellhom l-għan li jilħqu l-miri klimatiċi nazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin jilħqu l-objettivi tas-sigurtà tal-provvista, tal-elettriku affordabbli u tal-prospetti ta’ salvagwardja għal dawk impjegati fir-reġjuni tal-faħam. Fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-faħam iebes u bil-linjite, hija pproponiet tneħħija gradwali sal-2038. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, hija pproponiet taħlita ta’ arranġamenti ta’ għeluq miftiehma b’mod reċiproku bejn il-gvern u l-operaturi tal-linjite, kif ukoll offerti biex jiġi mħeġġeġ l-għeluq bikri ta’ impjanti tal-faħam iebes u dawk żgħar tal-linjite.

    (25)

    Minbarra l-proposti tal-Kummissjoni tal-Faħam, il-Ġermanja vvalutat l-għażliet ta’ politika alternattivi li ġejjin biex jinkiseb it-tnaqqis previst fl-emissjonijiet tas-CO2: (i) id-dipendenza fuq is-Sistema eżistenti tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“ETS”) u l-miri għall-enerġija rinnovabbli; (ii) prezz minimu nazzjonali għas-CO2 għas-setturi diġà koperti mill-EU ETS; u (iii) għeluq regolatorju mingħajr kumpens. Il-Ġermanja spjegat li dawn l-għażliet ma nżammewx fid-dawl ta’ dan li ġej:

    (26)

    Għażla (i): Id-dipendenza fuq l-EU ETS kienet twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet fil-livell Ewropew iżda ma kinitx tippermetti li jintlaħqu l-miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b’mod immirat b’mod simili. Ma kienx ikun possibbli li jiġi ppjanat perkors ta’ għeluq gradwali minn qabel, li kien ikollu impatt iktar sinifikanti fuq is-sigurtà tal-provvista u fuq l-impjegati fis-settur.

    (27)

    Għażla (ii): Prezz minimu għas-CO2 kien iwassal għal kostijiet ogħla għas-settur tal-enerġija, kif ukoll għall-industrija. Dan ikun ta’ żvantaġġ għall-impriżi Ġermaniżi u jfixkel is-suq intern. Bħall-Għażla (i), kien ikun diffiċli li jiġi previst l-impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-faħam u ma kienx ikun possibbli li jiġi ppjanat perkors ta’ tnaqqis gradwali minn qabel. Barra minn hekk, l-iffissar tal-prezz fil-livell korrett huwa ta’ sfida. Kieku l-prezz kellu jiġi stabbilit f’livell baxx wisq, ir-riżultati ambjentali mixtieqa jdumu iktar biex jintlaħqu. Kieku l-prezz kellu jiġi stabbilit għoli wisq, dan jista’ jwassal għall-għeluq f’daqqa ta’ ammont sinifikanti ta’ ġenerazzjoni li taħdem bil-faħam, li jista’ jkollu impatti soċjali negattivi u jhedded is-sigurtà tal-provvista. L-istess argumenti jgħoddu għal politiki oħra b’effetti komparabbli, bħal dazji tas-sisa ogħla għall-faħam iebes u għal-linjite, taxxa fuq il-karbonju jew standards ta’ prestazzjoni ambjentali iktar stretti.

    (28)

    Għażla (iii): L-għeluq regolatorju fl-2020 mingħajr ebda kumpens kien ikun interferenza iktar b’saħħitha mad-drittijiet tal-proprjetà tal-operaturi individwali.

    (29)

    Il-Ġermanja wettqet ukoll valutazzjonijiet addizzjonali biex tgħin fit-tfassil tal-miżuri ta’ tneħħija gradwali tal-faħam. B’mod partikolari, il-Ġermanja eżaminat il-profittabbiltà mistennija fil-futur tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite u l-kostijiet addizzjonali tar-riabilitazzjoni tal-minjieri li l-operaturi jiffaċċjaw minħabba l-fatt li l-installazzjonijiet tal-linjite tagħhom jagħlqu iktar kmieni milli previst.

    3.3.   Bażi legali

    3.3.1.   Bażi legali inizjali

    (30)

    Il-bażi legali inizjali għall-miżura hija l-“Att dwar it-tnaqqis u t-terminazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-faħam u dwar l-emenda ta’ liġijiet oħra” (il-“liġi tal-għeluq”) adottat fit-8 ta’ Awwissu 2020. Il-liġi tal-għeluq tistabbilixxi l-miri li ġejjin għat-tnaqqis u għat-terminazzjoni tal-ġenerazzjoni li taħdem bil-faħam fil-Ġermanja.

    Tabella 1

    Miri għall-ġenerazzjoni li taħdem bil-faħam fil-Ġermanja

    Data fil-mira

    Livell fil-mira ġenerali (GW)

    Mira għall-faħam iebes (GW)

    Mira tal-linjite (GW)

    31.12.2022

    30

    15

    15

    1.4.2030

    17

    8

    9

    31.12.2038

    0

    0

    0

    Sors:

    il-liġi tal-għeluq, l-Artikolu 1, il-Parti 2, il-paragrafu 4.

    (31)

    Sabiex jintlaħqu dawn il-miri ta’ tnaqqis, il-liġi tal-għeluq tipprevedi tneħħija gradwali u kostanti tal-ġenerazzjoni li taħdem bil-faħam. It-tfassil tal-istrumenti ta’ tneħħija gradwali kien fil-biċċa l-kbira ispirat mill-proposti tal-Kummissjoni tal-Faħam. Għal-linjite, it-tneħħija gradwali u l-kumpens huma elaborati permezz ta’ proċedura negozjata bejn il-gvern Ġermaniż u l-operaturi. Għall-faħam iebes, it-tneħħija gradwali tiġi mħeġġa permezz ta’ rkantijiet annwali mill-2020 sal-2026, akkumpanjati minn perkors ta’ għeluq regolatorju mingħajr kumpens għall-perjodu 2027-2038 (19).

    (32)

    Il-Ġermanja spjegat li ma għażlitx li tneħħi gradwalment l-installazzjonijiet tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite permezz tal-irkantijiet, minħabba li l-installazzjonijiet tal-linjite huma marbuta b’mod inseparabbli mal-faċilitajiet tal-minjieri, li tirrikjedi approċċ iktar sistemiku. Minħabba l-valur kalorifiku relattivament baxx tiegħu, li jagħmel it-trasport fuq distanzi twal mhux ekonomiku, il-linjite tradizzjonalment jintuża f’postijiet qrib ħafna tal-postijiet tal-estrazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-impjanti tal-enerġija fir-reġjun ta’ Rhenish jużaw il-linjite estratt fl-istess reġjun minn minjieri li jappartjenu esklussivament għal RWE. Dan ifisser li d-deċiżjonijiet li jinfluwenzaw it-tul tal-ħajja u l-volumi tal-estrazzjoni tal-minjieri għandhom implikazzjonijiet diretti għall-impjanti tal-enerġija kontigwi, peress li l-impjanti ma jistgħux joperaw mingħajr il-minjieri. Il-Ġermanja wriet ukoll li minħabba l-kobor taż-żoni involuti, l-estrazzjoni tal-linjite tirrikjedi perjodi twal ta’ ġestjoni tat-territorju u żmien ta’ tħejjija għall-bidliet fl-ippjanar. Għalhekk, l-iskeda tal-għeluq tal-impjanti hija infurmata wkoll minn kunsiderazzjonijiet tekniċi u ta’ ppjanar, li jikkawżaw diffikultajiet biex irkant b’riżultati inċerti jiġi implimentat. Dawn il-kunsiderazzjonijiet ta’ ġestjoni tat-territorju ma jeżistux għall-impjanti tal-faħam iebes Ġermaniżi li jistgħu jimportaw il-fjuwil tagħhom minn postijiet ’il bogħod bħall-Awstralja. Barra minn hekk, hemm biss żewġ atturi ewlenin b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni mdaqqsa (RWE u LEAG li flimkien kienu jikkontrollaw 90 % tal-kapaċità tal-linjite fil-Ġermanja fil-bidu tal-proċess ta’ tneħħija gradwali tal-faħam), li jagħmel irkant verament kompetittiv diffiċli.

    (33)

    Il-liġi tal-għeluq tawtorizza lill-gvern Ġermaniż jikkonkludi kuntratt ta’ dritt pubbliku ma’ operaturi tal-linjite għar-regolamentazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-tnaqqis u t-terminazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite (20). Fuq dik il-bażi, il-Ġermanja u l-operaturi tal-linjite elaboraw termini u kundizzjonijiet inklużi fil-kuntratt tal-2021. Il-kuntratt tal-2021 ġie approvat mill-Parlament Ġermaniż fit-13 ta’ Jannar 2021.

    (34)

    F’konformità mal-liġi tal-għeluq, il-Ġermanja se tevalwa regolarment l-impatt ta’ dawn l-istrumenti ta’ tneħħija gradwali, b’mod partikolari l-kontribut tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà tal-provvista u l-prezzijiet tal-elettriku. L-evalwazzjonijiet huma skedati għall-2022 (21), l-2026, l-2029 u l-2032 (22).

    (35)

    Minbarra l-kumpens għall-għeluq bikri taħt il-miżura, il-Ġermanja beħsiebha tikkumpensa tliet unitajiet meta jidħlu fil-mekkaniżmu tal-għeluq differit (Zeitlich gestreckte Stilllegung) għal bejn sena u 4 snin qabel l-għeluq permanenti tagħhom (23). Dan jikkonċerna żewġ unitajiet ta’ LEAG u unità waħda ta’ RWE (Niederaußem G jew H). Il-kumpens għall-għeluq bikri, kif deskritt fil-liġi tal-għeluq u fil-kuntratt tal-2021, ma jkun jinkludi l-ebda kumpens riċevut għall-mekkaniżmu tal-għeluq differit. Dan il-kumpens tal-aħħar huwa separat u jkun ibbażat primarjament fuq il-profitti mitlufa li l-impjanti tal-enerġija kienu jagħmlu fis-snin li jibqgħu fil-mekkaniżmu li kieku f’dawk is-snin tħallew ikomplu joperaw fis-suq. Dan il-kumpens ikun ibbażat fuq approċċ ibbażat fuq formula fissa, anness mal-bażi legali applikabbli (24). Il-Ġermanja ma nnotifikatx il-mekkaniżmu ta’ għeluq differit lill-Kummissjoni għal valutazzjoni skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

    3.3.2.   Emenda għall-bażi legali inizjali

    (36)

    Fid-19 ta’ Diċembru 2022, il-Ġermanja adottat il-“Liġi biex titħaffef it-tneħħija gradwali tal-linjite fiż-żona tal-estrazzjoni ta’ Rhenish” (25) (il-“liġi tal-emenda”), li temenda l-liġi tal-għeluq. Barra minn hekk, fis-16 ta’ Diċembru 2022, il-Ġermanja u RWE ffirmaw kuntratt ta’ emenda (il-“kuntratt ta’ emenda”) li jemenda l-kuntratt tal-2021. Il-Ġermanja ppreżentat dawn l-emendi lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Diċembru 2022.

    (37)

    Il-liġi tal-għeluq (ara l-Artikolu 10 (26)), il-kuntratt tal-2021 (ara l-paragrafu 25 (27)) u l-liġi tal-emenda (ara l-Artikolu 3 (28)) fihom klawżola sospensiva li tagħmel il-kumpens lil RWE soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tal-kuntratt tal-emenda, peress li huwa kuntratt tal-emenda li jemenda l-kuntratt tal-2021, u peress li ma hemm l-ebda modifika f’termini tal-klawżola sospensiva, il-klawżola sospensiva oriġinali tal-kuntratt tal-2021 tibqa’ valida. L-għajnuna għadha ma ngħatatx u għadu ma sar l-ebda pagament lil RWE.

    (38)

    Il-kuntratt tal-2021 jipprevedi l-possibbiltà li l-kuntratt jiġi emendat bi ftehim reċiproku (il-paragrafi 20-21). Din il-possibbiltà ntużat mill-Ġermanja u minn RWE għall-kuntratt ta’ emenda, li ġab bidliet fid-dati tal-għeluq ta’ ċerti unitajiet ta’ RWE, kif deskritt fit-taqsima 3.5 ta’ din id-deċiżjoni.

    3.4.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali

    (39)

    Il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-proporzjonalità tal-miżura ta’ RWE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli u tal-elementi deskritti fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni fittxet kjarifika u talbet kummenti dwar il-kwistjonijiet li ġejjin (ara t-taqsima 3.3.1 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ): (i) profitti mitlufa li jmorru fil-futur remot; (ii) mekkaniżmu ta’ għeluq differit; (iii) xenarji alternattivi ppreżentati mill-Ġermanja; u (iv) kostijiet addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri.

    3.4.1.   Profitti mitlufa li jmorru fil-futur remot

    (40)

    Il-Kummissjoni qajmet dubji fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (ara l-premessi 123 sa 132) rigward is-suppożizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kalkolu tal-profitti mitlufa tal-Ġermanja għal RWE u għal LEAG kemm fix-xenarji fattwali kif ukoll f’dawk kontrofattwali. B’mod partikolari:

    (a)

    Id-durata tal-operazzjoni tal-installazzjonijiet tal-linjite fin-nuqqas tal-liġi tal-għeluq: il-Kummissjoni qajmet dubji li l-installazzjonijiet tal-linjite kienu se jaħdmu għal bejn 48 u 70 sena oħra fin-nuqqas tal-liġi tal-għeluq, jew li ma kinux se jkunu jirrikjedu investimenti sostanzjali għall-aġġornament tagħhom biex possibbilment ikunu jistgħu jilħqu tulijiet ta’ ħajja twal bħal dawn.

    (b)

    Inċertezzi dwar projezzjonijiet futuri: il-Kummissjoni staqsiet jekk ir-rata ta’ skont ta’ 7,5 % tqisx b’mod suffiċjenti r-riskji u l-inċertezzi għoljin marbuta mal-previżjonijiet jew jekk għandhomx jiġu previsti mekkaniżmi ta’ korrezzjoni addizzjonali.

    (c)

    Il-prezzijiet tal-fjuwil u tas-CO2: il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kalkolu tal-profitti mitlufa tal-impjanti, peress li l-mudell tal-Ġermanja uża l-projezzjonijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija għall-2018 u ma jidhirx li kkunsidra żviluppi tas-suq iktar reċenti, speċjalment żidiet fil-prezz tas-CO2 li seħħew fl-2019 u lil hinn (jiġifieri sal-iffirmar tal-kuntratt bejn il-gvern Ġermaniż u ż-żewġ benefiċjarji) u politiki klimatiċi iktar ambizzjużi fil-livell tal-UE.

    (d)

    Id-data fil-livell ta’ installazzjonijiet individwali ġiet ipprovduta biss għal żewġ unitajiet, li għamlitha diffiċli għall-Kummissjoni biex tivverifika l-kalkolu tal-Ġermanja għall-installazzjonijiet kollha li għandhom jingħalqu.

    (e)

    Il-Ġermanja ma ppreżentatx analiżi tas-sensittività lill-Kummissjoni, li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tal-parametri tal-input fuq l-output tal-mudell.

    3.4.2.   Mekkaniżmu ta’ għeluq differit

    (41)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (ara l-premessa (133)), il-Kummissjoni nnotat li RWE u LEAG se jirċievu wkoll kumpens għal tliet installazzjonijiet meta jidħlu fil-mekkaniżmu tal-għeluq differit, u esprimiet dubji dwar jekk dawn il-pagamenti addizzjonali jkunux meħtieġa biex l-installazzjonijiet jagħlqu.

    3.4.3.   Xenarji alternattivi ppreżentati mill-Ġermanja

    (42)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (ara l-premessa (134)), il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ix-xenarji ta’ frontloading tad-dekummissjonar, li l-Ġermanja ppreżentat bħala xenarji alternattivi biex tiġġustifika l-ammonti ta’ kumpens, humiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni nnotat li kienet inċerta li l-għażla ta’ frontloading fil-fatt timmaterjalizza, u fil-każ li tabilħaqq timmaterjalizza, ma kinitx ċerta jekk il-frontloading jiġix applikat għal 3 snin, u jekk jiġix applikat għall-unitajiet kollha li jagħlqu wara l-2030, kif inhu preżunt fix-xenarju tal-Ġermanja.

    (43)

    Il-Kummissjoni nnotat ukoll, fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (ara l-premessa (135)), fir-rigward tal-miżura ta’ LEAG biss, li skont il-kalkoli tal-Ġermanja, il-valur preżenti nett (“VPN”) tal-profitti mitlufa mistennija ta’ LEAG ma jaqbiżx il-VPN tal-ammont ta’ kumpens f’xenarju li fih LEAG ma kinitx se tespandi l-attivitajiet ta’ estrazzjoni tagħha għal Mühlrose u Welzow-Süd TA 2. Għalhekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-kumpens lil LEAG kienx proporzjonat.

    3.4.4.   Kostijiet addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri

    (44)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (ara l-premessi (137) sa (139)), il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-ammont tal-kostijiet addizzjonali peress li l-istudju tal-BET/EY ppreżentat mill-Ġermanja huwa bbażat fuq dati ta’ għeluq differenti mid-dati ta’ għeluq fil-liġi tal-għeluq, u l-istudju huwa bbażat fuq informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u jikkonċedi li l-kostijiet jistgħu jvarjaw.

    (45)

    Fir-rigward tal-miżura ta’ LEAG, il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk il-kontrofattwali biex jiġu stabbiliti l-kostijiet addizzjonali għandhiex tinkludi l-estensjoni għas-subtaqsimiet tal-estrazzjoni Mühlrose u Welzow-Süd TA 2, peress li dak l-istudju ma jqisx li din l-estensjoni hija meħtieġa biex LEAG tissodisfa d-domanda tagħha f’xenarju mingħajr il-liġi tal-għeluq.

    3.5.   Miżura/żviluppi emendati ta’ RWE wara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ

    (46)

    Fl-4 ta’ Ottubru 2022, il-gvern Ġermaniż u RWE laħqu ftehim għat-tneħħija gradwali aċċellerata tal-linjite fiż-żona tal-estrazzjoni tal-linjite ta’ Rhenish sal-2030, minflok sal-2038, kif kien previst qabel (29). Il-Ġermanja ħabbret li dan il-ftehim se jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-protezzjoni tal-klima, filwaqt li fl-istess ħin tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista fil-kriżi kurrenti tal-enerġija (30). Għalhekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi emendaw il-liġi tal-għeluq billi adottaw il-liġi tal-emenda u billi ffirmaw il-kuntratt ta’ emenda ma’ RWE.

    (47)

    Minbarra l-liġi tal-emenda u l-kuntratt ta’ emenda, il-Kummissjoni tinnota wkoll li xi wħud mill-fatti u ċ-ċirkostanzi li jikkonċernaw is-suq tal-elettriku deskritti fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ inbidlu wara l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. B’mod partikolari, il-prezzijiet tal-elettriku kienu qed jinbidlu fil-passat reċenti. Il-prezz medju tal-elettriku ta’ ġurnata bil-quddiem fis-suq Ġermaniż żdied minn EUR 30,5/MWh fl-2020 għal EUR 96,8/MWh fl-2021. Din ix-xejra kompliet fl-2022 meta l-prezz medju ta’ ġurnata bil-quddiem laħaq l-EUR 235,4/MWh u l-ambjent tas-suq sar volatili ħafna, bi prezzijiet medji ta’ kull xahar li jvarjaw minn EUR 129/MWh għal EUR 465/MWh (31). Iż-żieda u l-volatilità estremi fil-prezzijiet tal-elettriku ġew influwenzati, fost fatturi oħra, mill-aggressjoni militari Russa mhux ipprovokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna mibdija fl-24 ta’ Frar 2022 u mill-eliminazzjoni intenzjonata tal-flussi tal-gass mir-Russja. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-kwoti tal-emissjonijiet ukoll segwew xejra li qed tiżdied, billi dawn żdiedu minn medja ta’ EUR 25/tCO2 fl-2020, għal EUR 53/tCO2 fl-2021 u għal EUR 81/tCO2 fl-2022 (32).

    (48)

    Il-Ġermanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li mill-2020, RWE għalqet sitt unitajiet li jaħdmu bil-linjite, f’konformità mal-iskeda stabbilita fil-liġi tal-għeluq.

    Tabella 2

    Unitajiet ta’ RWE magħluqa mill-2020

    Operatur

    Isem l-installazzjoni

    MW (nett)

    Data tat-trasferiment għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit

    Data tal-għeluq

    RWE

    Niederaußem D

    297

    -

    31.12.2020

    RWE

    Niederaußem C

    295

    -

    31.12.2021

    RWE

    Neurath B

    294

    -

    31.12.2021

    RWE

    Weisweiler E

    321

    -

    31.12.2021

    RWE

    Neurath A

    294

    -

    1.4.2022

    RWE

    Frechen/Wachtberg

    120

    -

    31.12.2022

     

    (Brikettierung)

    (minn 176 )

     

     

    (49)

    Il-karatteristiċi ewlenin tal-miżura emendata ta’ RWE huma miġbura fil-qosor fil-premessi (50) sa (62) hawn taħt. Il-Ġermanja tispjega li d-dispożizzjonijiet l-oħra (eż. dwar it-trattament tat-taxxa, l-iżgurar ta’ fondi għar-rikultivazzjoni, il-klawżola dwar in-nonlitigazzjoni) jibqgħu l-istess.

    3.5.1.   Posponiment tad-dekummissjonar finali ta’ żewġ unitajiet minn tmiem l-2022 għal Marzu 2024

    (50)

    Żewġ unitajiet (Neurath D u Neurath E, b’kapaċità ta’ madwar 600 MW kull waħda), li skont il-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 kienu skedati li jingħalqu sal-31 ta’ Diċembru 2022, se jibqgħu disponibbli fis-suq sal-31 ta’ Marzu 2024. Il-Ġermanja ssostni li dan huwa sabiex jittaffa iktar l-impatt tal-kriżi kurrenti tal-enerġija, biex jiġi ffrankat il-gass fis-settur tal-elettriku u b’hekk tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista.

    (51)

    Il-gvern Ġermaniż jista’ jiddeċiedi, sat-30 ta’ Settembru 2023, jekk iżommx dawn l-unitajiet fis-suq sal-31 ta’ Marzu 2025 jew jittrasferihomx għal riżerva ġdida (Reserve). Din ir-riżerva ġdida għadha ma ġietx definita u ma tikkostitwix parti minn din id-deċiżjoni. Sakemm din ir-riżerva ġdida tinvolvi għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja tinnotifikaha f’konformità mal-obbligu tagħha stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

    (52)

    Abbażi tal-paragrafu 3 tal-kuntratt ta’ emenda, jekk il-Ġermanja tiddeċiedi għat-tkomplija tal-operat ta’ dawk iż-żewġ unitajiet għal sena oħra (mill-1 ta’ April 2024 sal-31 ta’ Marzu 2025), kif deskritt fil-premessa (51) hawn fuq, RWE tħallas il-kostijiet tat-titjib tal-unitajiet, il-kostijiet tal-adattament tal-ippjanar tal-persunal, il-kostijiet operatorji u l-kost tal-kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2. Fl-istess ħin, id-dħul mill-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku jibqa’ ma’ RWE, soġġett għal limitu massimu tad-dħul mis-suq introdott għall-ġeneraturi tal-elettriku mil-Liġi Ġermaniża dwar it-Tnaqqis tal-Prezz tal-Elettriku (Gesetz zur Einführung einer Strompreisbremse und zur Änderung weiterer energierechtlicher Bestimmungen vom 20. Dezember 2022 ), u mfassal biex jikkontribwixxi għal miżuri ta’ finanzjament li jtaffu l-prezzijiet għoljin tal-elettriku għall-konsumaturi finali (33).

    (53)

    It-tabella emendata bid-dati tal-għeluq, li hija inkluża fl-Artikolu 1, il-paragrafu 9 tal-liġi tal-emenda u fl-Anness tal-kuntratt ta’ emenda, hija kif ġej:

    Tabella 3

    Installazzjonijiet tal-linjite: id-dħul fil-mekkaniżmu tal-għeluq differit u d-dati tal-għeluq (id-dati riveduti huma b’tipa grassa)  (34)

    Operatur

    Isem l-installazzjoni

    MW (nett)

    Data tat-trasferiment għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit

    Data tal-għeluq

    RWE

    Niederaußem D

    297

    -

    31.12.2020

    RWE

    Niederaußem C

    295

    -

    31.12.2021

    RWE

    Neurath B

    294

    -

    31.12.2021

    RWE

    Weisweiler E jew F (35)

    321

    -

    31.12.2021

    RWE

    Neurath A

    294

    -

    1.4.2022

    RWE

    Frechen/Wachtberg

    120

    -

    31.12.2022

     

    (Brikettierung)

    (minn 176 )

     

     

    RWE

    Neurath D

    607

    -

    31.3.2024

    RWE

    Neurath E

    604

    -

    31.3.2024

    RWE

    Weisweiler E jew F (36)

    321

    -

    1.1.2025

    LEAG

    Jänschwalde A

    465

    31.12.2025

    31.12.2028

    LEAG

    Jänschwalde B

    465

    31.12.2027

    31.12.2028

    RWE

    Weisweiler G jew H

    663

    -

    1.4.2028

     

     

    jew

     

     

     

     

    656

     

     

    LEAG

    Jänschwalde C

    465

    -

    31.12.2028

    LEAG

    Jänschwalde D

    465

    -

    31.12.2028

    RWE

    Weisweiler G jew H

    663

    -

    1.4.2029

     

     

    Jew

     

     

     

     

    656

     

     

    LEAG

    Boxberg N

    465

    -

    31.12.2029

    LEAG

    Boxberg P

    465

    -

    31.12.2029

    RWE

    Niederaußem G jew H

    628

    -

    31.12.2029

     

     

    jew

     

     

     

     

    648

     

     

    RWE

    Niederaußem K

    944

    -

    31.3.2030

    RWE

    Neurath F (BoA 2)

    1 060

    -

    31.3.2030

    RWE

    Neurath G (BoA 3)

    1 060

    -

    31.3.2030

    RWE

    Niederaußem G jew H

    628

    31.12.2029

    31.12.2033

     

     

    jew

     

     

     

     

    648

     

     

    Saale Energie (37)

    Schkopau A

    450

    -

    31.12.2034

    Saale Energie

    Schkopau B

    450

    -

    31.12.2034

    LEAG

    Lippendorf R

    875

    -

    31.12.2035

    EnBW

    Lippendorf S

    875

    -

    31.12.2035

    LEAG

    Schwarze Pumpe A

    750

    -

    31.12.2038

    LEAG

    Schwarze Pumpe B

    750

    -

    31.12.2038

    LEAG

    Boxberg R

    640

    -

    31.12.2038

    LEAG

    Boxberg Q

    857

    -

    31.12.2038

    (54)

    Il-Ġermanja ppreżentat ukoll data dwar il-ftuħ inizjali tal-impjanti tal-enerġija ta’ RWE u d-dati tal-għeluq kif ippreżentati fit-Tabella 4. Il-maġġoranza (13 minn 16) tal-installazzjonijiet ta’ RWE nfetħu bejn nofs is-snin 60 u nofs is-snin 70, li jfisser li sa issa, dawn l-installazzjonijiet ilhom joperaw għal madwar 50 sa 60 sena. Mis-16-il installazzjoni, tlieta huma iktar ġodda u nfetħu rispettivament: Niederaußem K (data tal-ftuħ 2003); Neurath F (BoA 2) (data tal-ftuħ 2012); Neurath G (BoA 3) (data tal-ftuħ 2012).

    (55)

    Il-Ġermanja ssostni li skont id-data sottomessa minn RWE lill-awtoritajiet Ġermaniżi, il-kostijiet tal-eqdem 14 minn 16-il impjant tal-enerġija ta’ RWE (kienu) jiġu ddeprezzati saż-żmien tad-data tal-għeluq tagħhom skont il-liġi tal-għeluq f’konformità mar-regoli tal-kontabbiltà ta’ RWE.

    (56)

    Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li skont id-data pprovduta minn RWE, l-unitajiet tal-impjanti tal-enerġija Neurath F u G, fil-31 ta’ Marzu 2030 ikollhom valur kontabilistiku totali ta’ madwar EUR 570 miljun. Dan il-valur kontabilistiku jirrappreżenta l-kostijiet amortizzati u ma jinkludix proprjetà (art). Il-Ġermanja indikat ukoll li l-iskeda ta’ deprezzament ġiet aġġustata biex tirrifletti l-obbligu li l-impjanti tal-enerġija jiġu dekummissjonati f’konformità mal-liġi tal-għeluq. Il-valuri deskritti hawn fuq jirriflettu l-valuri kontabilistiċi li probabbilment kienu jirriżultaw li kieku l-iskeda ta’ deprezzament oriġinali kompliet. Barra minn hekk, in-nefqa kapitali futura għall-kostijiet tal-ispezzjoni ma hijiex ikkunsidrata. Normalment ikun hemm spezzjonijiet u titjib regolari taż-żewġ impjanti tal-enerġija kull 4 snin, b’kostijiet ta’ EUR 60 sa 70 miljun kull wieħed. L-iktar spezzjoni reċenti għal Neurath F saret fl-2023 u għal Neurath G fl-2021.

    Tabella 4

    Installazzjonijiet tal-linjite ta’ RWE: data tal-ftuħ vs data tal-għeluq

    Operatur

    Isem l-installazzjoni

    Data tal-ftuħ/tat-tħaddim

    Data tal-għeluq

    RWE

    Niederaußem D

    1968

    31.12.2020

    RWE

    Niederaußem C

    1965

    31.12.2021

    RWE

    Neurath B

    1972

    31.12.2021

    RWE

    Weisweiler E jew F (38)

    1965, 1967

    31.12.2021

    RWE

    Neurath A

    1972

    1.4.2022

    RWE

    Frechen/Wachtberg

    1962

    31.12.2022

     

    (Brikettierung)

     

     

     

     

     

     

    RWE

    Neurath D

    1975

    31.3.2024

    RWE

    Neurath E

    1976

    31.3.2024

    RWE

    Weisweiler E jew F (39)

    1965, 1967

    1.1.2025

    RWE

    Weisweiler G jew H

    1974, 1975

    1.4.2028

     

     

     

     

     

     

     

     

    RWE

    Weisweiler G jew H

    1974, 1975

    1.4.2029

     

     

     

     

     

     

     

     

    RWE

    Niederaußem G jew H

    1974, 1974

    31.12.2029

     

     

     

     

     

     

     

     

    RWE

    Niederaußem K

    2003

    31.3.2030

    RWE

    Neurath F (BoA 2)

    2012

    31.3.2030

    RWE

    Neurath G (BoA 3)

    2012

    31.3.2030

    RWE

    Niederaußem G jew H

    1974, 1974

    31.12.2033

     

     

     

     

     

     

     

     

    3.5.2.   Aċċellerazzjoni tad-dekummissjonar finali ta’ tliet unitajiet mill-2038 għall-2030

    (57)

    L-għeluq ta’ tliet unitajiet (Niederaußem K, Neurath F u Neurath G, b’kapaċità ta’ madwar 1 000 MW kull wieħed) se jitressaq ’il quddiem mill-31 ta’ Diċembru 2038 għall-31 ta’ Marzu 2030. Il-Ġermanja ssostni li dan ifisser li ż-żmien li jifdal tal-operat ta’ 3 GW tal-impjanti tal-enerġija l-iktar ġodda u l-iktar effiċjenti operati minn RWE jitnaqqas bi kważi 50 %.

    (58)

    Il-Ġermanja tinnota li d-dati tal-għeluq l-iktar bikrija għandhom ukoll impatt sinifikanti fuq is-siti tal-estrazzjoni li jfornu lil dawk it-tliet unitajiet skedati li jingħalqu qabel milli kien previst inizjalment. B’mod iktar speċifiku, bħala parti mill-miżura emendata ta’ RWE, ġie miftiehem li l-minjiera “Garzweiler” se tipproduċi inqas linjite b’mod sinifikanti matul is-snin li ġejjin.

    (59)

    Sal-15 ta’ Awwissu 2026, il-gvern Ġermaniż jista’ jiddeċiedi jekk jittrasferix dawn it-tliet unitajiet f’riżerva (Reserve) sal-31 ta’ Diċembru 2033. Din ir-riżerva ġdida għadha ma ġietx definita u ma tikkostitwix parti minn din id-deċiżjoni. Sakemm din ir-riżerva ġdida tinvolvi għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja tinnotifikaha f’konformità mal-obbligu tagħha stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Jekk dawn l-unitajiet ikunu meħtieġa għal riżerva bħal din, ma humiex se jkunu meħtieġa iktar bidliet fil-proċess tal-ippjanar tal-minjieri miftuħa milli kieku dawn l-unitajiet ikunu ngħalqu b’mod definittiv sal-2030. Barra minn hekk, ir-riabilitazzjoni li se tibda fl-2030 se tkompli wkoll bl-istess mod.

    3.5.3.   L-ebda kumpens addizzjonali għal RWE

    (60)

    Il-miżura emendata ta’ RWE ma tipprevedix kumpens addizzjonali għal RWE ogħla mill-kuntratt tal-2021, iżda minflok tikkonferma s-somma ta’ EUR 2,6 biljun.

    (61)

    Fil-fehma tal-Ġermanja, it-telf ta’ dħul fis-snin 2030 sa 2038 mit-tħaddim ta’ madwar 3 GW ta’ kapaċità u l-kostijiet addizzjonali tal-iskedar mill-ġdid huma kkumpensati minn, fost l-oħrajn, dħul ogħla minn dak mistenni, li jirriżulta minn 15-il xahar addizzjonali ta’ tħaddim ta’ Neurath D u E bejn l-2023 u l-ewwel trimestru tal-2024.

    (62)

    Il-liġi tal-emenda (l-Artikolu 1, il-paragrafu 4) u l-kuntratt ta’ emenda (il-paragrafu 4) jipprevedu li l-għadd ta’ pagamenti parzjali għall-ħlas tal-kumpens lil RWE jitnaqqas minn 15 għal 10, u li l-pagamenti parzjali ma humiex ugwali fid-daqs kif previst qabel. Il-pagamenti parzjali annwali għas-snin mill-2020 sal-2023 se jkunu ta’ EUR 173 miljun, filwaqt li l-pagamenti parzjali annwali għas-snin mill-2024 sal-2029 se jkunu ta’ EUR 318-il miljun. F’konformità mal-liġi tal-emenda u mal-kuntratt ta’ emenda, l-ewwel pagament parzjali lil RWE huwa dovut fil-31 ta’ Diċembru 2020, soġġett għall-klawżola standstill, li hija meta RWE għalqet l-ewwel impjant tagħha.

    3.6.   Kalkolu rivedut

    (63)

    Bħala parti mis-sottomissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2022, il-Ġermanja ppreżentat lill-Kummissjoni kalkoli riveduti ta’ profitti mitlufa għal disa’ unitajiet ta’ RWE li jew għalqu diġà jew li huma skedati li jagħlqu sal-31 ta’ Marzu 2025 (40), f’konformità mal-liġi tal-emenda (l-Artikolu 1, il-paragrafu 9) (il-“kalkolu rivedut”). Dan il-kalkolu, datat is-16 ta’ Diċembru 2022, twettaq permezz ta’ r2b Energy Consulting.

    (64)

    Abbażi ta’ dan il-kalkolu, il-VPN tal-profitti mitlufa ta’ tmien impjanti ta’ RWE (li għalqu jew li se jagħlqu bejn il-31 ta’ Diċembru 2021 u l-31 ta’ Marzu 2025) huwa ta’ madwar EUR 2,2 biljun (EUR 2,3 biljun f’termini nominali), u għalhekk ogħla mill-VPN tal-kumpens miftiehem għal RWE ta’ EUR 1,7 biljun (EUR 2,6 biljun f’termini nominali) (41). Għalhekk, fid-dawl ta’ dan il-kalkolu, il-Ġermanja targumenta li l-ammont ta’ kumpens huwa ġġustifikat.

    (65)

    Il-kalkolu rivedut juri li tmienja mid-disa’ unitajiet ta’ RWE inklużi fil-kalkolu rivedut huma stmati li ġarrbu profitti mitlufa fil-perjodu bejn l-2021 u l-2026. Mit-tmien unitajiet bi profitti mitlufa, ħamsa diġà ngħalqu bejn l-2021 u l-2022 (Neurath A u B, Niederaußem C, Weisweiler E u Frechen/Wachtberg) u t-tlieta li jifdal (Weisweiler F u Neurath D u E) huma skedati li jagħlqu sa mhux iktar tard mill-2025. Għad-disa’ unitajiet kollha fil-kalkolu rivedut, il-profitti mitlufa ġew ikkalkolati biss għall-perjodu bejn l-għeluq tagħhom u tmiem l-2026. Il-profitti mitlufa qatt ma jestendu iktar minn 3 snin wara d-data tal-għeluq skedata ta’ kull impjant rispettiv. Għad-disa’ impjant inkluż fil-kalkolu rivedut (Niederaußem D), li kien l-ewwel unità li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2020, ma ntalab l-ebda profitt mitluf.

    (66)

    Għas-seba’ unitajiet skedati li jingħalqu wara l-2026 (Weisweiler G u H, Niederaußem H, K u G u Neurath F u G), ma huwa inkluż l-ebda profitt mitluf fil-kalkolu rivedut peress li dawn se jiġu dekummissjonati wara l-2026.

    (67)

    Il-kalkolu rivedut japplika l-parametri ewlenin li ġejjin biex jiġu stmati l-profitti mitlufa tad-disa’ unitajiet li għalihom ġiet sottomessa d-data:

    (1)

    Il-kalkolu jassumi li l-impjanti tal-enerġija, bħala s-sors uniku ta’ dħul tagħhom, ibigħu l-elettriku ta’ bażi b’rati tas-suq li jikkorrispondu għal kwoti mis-suq tal-materja prima EEX Ġermaniż. B’mod iktar speċifiku,

    (a)

    Għall-unitajiet diġà magħluqa fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut lill-Kummissjoni (Neurath A u B, Niederaußem C u D, Weisweiler E), il-kalkolu juża s-suppożizzjonijiet rigward il-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2, l-inflazzjoni u l-ambjent regolatorju (42) skont l-aspettattivi tas-suq immedjatament qabel id-dati rispettivi tal-għeluq. Għall-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2, il-kalkolu juża medja tal-prezzijiet futuri għall-konsenja fix-xahar, fit-trimestru jew fis-sena rilevanti (skont id-disponibbiltà tal-prodott) bejn l-2021 u l-2026, kif irreġistrati fil-borża tal-EEX fil-ġimagħtejn qabel id-dati rispettivi tal-għeluq.

    (b)

    Għall-erba’ unitajiet li għalqu, jew li se jagħlqu, bejn il-31 ta’ Diċembru 2022 u l-31 ta’ Marzu 2025 (Frechen/Wachtberg, Weisweiler F u Neurath D u E), ittieħdu s-suppożizzjonijiet rigward il-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2, l-inflazzjoni u l-ambjent regolatorju (43) skont l-aspettattivi reċenti tas-suq disponibbli fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-kalkolu rivedut. Għall-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2, il-kalkolu juża medja tal-prezzijiet futuri għall-konsenja fix-xahar, fit-trimestru jew fis-sena rilevanti (skont id-disponibbiltà tal-prodott) bejn l-2021 u l-2026, kif irreġistrati fuq il-borża tal-EEX bejn il-21 ta’ Ottubru 2022 u l-4 ta’ Novembru 2022.

    (2)

    Għall-kostijiet tal-fjuwil tal-provvista tal-linjite, il-kostijiet varjabbli tal-estrazzjoni tal-linjite ġew preżunti li huma ta’ EUR 1,5/MWh(th), filwaqt li l-kostijiet fissi tal-estrazzjoni tal-linjite ġew preżunti li huma ta’ EUR 4,7/MWh(th). Dawk is-suppożizzjonijiet ittieħdu minn studju indipendenti li sar minn Öko-Institut u li ġie ppubblikat f’Jannar 2022 (44). Meta jinqasmu għal kull unità ta’ produzzjoni, il-kostijiet totali tal-estrazzjoni huma preżunti li huma stabbli minħabba d-durata qasira tax-xenarju kontrofattwali. Il-kostijiet fissi, li jiffurmaw l-akbar parti mill-kostijiet totali tal-estrazzjoni, tipikament jieħdu żmien itwal biex jaġġustaw għall-volumi tal-produzzjoni li qegħdin jinbidlu.

    (68)

    Il-kalkolu juża karatteristiċi tekniċi ewlenin ta’ kull impjant tal-enerġija bħall-effiċjenza, l-output elettriku, il-kostijiet fissi, id-disponibbiltà tipika u r-rati tal-użu. Il-kostijiet fissi kienu bbażati fuq valuri rappreżentattivi għall-klassi rispettiva tal-impjanti tal-enerġija u jikkorrispondu għas-sejbiet tal-istudju ta’ Öko-Institut.

    (69)

    Id-dħul mill-ġenerazzjoni tas-sħana u mis-suq tal-ibbilanċjar ma kienx inkluż fil-kalkolu rivedut.

    (70)

    Għall-unitajiet li għalqu, jew li se jagħlqu, bejn il-31 ta’ Diċembru 2022 u l-31 ta’ Marzu 2025, fil-kalkolu huwa applikat limitu massimu fuq id-dħul mis-suq mill-1 ta’ Diċembru 2022 sat-30 ta’ April 2024. Il-bażi legali għall-implimentazzjoni tal-limitu massimu tad-dħul mis-suq hija stabbilita fil-Liġi Ġermaniża dwar it-Tnaqqis tal-Prezz tal-Elettriku. Meta l-prezzijiet tal-elettriku mistennija jaqbżu l-limitu massimu, 90 % tad-dħul mis-suq żejjed ’il fuq minn dan il-limitu massimu jinġabar mill-Istat Ġermaniż. Il-livell tal-limitu massimu, kif stipulat fil-Liġi Ġermaniża dwar it-Tnaqqis tal-Prezz tal-Elettriku, huwa influwenzat mill-kost tal-kwoti tas-CO2. Prezz tas-CO2 ta’ EUR 81/t (li kien il-prezz medju tas-suq tal-flus fil-pront fl-2022) iwassal għal limitu massimu ta’ madwar EUR 160/MWh. Il-Liġi Ġermaniża dwar it-Tnaqqis tal-Prezz tal-Elettriku tipprevedi l-applikazzjoni tal-limitu massimu mill-1 ta’ Diċembru 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023, u tipprevedi l-possibbiltà li din tiġi estiża sat-30 ta’ April 2024, soġġetta għal deċiżjoni mill-gvern Ġermaniż. Finalment, il-gvern Ġermaniż iddeċieda li ma jestendix l-applikazzjoni tal-limitu massimu lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2023. L-awtoritajiet Ġermaniżi jindikaw li l-limitu massimu tad-dħul mis-suq jaffettwa l-profitti mitlufa ta’ impjant wieħed biss (Frechen/Wachtberg) peress li l-unitajiet l-oħra ta’ RWE li jaħdmu bil-linjite jew se jagħlqu qrib it-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-limitu massimu, jew ingħalqu qabel ma ġew adottati pjanijiet konkreti għal-limitu massimu mill-gvern Ġermaniż.

    (71)

    Għal Neurath D u E, li l-għeluq tagħhom ġie pospost għall-31 ta’ Marzu 2024 bil-possibbiltà li d-data tal-għeluq tiġi estiża għall-31 ta’ Marzu 2025, il-kalkolu jqis biss il-profitti mitlufa miksuba fl-aħħar data.

    (72)

    Il-kost medju ponderat tal-kapital (“WACC” (45)), użat għall-fini ta’ skont tal-profitti mitlufa u tal-pagamenti ta’ kumpens, ġie stabbilit għal 7,5M.

    (73)

    Meta jitqies id-daqs sinifikanti tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni li toħroġ mis-suq minħabba t-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite, jitqies l-effett sistemiku tagħha fuq il-prezzijiet tal-elettriku Ġermaniżi. Jiġifieri, fix-xenarju kontrofattwali, il-prezzijiet tal-elettriku huma iktar baxxi meta mqabbla max-xenarju attwali minħabba li iktar unitajiet qegħdin joperaw fil-każ preċedenti, u tista’ tiġi ssodisfata iktar domanda b’kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni relattivament orħos. Sabiex jiġi kkwantifikat l-effett, il-kalkolu rivedut juża r-riżultati ta’ żewġ analiżijiet li jivvalutaw l-effett tat-tneħħija gradwali ta’ żewġ impjanti tal-enerġija nukleari (Isar 2 u Neckarwestheim 2) fis-suq tal-elettriku Ġermaniż (46). L-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li l-impatt stmat fuq il-prezzijiet fis-suq Ġermaniż jista’ jintuża bħala rappreżentattiv ukoll għall-ġenerazzjoni bil-linjite peress li ż-żewġ teknoloġiji għandhom pożizzjonijiet relattivament simili fl-ordni tal-mertu u għandhom it-tendenza li jkollhom rati ta’ użu għoljin. L-effett tal-għeluq bikri huwa relattivament dgħajjef fil-bidu (peress li l-ewwel unitajiet li ngħalqu skont l-iskeda huma relattivament żgħar) iżda jsir iktar b’saħħtu hekk kif jgħaddu s-snin u tingħalaq iktar kapaċità. Għalhekk, il-prezzijiet tal-elettriku fix-xenarju kontrofattwali huma iktar baxxi b’1,7 % fl-2023 u bi 3,2 % fl-2026 milli fix-xenarju fattwali.

    (74)

    Il-Ġermanja argumentat li ma huwiex meħtieġ li jiġi ppreżentat aġġornament tal-kalkolu rivedut ibbażat fuq l-iktar data reċenti disponibbli (mit-tieni trimestru tal-2023) għat-tliet unitajiet li se jagħlqu f’Jannar u f’Marzu 2025 (Weisweiler F u Neurath D u E) (47) minħabba l-metodoloġija applikata. Il-kalkolu juża bħala ż-żewġ parametri ewlenin, li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti d-dħul u l-kostijiet u li huma soġġetti għal inċertezza u għal varjazzjonijiet frekwenti, il-prezzijiet tal-prodotti futuri tal-elettriku u tal-kwoti tas-CO2, li l-operaturi tal-impjanti tal-enerġija tal-linjite tipikament jixtru biex jiżguraw (jew jiħħeġġjaw) il-marġni operatorju tagħhom għal xhur u snin bil-quddiem. Is-suq Ġermaniż tal-elettriku, bħala wieħed mis-swieq l-iktar żviluppati u likwidi fl-Ewropa, jippermetti lill-parteċipanti fis-suq jagħmlu dan l-iħħeġġjar f’volumi suffiċjenti sa 3 snin qabel il-konsenja attwali (48). Għaldaqstant, il-Ġermanja spjegat li f’xenarju kontrofattwali, kien ikun possibbli li t-tliet unitajiet jidħlu fis-suq bejn il-21 ta’ Ottubru 2022 u l-4 ta’ Novembru 2022 (meta d-data mis-suq għal dawn l-unitajiet ġiet estratta għall-fini tal-kalkolu rivedut), u jiħħeġġjaw il-marġni tagħhom għal diversi xhur jew snin ta’ tħaddim wara d-data tal-għeluq ippjanata fix-xenarju fattwali. Dan isir bil-bejgħ ta’ volumi tal-elettriku ppjanati li jiġu prodotti u x-xiri ta’ ammont jew kwoti tal-emissjonijiet korrispondenti biex ikopru l-impronta tal-karbonju tal-elettriku prodott. Il-Ġermanja, għalhekk, argumentat li l-kalkolu rivedut ma għandux bżonn jiġi aġġornat peress li t-tliet unitajiet ta’ RWE setgħu użaw strumenti tas-suq standard biex jiżguraw il-profitti mitlufa kkalkolati fiż-żmien meta ġiet estratta d-data għall-kalkolu rivedut.

    (75)

    Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu biex jiġi aġġornat il-kalkolu tal-kumpens ibbażat fuq l-iktar suppożizzjonijiet reċenti ma hijiex iġġustifikata għall-miżura emendata ta’ RWE, peress li s-suppożizzjonijiet użati għall-kalkolu tal-profitti mitlufa fil-kalkolu rivedut kienu qrib l-għeluq attwali ta’ dawk l-unitajiet (ara l-premessa (67)(1)). Il-Ġermanja tindika li mekkaniżmu ta’ aġġornament f’konformità mal-punt 433 tas-CEEAG fil-prinċipju jkun meħtieġ biss jekk l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija jseħħ iktar minn 3 snin wara li jkun ingħata l-kumpens għal dan l-għeluq. Skont il-Ġermanja, dan iservi biex jiżgura li s-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu jkunu kurrenti fiż-żmien tal-għeluq attwali tal-impjanti tal-enerġija. Għal dawk l-unitajiet tal-enerġija li kienu diġà magħluqa fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut lill-Kummissjoni, il-Ġermanja tiddikjara li hija kkalkolat il-profitti mitlufa abbażi ta’ suppożizzjonijiet u aspettattivi tas-suq li kienu jeżistu immedjatament qabel id-dati tal-għeluq rilevanti. L-unitajiet l-oħrajn li l-profitti mitlufa tagħhom ġew ikkalkolati se jingħalqu fil-perjodu bejn il-31 ta’ Diċembru 2022 u l-31 ta’ Marzu 2025. Il-Ġermanja ssostni li dan ma huwiex se jkun itwal minn 3 snin wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li se jkun il-mument tal-għoti tal-għajnuna (ara l-premessa (78)). Għalhekk, skont il-Ġermanja, ma huwiex meħtieġ mekkaniżmu ta’ aġġornament.

    3.7.   Baġit

    (76)

    Il-baġit tal-miżura emendata ta’ RWE huwa ta’ EUR 2,6 biljun u se jiġi ffinanzjat mill-baġit Federali tal-Ġermanja. Il-kumpens se jitħallas f’10 pagamenti parzjali annwali: għas-snin mill-2020 sal-2023, il-pagament parzjali se jkun ta’ EUR 173 miljun u għas-snin mill-2024 sal-2029, dan se jkun ta’ EUR 318-il miljun.

    3.8.   Il-mument u d-durata tal-għoti

    (77)

    Il-mument tal-għoti tal-miżura emendata ta’ RWE huwa n-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-iżborż finali tal-fondi se jseħħ fil-31 ta’ Diċembru 2029.

    3.9.   Benefiċjarju

    (78)

    Il-miżura notifikata hija għotja lil RWE Power AG. RWE Power AG timpjega 8 800 persuna, li minnhom madwar 7 500 impjieg huma relatati mal-industrija tal-linjite. RWE Power AG hija sussidjarja 100 % proprjetà ta’ RWE AG. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, fil-15 ta’ Marzu 2023, madwar 87 % tal-ishma ta’ RWE AG kienu ta’ investituri istituzzjonali u 13 % kienu proprjetà ta’ individwi (inklużi impjegati). Mill-15 ta’ Marzu 2023, l-akbar azzjonist ta’ RWE AG kien Qatar Holding LLC b’sehem ta’ 9,1 %.

    (79)

    RWE AG hija kumpanija Ġermaniża tal-enerġija li hija attiva fil-produzzjoni u n-negozjar tal-elettriku. Skont l-istudju dwar is-suq imwettaq mill-Awtorità Ġermaniża tal-Kompetizzjoni, fl-2020 RWE AG ipproduċiet madwar 25 % tat-total taż-żona tas-suq Ġermaniż-Lussemburgiż, li jagħmilha l-produttur bl-akbar kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ 67,8 TWh (49). Fl-2021, id-dħul totali ta’ RWE AG kien ta’ madwar EUR 24,5 biljun.

    (80)

    L-awtoritajiet Ġermaniżi jikkonfermaw li la RWE AG u lanqas RWE Power AG ma huma impriżi f’diffikultà, kif definit mil-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (50).

    (81)

    L-awtoritajiet Ġermaniżi jikkonfermaw ukoll li la RWE AG u lanqas RWE Power AG ma huma soġġetti għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern (51).

    3.10.   Akkumulazzjoni u trasparenza

    (82)

    Il-Ġermanja tikkonferma li se tikkonforma mal-punti 56 u 57 tas-CEEAG. L-għajnuna taħt il-miżura notifikata ma tistax tiġi akkumulata ma’ għajnuna ad hoc jew de minimis jew ma’ finanzjament mill-Unjoni fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli.

    (83)

    Il-Ġermanja se tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fil-punti 58 sa 61 tas-CEEAG. Id-data rilevanti tal-miżura notifikata se tiġi ppubblikata fuq sit web nazzjonali li se jgħaqqad mar-reġistru ta’ trasparenza tal-Kummissjoni: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency.

    4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

    (84)

    Għadd kbir ta’ partijiet terzi ppreżentaw il-kummenti tagħhom wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Konsultazzjoni Pubblika u d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni.

    (85)

    Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, għadd kbir ta’ partijiet terzi (27) ppreżentaw il-kummenti tagħhom. Sottomissjonijiet miż-żewġ benefiċjarji (LEAG u RWE), mill-azzjonisti ta’ LEAG (EPH u PPF Investments - PPFI) u mill-kunsill tax-xogħlijiet tal-grupp ta’ LEAG (Konzernbetriebsrat). Sottomissjonijiet minn kumpaniji kienu jinkludu l-GPE, sottomissjonijiet identiċi minn tmien kumpaniji lokali tal-enerġija (it-“tmien kumpaniji lokali”), u żewġ kumpaniji lokali oħra tal-enerġija għamlu sottomissjonijiet identiċi (iż-“żewġ kumpaniji lokali”). Seba’ NGOs bagħtu sottomissjonijiet, kif ukoll it-tliet stati Ġermaniżi li fihom jinsabu ż-żoni tal-estrazzjoni ta’ LEAG u RWE, jiġifieri Nordrhein-Westfalen, is-Sassonja u Brandenburg. Assoċjazzjoni tal-muniċipalitajiet (Lausitzrunde), fejn jinsabu ż-żoni tal-estrazzjoni ta’ LEAG, u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija tal-linjite fil-Ġermanja (“DEBRIV”) ukoll ippreżentaw kummenti.

    (86)

    Wara l-pubblikazzjoni tal-Konsultazzjoni Pubblika, għadd kbir ta’ partijiet terzi (19) ippreżentaw kummenti. Kien hemm sottomissjonijiet miż-żewġ benefiċjarji (LEAG u RWE), mill-azzjonisti ta’ LEAG (EPH u PPFI) u mill-kunsill tax-xogħlijiet tal-grupp ta’ LEAG. Is-sottomissjonijiet minn kumpaniji kienu jinkludu l-GPE, sottomissjonijiet identiċi mit-tmien kumpaniji lokali u sottomissjonijiet identiċi miż-żewġ kumpaniji lokali. DEBRIV, l-Uffiċċju Ambjentali Ewropew (“EEB”), Greenpeace u ClientEarth ukoll ippreżentaw kummenti.

    (87)

    Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet identiċi spontanji mit-tmien kumpaniji lokali dwar il-miżura emendata ta’ RWE.

    (88)

    Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, diversi partijiet terzi (12) ippreżentaw il-kummenti tagħhom. Kien hemm sottomissjonijiet miż-żewġ benefiċjarji (LEAG u RWE), sottomissjonijiet identiċi mit-tmien kumpaniji lokali, minn GPE u minn ClientEarth.

    (89)

    Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet terzi huma miġbura fil-qosor hawn taħt fil-kategoriji li ġejjin: (i) kummenti dwar l-eżistenza ta’ għajnuna (ara t-taqsima 4.1), (ii) kummenti dwar il-bażi legali għall-kompatibbiltà (ara t-taqsima 4.2) u (iii) kummenti dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna (ara t-taqsima 4.3).

    (90)

    Din id-deċiżjoni se tiffoka fuq il-kummenti magħmula mill-partijiet terzi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    4.1.   Eżistenza tal-għajnuna

    4.1.1.   RWE

    (91)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE sostniet li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat. RWE ddikjarat li hija kumpens għad-danni peress li l-liġi tal-għeluq tikser id-dritt ta’ proprjetà ta’ RWE, u għalhekk ma hemm l-ebda vantaġġ ekonomiku mogħti lil RWE.

    (92)

    Skont RWE, din l-interferenza mad-dritt għall-proprjetà tkun kompatibbli mal-Artikolu 14 tal-Liġi Kostituzzjonali Ġermaniża (Grundgesetz, “GG”) biss jekk l-Istat jipprovdi kumpens adegwat għal dan. L-ammont tal-kumpens jiddependi mis-sinifikat ekonomiku tal-interessi legali affettwati, jiġifieri l-valur tal-pożizzjonijiet tal-proprjetà u l-valur tad-drittijiet tal-proprjetà maqbuda, kif ukoll il-piżijiet addizzjonali assoċjati mal-interferenza. Il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 14 tal-GG tkopri (i) is-sjieda tal-impjanti u tal-art u l-użu rispettiv tal-impjanti tal-enerġija u tal-minjieri biex jiġi ġġenerat l-elettriku u b’hekk isir profitt; (ii) id-dritt li jiġi stabbilit u mħaddem in-negozju kollu tal-“ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite” (RWE sostniet li t-tneħħija gradwali nukleari Ġermaniża tista’ tintuża bħala analoġija); (iii) il-proprjetà irrevokabbli tal-minjieri, li hija kompletament devalutata mill-obbligi tad-dekummissjonar; u (iv) il-liċenzji operatorji mhux limitati skont il-liġi Ġermaniża dwar il-kontroll tal-emissjonijiet għall-impjanti tal-enerġija u l-minjieri affettwati mil-liġi tal-għeluq.

    (93)

    RWE sostniet li b’rikonoxximent tal-impenji ta’ kapital fit-tul u tal-pjanijiet tal-persunal u tal-investiment meħtieġa għal proġetti ta’ dan it-tip u d-daqs, hija tgawdi minn protezzjoni kostituzzjonali mtejba u prominenti ta’ aspettattivi leġittimi. Il-perspettiva fit-tul hija inerenti fin-negozju tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite. Din il-protezzjoni partikolarment b’saħħitha tal-aspettattivi leġittimi żżid b’mod sinifikanti l-intensità tal-interferenza mal-pożizzjonijiet tal-proprjetà ta’ RWE.

    (94)

    RWE sostniet li hija ssodisfat l-obbligi tagħha fir-rigward tal-EU ETS, li, fil-fehma tagħha, tirregola b’mod eżawrjenti t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti affettwati. Madankollu, l-obbligu tad-dekummissjonar skont il-liġi tal-għeluq jirrikjedi kontribuzzjoni addizzjonali għall-protezzjoni tal-klima mill-impjanti ta’ RWE, li jwassal għal piż eċċezzjonali (Sonderopfer) li jrid jitqies għall-kumpens.

    (95)

    RWE sostniet ukoll li l-Ġermanja aġixxiet bħala operatur f’ekonomija tas-suq meta ffirmat il-kuntratt tal-2021 mal-operaturi. Il-Ġermanja kellha tivvaluta minn perspettiva ex ante jekk is-soluzzjoni ta’ tneħħija gradwali tal-faħam garantita kuntrattwalment kinitx preferibbli jew tal-inqas ekwivalenti għal soluzzjoni purament regolatorja, li l-forma kostituzzjonali jew l-infurzabbiltà tagħha kellhom jiġu vvalutati ex ante wkoll. RWE ssostni li, f’dan il-kuntest, il-Ġermanja aġixxiet bħala attur razzjonali billi daħlet f’kuntratt li jagħtiha d-drittijiet stabbiliti fih, u fl-istess ħin tiffrankalha, b’ċertezza legali, obbligu li tħallas kumpens li kieku kienet tkun sfurzata tħallas skont id-dritt nazzjonali jew dak internazzjonali. Għalhekk, fil-fehma ta’ RWE, ma hemm l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat.

    (96)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE għal darba oħra sostniet li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna. Fil-fehma tagħha, il-kumpens totali ma jilħaqx id-dannu totali mġarrab minn RWE, u għalhekk ma jingħata l-ebda vantaġġ lil RWE.

    4.1.2.   LEAG

    (97)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG esprimiet dubji dwar il-kwalifika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. B’mod speċifiku, LEAG tqis li l-miżura ma tagħtihiex vantaġġ ekonomiku, peress li l-kumpens ma jilħaqx id-dannu finanzjarju kkawżat mil-liġi tal-għeluq. Jekk l-awtoritajiet Ġermaniżi ma jkunux taw kumpens adegwat, l-operaturi kien ikollhom id-dritt li jiksbu kumpens għad-danni, peress li jqisu li l-liġi tal-għeluq tikser id-dritt tagħha għall-proprjetà skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 1, is-sentenza 2 tal-GG, u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (“KEDB”), u l-Artikolu 13 tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (“TKE”). Fil-fehma ta’ LEAG, l-użu tal-proprjetà tagħha huwa kompletament annullat, li jikkostitwixxi sfruttament partikolarment sever tad-drittijiet tagħha, u għalhekk id-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-limiti huma soġġetti għal iktar rekwiżiti ta’ proporzjonalità.

    (98)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, LEAG argumentat li l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi tal-linjite, li kienu riflessi wkoll fil-pjanijiet tal-linjite approvati għall-minjieri miftuħa, qegħdin jiġu mxekkla mit-tneħħija gradwali bikrija tal-faħam awtorizzata legalment, wara li l-operaturi kienu ħadu d-deċiżjonijiet ta’ investiment deċiżivi tagħhom għall-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija u l-iżvilupp tal-minjieri miftuħa. Għalhekk, LEAG sostniet li hemm aspettattiva leġittima li jitkomplew l-attivitajiet ta’ estrazzjoni u t-tħaddim tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite.

    (99)

    Barra minn hekk, fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, LEAG iddikjarat li l-perjodu tranżizzjonali mogħti għat-tneħħija gradwali tal-linjite f’din il-kawża ma huwiex biżżejjed. Fil-fehma tagħha, l-għeluq bikri gradwali tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite stipulat fil-liġi tal-għeluq ma huwiex minnu nnifsu xieraq biex jitneħħa t-tħassib kostituzzjonali. Għalhekk, il-Ġermanja għandha tipprovdi kumpens finanzjarju sabiex tistabbilixxi l-proporzjonalità tal-isfruttament fuq il-pożizzjonijiet tal-proprjetà affettwati. LEAG targumenta li l-kumpens finanzjarju jrid iqiegħed lill-operaturi tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite u tal-minjieri miftuħa mill-inqas fl-istess pożizzjoni daqslikieku ngħataw perjodu tranżizzjonali mkejjel skont l-istandards rilevanti. Skont LEAG, l-istandard rilevanti għall-kumpens għal minjiera miftuħa irid iqis il-volum tal-produzzjoni meħtieġ biex jippermetti l-amortizzament tal-investimenti li saru u li għad iridu jsiru fil-minjiera miftuħa (inklużi l-kostijiet tar-rikultivazzjoni) u l-ġenerazzjoni ta’ profitt xieraq, u fl-istess ħin biex il-minjiera miftuħa tinġieb f’pożizzjoni finali xierqa approvata b’deċiżjoni finali tal-Qorti (volum ta’ produzzjoni residwa meħtieġ). Għalhekk, iż-żmien meħtieġ għal dan huwa bbażat fuq ir-rata ta’ estrazzjoni teknikament possibbli u r-rekwiżiti tal-fjuwil tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite. Għal impjant tal-enerġija li jaħdem bil-linjite, irid ikun id-dħul meħtieġ biex jippermetti l-amortizzament tal-kostijiet tal-kostruzzjoni u tal-modifika retroattiva, kif ukoll il-ġenerazzjoni ta’ profitt xieraq. Impjant tal-enerġija li jaħdem bil-linjite jista’ jiġġenera biss introjtu jekk jiġi fornut bi fjuwil minn minjiera miftuħa konnessa. Għalhekk, l-eżawriment tal-perjodu tranżizzjonali meħtieġ jippresupponi li minjiera miftuħa li tiżgura l-provvista xorta tista’ titħaddem ekonomikament għal perjodu korrispondenti, inkluża l-kopertura tal-kostijiet tar-riabilitazzjoni tal-minjieri. Għalhekk, l-ammont tal-kumpens irid jilħaq tal-inqas id-dħul li seta’ ġie ġġenerat fil-perjodu tranżizzjonali.

    (100)

    LEAG sostniet ukoll li l-kostijiet addizzjonali huma danni konsegwenzjali tat-tneħħija gradwali bikrija awtorizzata tal-faħam, peress li l-kostijiet huma direttament ikkawżati mill-esproprjazzjoni (jew l-intervent ekwivalenti għall-esproprjazzjoni). Fil-fehma tagħha, id-danni konsegwenzjali huma danni għall-proprjetà li ma jwasslux għal telf ta’ drittijiet jew ta’ sustanza, iżda jirrappreżentaw piż eċċezzjonali (Sonderopfer), eż. permezz ta’ tnaqqis fil-valur.

    (101)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika u dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, LEAG tenniet il-fehma tagħha li l-miżura ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat.

    (102)

    Il-kumpaniji omm ta’ LEAG, EPH u PPFI, ukoll issottomettew kummenti għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ fejn jaqblu li l-miżura ma tistax tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat peress li sempliċiment tipprovdi kumpens għat-telf ta’ drittijiet, proprjetà u opportunità ta’ negozju. B’mod partikolari, EPH u PPFI jqisu li, fin-nuqqas ta’ kumpens mill-Ġermanja, fi kwalunkwe każ l-operaturi kienu jiġu kkumpensati għall-għeluq taħt it-TKE.

    4.1.3.   Impriżi

    (103)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, GPE qieset li l-kumpens jammonta għal għajnuna mill-Istat u esprimiet dispjaċir li l-kundizzjonijiet ta’ vantaġġ u selettività ġew ivvalutati flimkien bħala kundizzjoni waħda.

    (104)

    Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, it-tmien kumpaniji lokali argumentaw li l-kumpens jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-kumpaniji jargumentaw li l-kumpens imur lil hinn minn sempliċi kumpens għad-danni, u għalhekk jipprovdi lil RWE b’vantaġġ selettiv. Huma ammettew li fil-prinċipju, taħt il-GG huwa possibbli kumpens għad-danni, iżda li dan iseħħ biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali meta jkun hemm piż eċċezzjonali (Sonderopfer). Huma jsostnu li ma hemm l-ebda dritt li wieħed jiġi protett mill-bidliet regolatorji sakemm l-investimenti kollha jkunu ġew amortizzati kompletament (52). Huma jindikaw dokument legali ppubblikat mis-Servizz Xjentifiku (Wissenschaftlicher Dienst) tal-Parlament Ġermaniż fl-2018 li, abbażi tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar l-għeluq nukleari, jikkonkludi li fil-prinċipju, skont il-liġi Ġermaniża, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħalqu installazzjonijiet iktar antiki li diġà ġew amortizzati mingħajr kumpens (53). Skont dawn, minn 16-il unità ta’ RWE, 13 bdew joperaw qabel l-1976, u għalhekk jenħtieġ li kellhom jiġu amortizzati sa issa.

    (105)

    Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, iż-żewġ kumpaniji lokali qablu li l-kumpens jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li jmur lil hinn minn sempliċi kumpens għad-danni, u għalhekk jipprovdi lil RWE b’vantaġġ selettiv. Huma jindikaw li d-dritt tas-sjieda, li huwa minqux fl-Artikolu 14 tal-GG, ma jipproteġix id-dħul futur jew il-prospetti ta’ profitt. Filwaqt li jaqblu li l-limitazzjoni tal-użu tal-proprjetà hija protetta wkoll taħt il-GG u tapplika għall-faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni, dan ma japplikax għall-attivitajiet ta’ estrazzjoni. Huma jispjegaw li l-permessi (Hauptbetriebspläne) normalment jingħataw biss għal bejn sentejn u 3 snin, u għalhekk l-użu tal-proprjetà fil-każ tal-minjieri ma jmurx lil hinn minn dawn il-perjodi ta’ approvazzjoni. Huma jsostnu wkoll li d-diskussjonijiet dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam ilhom għaddejjin u li għalhekk l-impriżi ma setgħux jistennew li tibqa’ s-sitwazzjoni regolatorja ta’ benefiċċju. Huma jispjegaw ukoll li huwa biss piż eċċezzjonali (Sonderopfer) jew każ ta’ tbatija (Härtefall) li jagħti d-dritt għal kumpens lil impriża li tkun limitata fl-użu tal-proprjetà tagħha. Il-perjodi twal ta’ tranżizzjoni, il-possibbiltà ta’ konverżjoni għal fjuwil ta’ ġenerazzjoni ieħor u l-fatt li ħafna installazzjonijiet ġew amortizzati jwasslu għal sitwazzjoni fejn ma hemm l-ebda każ ta’ tbatija bħal dan.

    4.1.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (106)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, ClientEarth qieset li l-kumpens jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tagħha, RWE tingħata vantaġġ selettiv, peress li huwa improbabbli li qorti nazzjonali tagħti kumpens għad-danni li jikkorrispondu għall-ammonti mwiegħda lil RWE mill-awtoritajiet Ġermaniżi. Kumpens għad-danni taħt il-GG Ġermaniża jkun permess biss jekk l-intervent tal-Istat ikun wassal għal piż eċċezzjonali. L-Artikolu 14 tal-GG ma jkoprix (i) modifiki, kanċellazzjoni jew skadenza ta’ permessi skont il-Liġi dwar il-Kontroll tal-Emissjonijiet (Bundesimmissionsschutzgesetz) u lanqas skont il-liġi dwar l-estrazzjoni (Bundesberggesetz(54); (ii) investimenti kompletament amortizzati (55); (iii) opportunitajiet ta’ bejgħ mitlufa u profitti mitlufa jew pjanijiet oħra li huma bbażati fuq l-aspettattiva li sitwazzjoni legali favorevoli tibqa’ l-istess (56). Barra minn hekk, ClientEarth targumenta li l-impatt negattiv ta’ regolamenti ġodda fuq il-valur tal-assi ma jistax jiġi kkumpensat wara li l-investimenti jkunu ġew amortizzati (57), u żżid tgħid li l-operaturi tal-linjite jkollhom jargumentaw li kellhom aspettattiva leġittima li jkomplu joperaw u qegħdin ibatu minn tbatija ekonomika eċċezzjonalment ħarxa u mhux dovuta bħala konsegwenza tat-tneħħija gradwali tal-faħam legali. ClientEarth tindika d-dokument mis-Servizz Xjentifiku tal-Parlament Ġermaniż u studju kkummissjonat mill-Ministeru tal-Ambjent (58), li jipprovdu iktar dettalji dwar il-qafas legali dwar il-kumpens fil-kuntest tat-tneħħija gradwali tal-faħam.

    (107)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, DEBRIV sostniet li l-miżura ma tagħtix vantaġġ lill-kumpaniji tal-linjite kkonċernati. Għall-kuntrarju, il-kumpaniji tal-linjite kienu jkunu jistgħu jitolbu kumpens skont il-liġi kostituzzjonali Ġermaniża, il-KEDB u t-TKE li kieku ma kinux ingħataw kumpens adegwat skont il-liġi tal-għeluq tal-faħam jew il-kuntratt tal-2021. L-ammont ta’ talbiet għal kumpens għal profitti u kostijiet mitlufa, danni, spejjeż addizzjonali u żvantaġġi ekonomiċi kkawżati mit-tneħħija gradwali tal-linjite huwa mill-inqas daqs il-kumpens mogħti, jew saħansitra ogħla b’mod sinifikanti minnu.

    4.1.5.   L-istati Ġermaniżi

    (108)

    Tliet Stati Ġermaniżi (Brandenburg, is-Sassonja u Nordrhein-Westfalen) ippreżentaw kummenti wara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. Il-kummenti relatati biss mal-miżura ta’ LEAG ma humiex se jiġu ppreżentati fid-dettall f’din id-deċiżjoni peress li l-miżura ta’ LEAG hija barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni (ara l-premessi (13) u (14)).

    (109)

    Nordrhein-Westfalen sostna li d-data kurrenti ta’ tneħħija gradwali għal-linjite ta’ RWE hija ħafna iktar kmieni minn dik prevista għall-kumpanija abbażi tal-liċenzji operatorji finali għall-impjanti tal-enerġija tagħha. Din il-projbizzjoni operatorja statutorja sa mhux iktar tard mill-2038 (jew mill-2035 jekk tiġi eżerċitata l-għażla ta’ frontloading tad-dekummissjonar) tikkostitwixxi interferenza mal-ġestjoni proprja ta’ RWE. Skont Nordrhein-Westfalen, RWE ċertament tkun tista’ tikkontesta fil-proċedimenti tal-qorti kostituzzjonali dawn l-interferenzi fl-attivitajiet kummerċjali tagħha u l-iżvalutazzjoni tal-assi kummerċjali tagħha b’referenza għall-protezzjoni tal-proprjetà garantita mill-GG.

    4.2.   Bażi legali għall-kompatibbiltà

    4.2.1.   RWE

    (110)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, RWE tqis li s-CEEAG ma humiex applikabbli għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, RWE tirreferi għall-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, fejn RWE sostniet li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat (ara l-premessa (92) et seq.). Minħabba li s-CEEAG jiddeskrivu l-kriterji użati mill-Kummissjoni biex teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri li huma kkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat, id-dħul fis-seħħ tas-CEEAG ma huwiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-kumpens.

    (111)

    It-tieni, RWE targumenta li s-CEEAG ma humiex applikabbli minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni temporali tal-linji gwida. Skont il-punt 466 tas-CEEAG, il-Kummissjoni beħsiebha tapplika l-linji gwida għall-għajnuna notifikabbli kollha mogħtija jew li għandha tingħata mis-27 ta’ Jannar 2022, iżda ma hemm l-ebda dispożizzjoni espliċita dwar jekk u meta s-CEEAG jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-għajnuna diġà notifikata qabel dik id-data. RWE tinnota li l-miżura ġiet notifikata qabel is-27 ta’ Jannar 2022, u b’hekk is-CEEAG ma japplikawx. RWE tqis li l-miżura diġà ġiet implimentata fl-2020 meta bdiet it-triq tal-għeluq għal RWE, bid-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-għeluq. L-ewwel dati ta’ pagament annwali kienu dovuti f’Diċembru 2020 u f’Diċembru 2021, iżda dawn il-pagamenti ġew sospiżi f’konformità mal-obbligu ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Għalhekk, RWE tqis li l-allegata għajnuna ngħatat qabel is-27 ta’ Jannar 2022 u li l-obbligu ta’ sospensjoni ġiet irrispettata.

    (112)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE sostniet li anke jekk il-miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, xorta waħda tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, irrispettivament minn jekk is-CEEAG japplikawx jew le. RWE sostniet li s-CEEAG ma japplikawx għall-miżura u indikat li s-CEEAG ġew adottati biss wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    4.2.2.   LEAG

    (113)

    Fil-kummenti tagħha b’segwitu għall-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG ikkonferixxiet li filwaqt li s-CEEAG għandhom applikabbiltà retroattiva għall-każ, l-applikazzjoni tagħhom ma hijiex ġustifikata. Valutazzjoni skont is-CEEAG tinvolvi żvantaġġi serji u tqajjem dubji dwar il-konklużjoni rapida tal-proċedura.

    (114)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, LEAG tenniet li s-CEEAG ma humiex applikabbli, peress li skont il-punt 466 tas-CEEAG, dawn japplikaw biss għall-għajnuna mogħtija mis-27 ta’ Jannar 2022. Anke jekk il-miżura titqies bħala għajnuna, fi kwalunkwe każ ingħatat qabel is-27 ta’ Jannar 2022, peress li l-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 daħlu fis-seħħ qabel l-adozzjoni tas-CEEAG. LEAG sostniet ukoll li anke jekk il-miżura kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat u jekk tiġi vvalutata skont is-CEEAG, din tkun kompatibbli mat-taqsima 4.12 tas-CEEAG.

    (115)

    LEAG tirreferi wkoll għall-ġurisprudenza li tiddistingwi l-mument tal-għoti u l-mument tal-pagament tal-għajnuna (59). LEAG issostni li fin-nuqqas ta’ pagament attwali tal-kumpens, li f’din il-kawża huwa wkoll soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tal-liġi tal-għeluq, ma hemm lanqas l-ebda ksur tal-projbizzjoni tal-implimentazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Proċedurali dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-formulazzjoni tal-projbizzjoni ta’ implimentazzjoni titkellem għal distinzjoni bħal din bejn il-ħolqien tat-talba għal kumpens u l-pagament attwali, peress li, skont l-Artikolu 3 ta’ dak ir-regolament, l-għajnuna ma tridx tiddaħħal fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li tawtorizza l-għajnuna, jew titqies li tkun ħaditha.

    (116)

    Fil-kummenti tagħhom dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, l-azzjonisti ta’ LEAG (EPH u PPFI) esprimew il-fehma li s-CEEAG ma japplikawx minħabba li l-kumpens ma jikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat. Anke jekk kienet għajnuna mill-Istat, din ingħatat qabel ma daħlu fis-seħħ is-CEEAG, peress li l-avvenimenti rilevanti huma d-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-għeluq (Awwissu 2020) jew l-iffirmar tal-kuntratt tal-2021 (Frar 2021). Anke jekk is-CEEAG kienu applikabbli, il-miżura fi kwalunkwe każ tkun kompatibbli mas-suq intern, peress li l-kundizzjonijiet kollha tat-taqsima 3 u tat-taqsima 4.12 tas-CEEAG huma ssodisfati.

    (117)

    Fil-kummenti tiegħu dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, il-kunsill tax-xogħlijiet tal-grupp ta’ LEAG (Konzernbetriebsrat) sostna li s-CEEAG ma japplikawx għal dan il-każ.

    4.2.3.   Impriżi

    (118)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-GPE argumentat li l-użu tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE bħala bażi legali għall-valutazzjoni huwa kontestabbli, peress li dik id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi. Madankollu, f’dan il-każ ma hemm l-ebda żvilupp ta’ attività/żona ekonomika, iżda pjuttost stralċ ta’ attività ekonomika. Biex tkompli turi l-allegata inadegwatezza tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, il-GPE għamlet referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam mhux kompetittivi (60), fejn il-bażi legali użata kienet l-Artikolu 107(3)(e) tat-TFUE. Il-GPE sostniet ukoll li s-sempliċi fatt li l-Linji Gwida preċedenti dwar l-Enerġija u l-Għajnuna Ambjentali (61) ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni dwar l-għajnuna għall-għeluq ma jfissirx li l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE huwa neċessarjament u awtomatikament il-bażi legali korretta għal miżura bħal din.

    (119)

    Fil-kummenti tagħha b’segwitu għall-Konsultazzjoni Pubblika, il-GPE indikat il-punt 466 tas-CEEAG u ddikjarat li l-għajnuna fil-forma ta’ kumpens ingħatat lil RWE u lil LEAG fiż-żmien meta ġiet adottata l-liġi tal-għeluq fl-2020, u mhux iktar tard minn meta ġie ffirmat il-kuntratt tal-2021 bejn il-Ġermanja u RWE (Frar 2021), u li b’hekk is-CEEAG ma humiex applikabbli. Għal dan il-għan, il-GPE tikkwota l-ġurisprudenza ta’ Magdeburg (62), li stabbiliet li għajnuna tingħata meta jingħata d-dritt legali li l-għajnuna tinkiseb. Għalhekk, il-GPE kkunsidrat peress li s-CEEAG ġew adottati wara li allegatament ingħatat l-għajnuna, jenħtieġ li l-valutazzjoni titwettaq direttament skont it-Trattat.

    (120)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-GPE tenniet il-fehmiet miġbura fil-qosor fil-premessa (120), u żiedet li l-fatt li saru xi bidliet fil-kuntratt ta’ emenda ma għandux l-effett li jibdel l-elementi ewlenin tal-miżura, li jenħtieġ li jiġi vvalutat direttament skont it-Trattat.

    (121)

    Fil-kummenti tagħhom b’segwitu għall-Konsultazzjoni Pubblika, it-tmien kumpaniji lokali sostnew li s-CEEAG jikkonfermaw l-illegalità tal-għajnuna u jagħtu lok għall-kritika sottomessa minn dawn il-kumpaniji wara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (122)

    Fil-kummenti tagħhom dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, iż-żewġ kumpaniji lokali sostnew li s-CEEAG huma applikabbli. Huma jirreferu għall-punt 466 tas-CEEAG u l-klawżola ta’ waqfien fil-kuntratt tal-2021, u jinnotaw li peress li l-pagament tal-kumpens għadu ma ngħatax f’din il-kawża, peress li huwa legalment dipendenti fuq l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CEEAG fis-sens tal-punt 466 tas-CEEAG huwa applikabbli.

    4.2.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (123)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, DEBRIV sostniet li anke jekk il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (quod non, ara l-premessa (108)), is-CEEAG ma humiex applikabbli, minħabba li japplikaw biss għal għajnuna mogħtija mis-27 ta’ Jannar 2022. F’din il-kawża, kieku kellu jiġi preżunt li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna, fi kwalunkwe każ ingħatat qabel is-27 ta’ Jannar 2022, peress li l-liġi tal-għeluq kienet diġà daħlet fis-seħħ fl-14 ta’ Awwissu 2020 u l-kuntratt tal-2021 ġie ffirmat fl-10 ta’ Frar 2021. Skont il-ġurisprudenza (63), l-uniku punt rilevanti fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna huwa l-mument li fih il-benefiċjarju tal-għajnuna jikseb dritt legali għall-għajnuna skont il-liġi nazzjonali applikabbli, sabiex l-għajnuna tkun diġà ngħatat fiż-żmien meta nħoloq dak id-dritt. Barra minn hekk, anke jekk il-Kummissjoni sabet li s-CEEAG huma applikabbli, il-miżura tkun fi kwalunkwe każ kompatibbli mas-suq intern, u jenħtieġ li tiġi vvalutata skont it-taqsima 4.12.1, peress li l-miżura tikkonċerna l-għeluq ta’ attivitajiet tal-faħam profittabbli, u la RWE u lanqas LEAG ma huma impriżi f’diffikultà fis-sens tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (64). Il-punt 425 tas-CEEAG ikopri bis-sħiħ kemm il-profitti mitlufa kif ukoll id-danni addizzjonali u l-iżvantaġġi ekonomiċi, u għalhekk l-elementi tal-kumpens f’din il-kawża huma adatti skont il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CEEAG.

    (124)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, ClientEarth sostniet li l-għajnuna li kienet prevista skont il-liġi tal-għeluq kienet diġà ngħatat bl-iffirmar tal-kuntratt tal-2021. Filwaqt li l-kuntratt fih klawżola li tagħmel referenza għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-validità legali ta’ dan il-kuntratt ma hijiex teknikament soġġetta għall-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, u għalhekk tagħti lil RWE d-dritt li tikseb il-kumpens, f’konformità mal-ġurisprudenza (65). Il-kuntratt ta’ emenda ma jbiddilx dan id-dritt. Peress li s-CEEAG ma humiex applikabbli għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (124) ta’ hawn fuq, l-unika bażi legali possibbli għall-kompatibbiltà hija l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Madankollu, dik id-dispożizzjoni tippermetti biss miżuri ta’ għajnuna li huma mmirati lejn l-iżvilupp ta’ attività ekonomika, u l-miżura ma tissodisfax dan il-kriterju peress li hija mmirata lejn l-għeluq tal-attivitajiet. Jekk ikun hemm, l-unika attività ekonomika li hija appoġġata bil-miżura hija l-bidla mill-produzzjoni tal-elettriku mill-faħam għal sorsi rinnovabbli, iżda għal miżuri bħal dawn hemm regoli speċifiċi oħra biex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-appoġġ pubbliku, li ma humiex issodisfati f’dan il-każ. ClientEarth indikat ukoll li possibbiltà oħra tkun li jintuża l-Artikolu 107(3)(e) tat-TFUE, li jipprevedi l-possibbiltà li l-Kunsill jadotta regoli dwar il-kompatibbiltà ta’ kategoriji oħra ta’ għajnuna kif jista’ jiġi speċifikat b’deċiżjoni tal-Kunsill dwar proposta mill-Kummissjoni.

    (125)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth tenniet li s-CEEAG ma jkunux applikabbli. Fil-fehma tagħha, ir-referenza għas-sentenza Freistaat Sachsen (66) biex tiġġustifika l-applikabbiltà tas-CEEAG timplika qari ħażin ta’ dik is-sentenza. Skont il-punt 44 ta’ dik is-sentenza, ir-regoli sostantivi tad-dritt tal-Unjoni jridu jiġu interpretati li japplikaw għal sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom biss safejn mill-kliem, mill-għanijiet jew mill-istruttura tagħhom jirriżulta b’mod ċar li dawn għandhom jingħataw dan l-effett. F’din il-kawża, l-awtoritajiet Ġermaniżi ddeċidew li jagħtu kumpens lil RWE għall-għeluq tal-impjanti tal-enerġija tal-linjite f’għarfien sħiħ tan-nuqqas ta’ linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ din it-tip ta’ għajnuna. Għalhekk, fiż-żmien li ngħata l-kumpens lil RWE, il-Ġermanja kienet taf li l-valutazzjoni ta’ dan l-intervent titwettaq direttament skont it-Trattat. Barra minn hekk, b’referenza għall-punt 46 ta’ dik is-sentenza, ClientEarth targumenta li trid issir distinzjoni bejn il-kunċetti ta’ “dħul fis-seħħ” u “għoti ta’ għajnuna”. Fil-punt 49 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti qieset li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Proċedurali dwar l-għajnuna mill-Istat, li kien jipprovdi li l-Kummissjoni jeħtiġilha teżamina notifika malli tasal, kien jimponi biss obbligu ta’ diliġenza partikolari fuq il-Kummissjoni, u għalhekk ma hijiex regola ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna notifikata.

    (126)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, Greenpeace sostniet li s-CEEAG ma japplikawx għall-miżura minħabba l-punt 466 tas-CEEAG, peress li l-liġi tal-għeluq diġà kienet daħlet fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2020, u għalhekk il-valutazzjoni trid titwettaq direttament skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE. Fil-fehma tagħha, l-għajnuna tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taqsima 4.12.1 tas-CEEAG iżda ma hijiex meħtieġa, xierqa u proporzjonata. It-Taqsima 4.12.2 tas-CEEAG ma tapplikax, peress li l-proċess kollu tal-Kummissjoni tal-Faħam u l-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-liġi tal-għeluq jitkellmu kontra din l-applikabbiltà.

    4.3.   Kompatibbiltà tal-għajnuna

    4.3.1.   L-iżvilupp ta’ attività ekonomika

    4.3.1.1.   RWE

    (127)

    RWE sostniet li l-miżura tagħti kontribut importanti għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

    (128)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE rreferiet għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam iebes fil-Ġermanja (67), u indikat li l-istess argument japplika għat-tneħħija gradwali tal-linjite, u saħansitra japplika iktar peress li l-kontribut ambjentali tal-aċċellerazzjoni tat-tneħħija gradwali tal-linjite huwa saħansitra akbar. Minn naħa waħda, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite huma ogħla minn dawk tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-faħam iebes. Min-naħa l-oħra, il-kostijiet tal-produzzjoni tal-elettriku tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite huma iktar baxxi, sabiex l-espansjoni addizzjonali tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli mingħajr miżuri addizzjonali tal-gvern tkun l-aħħar waħda li tneħħi mis-suq l-impjanti tal-enerġija bbażati fuq il-linjite. Barra minn hekk, l-impenn tal-Ġermanja li tikkanċella l-kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2 iffrankati (ara l-premessa (19)), jeskludi l-possibbiltà li l-emissjonijiet jiġu ttrasferiti lejn setturi oħra jew Stati Membri oħra, li jkompli jsaħħaħ l-effettività tat-tneħħija gradwali Ġermaniża tal-faħam.

    (129)

    Barra minn hekk, RWE sostniet li l-miżura tipprovdi prevedibbiltà u ċertezza legali, u b’hekk tippromwovi l-iżvilupp mhux biss tal-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite iżda tas-settur tal-enerġija b’mod ġenerali, peress li l-parteċipanti kollha tas-suq jeħtieġu affidabbiltà dwar il-perkors tad-dekummissjonar tal-linjite għad-deċiżjonijiet futuri tagħhom dwar l-investiment. Dan japplika għall-kumpaniji li jiġġeneraw l-elettriku mil-linjite, li għandhom ibiddlu l-ippjanar tal-minjieri miftuħa tagħhom fit-tul, iżda wkoll għal dawk l-atturi tas-suq li jridu jużaw id-diskrepanza fil-kapaċità li tirriżulta bħala opportunità biex jagħmlu investimenti ġodda peress li huma wkoll, iġorru riskji ta’ investiment mhux meħtieġa, u possibbilment iżommu lura minn investimenti jekk l-infurzabbiltà ta’ perkors ta’ għeluq stabbilit legalment waħdu tibqa’ dubjuża għal snin minħabba tilwim legali. Din l-inċertezza tkun tinvolvi wkoll riskji għal stadji oħra tal-katina tal-valur fis-settur tal-enerġija, bħal pereżempju, ippjanar affidabbli tal-grilja jiġi mfixkel ukoll jekk il-perkors tad-dekummissjonar jibqa’ inċert.

    (130)

    Barra minn hekk, RWE indikat li l-Ġermanja qieset is-sigurtà tal-provvista meta kienet qiegħda tfassal il-modalitajiet tal-perkors tad-dekummissjonar, peress li kkoordinat mal-kumpaniji operatorji fir-rigward tas-sistema ta’ provvista ġenerali u kuntrattwalment garantita, u b’hekk ipprovdiet inċentivi affidabbli ta’ investiment għaż-żieda tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni. Għalhekk, il-miżura sservi biex taċċellera t-tranżizzjoni tal-enerġija filwaqt li tiżgura s-sigurtà tal-provvista.

    (131)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, RWE rreferiet għas-sottomissjoni tagħha wara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, li hija miġbura fil-qosor fil-premessa (129) sa (131) ta’ hawn fuq, u sostniet li l-miżura ta’ RWE tikkonforma mal-punt 426 tas-CEEAG. Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE tenniet li l-miżura emendata ta’ RWE tagħti kontribut sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni aċċellerata u għat-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija, u għalhekk tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika, f’konformità mal-punt 426 tas-CEEAG.

    4.3.1.2.   LEAG

    (132)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG sostniet li t-tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kapaċità addizzjonali ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq teknoloġiji oħra, speċjalment l-enerġiji rinnovabbli. Barra minn hekk, fil-fehma ta’ LEAG, il-miżura se jkollha impatt pożittiv fuq l-ambjent u tipprovdi prevedibbiltà fir-rigward tal-għeluq bikri tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite.

    4.3.1.3.   Impriżi

    (133)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, GPE sostniet li l-għajnuna ma tistax titqies bħala appoġġ għal attività ekonomika, peress li ma hemm l-ebda żvilupp ta’ attività/żona ekonomika, iżda pjuttost, stralċ ta’ attività ekonomika. Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, GPE kkummentat li ma huwiex ċar liema attività ekonomika qiegħda tiġi ffaċilitata mill-kumpens. Jekk il-kumpens jindirizza l-kostijiet tal-għeluq qabel previst ta’ impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam, huwa kontestabbli sa liema punt l-għeluq ta’ attività jista’ jitqies bħala faċilitazzjoni ta’ attività ekonomika. Barra minn hekk, GPE nnotat li jekk il-kumpens ma jkunx marbut de facto mal-kostijiet tal-impjant tal-enerġija li tkun se tagħlaq u jintuża għall-investiment fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-kompatibbiltà tal-appoġġ mill-Istat jenħtieġ li tiġi vvalutata abbażi tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli. Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, GPE tenniet il-fehma tagħha li l-għajnuna ma tistax titqies bħala appoġġ għal attività ekonomika.

    4.3.1.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (134)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Konsultazzjoni Pubblika u d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth esprimiet dubji li l-għajnuna għall-għeluq bikri tal-attivitajiet ekonomiċi tissodisfa l-kundizzjoni skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE li l-għajnuna trid timmira li tiżviluppa attività ekonomika, peress li l-iskop dirett tal-għajnuna għall-għeluq huwa li tagħlaq attività anke jekk dan l-għeluq jista’ indirettament iwassal għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda.

    (135)

    L-EEB ppreżenta l-kummenti tiegħu b’segwitu għall-Konsultazzjoni Pubblika li l-gvern Ġermaniż naqas milli jidentifika l-attivitajiet ekonomiċi li se jiġu ffaċilitati bħala riżultat tal-għajnuna.

    4.3.2.   Effett ta’ inċentiv

    4.3.2.1.   RWE

    (136)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE sostniet li l-miżura għandha effett ta’ inċentiv. Fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat jew ta’ ftehim kuntrattwali mal-Gvern Ġermaniż, RWE kienet tkompli tiġġenera l-elettriku mil-linjite ħafna iktar milli issa huwa permess, sabiex jinkisbu iktar marġni ta’ kontribuzzjoni, u sabiex ikun jista’ jinżamm il-pjan oriġinali ta’ estrazzjoni miftuħa. Mingħajr il-kumpens stabbilit fil-liġi tal-għeluq u miftiehem fil-kuntratt tal-2021, RWE ma kinitx taqbel mat-terminazzjoni bikrija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mil-linjite. RWE kienet tikkontesta għeluq regolatorju korrispondenti fil-qorti.

    (137)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, RWE tenniet dawn l-argumenti u ddikjarat li l-miżura tikkonforma mal-punt 427 tas-CEEAG. Fil-fehma ta’ RWE, il-kumpens huwa ferm inqas mid-dannu totali kkawżat lilha mill-għeluq bikri minħabba l-profitti mitlufa u l-kostijiet addizzjonali meta mqabbla max-xenarju kontrofattwali. Meta wieħed iqabbel ma’ xenarju kontrofattwali mingħajr it-tneħħija gradwali tal-linjite, lil RWE ma jittaffielha l-ebdapiż fuq xi attività li RWE kien ikollha twettaq xorta waħda, u lanqas ma hija kkumpensata għar-riskju normali tan-negozju ta’ RWE. Għall-kuntrarju, huwa previst biss kumpens parzjali għad-dannu kkawżat minn intervent mill-Istat.

    (138)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE tenniet li ma kienet tagħlaq l-ebda impjant tal-enerġija li jaħdem bil-linjite qabel iż-żmien mill-2020, u ma kienet se tagħlaq l-ebda impjant ieħor qabel iż-żmien li kieku ma kien hemm l-ebda ftehim kuntrattwali u arranġament legali għat-terminazzjoni bikrija sħiħa tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite għal kumpens. Fil-fehma ta’ RWE, l-evoluzzjoni tas-suq turi li l-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite hija profittabbli għal RWE. B’kostijiet varjabbli baxxi, il-prezzijiet għoljin tal-gass fit-tul u t-tneħħija gradwali tal-enerġija nukleari tal-Ġermanja, il-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite hija l-iktar teknoloġija kompetittiva. Dan japplika b’mod partikolari għall-operat kontinwat ta’ installazzjonijiet eżistenti, peress li, fid-dawl tal-kostijiet ta’ investiment li diġà saru għall-minjieri miftuħa u għall-impjanti tal-enerġija, dawn il-kostijiet huma irrilevanti għad-deċiżjoni operazzjonali.

    4.3.2.2.   LEAG

    (139)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG sostniet li l-miżura tipprovdi effett ta’ inċentiv peress li twassal biex tibdel l-imġiba ekonomika tagħha sabiex tagħlaq l-impjanti iktar kmieni milli previst inizjalment, b’mod iktar ordnat u prevedibbli.

    4.3.2.3.   Impriżi

    (140)

    Fil-kummenti tagħha għall-Konsultazzjoni dwar il-Pubblikazzjoni, GPE qieset li l-għeluq ta’ ċerti impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam kien previst qabel l-introduzzjoni tal-miżura, u b’hekk il-kwistjoni tal-effett ta’ inċentiv saret partikolarment importanti. Fil-kummenti tagħha wara d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, GPE tqis li d-diżinċentivi finanzjarji għall-operat tal-impjanti tal-linjite (jiġifieri ż-żieda fil-prezzijiet tal-ETS biss) kienu jwasslu biex RWE tagħlaq l-impjanti qabel previst, possibbilment qabel l-2030. Bħala tali, GPE qieset li l-kumpens ma jipprovdix effett ta’ inċentiv.

    (141)

    Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u għall-Konsultazzjoni Pubblika, iż-żewġ kumpaniji lokali qiesu li l-miżura ma tipprovdix inċentiv biex RWE tibdel l-imġiba tagħha b’mod li tittejjeb il-protezzjoni tal-ambjent. Għall-kuntrarju, il-kumpaniji jissuġġerixxu li l-pagament se jkollu l-effett intenzjonat oppost, fis-sens li l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite se jkomplu joperaw bħala riżultat tal-pagament ta’ kumpens. Il-kumpaniji jissuġġerixxu li mingħajr il-pagamenti ta’ kumpens, l-impjanti kienu jkunu ilhom li tneħħew mill-grilja (68).

    4.3.2.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (142)

    Fis-sottomissjoni tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, DEBRIV sostniet li l-miżura għandha effett ta’ inċentiv f’konformità mal-punt 427 tas-CEEAG. Il-ħajja tal-assi, li ntużat ukoll għall-mudell tal-kalkolu tal-profitti mitlufa, tmur ferm lil hinn mid-data tal-għeluq tal-2038, li hija l-iktar data tard għall-għeluq fil-liġi tal-għeluq u fil-kuntratt tal-2021. Għalhekk, il-miżura għandha effett ta’ inċentiv fis-sens tas-CEEAG peress li twassal biex l-impriżi kkonċernati jagħlqu l-impjanti tagħhom qabel kif previst u tbiddel l-imġiba, li kieku ma kinux ibiddlu mingħajr il-miżura.

    (143)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ Greenpeace sostniet li l-miżura ma għandhiex effett ta’ inċentiv peress li ma twassalx għal bidla fl-imġiba.

    (144)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth sostniet li l-miżura ma għandhiex effett ta’ inċentiv, u indikat il-premessa (70) tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, li skontha l-profitti mitlufa ta’ RWE fil-passat u fil-futur qarib diġà jaqbżu, u għalhekk jiġġustifikaw, il-kumpens li jingħata lil RWE. Fil-fehma tagħha, jekk dan ikun il-każ, il-kunsiderazzjoni loġika hija li RWE hija kkumpensata għal telf diġà mġarrab fil-forma ta’ profitti mitlufa, u li għalhekk il-kumpens ma għandux l-effett li javvanza l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija iżda biss l-objettiv li jtaffi l-kostijiet tal-għeluq ta’ ċerti impjanti għal RWE.

    (145)

    Fil-kummenti tagħha b’segwitu għall-Konsultazzjoni Pubblika, EEB ikkontesta l-fatt li l-benefiċjarji ma kinux ibiddlu l-imġiba tagħhom mingħajr il-kumpens, peress li ż-żewġ kumpaniji diġà jinsabu fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn teknoloġiji iktar nodfa għall-produzzjoni tal-enerġija, u dan jidher fil-komunikazzjonijiet pubbliċi tagħhom. Minħabba xenarji differenti tas-suq, jista’ jiġi preżunt li, fi kwalunkwe każ, l-installazzjonijiet u l-minjieri tal-linjite kienu jagħlqu f’xi punt. Għalhekk, il-pjanijiet ta’ negozju tal-benefiċjarji kellhom jipprevedu mhux biss il-kostijiet u l-profitti relatati mal-ftuħ u l-isfruttament ta’ minjiera, iżda wkoll l-għeluq u r-riabilitazzjoni tagħha.

    4.3.3.   Ksur tad-dritt tal-Unjoni

    4.3.3.1.   RWE

    (146)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE sostniet li l-kostijiet li jseħħu wkoll fix-xenarju kontrofattwali ma ġewx inklużi fil-kalkolu tad-dannu totali. Għalhekk, l-argument li tqajjem minn partijiet terzi li kumpens għall-kostijiet tal-estrazzjoni jista’ jmur kontra l-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas (id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-premessa (83)) huwa bla bażi, peress li dawk il-kostijiet addizzjonali tal-estrazzjoni li ma kinux jiġġarrbu fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat biss għandhom jiġu kkumpensati.

    4.3.3.2.   Impriżi

    (147)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, GPE sostniet li l-kumpens jikser il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas skont l-Artikolu 191 tat-TFUE. Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, GPE elaborat li l-kostijiet u d-dħul ikkunsidrati biex jiġi ddeterminat il-kumpens ma jistgħux jiġu identifikati abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-Ġermanja jew tal-informazzjoni pprovduta fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Ma jistax jiġi eskluż li dawk il-kostijiet li RWE se jkollha tiffinanzja u huma dovuti għall-konformità mal-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas huma koperti mill-kumpens. Dan imur kontra l-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas u jipperikola l-possibbiltà li din il-miżura ta’ appoġġ titqies kompatibbli mar-regoli tat-TFUE. GPE qieset ukoll li l-kumpens jaħdem kontra miżuri tal-UE għall-protezzjoni tal-klima billi jagħmel it-tassonomija inqas effettiva.

    4.3.3.3.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (148)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, Greenpeace sostniet li l-miżura tikser il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas jekk il-kumpens ikopri wkoll il-kostijiet tal-estrazzjoni.

    (149)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, ClientEarth sostniet li l-kostijiet tar-riabilitazzjoni tal-minjieri jridu jitħallsu mill-operaturi tal-minjieri f’konformità mal-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas. Il-konformità tal-kumpens tal-għeluq mal-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas hija kwistjoni fiha nnifisha li trid tiġi ttrattata separatament mill-parti tal-kumpens maħsuba biex tikkumpensa lill-operaturi għall-profitti mitlufa tagħhom u għal telf ieħor. Kwalunkwe pagament mill-Istat ta’ kostijiet marbuta mal-ġestjoni tat-tniġġis itaffi lill-benefiċjarju mill-kostijiet li normalment jenħtieġ li jħallas (69). ClientEarth sostniet ukoll li l-operaturi tal-minjieri huma identifikati u legalment responsabbli għall-kostijiet ta’ riabilitazzjoni tal-minjieri miftuħa, matul l-operazzjonijiet tagħhom u wara l-għeluq tagħhom.

    (150)

    Fil-kummenti tiegħu għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, l-EEB qies li l-kumpens jikser il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE u l-liġi ambjentali derivata minnu. Il-kumpens ma jikkostitwix iż-żieda fil-prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju, li se jiżdied dejjem iktar minħabba l-miri l-ġodda tal-UE għall-2030 (skont il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”) u l-impenji internazzjonali tal-UE skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Sal-2039, il-kostijiet tal-kwoti tal-karbonju se jkunu fil-medda ta’ EUR 19,5-il biljun għal RWE u EUR 39 biljun għal LEAG, u għalhekk kwalunkwe profitt ikun impossibbli. Għalhekk, il-kumpens ma għandu l-ebda bażi soda u jikkontradixxi l-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas. L-EEB qies ukoll li l-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas inkiser peress li jinvolvi kumpens lil min iniġġes mingħajr ċarezza dwar il-kalkoli, filwaqt li l-esternalitajiet negattivi tal-attivitajiet tagħhom ma humiex ikkunsidrati. Hemm nuqqas li jiġu internalizzati l-kostijiet tad-danni mit-tniġġis tal-arja, li huwa regolat mid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“IED”) (70). Il-konformità mal-Aqwa Tekniki Disponibbli tal-UE (“BAT”) għal Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (“LCPs”) bħalissa qed taqbeż il-merkurju għal-livelli ta’ tniġġis tal-arja preskritti mill-BAT, u jekk l-akbar impjanti tal-linjite kienu meħtieġa japplikaw il-livelli ta’ prestazzjoni iktar stretti miksuba bl-użu tal-BAT, il-piż tal-ħsara għas-saħħa tal-operazzjoni kontinwa tal-linjite seta’ tnaqqas b’biljuni fis-sena f’termini ta’ kostijiet relatati mas-saħħa u kostijiet oħra relatati mat-tniġġis tal-arja. Barra minn hekk, l-EEB allega li l-awtoritajiet Ġermaniżi naqsu milli jikkonformaw mar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2018/1135 dwar ir-rapportar tal-IED; data għas-snin ta’ rapportar 2017 u 2018. Fl-aħħar nett, kien hemm nuqqas ta’ internalizzazzjoni tat-tariffi tal-ilma u tal-kostijiet tad-danni, u l-kontribwenti qegħdin iġorru l-piż tan-negozju tal-linjite ta’ RWE u ta’ LEAG permezz tal-kostijiet tas-saħħa. Il-kostijiet tal-ilma ma humiex stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (71) mill-istati Ġermaniżi inkwistjoni, u ma jinternalizzaw il-kost ambjentali fl-ebda wieħed mill-istati Ġermaniżi.

    (151)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, l-Alleanza għas-Saħħa u l-Ambjent (“HEAL”) iddikjarat li l-gvern Ġermaniż ma ħax il-passi kollha biex jiżgura li l-operaturi tal-linjite jnaqqsu kemm jista’ jkun it-tniġġis sat-tneħħija gradwali. Hija indikat li dan huwa msaħħaħ mid-deċiżjoni tal-Punt C ta’ Hinkley (72), u li jridu jitqiesu l-objettivi tan-newtralità klimatika, tat-tniġġis u tat-tranżizzjoni ġusta tal-Patt Ekoloġiku.

    4.3.4.   Neċessità

    4.3.4.1.   RWE

    (152)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE sostniet li l-intervent tal-Istat, permezz tal-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021, huwa meħtieġ sabiex tinkiseb it-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite u biex isir kontribut addizzjonali u sostanzjali mis-settur tal-linjite għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, peress li fin-nuqqas ta’ dan l-intervent, RWE kienet tkompli taħraq il-linjite sa nofs is-seklu billi setgħet tagħmel dan.

    (153)

    Barra minn hekk, RWE rreferiet għat-tneħħija gradwali Ġermaniża tal-faħam iebes u ddikjarat li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dik id-deċiżjoni (73), jiġifieri li ma huwiex probabbli li dan l-ammont ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni li taħdem bil-faħam kien joħroġ mis-suq mingħajr l-intervent tal-Istat, tapplika wkoll għat-tneħħija gradwali tal-linjite. Dan għaliex il-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite hija iktar kompetittiva mill-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-faħam iebes, u għalhekk l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite jkunu l-aħħar li joħorġu mis-suq. L-operaturi għamlu investimenti konsiderevoli (minjieri u impjanti tal-enerġija miftuħa), li jiġġarrbu xorta waħda bħala kostijiet fissi, irrispettivament mill-użu tal-impjanti tal-enerġija. Għall-impjanti eżistenti, il-kombinazzjoni ta’ kostijiet fissi għoljin u kostijiet varjabbli baxxi tiżgura li l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn impjanti eżistenti tibqa’ ekonomika anke meta investimenti ġodda ma jibqgħux vijabbli.

    (154)

    RWE sostniet ukoll li l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite ma joħorġux mis-suq mingħajr l-intervent tal-Istat meta jitqies ukoll l-impatt fuq il-minjieri. Jekk il-kwantitajiet ta’ faħam ikkonvertit f’elettriku jitnaqqsu b’mod sinifikanti, l-ippjanar tal-minjieri jrid jinbidel, u dan l-aġġustament tal-ippjanar tal-minjieri jikkawża kostijiet addizzjonali enormi. Għalhekk, jista’ jkun saħansitra iktar ekonomiku li jiġu aċċettati marġnijiet ta’ kontribuzzjoni insuffiċjenti meta jitqiesu waħedhom milli biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-elettriku.

    (155)

    Fil-fehma ta’ RWE, il-miżura hija meħtieġa wkoll fil-forma tagħha bħala intervent tas-suq ikkumpensat, peress li ħruġ mingħajr kumpens ma jkunx kostituzzjonali. Mingħajr il-kuntratt tal-2021, ma kienx ikun legalment fattibbli li tiġi implimentata t-tneħħija gradwali tal-linjite filwaqt li jitqiesu l-effetti fuq ir-reġjuni tal-faħam, l-impjegati u s-sigurtà tal-provvista u l-impatt tagħha fuq is-suċċess tat-tranżizzjoni tal-enerġija.

    (156)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika u dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE tenniet il-fehma li l-miżura hija meħtieġa u sostniet li tikkonforma mal-punt 428 tas-CEEAG.

    4.3.4.2.   LEAG

    (157)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG sostniet li mingħajr il-miżura, is-suq tal-elettriku ma kienx jikseb iffrankar komparabbli waħdu, u għalhekk il-miżura hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi rilevanti. Minħabba t-tneħħija gradwali tal-enerġija nukleari fil-Ġermanja u l-waqfien dejjem akbar tal-provvisti tal-enerġija Russi, il-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite se tibqa’ kompetittiva, anke jekk ikun hemm żieda qawwija fil-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u għalhekk ma jkun hemm l-ebda inċentiv għall-operaturi tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite biex dawn jingħalqu qabel l-2038. Kif huwa ddikjarat fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (il-premessa (4)), fl-2018, l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite rmew 130,74 miljun tunnellata ta’ CO2. Dan jikkorrispondi għal madwar 40 % tal-emissjonijiet ta’ CO2 tas-settur tal-enerġija f’dik is-sena. Il-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 joħolqu ċertezza u prevedibbiltà legali li dan l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ CO2 se jinkiseb fil-Ġermanja.

    4.3.4.3.   Impriżi

    (158)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u għall-Konsultazzjoni Pubblika, GPE sostniet li l-awtoritajiet Ġermaniżi ddefinew l-impjanti eliġibbli għall-kumpens mingħajr ma qiesu l-età reali tal-impjant, il-livell ta’ amortizzament tiegħu u d-data tal-għeluq mistennija tiegħu. Il-miżura ma hijiex meħtieġa peress li suq li jiffunzjona b’mod normali kien iwassal għall-għeluq ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam fi kwalunkwe każ meta wieħed iqis li: (i) il-proposta għat-tneħħija gradwali tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam ilha fil-qasam pubbliku għal xi żmien u l-impriżi jenħtieġ li kellhom iqisu politika bħal din meta ddefinew il-pjanijiet ta’ negozju/investimenti tagħhom; u (ii) xi wħud mill-unitajiet kienu qegħdin jiqdiemu u l-għeluq tagħhom kien diġà ppjanat. Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, GPE żiedet li anke l-effetti tal-politiki dwar il-klima, il-limitu massimu fuq il-prezzijiet fuq id-dħul applikabbli għall-produtturi kollha tal-elettriku, iż-żieda fil-prezz u l-iskarsezza li ġejja tal-liċenzji tal-ETS, l-iżvilupp rapidu u effiċjenti ta’ sorsi tal-enerġija iktar nodfa kien joħroġ lill-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite ’l barra mis-suq fuq medda qasira ta’ żmien, u b’hekk il-ħtieġa għal intervent mill-Istat tiġi bla bżonn.

    (159)

    Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, it-tmien kumpaniji lokali qiesu li l-mekkaniżmi tas-suq (jiġifieri l-kostijiet dejjem jiżdiedu tal-permessi għall-emissjonijiet tal-karbonju) kienu jwasslu għall-għeluq bikri tal-impjanti tal-linjite (74).

    (160)

    Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u għall-Konsultazzjoni Pubblika, iż-żewġ kumpaniji lokali sostnew li l-miżura ma hijiex meħtieġa, u taw eżempji ta’ kif Stati Membri oħra neħħew il-faħam b’mod gradwali mingħajr kumpens (75).

    4.3.4.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (161)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, DEBRIV sostniet li l-miżura hija meħtieġa, u għalhekk tissodisfa r-rekwiżit taħt is-CEEAG, peress li mingħajr il-miżura, is-suq tal-elettriku ma joħloqx iffrankar komparabbli tal-emissjonijiet waħdu. Minħabba t-tneħħija gradwali tal-enerġija nukleari fil-Ġermanja u l-għajbien tal-provvisti tal-enerġija Russi, il-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite se tibqa’ kompetittiva anke fil-każ ta’ żieda qawwija fil-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u għalhekk ma hemm l-ebda inċentiv biex l-operaturi tal-impjanti tal-enerġija jagħlquhom qabel l-2038. Għalhekk, il-miżura hija mmirata lejn sitwazzjoni fejn tista’ twassal għal titjib sostanzjali li s-suq waħdu ma jistax jagħti.

    (162)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, Greenpeace sostniet li l-miżura ma hijiex meħtieġa, meta jitqies li: (i) kien ikun biżżejjed l-ebda kumpens jew kumpens limitat biss biex il-liġi tal-għeluq tkun konformi mad-drittijiet fundamentali; u (ii) l-għajnuna ma tista’ twassal għal ebda titjib sostanzjali li s-suq ma jistax jagħmel huwa stess. Għalkemm il-liġi tal-għeluq twassal għal tneħħija gradwali prevedibbli u ċara tal-faħam għal skopijiet ta’ enerġija, l-għajnuna fil-fatt ma għandhiex rwol fiha.

    (163)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, ClientEarth sostniet li ma hemmx bżonn tal-miżura. L-impjanti tal-linjite u l-minjieri assoċjati jagħlqu waħedhom u iktar kmieni mill-2038 taħt il-kundizzjonijiet tas-suq (b’mod partikolari minħabba ż-żieda fil-kostijiet ta’ konformità ambjentali u l-prezzijiet tal-ETS), u għalhekk, il-miżura ma tagħmel xejn ħlief li ddewwem it-tneħħija gradwali kompluta tal-linjite fil-Ġermanja. Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth żiedet li l-effetti tal-politiki dwar il-klima u l-bidliet fis-suq tal-elettriku kienu jwasslu biex l-impjanti tal-linjite joħorġu ’l barra mis-suq fi żmien qasir. ClientEarth irreferiet ukoll għad-Deċiżjoni SA.54537 Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fin-Netherlands, fejn l-awtoritajiet Netherlandiżi taw kumpens lill-uniku impjant – Hemweg – li ma bbenefikax minn perjodu ta’ tranżizzjoni bħall-impjanti l-oħra koperti mil-liġi tal-għeluq (76).

    (164)

    Fil-kummenti tiegħu dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, l-EEB innota li storikament, l-impjanti tal-faħam irtiraw wara ħajja medja ta’ 46 sena globalment, u kkalkula li l-kumpens jipprevedi data ta’ għeluq iktar kmieni milli mistenni għal 3 minn 15-il unità ta’ RWE, u għal 7 minn 11-il unità ta’ LEAG. Għalhekk, jenħtieġ li l-unitajiet li jifdal ma jkunu intitolati għall-ebda kumpens peress li, jew kellhom ikunu diġà magħluqa, jew se jkollhom jagħlqu dalwaqt biex jillimitaw it-telf minħabba l-ekonomija tal-faħam dejjem iktar batuta. Barra minn hekk, u kif diskuss fil-premessa (151), l-EEB sostna wkoll li l-kumpens ma jikkostitwix żieda fil-prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju.

    (165)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, CAN qieset li d-dinamika tas-suq tista’ tkun biżżejjed biex tagħlaq l-impjanti tal-faħam. CAN irreferiet għaż-żieda fil-prezzijiet tal-EU ETS u ddikjarat li impatt dirett tal-prezzijiet kurrenti tal-EU ETS kważi jnaqqas bin-nofs il-profittabbiltà tal-impjanti tal-enerġija moderni li jaħdmu bil-linjite fil-Ġermanja wara l-2024 (77), li jwassal biex kważi nofs il-flotta tal-linjite tal-pajjiż titlef il-flus abbażi tal-aspettattivi kurrenti.

    4.3.5.   Adegwatezza

    4.3.5.1.   RWE

    (166)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE sostniet li l-miżura hija xierqa u li l-Kummissjoni tal-Faħam u, warajha, il-gvern Ġermaniż qiesu bir-reqqa d-deċiżjoni favur l-istrument ta’ perkors ta’ ħruġ innegozjat, legalment u kuntrattwalment sigur mill-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite kontra miżuri oħra. Fid-deċiżjoni dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam iebes (78), il-Kummissjoni nnotat il-vantaġġi ta’ tneħħija gradwali tal-faħam garantita b’kuntratt u kkumpensata mqabbla ma’ strumenti oħra, bħal EU ETS, prezz minimu tas-CO2 jew interventi purament regolatorji. Il-vantaġġ ewlieni ta’ soluzzjoni kuntrattwali huwa l-possibbiltà li l-perkors ta’ tneħħija gradwali jiġi ggwidat b’mod immirat, filwaqt li jitqiesu s-sigurtà tal-provvista u l-impjiegi affettwati, u li tiġi żgurata legalment. Kienet meħtieġa soluzzjoni li tispeċifika perkors individwali ta’ dekummissjonar li kien koerenti b’mod ġenerali, li jista’ jiġi implimentat fis-sistemi ta’ ġenerazzjoni kkonċernati minn perspettiva teknika u tal-liġi regolatorja, u li hija assoċjata mal-kostijiet operazzjonali, ekonomiċi u soċjali l-iktar baxxi possibbli.

    (167)

    Fil-kummenti tagħha għall-Konsultazzjoni Pubblika u għad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE tenniet li l-miżura hija xierqa bħala l-approċċ magħżul għad-definizzjoni ta’ perkors olistiku ta’ dekummissjonar mill-bidu sal-aħħar f’konsultazzjoni mal-kumpaniji operatorji, u l-istabbiliment tagħha b’mod legalment sigur, sabiex jiġu pprevenuti diskontinwità tas-sistema u piż żejjed tar-reġjuni tal-faħam affettwati, huwa kompletament konformi mal-punt 429 tas-CEEAG.

    4.3.5.2.   LEAG

    (168)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG sostniet li l-miżura hija xierqa. Matul il-ħidma tal-Kummissjoni tal-Faħam, il-Ġermanja kienet analizzat diversi xenarji u alternattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u għażlet din is-soluzzjoni fid-dawl tal-inċertezza legali li tinħoloq għall-operaturi tal-impjanti bħala riżultat ta’ talbiet potenzjali għal danni.

    4.3.5.3.   Impriżi

    (169)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Konsultazzjoni Pubblika u d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, GPE sostniet li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza b’mod adegwat l-adegwatezza tal-miżura, u sostniet li miżura li tipprovdi kumpens għal profitti mitlufa mingħajr ma tiddistingwi bejn l-installazzjonijiet differenti ma tistax tkun xierqa. GPE rreferiet ukoll għal każ ta’ għajnuna mill-Istat Pollakk dwar l-appoġġ għall-għeluq tal-minjieri tal-faħam, fejn il-Kummissjoni sabet li l-għajnuna għal kostijiet soċjali u ambjentali eċċezzjonali kienet kompatibbli (79), u nnotat li ma huwiex ċar jekk il-kostijiet ikkunsidrati għall-miżura ta’ RWE jikkorrispondux għal kostijiet soċjali u ambjentali eċċezzjonali, bħal fil-każ Pollakk, jew jekk humiex tipi oħra ta’ kostijiet.

    (170)

    Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, it-tmien kumpaniji lokali argumentaw li l-fatt li l-pagamenti huma fissi u ma humiex dinamiċi bl-ebda mod ma huwiex xieraq, u li mudell dinamiku tal-ipprezzar kien ikun iktar xieraq biex tiġi żgurata t-tneħħija gradwali tal-faħam filwaqt li jiġi limitat il-kumpens għal-livell meħtieġ.

    (171)

    Fil-kummenti tagħhom għall-Konsultazzjoni Pubblika, iż-żewġ kumpaniji lokali sostnew li hemm alternattivi iktar xierqa li huma ugwalment effettivi fl-ilħuq tal-objettiv tal-protezzjoni tal-klima, u li l-ewwel jenħtieġ li jiġi eżaminat jekk jistgħux jintużaw politiki u miżuri oħra, bħall-imposti tas-CO2 jew mekkaniżmi tal-prezzijiet bħall-ETS. Il-kumpaniji taw ukoll eżempji ta’ kif Stati Membri oħra neħħew il-faħam gradwalment mingħajr kumpens (80).

    4.3.5.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (172)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, DEBRIV sostniet li l-miżura hija xierqa f’konformità mal-punt 429 tas-CEEAG. DEBRIV indikat li l-Ġermanja kienet eżaminat alternattivi sabiex tikseb it-tnaqqis ippjanat tal-emissjonijiet tas-CO2 (ara l-premessa (25)), u li l-miżura hija l-iktar xierqa biex jintlaħaq l-objettiv mixtieq (jiġifieri tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 legalment sikur u affidabbli).

    (173)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, dwar il-Konsultazzjoni Pubblika u dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth sostniet li l-miżura ma hijiex xierqa. Filwaqt li jista’ jkun hemm każijiet li fihom il-Kummissjoni ssib li n-negozjar ta’ kumpens b’kuntratt sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu evitati proċeduri ġudizzjarji għaljin huwa forma xierqa ta’ għajnuna (81), dan ma huwiex il-każ hawnhekk minħabba li: (i) l-għeluq kien iseħħ fi kwalunkwe każ anke mingħajr kumpens peress li l-biċċa l-kbira tal-unitajiet kienu jagħlqu minħabba l-forzi tas-suq waħedhom; (ii) il-liġi Ġermaniża ma tirrikjedix kumpens bħal dan għad-definizzjoni mill-ġdid tad-drittijiet tal-proprjetà tal-operatur f’din il-kawża, u għalhekk il-legalità tal-obbligu tal-għeluq setgħet tiġi żgurata mingħajr kumpens finanzjarju (ara dwar l-eżistenza ta’ għajnuna, il-premessa (107)); (iii) offerti mfassla tajjeb ikunu forma ta’ għajnuna iktar xierqa mill-kumpensi ta’ somma f’daqqa; (iv) jekk l-offerti ma kinux forma xierqa ta’ għajnuna f’din il-kawża, kumpens ibbażat fuq parametri ta’ aġġustament ikun iktar xieraq (dan huwa relatat ukoll mal-proporzjonalità tal-għajnuna). ClientEarth irreferiet ukoll għall-kawża ta’ għajnuna mill-Istat Pollakk dwar l-appoġġ għall-għeluq tal-minjieri tal-faħam, fejn il-Kummissjoni sabet li l-għajnuna għal kostijiet soċjali u ambjentali eċċezzjonali kienet kompatibbli (82), u nnotat li l-fatt li l-minjieri tal-linjite huma marbuta mill-qrib mal-impjanti tal-enerġija per se ma jiġġustifikax li huma inklużi fil-kalkolu tal-kumpens, u li ma huwiex ċar jekk il-kostijiet ikkunsidrati għall-miżura ta’ RWE jikkorrispondux għal kostijiet soċjali u ambjentali eċċezzjonali, bħal fil-kawża Pollakka, jew jekk humiex tipi oħra ta’ kostijiet.

    (174)

    Fil-kummenti tiegħu għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, l-EEB issottometta żewġ alternattivi li l-gvern Ġermaniż seta’ jagħmel. L-ewwel nett, ma ġiex ikkunsidrat serjament limitu minimu tal-prezz tal-karbonju mill-gvern Ġermaniż bħala approċċ iktar kosteffettiv biex jinkiseb l-istess riżultat, filwaqt li jiġi implimentat il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas u mingħajr ma wieħed jirrikorri għall-għajnuna mill-Istat. It-tieni, il-kumpens jenħtieġ li kellu jkun ikkundizzjonat għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istandards tal-Unjoni, bħall-BAT għal Impjanti Kbar tal-Kombustjoni, u inklużi l-prestazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. F’dan ir-rigward, l-EEB jagħmel paragun mal-approċċ tan-Netherlands fil-kawża Olandiża ta’ kumpens għall-faħam imsemmija hawn fuq (83), fejn il-liġi tal-għeluq tistabbilixxi livelli vinkolanti ta’ effiċjenza elettrika. L-EEB iqis li għall-Ġermanja, kien ikun possibbli li kwalunkwe kumpens għall-konformità mal-livelli tal-effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT jiġi kkundizzjonat minn qabel, u li kien ikun iktar sensibbli li għat-tnaqqis tal-GHG jintuża approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni u li l-ewwel jingħalqu unitajiet iktar intensivi fil-GHG.

    4.3.6.   Proporzjonalità

    4.3.6.1.   RWE

    (175)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE sostniet li l-miżura ma twassalx għal kumpens żejjed u għalhekk hija proporzjonata. L-ewwel nett, il-kumpens ma jaqbiżx id-danni totali peress li t-telf kollu ta’ RWE (RWE kkalkolat li l-ammont totali tad-danni minħabba l-għeluq bikri huwa ta’ EUR 8,7 biljun) jaqbeż l-ammont ta’ kumpens lil RWE. RWE sostniet ukoll li proċedura kompetittiva tal-offerti ma tistax issir fil-każ tal-linjite, peress li din ma kienet toħloq l-ebda effiċjenza kompetittiva fid-dawl tal-ftit parteċipanti fis-suq u l-ftit sistemi ta’ ġenerazzjoni mħaddma fil-Ġermanja u li jikkonsistu minn impjanti tal-enerġija u minn minjieri miftuħa.

    (176)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, RWE sostniet li l-miżura tibqa’ proporzjonata wkoll skont is-CEEAG għar-raġunijiet li ġejjin:

    (a)

    F’konformità mal-punt 430 tas-CEEAG, proċedura tal-offerti ma tkunx xierqa, fid-dawl ta’ żewġ operaturi biss u tal-għadd żgħir ta’ sistemi ta’ ġenerazzjoni u r-riskju ta’ interruzzjonijiet fis-sistema.

    (b)

    F’konformità mal-punt 432 tas-CEEAG, l-ammont għandu l-għan li jikkumpensa għal profitti mitlufa u għal kostijiet addizzjonali mġarrba minn RWE minħabba l-għeluq bikri. Fl-2019, RWE kienet ikkalkolat li d-dannu totali tagħha kkawżat mill-għeluq bikri kien ta’ EUR 8,7 biljun: EUR 5,5 biljun fi profitti mitlufa u EUR 3,2 biljun f’kostijiet addizzjonali.

    (c)

    Mekkaniżmu ta’ aġġornament, skont il-punt 433 tas-CEEAG, ma huwiex meħtieġ u proporzjonat sabiex jiġi pprevenut il-kumpens żejjed, peress li l-kumpens żejjed diġà huwa pprevenut mill-fatt li l-ammont ta’ kumpens huwa ferm inqas mill-iżvantaġġi ekonomiċi li fil-fatt ġarrbet RWE. Lanqas ma huwa xieraq mekkaniżmu ta’ aġġornament għall-mudell magħżul mill-Ġermanja ta’ tneħħija gradwali kompleta tal-linjite, li huwa ppjanat u miftiehem legalment u kuntrattwalment fit-terminu twil, peress li l-mekkaniżmu jneħħi ċ-ċertezza legali mfittxija minn dan il-mudell. Barra minn hekk, mekkaniżmu bħal dan ma jistax jiġi applikat għall-kostijiet addizzjonali, peress li dawn il-kostijiet ma jirriżultawx minn għeluq ta’ impjanti tal-enerġija individwali, iżda kontinwament bħala riżultat tal-ippjanar mill-ġdid tal-minjieri, u għalhekk, iż-żminijiet individwali ta’ dekummissjonar ma humiex punt xieraq fiż-żmien biex ikun hemm l-“iktar suppożizzjonijiet reċenti” fis-sens tal-punt 433 tas-CEEAG. RWE indikat ukoll li l-introduzzjoni ex post ta’ mekkaniżmu bħal dan tneħħi l-bażi tan-negozju tat-tneħħija gradwali tal-linjite kunsenswali meta RWE tkun diġà għalqet l-ewwel unitajiet tagħha u tkun diġà bdiet l-ippjanar mill-ġdid tal-attivitajiet tal-estrazzjoni. Barra minn hekk, il-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 kienu ġew innegozjati u miftiehma ħafna qabel l-implimentazzjoni tas-CEEAG u r-rekwiżit tagħhom għal mekkaniżmu ta’ aġġornament, u b’hekk l-introduzzjoni tiegħu issa tikser l-aspettattivi leġittimi ta’ RWE. Fl-aħħar nett, mekkaniżmu bħal dan huwa differenti minn miżura ta’ kumpens regolata mil-liġi pubblika; kieku RWE kienet kisbet kumpens permezz ta’ proċedimenti tal-qorti nazzjonali, il-qorti nazzjonali ma kinitx tagħmel l-ammont tal-kumpens dipendenti fuq l-iżvilupp sussegwenti tal-intervent tal-Istat.

    (177)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE sostniet li (i) proċedura tal-offerti ma tkunx xierqa, kif huwa spjegat hawn fuq; (ii) il-kalkolu tal-Ġermanja ta’ parti mid-dannu totali u l-profitti dovuti fil-perjodu sal-2026 biss juri li l-kumpens imħallas lil RWE huwa ferm inqas mid-dannu totali mġarrab; (iii) RWE tagħti kontribut sinifikanti ulterjuri għad-dekarbonizzazzjoni billi tressaq ’il quddiem it-tneħħija gradwali tal-linjite sal-2030; u (iv) mekkaniżmu ta’ aġġornament ma huwiex meħtieġ peress li l-pagamenti ta’ kumpens huma diġà ġġustifikati mill-iżvantaġġi ekonomiċi li jseħħu fil-perjodu ta’ 3 snin imsemmi hawn fuq. Lanqas ma jkun meħtieġ kieku l-profitti mitlufa fl-2025 u fl-2026 jiġu vvalutati u kkunsidrati wkoll għall-unitajiet li ngħalqu fl-2021 u fl-2022, meta wieħed iqis li s-CEEAG jirreferu biss għall-perjodu ta’ żmien bejn l-għoti tal-għajnuna u ż-żmien tal-għeluq, iżda mhux għall-perjodu bejn l-għoti tal-għajnuna u l-okkorrenza tad-dannu kkumpensat, kif ukoll meta jitqies li l-kalkoli tal-Ġermanja sal-2026 huma bbażati fuq data tas-suq attwali u għalhekk, huma affidabbli, u lanqas ma hemm bżonn li jiġi rieżaminat l-ammont ta’ kumpens f’dan ir-rigward.

    (178)

    B’mod speċifiku, fir-rigward tad-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni RWE sostniet li:

    (a)

    Il-kalkolu rivedut tal-profitti mitlufa ta’ RWE, li huwa għal perjodu iqsar u iktar konservattiv, neħħa d-dubji fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ dwar l-inċertezzi dwar il-projezzjonijiet fit-terminu itwal u dwar id-durata tat-tħaddim tal-installazzjonijiet tal-linjite. L-unitajiet kollha kkunsidrati fil-kalkolu rivedut setgħu faċilment komplew joperaw għal 3 snin oħra (u iktar). Barra minn hekk, tneħħa d-dubju tal-Kummissjoni dwar il-ħajja ta’ Niederaußem D (ara l-premessa (127) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ), peress li dan l-impjant ma ġiex ikkunsidrat fil-kalkolu rivedut tal-profitti mitlufa ta’ RWE.

    (b)

    Ma hemm l-ebda inċertezza dwar il-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2, peress li fil-kalkolu rivedut il-Ġermanja kienet kapaċi tuża d-data attwali tas-suq, li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar il-prezz u l-kostijiet tas-CO2 li bihom operatur ta’ impjant seta’ kkummerċjalizza l-kapaċitajiet tiegħu fiż-żmien rilevanti. B’referenza għall-premessa (115) tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE taqbel li l-Kummissjoni kellha raġun meta indikat li l-bejgħ tal-kapaċitajiet tal-enerġija fis-suq forward iseħħ fir-realtà, u li r-rikors għal data attwali tas-suq bħal din iwassal għal kalkoli robusti.

    (c)

    L-analiżijiet tas-sensittività ma humiex meħtieġa peress li l-prezzijiet tal-elettriku u l-kostijiet tas-CO2 ma kinux derivati mill-immudellar tas-suq abbażi ta’ suppożizzjonijiet possibbilment inċerti.

    (d)

    Meta tintuża d-data attwali tas-suq, ir-riżultat tal-kalkoli jiġi influwenzat b’mod sinifikanti minn żewġ fatturi: il-punt fiż-żmien u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Ġermanja għażlet iż-żewġ fatturi b’mod li l-profitti mitlufa kkalkolati jiġu sottovalutati b’mod sinifikanti, u għalhekk l-approċċ tal-Ġermanja huwa konservattiv. Il-limitazzjoni tal-perjodu għal 3 snin ta’ operat hija restrittiva ħafna, u inqas milli fil-kawża tas-Sicherheitsbereitschaft (84), fejn il-Kummissjoni approvat il-kumpens ta’ profitti mitlufa ta’ 4 snin ta’ operazzjoni tal-impjanti. Anke għal kalkolu konservattiv ta’ dannu minimu, li jenħtieġ li jkun ibbażat biss fuq data attwali tas-suq fir-rigward tad-data tas-suq tal-elettriku, ikun iktar xieraq li wieħed jassumi li l-unitajiet li ngħalqu fl-2021 u fl-2022 kienu jkomplu joperaw mill-inqas fis-snin 2025 u 2026.

    (e)

    Fir-rigward tal-għażla tal-perjodu ta’ ġimagħtejn mill-21 ta’ Ottubru sal-4 ta’ Novembru 2022, jenħtieġ li l-ewwel jiġi nnotat li dan huwa perjodu relattivament reċenti fil-passat, li ftit li xejn seta’ kien iktar aġġornat għall-kalkolu li sar minn r2b Energy Consulting fis-16 ta’ Diċembru 2022. Jidher ukoll plawżibbli li jintużaw valuri medji fuq perjodu ta’ ġimagħtejn sabiex jiġi bbilanċjat l-għan tal-akbar kwalità tad-data possibbli bit-tentattiv li jintuża valur sinifikanti li ma jkunx affettwat minn żidiet jew tnaqqis aleatorji fil-prezzijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir.

    (f)

    Il-kumpens għall-għeluq bikri skont il-miżura u l-mekkaniżmu ta’ għeluq differit tnisslu mill-bidu bħala żewġ strumenti differenti, li kkumpensaw għal żvantaġġi ekonomiċi differenti mingħajr duplikazzjoni. Il-profitti mitlufa identifikati mill-Ġermanja għas-snin 2021 sal-2026 ma huma relatati mal-ebda restrizzjoni fuq l-operat ta’ Niederaußem G jew H fis-snin ta’ wara l-2029.

    (g)

    Anke fil-każ tal-iskeda ta’ għeluq emendata, se jkun hemm kostijiet addizzjonali għat-tneħħija gradwali bikrija, bħal nefqa sinifikanti għall-ippjanar modifikat tal-minjieri, kif ukoll ristrutturar sinifikanti tal-persunal. Madankollu, RWE ħadet nota tal-fatt li, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li teżamina dawn il-kostijiet addizzjonali iktar sabiex tistabbilixxi l-kompatibbiltà tal-miżura emendata ta’ RWE minħabba li d-dannu parzjali identifikat mill-Ġermanja fil-forma ta’ profitti ġġenerati fis-snin 2021 sal-2026 huwa biżżejjed biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda kumpens żejjed.

    (h)

    Il-kalkolu rivedut ma huwiex biss konservattiv għar-raġunijiet mogħtija fil-qosor hawn fuq f’din il-premessa, iżda wkoll sempliċi kalkolu tad-danni parzjali minħabba li ma ġewx ikkunsidrati bosta kostijiet oħra, jiġifieri l-profitti mitlufa tal-unitajiet li se jagħlqu mill-2026, id-dħul mill-konsenji tas-sħana u mis-suq tal-ibbilanċjar, kif ukoll il-kostijiet addizzjonali konsiderevoli ta’ RWE.

    4.3.6.2.   LEAG

    (179)

    LEAG sostniet li l-prattika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tipprovdi analoġija adegwata f’termini kemm ta’ proporzjonalità kif ukoll ta’ adegwatezza, jiġifieri l-għeluq ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite fil-Ġermanja fl-2016 (85), l-għeluq bikri tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Fessenheim (86) u t-tneħħija gradwali nukleari Ġermaniża. Għalkemm il-miżura hija kwistjoni fundamentalment differenti, ċerti indikazzjonijiet għall-proporzjonalità tal-ammont ta’ kumpens inkwistjoni hawnhekk jistgħu madankollu jiġu dderivati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2016, meta l-Ġermanja assumiet kostijiet ta’ madwar EUR 1,6 biljun għal dawn l-unitajiet (87). Barra minn hekk, f’din il-kawża, tneħħija gradwali kompleta tal-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-linjite ma twassalx biss għall-għeluq qabel iż-żmien ta’ unitajiet ta’ impjanti tal-enerġija akbar u iktar ġodda minn dawk ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-2016 tal-Kummissjoni, iżda fuq kollox tiskatta t-tmiem prematur tal-operat tal-minjieri miftuħa. Għalhekk, l-ammonti tal-kumpens iridu jinkludu wkoll l-investimenti konsiderevoli fil-minjieri miftuħa u l-kostijiet addizzjonali kkawżati minn konsegwenzi ulterjuri tat-tneħħija prematura tal-minjieri miftuħa (88).

    (180)

    B’kuntrast mal-għeluq approvat fl-2016, meta unitajiet ta’ impjanti tal-enerġija individwali ngħalqu temporanjament għal 4 snin qabel id-dekummissjonar finali, f’din il-kawża jrid jitqies perjodu ta’ kumpens itwal sad-dekummissjonar finali fl-2038. Dan il-perjodu ta’ żmien twil huwa ġġustifikat f’din il-kawża, peress li x-xenarju kontrofattwali huwa deċiżiv għall-kalkolu tal-profitti mitlufa, jiġifieri l-profitti li l-impjanti tal-enerġija kienu jiksbu fis-suq tal-elettriku mingħajr it-tneħħija gradwali tal-linjite awtorizzata legalment. Dan l-approċċ huwa wkoll konformi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2021 li tapprova l-għajnuna mill-Istat Franċiż għall-FEŻ rigward l-għeluq bikri tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Fessenheim (89), fejn il-Kummissjoni sabet l-ammont proporzjonat, sa fejn dan kien jikkumpensa kostijiet u żvantaġġi mġarrba u pprovati mill-FEŻ.

    (181)

    Barra minn hekk, fil-fehma ta’ LEAG, hemm xebh bejn din il-kawża u l-kumpens lill-operaturi tal-impjanti tal-enerġija nukleari għat-tneħħija gradwali nukleari. Fil-5 ta’ Marzu 2021, il-gvern Ġermaniż qabel ma’ E.ON, RWE, EnBW u Vattenfall li l-operaturi jirċievu kumpens finanzjarju ta’ madwar EUR 2,4 biljun għall-volumi tal-elettriku li ma jistgħux jintużaw u investimenti li ġew żvalutati. Min-naħa l-oħra, il-kumpaniji impenjaw ruħhom li jtemmu t-tilwim legali kollu pendenti b’rabta mat-tneħħija gradwali nukleari deċiża, kif ukoll il-proċedimenti amministrattivi li għaddejjin. Huma qablu wkoll dwar rinunzja komprensiva ta’ rimedji legali. Għal dan l-għan, il-gvern Ġermaniż adotta l-abbozz tat-18-il emenda għall-AtG, li approva l-iffirmar ta’ kuntratt tal-liġi pubblika. Dan jimplimenta s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Federali tas-6 ta’ Diċembru 2016 dwar it-13-il emenda għall-AtG, filwaqt li jqis id-deċiżjoni tad-29 ta’ Settembru 2020 dwar is-16-il emenda għall-AtG. F’din is-sentenza, il-Qorti ddikjarat li t-tneħħija gradwali nukleari hija permissibbli, iżda fl-istess waqt tat lill-operaturi tal-impjanti tal-enerġija nukleari kumpens xieraq, li qabel inżamm milli jingħata lilhom mill-gvern Ġermaniż jew li ma ngħatax sal-punt meħtieġ.

    (182)

    LEAG sostniet li l-kumpens tal-operaturi tal-enerġija nukleari huwa ogħla b’mod sinifikanti minn dak mogħti mil-liġi tal-għeluq u mill-kuntratt tal-2021 lill-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite meta wieħed iqis EUR/MWh, minkejja li l-firxa dokumentata u verifikabbli ta’ dannu kkawżat mit-tneħħija prematura tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite hija ogħla b’mod sinifikanti minn dik tal-enerġija nukleari. Filwaqt li fl-abbozz tat-18-il AtG-ÄndG, il-kumpens speċifiku jvarja bejn EUR 28,7/MWh u EUR 33,2/MWh, […]. Għalhekk, anke f’paragun dirett mal-kumpens taħt l-AtG lill-operaturi tal-impjanti tal-enerġija nukleari, il-kumpens previst għall-operaturi tal-linjite la huwa mhux raġonevoli u lanqas ma huwa mhux ġustifikat. Għall-kuntrarju, huwa fl-iktar firxa baxxa ta’ dak li huwa meħtieġ legalment.

    (183)

    Barra minn hekk, LEAG sostniet li r-remunerazzjoni taħt il-mekkaniżmu tal-għeluq differit tikkonċerna servizz addizzjonali, hija indipendenti u għalhekk ma tridx tiġi konfuża mal-kumpens għal għeluq bikri.

    (184)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG sostniet li jridu jitqiesu wkoll fatturi u aspetti oħra meta tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-kumpens, inkluż, ir-rinunzja komprensiva tar-rimedji legali stabbiliti fil-kuntratt tal-2021, li tevita litigazzjoni kumplessa u twila.

    (185)

    LEAG sostniet li ż-żmien rilevanti għat-tqabbil max-xenarju kontrofattwali huwa ż-żmien tan-notifika tal-miżura. Dwar l-applikazzjoni tal-punt 432 tas-CEEAG għat-tneħħija gradwali tal-faħam fil-Ġermanja, minħabba d-durata ġenerali ta’ dan il-proċess ta’ tneħħija gradwali u l-volatilità tas-swieq ikkonċernati, jidher xieraq li l-Kummissjoni taċċetta s-suppożizzjonijiet debitament motivati diskussi u miftiehma mal-benefiċjarji u sottomessi lilha fil-ħin tan-notifika mill-Ġermanja. Inkella, il-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar, anke minħabba t-tul tal-proċedimenti ta’ għajnuna mill-Istat, tintervjeni fid-distribuzzjoni tar-riskju miftiehma kuntrattwalment: l-aspettattivi tas-suq dejjem jistgħu jinbidlu fil-futur u l-kumpens jista’ mbagħad jirriżulta li jkun għoli wisq jew baxx wisq. Madankollu, l-għan ta’ kuntratt huwa preċiżament li jintlaħaq ftehim dwar l-allokazzjoni ta’ dawn ir-riskji li, kemm jista’ jkun, tkun definittiva. Interpretazzjoni bħal din hija konformi mal-prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, li skontu l-konformità ta’ miżura trid tiġi deċiża ex ante qabel ma tiġi implimentata l-miżura (90).

    (186)

    Fil-fehma ta’ LEAG, l-ippjanar meħtieġ għal tneħħija gradwali tal-faħam soċjalment aċċettabbli jieħu diversi snin. Sabiex jiġi evitat tfixkil strutturali ekonomiku u soċjopolitiku kkawżat mit-tneħħija gradwali tal-faħam qabel iż-żmien iddeterminata politikament għall-kumpaniji u r-reġjuni affettwati, il-Ġermanja ddeterminat tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku Ġermaniża bbażata fuq il-faħam iebes u bbażata fuq il-linjite fil-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 sa mhux iktar tard mill-2038, wara diskussjonijiet twal u intensivi fil-Kummissjoni tal-Faħam mal-partijiet ikkonċernati affettwati kollha. Sabiex dan il-proċess twil u kumpless ma jiġix ipperikolat, huwa meħtieġ li ma jerġgħux jitqajmu dubji dwar is-suppożizzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ previżjoni tal-proċess b’bażi tajba minn żviluppi inċerti iktar ’il quddiem. Inkella, il-valutazzjoni tkun tiddependi minn avvenimenti futuri mhux prevedibbli, li jerġgħu jipperikolaw iċ-ċertezza legali u tal-ippjanar li trid tinkiseb fi proċessi kumplessi bħal dawn. Ir-riskju ta’ dan it-twaqqit aleatorju bħalissa huwa evidenti, pereżempju, fil-prezzijiet tal-elettriku fis-swieq spot u tal-futuri, li huma ferm ogħla mill-prezzijiet tal-elettriku mistennija fiż-żmien tan-notifika. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati qablu dwar rinunzja komprensiva ta’ appell. Jekk id-data ta’ valutazzjoni rilevanti tax-xenarju kontrofattwali tinbidel meta mqabbel mal-ftehim, il-pakkett kollu u ċ-ċertezza legali u tal-ippjanar li tirriżulta jiġu pperikolati minħabba prezzijiet tal-elettriku volatili.

    (187)

    Barra minn hekk, LEAG sostniet li ma hemm l-ebda ħtieġa għal mekkaniżmu ta’ aġġornament, skont il-punt 433 tas-CEEAG, peress li tapplika l-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali. Peress li s-CEEAG ma jipprovdux definizzjoni għal dawn iċ-ċirkostanzi, LEAG tirreferi għall-ġurisprudenza, li skontha ċ-ċirkostanzi huma eċċezzjonali jekk il-karattru u l-firxa taċ-ċirkostanza jkunu mhux tas-soltu u mhux prevedibbli (91). LEAG issostni li din is-sitwazzjoni hija ċirkostanza eċċezzjonali għar-raġunijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 jirregolaw it-tneħħija gradwali tal-linjite għall-impjanti kollha tal-linjite u għall-minjieri miftuħa fil-Ġermanja, li jinvolvu konsegwenzi estensivi u parzjalment imprevedibbli għar-reġjuni kollha. […].

    (b)

    Il-kumpens għall-operaturi tal-impjanti tal-enerġija, li huwa mifrux fuq 15-il pagament parzjali annwali, huwa maħsub biex minn naħa jxerred il-piż baġitarju fuq il-gvern federali u min-naħa l-oħra […]. Dan huwa żgurat biss fil-każ ta’ […], li jippermetti lir-reġjun u lin-negozji […].

    (c)

    Matul it-tneħħija gradwali tal-linjite li għaddejja bħalissa, […]. Il-benefiċjarji tal-miżura għandhom jagħtu kontribut sinifikanti għal dan, […].

    (d)

    Ftehim ta’ kumpens bejn l-Istati Membri u l-kumpaniji affettwati jservi wkoll biex jiġu evitati proċedimenti twal tal-qorti permezz ta’ soluzzjoni bonarja, li saret referenza għaliha wkoll fil-punt 424 tas-CEEAG. […].

    (e)

    L-interess leġittimu li tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni permezz ta’ kumpens żejjed irid ikun ibbilanċjat mal-interess leġittimu tal-kumpaniji affettwati […]. Irid jitqies li l-iskattar għall-kumpens mill-Istat tipikament ma huwiex ix-xewqa tal-kumpanija li tirċievi għajnuna għall-investiment tradizzjonali li tippromwovi u tespandi l-attività intraprenditorjali. […].

    (188)

    Fil-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ l-azzjonisti ta’ LEAG (EPH u PPFI) sostnew li huma japprovaw bis-sħiħ il-pożizzjoni ta’ LEAG li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE minħabba li hija proporzjonata u ma tirriżulta fl-ebda kumpens żejjed ta’ LEAG. Fil-kummenti tagħhom dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, huma esprimew il-fehma li l-miżura hija proporzjonata peress li l-ammont ta’ profitti mitlufa u danni addizzjonali jaqbeż b’mod sinifikanti l-ammont ta’ kumpens. Iż-żmien rilevanti għat-tqabbil tal-fatti max-xenarju kontrofattwali jenħtieġ li jkun fiż-żmien tan-notifika tal-Ġermanja peress li kull approċċ ieħor jista’ jirriskja li jerġa’ jiftaħ il-bażi għat-tneħħija gradwali tal-faħam u tal-linjite. Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda ħtieġa għal mekkaniżmu ta’ aġġornament (il-punt 433 tas-CEEAG), peress li hawnhekk tapplika l-eċċezzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali billi t-tneħħija gradwali tal-linjite tal-Ġermanja tikkostitwixxi mingħajr dubju avveniment mhux tas-soltu u mhux prevedibbli.

    4.3.6.3.   Impriżi

    (189)

    Fil-kummenti tagħhom dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, it-tmien kumpaniji lokali sostnew li l-miżura ma hijiex proporzjonata peress li tagħti kumpens ħafna ogħla minn profitti mitlufa u kostijiet addizzjonali biss inerenti fl-għeluq ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, kif huwa permess mill-punt 425 tas-CEEAG. Il-kumpaniji argumentaw ukoll li n-nuqqas ta’ offerta kompetittiva ma huwiex iġġustifikat, peress li ma hemm l-ebda ċirkostanza li tiġġustifika eċċezzjoni għar-regola ta’ proċess kompetittiv tal-offerti. B’mod partikolari, ma kien hemm l-ebda sitwazzjoni speċjali għal RWE li kienet tagħmilha impossibbli li jingħataw offerti lill-impjanti tal-enerġija l-kbar tagħha li jaħdmu bil-linjite kif ukoll l-impjanti tal-enerġija iżgħar li jaħdmu bil-linjite fl-offerti rilevanti. Huma affermaw ukoll li l-għajnuna lil RWE ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-CEEAG anke minħabba li kienet ibbażata fuq previżjoni ta’ profittabbiltà mhux realistika (ex ante), u ma kinitx imqabbla ma’ xenarju kontrofattwali. Il-punt 55 tas-CEEAG juri b’mod ċar il-ħtieġa għal miżura dinamika, u dan ma huwiex previst la fil-liġi tal-għeluq u lanqas fil-kuntratt tal-2021. Id-dispożizzjonijiet dwar bidliet regolatorji sinifikanti fil-paragrafi 20 u 21 tal-kuntratt tal-2021 ma jgħinux iktar f’dan ir-rigward, minħabba li ma humiex imfassla għal bidliet fis-suq.

    (190)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2022, it-tmien kumpaniji lokali affermaw li l-miżura emendata ta’ RWE terġa’ turi li l-kumpens għal RWE ġie ddeterminat b’mod mhux trasparenti u fiss, jiġifieri b’mod li ma jitqisux il-bidliet futuri potenzjali. Il-kumpaniji xeħtu dubju fuq kif l-ammont ta’ kumpens li għandu jingħata lil RWE jibqa’ l-istess, minkejja l-bidliet fil-miżura emendata ta’ RWE u l-bidliet drastiċi fis-sitwazzjoni tas-suq tal-enerġija. Fil-fehma tagħhom, il-Ġermanja bbażat l-istima tagħha tal-profitti mitlufa ta’ RWE minħabba l-għeluq bikri fuq previżjonijiet ta’ profittabbiltà inċerti u injorat l-evoluzzjoni dinamika tal-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2. Fil-fehma tagħhom, diġà huwa prevedibbli għall-futur li, minn naħa, id-domanda għall-elettriku prodott mill-fjuwils fossili se tonqos wara l-2030 u, min-naħa l-oħra, li l-kostijiet tas-CO2 se jiżdiedu b’mod sinifikanti.

    (191)

    Fil-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, it-tmien kumpaniji lokali affermaw li l-kalkolu rivedut u l-ġustifikazzjoni sottostanti tal-ammont ta’ kumpens għadhom insuffiċjenti. Il-kalkolu rivedut ma jurix li l-ammont tal-vantaġġ għal RWE fil-fatt huwa limitat għal dak li huwa permissibbli skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat. Minflok, dan jikkumpensa d-deċiżjonijiet strateġikament żbaljati ta’ RWE u jkompli jqawwi s-saħħa tiegħu fis-suq permezz ta’ finanzjament mill-Istat tal-bidla fil-fjuwil. Il-prezzijiet għoljin tal-elettriku li jirriżultaw mill-gwerra tar-Russja fuq l-Ukrajna jintużaw bħala ġustifikazzjoni għall-għajnuna, li ġiet imwiegħda taħt kundizzjonijiet kompletament differenti u ma għandha xejn x’taqsam mal-aspettattivi leġittimi ta’ RWE tal-profitti protetti mis-sjieda. Il-kalkolu rivedut, li issa għadu lura meta mqabbel mal-iżviluppi tal-kriżi tal-enerġija, ma huwiex metodoloġiku u jinkludi aspettattivi ta’ profittabbiltà mhux realistiċi.

    (192)

    Barra minn hekk, il-kalkolu tal-aspettattivi ta’ profitt selettiv għall-impjanti tal-enerġija individwali f’perjodu ta’ referenza opportun waħdu ma jissostitwix il-fehma ġenerali meħtieġa tas-sitwazzjoni tal-flotta tal-impjanti tal-enerġija. Barra minn hekk, il-kalkolu ma jilleġittimax l-effett sħiħ tal-vantaġġ, peress li l-appoġġ mill-Istat għall-espansjoni tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass li huma lesti għall-idroġenu fis-siti tal-unitajiet tal-linjite magħluqa ma jitqiesx, li huwa estremament rilevanti għall-investituri fis-swieq kapitali u l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament ta’ RWE. B’riżultat ta’ dan, l-għoti ta’ pagament ta’ EUR 2,6 biljun lil RWE, flimkien mal-prospett li tiġi appoġġata l-bidla għal impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass li huma lesti għall-idroġenu, irid jiġi pprojbit ukoll wara l-kuntratt ta’ emenda.

    (193)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, GPE sostniet li mill-informazzjoni ppreżentata f’dik id-deċiżjoni r-raġunijiet għaliex ma ġewx iddikjarati profitti mitlufa wara l-2026 ma humiex ċari; ma ġiet divulgata l-ebda spjegazzjoni dwar ir-raġuni għall-użu ta’ din id-data u l-impatt fuq l-ammont ta’ kumpens. Barra minn hekk, l-Att Ġermaniż dwar it-Taxxa fuq Profitti Straordinarji Mhux Mistennija (92) jirriżulta f’limitu massimu fuq il-prezzijiet applikabbli għall-operaturi ta’ xi impjanti tal-enerġija tal-linjite EUR 20/MWh ogħla milli għal impjanti oħra tal-enerġija tal-linjite. Il-kombinazzjoni ta’ dan il-limitu massimu ogħla fuq il-prezzijiet u l-kumpens diġà previst jistgħu jirriżultaw f’pagamenti eċċessivi u f’kumpens żejjed. Barra minn hekk, GPE ppreżentat studju mill-Istitut Ġermaniż Forum Ökologische Soziale Marktwirtschaft, li jsostni li minbarra l-kumpens għall-għeluq bikri, l-estrazzjoni tal-linjite u l-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażat fuq il-linjite huma ssussidjati fil-Ġermanja permezz ta’ għadd ta’ miżuri, eż. finanzjament tar-riċerka, eżenzjoni mill-imposta tal-estrazzjoni, eżenzjoni mill-imposti tal-estrazzjoni tal-ilma, konċessjonijiet tat-taxxa fuq l-enerġija.

    (194)

    GPE sostniet ukoll li hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ aġġornament, skont il-punt 433 tas-CEEAG. L-ewwel nett, il-kalkoli ġew riveduti f’perjodu ta’ inqas minn sentejn li juri kemm huma fraġli u sensittivi dawn it-tipi ta’ stimi, u għalhekk ir-riskju li l-għajnuna ma tkunx proporzjonata u li twassal għal kumpens żejjed huwa konsiderevoli. It-tieni, peress li l-Kummissjoni aċċettat li ma jseħħ l-ebda proċess ta’ offerti, jenħtieġ li titwettaq analiżi dettaljata u bir-reqqa, li ma għandhiex sempliċiment tiddependi fuq dak li skont il-premessa (102) tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni “jidher li huwa raġonevoli”. Il-kumpens ikopri perjodu twil ta’ żmien, jinvolvi l-għoti ta’ ammonti sostanzjali ta’ għajnuna fuq pagamenti parzjali regolari u ddeterminati minn qabel. Dawn l-elementi waħedhom jiġġustifikaw l-inkorporazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ aġġornament.

    (195)

    GPE sostniet ukoll li l-Kummissjoni tidher li ma eżaminatx l-effetti tat-trasferiment possibbli ta’ xi unitajiet fil-mekkaniżmu ta’ għeluq differit. GPE sostniet ukoll li anke jekk jissemma b’mod espliċitu li dan it-trasferiment ma huwiex parti mill-kawża kurrenti, xorta jista’ jkollu impatt sostanzjali fuq l-ammont ta’ kumpens li jista’ jingħata lil RWE. Madankollu, GPE ma spjegatx x’se jkun dak l-impatt jew kif se jseħħ. Fl-aħħar nett, fil-premessa (34) tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-Kummissjoni tispjega li l-gvern Ġermaniż jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi tliet unitajiet (Niederaußem K, Neurath F u Neurath G) f’riżerva sa tmiem l-2033. Jekk il-Gvern jieħu deċiżjoni bħal din, id-dekummissjonar finali ma jseħħx qabel l-2033 u mhux fl-2030, u għandu impatt fuq id-dħul mitluf.

    (196)

    Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, iż-żewġ kumpaniji lokali sostnew li l-kumpens ma huwiex proporzjonat, fid-dawl ta’ dan li ġej:

    (a)

    Il-profitti mitlufa ma jikkostitwux kostijiet li jirriżultaw minn tneħħija gradwali bikrija tal-faħam. L-ewwel nett, wieħed jista’ jistaqsi jekk it-tħaddim tal-installazzjonijiet tal-linjite jkunx saħansitra profittabbli fil-futur, speċjalment fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet tal-karbonju. It-tieni, dubju jekk it-tneħħija gradwali bikrija tal-faħam tirriżultax f’kostijiet addizzjonali tal-estrazzjoni miftuħa. Dan minħabba li dejjem hemm riskju li l-minjieri miftuħa ma jibqgħux jitħaddmu, peress li l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim ta’ minjieri miftuħa ġeneralment jingħataw biss għal bejn sentejn u 3 snin. It-tielet, ma huwiex ċar jekk, meta ġie kkalkolat il-pagament ta’ kumpens, ġewx ikkunsidrati wkoll l-investimenti u l-kostijiet ta’ manutenzjoni mhux meħtieġa li l-operaturi evitaw bħala riżultat tat-tneħħija gradwali tal-faħam.

    (b)

    L-ammont ta’ kumpens ma ġiex iddeterminat b’mod korrett, peress li ntużaw perjodi ta’ kumpens żbaljati fil-kalkolu tal-kumpens, u ntużaw valuri riġidi u skaduti għall-kwoti tas-CO2 u għall-kostijiet fissi. L-Istat kien jenħtieġ li jħares lejn iċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq b’mod iktar intensiv.

    (c)

    Ġiet applikata intensità massima tal-għajnuna mhux korretta. L-għajnuna għall-appoġġ ta’ impriżi li jtejbu l-ħarsien ambjentali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ mill-istandards tal-Unjoni tista’ tkopri bejn 40 % u 50 % tal-kostijiet eliġibbli skont l-Anness 1 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (93). Dan ifisser li, anke jekk il-kumpens għall-profitti mitlufa u għall-kostijiet addizzjonali jitqies bħala permissibbli, kważi nofs il-kostijiet imġarrba biss jistgħu jiġu ssussidjati.

    (197)

    Iż-żewġ kumpaniji lokali sostnew ukoll li l-fatt li l-kumpens ġie ddeterminat mingħajr proċedura trasparenti fir-rigward tal-kalkoli tal-profittabbiltà u l-aspettattivi tas-suq imur kontra l-prinċipji tal-għajnuna mill-Istat. Il-kumpens ġie miftiehem b’mod individwali bejn l-Istat u l-benefiċjarju, b’kuntrast ma’ mekkaniżmu tal-offerti trasparenti. Għal-linjite ma jistax ikun hemm proċess kompetittiv ta’ offerti għal żewġ operaturi biss ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite b’minjieri miftuħa assoċjati, speċjalment fir-rigward tal-kumpens tal-aspettattivi ta’ profitt minn operazzjonijiet ta’ estrazzjoni miftuħa. Madankollu, il-kalkoli tal-profittabbiltà jistgħu jsiru tal-inqas għall-impjanti tal-enerġija tal-benefiċjarju – pereżempju, abbażi tad-data speċifika ta’ kummissjonar tagħhom, is-sigħat tal-użu, l-effiċjenza, l-amortizzazzjonijiet li diġà saru, eċċ. – li setgħu jitkejlu ma’ impjanti tal-enerġija oħra li jaħdmu bil-faħam u setgħu jiġu referenzjati magħhom. Barra minn hekk, minkejja d-differenzi fundamentali fil-karatteristiċi u fl-istrutturi tal-kostijiet tal-impjanti tal-enerġija, kien possibbli li fl-offerti għad-dekummissjonar ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam iebes jiġu inklużi impjanti żgħar tal-linjite f’konformità mat-taqsima 43 tal-liġi tal-għeluq.

    4.3.6.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (198)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, DEBRIV sostniet li kumpens adegwat irid jinkludi mhux biss il-profitti mitlufa iżda wkoll il-kostijiet addizzjonali sinifikanti tul il-katina tal-valur tal-estrazzjoni miftuħa, it-trasport lejn l-impjant tal-enerġija, il-kostijiet tal-impjant tal-enerġija u l-kostijiet tal-konverżjoni assoċjati, sa fejn dawn ikunu kkawżati mill-għeluq statutorju bikri. Barra minn hekk, il-kostijiet addizzjonali tas-sigurtà soċjali kkawżati mill-miżura jridu jitqiesu meta tiġi vvalutata l-proporzjonalità tal-kumpens. DEBRIV tinnota wkoll li l-pagamenti ta’ kumpens ma humiex se jkopru bis-sħiħ l-iżvantaġġi u d-danni effettivament identifikati mill-operaturi.

    (199)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, DEBRIV sostniet li l-miżura hija proporzjonata skont it-taqsima 4.12.1.5 tas-CEEAG. Il-fatt li ma hemm l-ebda proċedura ta’ offerti kompetittiva huwa ġġustifikat minħabba li fis-suq hemm biss żewġ atturi ewlenin (RWE u LEAG), u l-estrazzjoni u l-ġenerazzjoni tal-enerġija mil-linjite huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin. Fir-rigward tal-kostijiet addizzjonali u l-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati mill-miżura, minbarra l-kostijiet konsegwenti tal-minjieri tal-linjite miftuħa (inklużi l-kostijiet addizzjonali għall-operazzjonijiet ta’ restawr u t-telf relatat ta’ mgħax u finanzjament), id-dannu (bikri) kollu kkawżat lill-operaturi mit-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite imposta mill-Istat, iridu jitqiesu wkoll il-kostijiet addizzjonali għall-ippjanar mill-ġdid u għall-konverżjoni u l-iżvantaġġi (tal-assi) ekonomiċi. Barra minn hekk, jenħtieġ li titqies ukoll ir-rinunzja ta’ rimedji legali ddikjarati fil-liġi tal-għeluq.

    (200)

    DEBRIV hija tal-fehma li mekkaniżmu ta’ aġġornament skont il-punt 433 tas-CEEAG ma huwiex iġġustifikat f’din il-kawża, peress li t-tneħħija gradwali tal-linjite tal-Ġermanja għandha skala eċċezzjonali u imprevedibbli, jiġifieri hemm ċirkostanzi eċċezzjonali. L-ewwel nett, il-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 ma jirregolawx biss ċerta unità individwali iżda jirregolaw it-tneħħija gradwali tal-linjite għall-impjanti kollha tal-linjite u għall-minjieri opencast fil-Ġermanja, b’konsegwenzi estensivi u xi drabi imprevedibbli għal reġjuni sħaħ. Intervent wiesa’ bħal dan jirrikjedi kunsens fis-soċjetà, li nkiseb bl-istabbiliment tal-Kummissjoni tal-Faħam u l-kunsiderazzjoni tal-proposti tagħha. Mingħajr kunsens bħal dan – inklużi pagamenti ta’ kumpens – tneħħija gradwali tal-faħam li tkopri l-ġenerazzjoni tal-enerġija kollha li taħdem bil-linjite fil-Ġermanja ma tkunx possibbli. Il-kunsens ġenerali milħuq fis-soċjetà jiġi pperikolat bl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ aġġornament. It-tieni, ma hemm l-ebda riskju ta’ kumpens żejjed, li mekkaniżmu ta’ aġġornament huwa maħsub biex jevita, peress li l-kostijiet jew id-danni kkawżati mit-tneħħija gradwali tal-linjite huma ogħla mill-ammont ta’ kumpens miftiehem.

    (201)

    Fl-aħħar nett, DEBRIV sostniet li l-interess leġittimu li tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni permezz ta’ kumpens żejjed irid jiġi mqabbel mal-interess leġittimu tal-impriżi kkonċernati fl-ippjanar u fiċ-ċertezza tal-investiment. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li f’din il-kawża l-iskattar għall-kumpens mill-Istat ma huwiex ix-xewqa li l-impriżi tal-linjite jirċievu għajnuna għall-investiment. Minflok, l-enfasi ewlenija hija li l-interferenza tal-Istat tiġi kkumpensata b’pożizzjonijiet legali protetti ta’ impriżi u li tintemm l-attività kummerċjali legali preċedenti relatata mal-linjite. Għal din ir-raġuni, ma jkunx raġonevoli li jiġi impost unilateralment mekkaniżmu ta’ aġġornament fuq l-impriżi tal-linjite kkonċernati. Għalhekk huwa ċar li l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali tagħmilha neċessarja li ma jiġix introdott mekkaniżmu ta’ aġġornament fil-proċedura li għaddejja għat-tneħħija gradwali Ġermaniża tal-linjite.

    (202)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, Greenpeace sostniet li l-miżura ma hijiex proporzjonata, peress li l-parametri użati mill-awtoritajiet Ġermaniżi biex jikkalkolaw il-kumpens huma irrealistiċi u inkonklużivi. B’mod partikolari, tliet suppożizzjonijiet ewlenin li jwasslu għal stima eċċessiva sistematika tal-kumpens huma problematiċi. L-ewwel nett, is-suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2 huma arbitrarji, peress li l-profittabbiltà tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite naqset b’mod kostanti maż-żmien. It-tieni, l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija jew l-għeluq tal-estrazzjoni miftuħa jistgħu jnaqqsu l-kostijiet fissi, iżda dan ma jitqiesx. Id-dekummissjonar se jiffranka kważi l-kostijiet fissi kollha tal-impjanti u madwar 20 % tal-kostijiet fissi li jikkonċernaw il-minjieri. Dan waħdu jirriżulta f’iktar minn tnaqqis bin-nofs tal-kumpens. It-tielet, huwa previst perjodu ta’ kumpens għal għeluq bikri, iżda l-kalkolu tal-Ġermanja jdum perjodu ta’ żmien eċċessiv, peress li jistenna kumpens għal 4 jew 5 snin, skont id-data li fiha jingħalaq l-impjant, iżda ma jagħti l-ebda ġustifikazzjoni għal din is-suppożizzjoni. Fuq il-bażi tal-istudju mwettaq mill-Öko-Institut, jenħtieġ li l-kumpens ikun limitat għal 3 snin (94). Kull waħda minn dawn it-tliet suppożizzjonijiet meħuda separatament tnaqqas drastikament l-ammont tal-kumpens, filwaqt li meta jittieħdu flimkien, dawn inaqqsu l-kumpens minn EUR 4,4 biljun għal massimu ta’ EUR 154 miljun għal RWE u EUR 189 miljun għal LEAG.

    (203)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, Greenpeace żiedet li ma hemm l-ebda separazzjoni ċara bejn il-kumpens għall-operazzjonijiet tal-impjanti tal-enerġija u l-attivitajiet tal-estrazzjoni, li jmur kontra r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. It-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat tal-UE tinkludi mhux biss l-indikazzjoni tal-ammont totali ta’ kumpens imħallas, iżda wkoll il-pubblikazzjoni u l-ispjegazzjoni tas-suppożizzjonijiet sottostanti għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ kumpens. L-għajnuna mogħtija ma għandha fl-ebda każ tikkumpensa għal imġiba mhux ekonomika fil-futur minħabba żieda ulterjuri mistennija fil-prezzijiet tas-CO2. Addizzjonalment, l-objettivi tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ma għandhomx jiġu mxekkla. Barra minn hekk, ma kienx hemm proċedura kompetittiva tal-offerti, li tikser il-prinċipji taħt is-CEEAG. Fil-kuntest tal-eżami skont il-każ meħtieġ taħt il-punt 432 tas-CEEAG, il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura (ara l-premessi (199) u (204)) turi li l-miżura hija, fi kwalunkwe każ, eċċessiva.

    (204)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, ClientEarth sostniet li l-miżura ma hijiex proporzjonata. Ma huwiex ċar jekk il-kumpens jirriżultax minn negozjati jew minn formula. ClientEarth issostni, b’mod simili għal Greenpeace (ara l-premessa (203)), li ċerti parametri huma problematiċi: il-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2 intgħażlu b’mod arbitrarju; ġie preżunt li bl-għeluq bikri ma jiġi salvat l-ebda kost fiss u li l-operaturi tal-linjite jiġu kkumpensati għal perjodu ta’ bejn 4 u 5 snin wara li jagħlqu l-unitajiet, li huwa twil wisq, pereżempju l-Öko-Institut jirrakkomanda massimu ta’ 3 snin (95). ClientEarth indikat ukoll li jenħtieġ li l-kalkolu jqis ukoll (i) il-mekkaniżmu ta’ għeluq differit; u (ii) il-fatt li l-impjanti kollha tal-faħam imsemmija fl-Anness 2 tal-liġi tal-għeluq li għalqu jew li se jagħlqu qabel l-2025 se jiġu eżentati mill-kostijiet potenzjali tal-investiment għat-teħid tal-passi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ valuri ta’ limitu iktar baxxi tal-emissjonijiet, jiġifieri se jiġu eżentati minn investimenti awtorizzati biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ikunu limitati għal-livell legalment obbligatorju. Fil-fehma tagħha, jenħtieġ li l-kumpens jinkludi parametri varjabbli biex jiġi eliminat ir-riskju ta’ kumpens żejjed. Peress li d-dati tal-għeluq sa issa jinsabu fil-futur remot (sal-2038), u peress li l-kumpens huwa ppjanat li jitħallas fi 15-il pagament parzjali annwali għal kull operatur, il-pagamenti parzjali u l-ammont globali tal-għajnuna jistgħu, u jenħtieġ li, jiġu aġġustati għall-profitti mitlufa attwali mistennija tal-impjanti aġġornati hekk kif jevolvu l-kundizzjonijiet tas-suq, b’ammont limitat. Għalhekk, ClientEarth ikkritikat in-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ aġġornament.

    (205)

    ClientEarth stqarriet li ma hemm l-ebda kwistjoni ta’ sigurtà tal-provvista fil-Ġermanja, kif huwa ddikjarat mill-Ġermanja sabiex tiġġustifika kemm l-iskeda ta’ żmien twila tal-għeluq kif ukoll l-eżistenza tal-mekkaniżmu ta’ għeluq differit. Is-suq tal-enerġija tal-Ġermanja jinsab f’kapaċità żejda u hemm diversi miżuri ta’ sigurtà tal-provvista fil-Ġermanja biex jiġi evitat kwalunkwe riskju. Anke jekk kien hemm evidenza ta’ kwistjoni ta’ sigurtà tal-provvista u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri xierqa, dan jenħtieġ li jsir f’konformità mar-Regolament dwar is-Suq tal-Elettriku (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (96). Id-dewmien jew il-posponiment artifiċjali tal-għeluq ta’ xi unitajiet ta’ LEAG u ta’ RWE lil hinn mid-data tal-għeluq naturali tagħhom (taħt xenarju ta’ żamma tal-istatus quo, xprunat mill-forzi tas-suq) biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista jidher bħala ċirkomvenzjoni tar-regoli rilevanti.

    (206)

    Fl-aħħar nett, ClienthEarth sostniet li jista’ jkun hemm kwistjonijiet potenzjali ta’ akkumulazzjoni relatati mal-miżura. L-ewwel nett, fl-2016 għal Sicherheitsbereitschaft, ma kien hemm l-ebda pagament ta’ adattament (Anpassungsgeld (l-“APG”)) (97). Dan il-pagament ta’ aġġustament issa jitħallas direttament lill-ħaddiema li għandhom iktar minn 58 sena, meta jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba t-tneħħija gradwali tal-faħam. Fil-każ ta’ Sicherheitsbereitschaft, il-kostijiet fissi tal-persunal ma ġewx imnaqqsa mid-dħul mis-suq tal-elettriku minħabba li ma kinux ikkunsidrati bħala kostijiet marġinali fuq perjodu ta’ żmien qasir. Fil-fatt, il-kumpaniji ngħataw ukoll pagamenti għall-kost tal-aġġustamenti tal-persunal permezz tal-pagamenti f’Sicherheitsbereitschaft. Madankollu, peress li l-kostijiet għall-aġġustamenti tal-persunal issa jitħallsu permezz tal-APG, dawn jenħtieġ li ma jiġux inklużi fil-kumpensi tal-għeluq għall-operaturi. Dawn jirrappreżentaw madwar 29 % tal-kostijiet tal-operaturi (98). It-tieni, it-taqsima 50 tal-liġi tal-għeluq tistipula li jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu ta’ għeluq differit (Zeitlich gestreckte Stilllegung), li huwa bbażat fuq il-mudell ta’ Sicherheitsbereitschaft skont it-Taqsima 13 g tal-Att dwar l-Industrija tal-Enerġija (EnWG) (99). Għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit, id-dħul mis-suq tal-elettriku jerġa’ jiġi rimborżat għad-durata ta’ dak il-mekkaniżmu. Dan il-kumpens għandu jitħallas flimkien mal-kumpensi ta’ tneħħija gradwali bikrija, u jikkostitwixxi kumpens doppju minħabba li l-istess marġni ta’ kontribuzzjoni kienu diġà rimborżati bħala parti mill-kwantifikazzjoni tal-EUR 4,35 biljun. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ma jiġux ikkumpensati għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit minbarra l-mekkaniżmu ta’ għeluq. Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma eżaminat l-ebda kwistjoni possibbli ta’ akkumulazzjoni ma’ miżuri oħra ta’ għajnuna bħall-mekkaniżmi tal-kapaċità, eċċ.

    (207)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth tenniet li jkun meħtieġ mekkaniżmu ta’ aġġornament, speċjalment fid-dawl tal-kalkoli li diġà ġew riveduti darba u fid-dawl tal-bidliet globali fis-suq tal-elettriku. Mekkaniżmu li jippermetti li l-kumpens jiġi aġġustat fuq il-bażi ta’ profitti attwalment mitlufa u kostijiet tal-għeluq jippermetti li jiġi evitat ir-riskju ta’ kumpens żejjed. ClientEarth qajmet kwistjonijiet simili għal dawk imressqa minn GPE dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni (ara l-premessi minn (194) sa (196)), u indikat ukoll li l-miżuri rilevanti l-oħra kollha tal-enerġija jenħtieġ li jitqiesu biex jiġi evitat kumpens żejjed, inkluż il-limitu massimu fuq il-prezz tal-enerġija u l-fatt li ċerti impjanti tal-faħam ta’ RWE bħalissa qegħdin jibbenefikaw mill-Att dwar il-Manutenzjoni tal-Powerplants ta’ Sostituzzjoni (Ersatzkraftwerkebereithaltungsgesetz). ClientEarth affermat li huwa impossibbli li jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm mekkaniżmu ta’ rkupru biex jiġi evitat kumpens żejjed. Hija rreferiet ukoll għad-Deċiżjoni SA.54537 (100) u għall-approċċ ġenerali segwit mill-Kummissjoni rigward il-proporzjonalità f’dik id-deċiżjoni. Fl-aħħar nett, ClientEarth staqsiet għaliex id-dekummissjonar ta’ żewġ unitajiet (Neurath D u E) ġie pospost b’sentejn u ddikjarat li l-analiżi tal-Kummissjoni dwar dan ma kinitx biżżejjed, u ma qisitx x’jista’ jkun l-impatt tiegħu fuq il-kalkolu tal-kumpens.

    (208)

    Fil-kummenti tiegħu b’segwitu għall-Konsultazzjoni Pubblika, l-EEB argumenta li kellhom jintużaw suppożizzjonijiet alternattivi u iktar realistiċi fix-xenarju kontrofattwali, u b’mod partikolari prezz tal-karbonju iktar kredibbli. Barra minn hekk, l-EEB itenni t-tħassib ta’ Greenpeace li tliet suppożizzjonijiet ewlenin wasslu għal valutazzjoni żejda sistematika tal-pagamenti ta’ kumpens (ara l-premessa (204) hawn fuq).

    (209)

    HEAL, fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, qieset li l-kalkolu tal-kumpens ma sarx b’mod trasparenti u responsabbli, u s-soċjetà ċivili ma kinitx involuta. HEAL ikkunsidrat ukoll li l-kostijiet tas-saħħa esternalizzati tal-enerġija tal-faħam ma ġewx ikkunsidrati fil-kalkolu tal-profitti mitlufa u lanqas fil-kost tar-riabilitazzjoni tal-minjieri. Il-kostijiet tas-saħħa mbassra mit-tniġġis kien jenħtieġ li jitnaqqsu mill-profitti mitlufa għall-perjodu ta’ żmien magħżul biex il-kost esternalizzat kien jiġi internalizzat sabiex jinkiseb ipprezzar realistiku.

    (210)

    F’kummenti għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, CAN innotat li hemm kwistjoni ta’ trasparenza fis-somom ta’ kumpens. Is-somom ta’ kumpens huma magħmula minn profitti mitlufa, kostijiet ta’ rikultivazzjoni u eżenzjoni ta’ tilwim legali, iżda għadu ma huwiex ċar liema ammont jitħallas għal liema entrata u jekk ir-riżultat huwiex ibbażat fuq formula. CAN tqis li s-somom ma humiex proporzjonati mal-kostijiet tar-rikultivazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ LEAG (101).

    4.3.6.5.   L-istati Ġermaniżi

    (211)

    Sachsen sostniet li sabiex titqies il-proporzjonalità tal-kumpens, jenħtieġ li jitqiesu l-iżvantaġġi ekonomiċi kollha għall-impriżi, li huma direttament marbuta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-ġenerazzjoni tal-elettriku mil-linjite, affettwati mit-tneħħija gradwali tal-linjite, b’mod partikolari l-kostijiet tal-aġġustament soċjalment aċċettabbli tal-persunal.

    (212)

    Nordrhein-Westfalen sostna li, fid-deċiżjoni prinċipali tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2021 dwar l-istipulazzjonijiet tal-liġi tal-għeluq għall-ġestjoni tat-territorju tal-Istat, huwa enfasizza l-importanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-għeluq għall-ippjanar tal-użu tal-art fl-Istat. Il-minjieri miftuħa kollha jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti għal restawr xieraq fis-sens tal-Att Federali dwar l-Estrazzjoni. Ma hemm l-ebda dubju dwar il-legalità tal-kumpens miftiehem kuntrattwalment bejn il-Gvern Federali u RWE u li ġie approvat mill-Bundestag Ġermaniż bħala leġiżlatur, bħala kumpens għall-kostijiet addizzjonali li neċessarjament ġarrbet l-impriża bħala riżultat tat-tneħħija gradwali statutorja tal-linjite sal-2038 jew sal-2035. Kumpens adegwat għal RWE huwa essenzjali għall-interess pubbliku tal-Istat ta’ Nordrhein-Westfalen, peress li huwa prerekwiżit għal żvilupp tajjeb u li jħares ’il quddiem fir-Rheinisches Revier. Huwa importanti li l-kumpanija tkun tista’ tissodisfa l-obbligi statutorji tagħha biex tirrestawra d-danni kkawżati fiż-żona.

    4.3.7.   Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

    4.3.7.1.   RWE

    (213)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, RWE sostniet li l-iżvantaġġi ekonomiċi għal RWE huma akbar mill-pagament ta’ kumpens mogħti, u għalhekk, il-kumpens ma jikkawża l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni, iżda min-naħa l-oħra jwassal, tal-inqas sa ċertu punt, biex id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jiġu bbilanċjati għad-detriment ta’ RWE kawża tat-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite.

    (214)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, RWE tenniet li l-effetti pożittivi tal-miżura emendata ta’ RWE fil-biċċa l-kbira jegħlbu l-effetti negattivi potenzjali. Il-miżura emendata ta’ RWE se twassal għal tnaqqis sikur tas-CO2 u se tippromwovi t-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija billi toħloq kundizzjonijiet ta’ investiment siguri għal teknoloġiji ġodda u li ma jagħmlux ħsara lill-klima. Hija preċiżament il-garanzija kuntrattwali tal-perkors ta’ ħruġ li toħloq ċertezza ta’ investiment għall-parteċipanti kollha fis-suq, peress li t-tnaqqis li waqaf fil-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite ma huwiex soġġett għar-riżerva ta’ snin ta’ proċedimenti tal-qorti li kienu jkunu mistennija li kieku l-Ġermanja kienet imponiet projbizzjoni fuq l-għeluq bl-użu ta’ mezzi regolatorji biss. Il-forniment minn qabel tat-tneħħija gradwali sal-2030 ikompli jżid dawn l-effetti tal-miżura emendata ta’ RWE. Dawn l-effetti pożittivi ma humiex kontrobilanċjati minn effetti kompetittivi negattivi li jistgħu jirriżultaw mill-pagament ta’ kumpens. Il-kumpens jiġi kkalkolat b’mod li jikkumpensa biss parti mid-dannu kkawżat lil RWE mit-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite u għalhekk, għal RWE, it-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite tibqa’ negozju li jagħmel it-telf mil-lat ekonomiku. Barra minn hekk, diġà qiegħda ssaħħaħ il-kompetituri kollha, peress li n-nuqqas ta’ provvista kkawżat mill-għeluq qiegħed ikollu effett fuq il-prezzijiet.

    4.3.7.2.   LEAG

    (215)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, LEAG sostniet li anke jekk il-Kummissjoni kellha tassumi distorsjoni tal-kompetizzjoni bħala riżultat tal-miżura abbażi tal-ambitu wiesa’ ta’ dan il-kriterju, peress li fis-suq l-operaturi jikkompetu ma’ operaturi oħra, kif indikat, pereżempju, fil-premessi (110) sa (113) tal-Ftuħ, il-miżura xorta ma jkollha l-ebda impatt negattiv apprezzabbli. Bħala riżultat tal-għeluq tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite, il-pożizzjoni tas-suq tal-operatur saħansitra titnaqqas.

    (216)

    Barra minn hekk, f’każ ipotetiku, kwalunkwe vantaġġ għal LEAG ikun sekondarju b’mod ċar fid-dawl tal-effetti pożittivi kbar tal-miżura, speċjalment fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2. It-tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kapaċità addizzjonali ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq teknoloġiji oħra, speċjalment l-enerġiji rinnovabbli. Barra minn hekk, il-miżura se jkollha impatt pożittiv fuq l-ambjent u se tipprovdi prevedibbiltà fir-rigward tal-għeluq preċedenti ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite. Għalhekk, il-miżura ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa punt li jmur kontra l-interess komuni, u għalhekk l-effetti pożittivi tal-miżura, fi kwalunkwe każ, jegħlbu kwalunkwe effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

    4.3.7.3.   Impriżi

    (217)

    GPE, fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, tikkwota analiżi mwettqa minn parti terza dwar l-effetti distortivi allegati tal-miżura. L-ewwel riskju allegat ta’ effett ta’ distorsjoni huwa li RWE u LEAG se jkunu jistgħu jippenetraw jew isaħħu l-pożizzjonijiet tagħhom fi swieq ġirien għad-detriment tal-kompetituri tagħhom, b’mod partikolari jekk jinvestu f’impjanti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija intensivi fil-kapital għall-użu ta’ enerġiji rinnovabbli. It-tieni tħassib huwa li l-kumpens jikkawża dewmien fit-tneħħija gradwali tal-linjite, li jkun xprunat mis-suq u li jseħħ ħafna qabel. Fil-kummenti għall-Konsultazzjoni Pubblika, GPE żiedet li l-Kummissjoni kien jenħtieġ li tivvaluta jekk il-miżura kinitx ikkawżat xi effetti potenzjalment negattivi fuq il-kompetizzjoni, u li l-analiżi tal-effett tal-pagament ta’ kumpens kellha titwettaq mhux biss fis-suq tal-produzzjoni tal-elettriku minn impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, iżda wkoll fi swieq ġirien bħall-elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

    (218)

    Fl-aħħar nett, fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, GPE sostniet li l-pagamenti regolari ddeterminati minn qabel tal-kumpens se jqawwu direttament is-saħħa tas-suq ta’ RWE u se jintużaw b’mod distorsiv fis-swieq tal-elettriku ekoloġiku. GPE tinnota li l-atturi tas-suq normalment ikollhom jegħlbu żewġ ostakli ewlenin meta jinvestu f’sorsi rinnovabbli: (i) is-sejba ta’ żoni xierqa għall-proġetti, u (ii) il-finanzjament tal-installazzjonijiet. RWE (u LEAG) diġà jgawdu mill-vantaġġ ta’ aċċess iktar faċli għal żoni għal parks eoliċi u solari ġodda, jiġifieri billi jużaw art li qabel kienet maħsuba għall-estrazzjoni tal-linjite. Barra minn hekk, il-pagamenti annwali jipprovdu lil RWE (u lil LEAG) b’likwidità finanzjarja biex jinvestu.

    (219)

    It-tmien kumpaniji lokali fil-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ sostnew li l-għoti tal-għajnuna lill-operaturi tal-linjite jmur kontra l-prinċipji bażiċi tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, peress li dawn il-kumpaniji huma f’kompetizzjoni diretta ma’ RWE f’termini ta’ suq bl-ingrossa tal-elettriku fuq terminu qasir. Il-pagament ta’ primjum tad-dekummissjonar esklużiv mhux iddeterminat b’mod kompetittiv, b’rata fissa u stmat iżżejjed jikser l-Artikolu 106 flimkien mal-Artikolu 102 tat-TFUE għar-raġunijiet li ġejjin: (i) jikkonsolida l-pożizzjoni tal-produttur tal-enerġija dominanti fis-suq, RWE, bl-għajnuna ta’ riżorsi finanzjarji, f’sitwazzjoni fejn is-suq xorta waħda qiegħed jonqos favur RWE; (ii) joħloq kundizzjonijiet kompetittivi strutturalment mhux ugwali fis-suq; iżid il-possibbiltà li RWE tkun tista’ tisfrutta l-potenzjal strateġiku tal-impjanti tal-enerġija tagħha fis-suq tal-bejgħ inizjali meta mqabbel ma’ kompetituri oħra u tespandi t-tmexxija tagħha fis-suq fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, u għalhekk (iii) hemm riskju akbar li l-kompetituri jiġu esklużi. Dawn il-kumpaniji affermaw li sitwazzjoni li fiha Stat Membru joħloq kundizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali li jistgħu jħeġġu t-trasferimenti u l-abbużi tas-saħħa tas-suq titqies bħala ksur tad-dispożizzjonijiet tal-kompetizzjoni tal-liġi primarja skont il-preċedent tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (102).

    (220)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2022, it-tmien kumpaniji lokali affermaw li l-miżura emendata ta’ RWE tappoġġa d-dominanza ta’ RWE u t-tranżizzjoni ekoloġika b’mod li jfixkel. Huma jargumentaw li l-għan tal-miżura emendata ta’ RWE huwa li żżomm is-saħħa fis-suq tal-elettriku ekoloġiku l-ġdid ta’ RWE, u li l-bidla fil-fjuwil ta’ RWE tkun ssussidjata mill-Istat Ġermaniż, filwaqt li produtturi oħra jridu jikkompetu għal din it-tranżizzjoni. Dawn jirreferu b’mod partikolari għall-pjanijiet ta’ RWE li tibni impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass li huma lesti għall-idroġenu b’kapaċità approssimattiva ta’ 3 GW fis-sit tal-impjanti li jaħdmu bil-linjite li se jagħlqu fl-2030, u impenn allegat mill-Istat Ġermaniż biex jappoġġa l-kostruzzjoni ta’ impjanti bħal dawn, anke fil-każ ta’ offerti.

    (221)

    L-argumenti miġbura fil-qosor fil-premessa (220) tressqu wkoll miż-żewġ kumpaniji lokali fil-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ. Fil-kummenti tagħhom għall-Konsultazzjoni Pubblika, huma żiedu li l-miżura se tagħmel ħsara lill-produtturi iżgħar tal-elettriku tal-RES u se żżid b’mod artifiċjali l-prezzijiet tal-elettriku. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji qiesu li l-effetti pożittivi tal-kumpens ma jistgħux jiġu bbilanċjati mill-effetti negattivi, minħabba l-effetti fuq il-kompetizzjoni u l-allegat kumpens żejjed (ara l-kummenti fit-Taqsima 4.3.6 hawn fuq).

    4.3.7.4.   Assoċjazzjonijiet/NGOs

    (222)

    Fil-kummenti tagħha dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, DEBRIV sostniet li ma hemm l-ebda evidenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ bħala riżultat tal-kumpens. L-ewwel nett, il-miżura tagħti lok għal benefiċċji ambjentali kwantifikabbli, peress li l-għeluq gradwali ta’ dawn l-impjanti matul il-perjodu rilevanti se jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2. It-tieni, il-kumpens imħallas lill-kumpaniji tal-linjite huwa sempliċiment kumpens għal profitti mitlufa u għal danni addizzjonali u żvantaġġi ekonomiċi, u għalhekk ma jagħtix lill-impriżi vantaġġ kompetittiv.

    (223)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ Greenpeace sostniet li l-ammont mhux proporzjonat ta’ għajnuna kif deskritt fil-premessa (199), se jwassal għal distorsjonijiet estensivi fis-suq.

    (224)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, ClientEarth sostniet li l-miżura tfixkel il-kompetizzjoni u ma hemm l-ebda benefiċċju ambjentali sinifikanti biex jiġu bbilanċjati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Fil-fehma tagħha, l-operaturi jistgħu jagħmlu sussidju inkroċjat tal-attivitajiet l-oħra tagħhom, b’mod partikolari l-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija iktar nodfa. Barra minn hekk, id-dewmien tal-għeluq tal-impjanti maħluq mill-iskeda tal-liġi tal-għeluq joħloq ukoll żvantaġġ kompetittiv għal sorsi tal-enerġija iktar nodfa, li se jidħlu fis-suq b’iktar diffikultajiet, jew iktar bil-mod milli kieku l-impjanti tal-linjite jagħlqu minħabba kundizzjonijiet normali tan-negozju u jiffaċċaw il-kostijiet kollha tal-għeluq tagħhom.

    (225)

    Barra minn hekk, ClientEarth irreferiet għall-hekk imsejħa “deċiżjoni dwar il-klima” tal-qorti kostituzzjonali Ġermaniża tal-24 ta’ Marzu 2021 (103), li tqajjem dubji dwar jekk l-objettiv tal-Ġermanja li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG huwiex segwit b’mod effettiv mill-miżura. It-Taqsima 2(1) tal-liġi tal-għeluq tiddikjara li l-objettiv primarju tat-tneħħija gradwali tal-faħam huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ GHG fil-Ġermanja. Madankollu, il-qorti kostituzzjonali ddeċidiet li bil-miżuri kurrenti tagħha fis-seħħ, fosthom il-liġi tal-għeluq, il-Ġermanja ma hijiex qed tissodisfa l-obbligu tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet u li tieħu miżuri effettivi biex tipprevjeni t-tibdil fil-klima. Għalhekk, jista’ jingħad li l-effetti negattivi jegħlbu l-effetti pożittivi, peress li l-miżura ma tgħinx biex jintlaħqu l-miri klimatiċi meħtieġa tal-Ġermanja. B’reazzjoni għal din id-deċiżjoni, il-gvern Ġermaniż issuġġerixxa mira nazzjonali ta’ tnaqqis ta’ 65 % sal-2030, li tkun tirrikjedi tneħħija gradwali tal-faħam sal-2030 u mhux sal-2038.

    (226)

    ClientEarth affermat li jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri addizzjonali biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u bħala eżempju rreferiet għall-kawża ta’ ristrutturar ta’ British Energy plc (104). Jenħtieġ li miżuri meħtieġa jinkludu projbizzjoni ta’ sussidjar inkroċjat tal-attivitajiet kummerċjali differenti tagħhom (ġenerazzjoni tal-linjite, ġenerazzjoni mhux tal-linjite, bejgħ lis-suq bl-ingrossa, provvista diretta tan-negozju eċċ.), biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-għajnuna għall-għeluq biex jiġu żviluppati attivitajiet ġodda.

    (227)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, ClientEarth indikat ukoll li dik id-deċiżjoni tikkonferma t-tħassib dwar id-distorsjonijiet fuq il-kompetizzjoni peress li RWE stess indikat li se tinvesti ħafna fit-tranżizzjoni tal-enerġija, iktar minn EUR 50 biljun gross globalment fl-espansjoni tan-negozju ewlieni ekoloġiku tagħha, li EUR 15-il biljun minnhom huma allokati għall-Ġermanja (ara l-premessa (22) tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni). Jekk il-kumpens fil-fatt jintuża għall-użu tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni ħarġet regoli speċifiċi biex tikkunsidra l-għoti ta’ għajnuna għal dawn l-attivitajiet u jkollha titwettaq valutazzjoni f’konformità ma’ dawn ir-regoli. Din il-valutazzjoni ma hijiex parti mid-Deċiżjoni ta’ Estensjoni.

    (228)

    Wara l-Konsultazzjoni Pubblika, l-EEB ikkummenta li l-għoti ta’ fondi pubbliċi tant għoljin lil żewġ atturi biss ifixkel ħafna s-suq intern u jaffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ fil-livell nazzjonali u, minħabba d-dimensjoni ta’ RWE u LEAG, fil-livell tal-UE. L-EEB qies li RWE u LEAG se jiġu megħjuna jżommu s-setgħa tagħhom u li l-kompetituri li ħadu deċiżjonijiet strateġiċi lejn produzzjoni tal-enerġija iktar nadifa se jiġu esklużi mis-suq.

    5.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

    (229)

    Wara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u d-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw kummenti li huma miġbura fil-qosor hawn taħt f’din it-taqsima.

    5.1.   Eżistenza tal-għajnuna

    (230)

    Wara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, fil-kummenti tal-1 ta’ April 2021 l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-kwistjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna tista’ titħalla miftuħa peress li l-miżura, fi kwalunkwe każ, hija proporzjonata. Għalhekk, il-Ġermanja ma pprovdietx valutazzjoni dwar jekk jingħatax vantaġġ lil RWE u LEAG.

    (231)

    Fis-6 ta’ Settembru 2021, meta kkummentaw dwar l-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma aċċettawx il-fehma mqajma minn xi partijiet terzi li l-kumpens miftiehem jagħti vantaġġ lil RWE u lil LEAG li huwa akbar mill-ammont li kieku kienu jiksbu f’każ ta’ għeluq statutorju b’tilwima ġudizzjarja sussegwenti. Ġie enfasizzat li din il-fehma tinjora l-ħafna vantaġġi tas-soluzzjoni nnegozjata magħżula għat-tneħħija gradwali tal-linjite. Il-Ġermanja rreferiet lill-Kummissjoni tal-Faħam, li wara diskussjonijiet twal u intensivi, irrakkomandat, inter alia, li t-tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite jenħtieġ li tiġi solvuta b’kunsens. Il-gvern Ġermaniż segwa din ir-rakkomandazzjoni għal għadd ta’ raġunijiet:

    (232)

    Paċifikazzjoni soċjali: Is-soluzzjoni nnegozjata kienet ta’ importanza kbira għall-aċċettazzjoni tat-tneħħija gradwali tal-faħam fil-Ġermanja kollha. B’mod ieħor, mingħajr kunsens, it-tneħħija gradwali ppjanata setgħet kienet imwaqqfa minn atturi differenti, li kien jagħmel l-implimentazzjoni u l-infurzar soċjali u politiċi ħafna iktar diffiċli.

    (233)

    Tipprovdi ċertezza legali u prevedibbiltà: Is-soluzzjoni nnegozjata tipprovdi ċertezza u prevedibbiltà legali f’waqthom għall-partijiet kollha involuti. It-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-linjite Ġermaniża huwa sfida strutturali ewlenija, b’mod partikolari, fir-reġjuni fil-Ġermanja ċentrali u tal-Lvant, fejn l-operaturi tal-impjanti tal-enerġija tal-linjite u tal-minjieri għandhom rwol prominenti bħala impjegaturi u fatturi ekonomiċi. Sabiex it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mil-linjite jimxi id f’id mal-politiki strutturali u soċjali, huwa importanti perkors affidabbli ta’ dekummissjonar.

    (234)

    Il-linjite bħala sistema ġenerali ta’ impjanti tal-enerġija u ta’ minjieri opencast: Hemm rabta operazzjonali diretta bejn l-impjanti tal-enerġija u l-minjieri opencast fil-każ tal-linjite. Għalhekk, l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija u l-ippjanar u l-loġistika tal-estrazzjoni opencast jeħtieġ li jiġu kkoordinati mill-qrib. Pereżempju, il-ġestjoni tat-toqob residwi, ir-reklamazzjoni ta’ żoni ta’ estrazzjoni miftuħa jew il-ġestjoni tal-piż żejjed huma partikolarment ta’ sfida. Is-soluzzjoni nnegozjata għad-dekummissjonar ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite tqis kif xieraq dawn l-isfidi u tiżgura li t-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite jkun effiċjenti kemm jista’ jkun għas-sistema kollha kemm hi.

    (235)

    Ir-regoli individwali jistgħu jkunu biss kuntrattwalment possibbli: Il-ftehim bejn il-Ġermanja u l-operaturi (jiġifieri l-kuntratt tal-2021) huwa kuntratt tal-liġi pubblika li jirregola, minbarra l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija, drittijiet u obbligi oħra tal-partijiet kontraenti. Il-kuntratt tal-2021 jinkludi, fost l-oħrajn, (i) rimedju legali komprensiv, (ii) regoli biex jiġi żgurat kumpens għar-restawr tal-minjieri miftuħa u (iii) il-possibbiltà li t-tneħħija gradwali titmexxa ’l quddiem bi 3 snin mingħajr kumpens addizzjonali. Dawn ir-regolamenti għandhom valur monetarju, u ma kinux ikunu fattibbli, jew mhux fattibbli bl-istess mod, b’soluzzjoni legali.

    (236)

    Rimedju legali komprensiv: Fil-kuntratt tal-2021, l-operaturi jiddikjaraw rinunzja komprensiva ta’ rimedji legali, kemm quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll quddiem it-tribunali internazzjonali tal-arbitraġġ. Anke jekk il-valur ekonomiku ta’ rinunzja bħal din ikun diffiċli biex jiġi kkwantifikat, ir-rinunzja tkun ta’ sinifikat politiku u ekonomiku ewlieni, peress li l-Ġermanja tibbenefika miċ-ċertezza legali u ma għandhiex għalfejn tibża’ minn riskji baġitarji minn azzjoni legali possibbli. Barra minn hekk, il-kuntratt tal-2021 fih regolamenti dwar l-ekwivalenza tal-kuntratti fir-rigward tal-bidliet sussegwenti fiċ-ċirkostanzi regolatorji u r-rieżamijiet tal-miżura.

    (237)

    L-iżgurar ta’ kumpens għar-restawr ta’ minjieri miftuħa: Il-kuntratt tal-2021 fih dispożizzjonijiet komprensivi biex jiġu żgurati l-ammonti ta’ kumpens għar-riabilitazzjoni tal-minjieri miftuħa. Dawn id-dispożizzjonijiet huma differenti għal RWE u għal LEAG, peress li s-sitwazzjoni taż-żewġ kumpaniji hija differenti, fid-dawl tal-istruttura tal-grupp u tal-istrumenti ta’ salvagwardja implimentati mill-awtoritajiet tal-estrazzjoni. Għalhekk, fil-każ ta’ RWE, l-enfasi hija fuq l-istruttura tal-grupp u jinsabu fis-seħħ salvagwardji f’każ ta’ bidliet sinifikanti fil-grupp. Fil-każ ta’ LEAG, l-ammont ta’ kumpens jitħallas lill-vetturi bi skop speċjali, li diġà jeżistu u huma mirhuna favur il-Länder ta’ Brandenburg u s-Sassonja, u l-ammont ta’ kumpens huwa għalhekk ittrasferit lil fond speċjali.

    (238)

    Għażla ta’ frontloading tad-dekummissjonar: Il-kuntratt tal-2021 jirregola għażla bikrija: Bejn l-2030 u l-2039, l-impjanti kollha tal-enerġija jistgħu jingħalqu 3 snin qabel il-perkors tal-għeluq, mingħajr kumpens, dment li l-Ġermanja tirrikjedi dan mhux iktar tard minn 5 snin qabel id-data tal-għeluq bikri. L-operaturi jaċċettaw dan mingħajr ma jirċievu xi kumpens addizzjonali. Għalhekk, l-għażla għad-dekummissjonar bikri hija inkluża fl-ammonti ta’ kumpens miftiehma. Għall-gvern Ġermaniż, din l-għażla għandha benefiċċju addizzjonali peress li tagħtih iktar lok għal manuvra fil-futur għal iktar tnaqqis tas-CO2, u fl-istess ħin ma tfixkilx objettivi jew oqsma oħra ta’ politika, bħas-sigurtà tal-provvista, is-sitwazzjoni soċjoekonomika taż-żoni affettwati, eċċ. Għażla bħal din mingħajr kumpens qajla setgħet tiġi regolata b’ċertezza legali bil-liġi.

    (239)

    Tnaqqis affidabbli tas-CO2: Is-soluzzjoni nnegozjata twassal biex l-objettiv tal-miżura li tnaqqas is-CO2 jintlaħaq b’mod affidabbli. Ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jibża’ li l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija jiġi kkontestat fil-qorti nazzjonali minn RWE jew minn LEAG. Għalhekk ma jista’ jkun hemm l-ebda sitwazzjoni fejn l-għeluq miftiehem ma jinkisibx jew jiġi ttardjat u, b’riżultat ta’ dan, jiġi rilaxxat eċċess ta’ CO2.

    (240)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-Ġermanja sostniet il-fehma inizjali tagħha li l-klassifikazzjoni tal-miżura emendata ta’ RWE bħala għajnuna tista’ titħalla miftuħa, peress li l-valur preżenti tal-kumpens huwa inqas mit-telf stmat ta’ profitt.

    5.2.   Bażi ta’ kompatibbiltà

    (241)

    Il-Ġermanja ma ssottomettietx kummenti wara l-Konsultazzjoni Pubblika dwar l-applikabbiltà u l-applikazzjoni tas-CEEAG f’din il-kawża, u lanqas ma kkummentat dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi ppreżentati f’dik il-konsultazzjoni.

    5.3.   Kompatibbiltà tal-għajnuna

    5.3.1.   Effett ta’ inċentiv

    (242)

    Il-Ġermanja targumenta li l-miżura emendata ta’ RWE ma tiddubitax l-effett ta’ inċentiv li l-miżura ta’ RWE kellha fuq RWE meta għalqet is-sitt unitajiet mill-2020.

    (243)

    RWE diġà għalqet sitt unitajiet f’konformità mat-tneħħija gradwali tal-linjite stabbilita fil-liġi tal-għeluq u fil-kuntratt tal-2021. Madankollu, sa issa ma ngħata l-ebda kumpens lil RWE minħabba l-klawżola sospensiva fl-Artikolu 10 tal-liġi tal-għeluq. RWE għalqet dawk l-unitajiet biss minħabba li kienet qablet mal-Ġermanja li dan l-għeluq bikri jiġi kkumpensat. Fi kliem ieħor, meta għalqet l-unitajiet, RWE kienet qiegħda tistenna li l-Ġermanja kienet se tħallas kumpens kif previst fil-liġi. L-aspettattiva ta’ RWE li tirċievi kumpens ġiet imsaħħa b’mod partikolari bil-konklużjoni ta’ kuntratt legalment vinkolanti tal-liġi pubblika mal-Ġermanja, jiġifieri l-kuntratt tal-2021. Minbarra l-liġi tal-għeluq, li daħlet fis-seħħ f’Awwissu 2020, dan il-kuntratt jistipula li RWE hija intitolata għal kumpens għall-għeluq bikri tal-impjanti tal-enerġija. RWE se tkun motivata wkoll għall-għeluq futur minħabba l-kumpens miftiehem kuntrattwalment. Għalhekk, il-miżura ta’ RWE, kif inizjalment prevista u kif emendata, għandha effett ta’ inċentiv fuq RWE.

    (244)

    Fir-rigward tal-punt 427 tas-CEEAG, l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-aċċellerazzjoni tat-tneħħija gradwali tal-linjite fiż-żona tal-estrazzjoni tal-linjite f’Rhenish la tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista skont il-punti 325 sa 370 tas-CEAAG, u lanqas ċirkomvenzjoni ta’ dawn ir-regoli. L-aċċellerazzjoni tat-tneħħija gradwali tal-linjite ta’ RWE ma hijiex miżura biex jiġu indirizzati diffikultajiet fuq perjodu twil jew fuq perjodu qasir fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista fis-settur tal-elettriku. Fir-rapport tal-Aġenzija tan-Network Federali Ġermaniża dwar l-istatus u l-iżvilupp kurrenti tas-sigurtà tal-provvista ppubblikat fil-bidu tal-2023 (“Versorgungssicherheitsbericht Strom”), huwa ddikjarat li tneħħija gradwali Ġermaniża tal-faħam sal-2030 hija possibbli mingħajr ma jkollha impatt fuq is-sigurtà tal-provvista min-naħa tas-suq jew min-naħa tal-grilja.

    (245)

    Il-Ġermanja żiedet li l-fokus ċar tal-miżura emendata ta’ RWE jinsab fuq id-dekummissjonar bikri u definittiv tal-impjanti tal-enerġija ta’ RWE li jaħdmu bil-linjite. Huwa dan l-għeluq definittiv tal-impjanti tal-enerġija li qiegħed jiġi kkumpensat u ma jingħata l-ebda pagament tal-kapaċità. Il-posponiment tad-dati ta’ dekummissjonar miftiehma inizjalment ta’ Neurath D u Neurath E b’sentejn ma jmurx kontra din il-valutazzjoni, peress li l-kumpens għal RWE ma huwiex se jitħallas għal din l-estensjoni, iżda għad-dekummissjonar bikri tal-impjanti tal-enerġija. Sakemm l-iffrankar tal-gass naturali minħabba l-operazzjoni itwal ta’ żewġ unitajiet de facto jgħin biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista f’setturi oħra, dan ma jiġix ikkumpensat. Barra minn hekk, id-dritt tal-gvern Ġermaniż li jiddeċiedi fi stadju iktar tard jekk ċerti unitajiet ta’ RWE jiġux ittrasferiti f’riżerva (ara l-premessa (278)) ma jbiddilx il-valutazzjoni tal-miżura emendata ta’ RWE bħala miżura ta’ dekummissjonar.

    5.3.2.   Ksur tad-dritt tal-Unjoni

    (246)

    Fil-kummenti tagħha ppreżentati fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Ġermanja sostniet li l-miżura ma tmurx kontra l-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas fid-dawl ta’ dan li ġej:

    (247)

    L-obbligi tal-operaturi skont il-liġi tal-estrazzjoni ma jiġux sfruttati u ma tiġi ffrankata l-ebda spiża (ara wkoll il-paragrafu 7 tal-kuntratt tal-2021). Fl-istess ħin, il-kumpaniji ma “kkawżawx” il-kostijiet addizzjonali li huma kkawżati mit-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite. Għalhekk, dawn il-kostijiet addizzjonali tqiesu meta ġew determinati l-ammonti ta’ kumpens.

    (248)

    Il-kostijiet addizzjonali tal-estrazzjoni huma relatati mal-kostijiet addizzjonali fil-minjieri miftuħa li jirriżultaw mill-għeluq bikri, bħall-posponiment tal-istabbiliment ta’ provvedimenti (effetti fuq ir-rata tal-imgħax) u n-nefqa addizzjonali dovuta, pereżempju, għall-ħtieġa ta’ skedar mill-ġdid. Min-naħa l-oħra, il-kostijiet addizzjonali tal-estrazzjoni miftuħa ma humiex il-kostijiet tar-restawr regolari tal-estrazzjoni miftuħa, li l-kumpaniji kien ikollhom iġarrbu xorta f’xenarju mingħajr tneħħija gradwali miftiehma tal-linjite.

    (249)

    Il-kuntratt tal-2021 fih salvagwardji addizzjonali għall-użu tal-minjieri miftuħa. Minbarra l-obbligi legali eżistenti tal-operaturi, il-kuntratt jinkludi salvagwardji żviluppati individwalment għaż-żewġ operaturi, li jnaqqsu r-riskju li l-kumpaniji ma jġarrbux bis-sħiħ il-kostijiet tal-operazzjoni ta’ estrazzjoni miftuħa u li se jitħallew piżijiet sostanzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

    5.3.3.   Adegwatezza

    (250)

    Fil-kummenti tagħha sottomessi fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Ġermanja ddikjarat li l-miżura hija adatta għall-implimentazzjoni tat-tneħħija gradwali tal-linjite b’mod kosteffettiv, prevedibbli, soċjalment aċċettabbli u legalment sigur. Miżuri alternattivi u ugwalment xierqa ma humiex evidenti. Il-Ġermanja indikat li:

    (251)

    It-tneħħija gradwali tal-faħam iebes fi Stati Membri oħra tal-UE (eż. in-Netherlands jew Spanja) ma hijiex komparabbli mat-tneħħija gradwali Ġermaniża tal-linjite. F’dawk il-pajjiżi, l-impjanti kollha tal-faħam jużaw faħam iebes, li jista’ jiġi akkwistat ekonomikament mis-suq dinji, u ma hemm l-ebda minjieri miftuħa. Madankollu, fil-fehma tal-Ġermanja, hija preċiżament il-konnessjoni tal-impjanti tal-enerġija u tal-minjieri miftuħa f’unità sistemika li tagħmel it-tneħħija gradwali tal-linjite partikolarment diffiċli u kumplessa, anki minħabba l-importanza tal-ekonomiji reġjonali u l-isfida li t-tneħħija gradwali u ordnata tintrabat mal-politiki strutturali. Barra minn hekk, il-faħam bħala sors tal-enerġija għandu rwol iżgħar fi Spanja u fin-Netherlands milli fit-taħlita tal-enerġija Ġermaniża.

    (252)

    Is-soluzzjoni miftiehma għal-linjite għandha ħafna vantaġġi, bħall-paċifikazzjoni soċjali u ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà legali (ara l-premessa (232) hawn fuq).

    5.3.4.   Proporzjonalità

    (253)

    Fil-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Ġermanja sostniet li l-profitti mitlufa waħedhom diġà huma ogħla mill-ammonti ta’ kumpens, u għalhekk ma hemm l-ebda kumpens żejjed.

    (254)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-Ġermanja ħadet nota tal-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni dwar il-proporzjonalità tal-miżura emendata ta’ RWE.

    (255)

    Il-Ġermanja ssostni li l-kumpens għal RWE jitħallas għal diversi aspetti, inkluż b’mod partikolari għal profitti mitlufa u kostijiet addizzjonali li RWE kellha u jkollha ġġarrab, peress li qablet li tagħlaq l-impjanti tal-enerġija tagħha għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-klima qabel ma jilħqu t-tmiem tal-ħajja teknika/ekonomika tagħhom. B’mod ieħor, kienet tkun tista’ tagħmel dħul billi tbigħ l-elettriku tal-impjanti tal-enerġija fis-suq u ma kienx ikun hemm kostijiet addizzjonali.

    (256)

    Il-Ġermanja ssostni li l-profitti mitlufa ta’ RWE diġà jaqbżu, u għalhekk jiġġustifikaw il-kumpens lil RWE. Biex turi dan, r2b Energy Consulting GmbH ħejjiet għall-Ministeru Ġermaniż il-kalkolu rivedut għall-impjanti tal-enerġija ta’ RWE, li fihom il-profitti mitlufa tqabblu mal-kumpens li jitħallas lil RWE, sabiex turi li ma hemm l-ebda kumpens żejjed (ara l-premessi (63) sa (75) għal deskrizzjoni ta’ dan il-kalkolu).

    (257)

    Il-kalkolu juri li l-VPN tal-profitti mitlufa tas-snin mill-2022 sal-2025 (ta’ madwar EUR 2,03 biljun), ikkalkolat bl-użu tal-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2, mistenni mis-suq fis-snin ta’ wara l-għeluq, diġà huwa ogħla mill-VPN tal-kumpens li għandu jitħallas lil RWE (madwar EUR 1,72 biljun). L-inklużjoni tas-sena 2026 iżżid EUR 131 miljun addizzjonali (fil-VPN tal-2022) mal-profitti mitlufa.

    (258)

    Il-Ġermanja tindika wkoll li l-kalkolu sar b’mod konservattiv, li jissottovaluta l-profitti li l-unitajiet magħluqa setgħu għamlu fix-xenarju kontrofattwali. B’mod iktar speċifiku:

    (1)

    Il-kalkolu jassumi li l-limitu massimu tad-dħul mis-suq għall-ġeneraturi tal-elettriku, li fiż-żmien tal-kalkolu rivedut ġie lleġiżlat li jdum sat-30 ta’ Ġunju 2023, huwa estiż sat-30 ta’ April 2024, u b’hekk jitnaqqas il-profitt mitluf tal-impjant ta’ Frechen/Wachtberg. Finalment, il-gvern Ġermaniż iddeċieda li ma jtawwalx l-applikazzjoni tal-limitu massimu tad-dħul mis-suq wara t-30 ta’ Ġunju 2023. Li kieku dan ġie kkunsidrat fil-kalkolu rivedut, il-profitti mitlufa tal-impjant ta’ Frechen/Wachtberg kienu jkunu ogħla b’EUR 181 miljun f’termini tal-VPN.

    (2)

    Il-kalkolu jassumi li l-unitajiet Neurath D u E se jingħalqu fil-31 ta’ Marzu 2025 u jkunu tilfu l-profitti biss minn dik id-data, filwaqt li, fir-realtà, jistgħu jagħlqu sena qabel, u b’hekk ikollhom profitti mitlufa ogħla, sakemm il-gvern Ġermaniż ma jiddeċidix separatament li jżomm l-unitajiet sal-31 ta’ Marzu 2025 (ara l-premessa (51)).

    (3)

    Il-kalkolu ma jikkunsidrax id-dħul mill-konsenji tas-sħana u mis-suq tal-ibbilanċjar, u jkompli jissottovaluta l-profitti mitlufa.

    (259)

    Il-Ġermanja tinnota wkoll li l-kalkolu rivedut isir b’mod li jirrifletti b’mod olistiku l-ekonomija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite li fiha l-minjieri huma inseparabbli mill-impjanti tal-enerġija. Għalhekk, il-kalkolu rivedut iqis mhux biss il-kostijiet varjabbli tal-estrazzjoni, iżda wkoll il-kostijiet fissi tal-minjieri tal-linjite, li huma ferm ogħla mill-kostijiet varjabbli tal-estrazzjoni meta jiġu vvalutati għal kull unità tal-produzzjoni tal-elettriku. Dan jixpruna l-kostijiet totali tal-fjuwil għal kull unità ta’ produzzjoni ogħla b’mod sinifikanti u jkompli jnaqqas il-profitti mitlufa.

    (260)

    Fir-rigward tad-dubji mqajma fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Ġermanja targumenta li għal RWE dawn id-dubji ma għadhomx rilevanti fid-dawl tal-kalkolu rivedut (ara l-premessi (63) sa (75)), speċjalment minħabba li l-kalkolu jneħħi l-ħtieġa għal approċċ komprensiv ta’ mmudellar fit-tul.

    (261)

    B’mod iktar speċifiku, il-Ġermanja ssostni li d-dubji mqajma fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ fir-rigward tal-profitti li jmorru ħafna fil-futur (ara l-premessi (123) sa (132) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ) ma għadhomx rilevanti fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE, minħabba li l-kalkolu rivedut iqis biss il-profitti mitlufa mkejla f’għadd limitat ta’ snin mhux ’il bogħod mid-dati tal-għeluq, u minħabba li tali profitti mitlufa diġà jaqbżu l-kumpens.

    (262)

    Il-Ġermanja targumenta wkoll li d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-kostijiet ta’ investiment (ara l-premessi (126) u (127) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ) għat-titjib tal-impjanti tal-enerġija biex jilħqu tulijiet ta’ ħajja twal huma irrilevanti fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE minħabba l-perjodu ta’ żmien ħafna iqsar li għalih jitqiesu l-profitti mitlufa mbassra. Fir-rigward ta’ Niederaußem D, li fil-każ tiegħu l-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-impjant ikunx jista’ jopera lil hinn mill-2020 minħabba l-konformità mad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE), u standards iktar stretti relatati għal Impjanti Kbar tal-Kombustjoni li jikkonċernaw proċessi ewlenin tal-impjanti tal-enerġija, il-Ġermanja ssostni li dan id-dubju ma għadux rilevanti fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE peress li ma hemm l-ebda profitt mitluf mitlub għal din l-unità partikolari fil-kalkolu rivedut (ara l-premessa (65)).

    (263)

    Barra minn hekk, fir-rigward tad-dubju espress fil-premessa (129) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ dwar jekk ir-rata ta’ skont ta’ 7,5 % tqisx b’mod suffiċjenti r-riskji u l-inċertezzi għoljin marbuta mal-perjodu twil ta’ tbassir, jew jekk il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni addizzjonali jkollhomx jiġu previsti, il-Ġermanja ssostni li r-rata ta’ skont ta’ 7,5 % hija adegwata. Skont l-istudju ta’ KPMG (105), il-medja tal-industrija tad-WACC hija ta’ 5,2 % u dik użata minn RWE fil-kalkoli tagħha stess hija ta’ 3,5 %. Il-Ġermanja targumenta li dan id-dubju ma għadux rilevanti fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE peress li ż-żmien tal-valwazzjoni huwa qasir u l-valur tad-WACC, anke jekk huwa stabbilit iktar baxx jew ogħla, ma jbiddilx l-eżitu tal-paragun bejn il-profitti mitlufa u l-kumpens. Dan huwa prinċipalment dovut għall-perjodu ta’ żmien qasir tal-profitti mitlufa ddikjarati, li l-valur preżenti nett tagħhom ma huwiex influwenzat ħafna mill-bidliet fid-WACC, flimkien mal-fatt li l-valur preżenti nett tal-pagamenti ta’ kumpens annwali, filwaqt li huwa għal perjodu itwal, jonqos ukoll mill-effetti tal-inflazzjoni (mistennija għal 2 % wara l-2025 skont il-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew (106)).

    (264)

    Fir-rigward tad-dubju dwar il-prezzijiet futuri tal-fjuwil u tas-CO2, li kienu skaduti fil-fehma tal-Kummissjoni (ara l-premessa (130) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ), il-Ġermanja targumenta li anke din il-kwistjoni ma hijiex iktar rilevanti fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE peress li l-profitti mitlufa fil-kalkolu rivedut rigward il-miżura emendata ta’ RWE huma bbażati fuq l-aspettattivi tas-suq stabbiliti b’mod indipendenti fiż-żmien tal-għeluq tal-unitajiet (fil-każ ta’ unitajiet diġà magħluqa), jew fuq aspettattivi tas-suq reċenti stabbiliti b’mod indipendenti fir-rigward tal-prezzijiet tal-fjuwil u tas-CO2 (għall-unitajiet li se jagħlqu wara s-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut).

    (265)

    Barra minn hekk, id-dubju espress fil-premessa (131) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, li fiha l-Kummissjoni tindika li ma kinitx irċeviet data għal kull waħda mill-unitajiet skedati għall-għeluq, fil-fehma tal-Ġermanja huwa eliminat ukoll fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE wkoll, peress li l-kalkolu rivedut fih data għal kull unità ta’ RWE skedata għall-għeluq li diġà għalqet jew li hija mbassra li tkun tilfet il-profitti fil-futur qrib sal-2026 (107).

    (266)

    Il-Ġermanja targumenta li d-dubju tal-Kummissjoni rigward in-nuqqas ta’ analiżi tas-sensittività spjegat fil-premessa (132) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ huwa wkoll eliminat fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE minħabba li minflok mudell tas-suq tal-elettriku b’parametri assunti bħall-prezzijiet tal-elettriku, tal-fjuwil u tas-CO2 sottomessi qabel, il-kalkolu rivedut tal-profitti mitlufa għall-miżura emendata ta’ RWE juża l-aspettattivi attwali tas-suq stabbiliti minn sorsi indipendenti, u japplika prattika industrijali stabbilita b’mod wiesa’ li fiha l-impjanti tal-enerġija jiħħeġġjaw il-marġni operatorju tagħhom bl-użu ta’ prodotti finanzjarji mixtrija fis-suq tal-materja prima (ara l-premessa (75)).

    (267)

    Fil-fehma tal-Ġermanja, id-dubju tal-Kummissjoni dwar ix-xenarji alternattivi ppreżentati mill-Ġermanja fil-premessa (134) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ huwa wkoll eliminat fir-rigward tal-miżura emendata ta’ RWE. Dan minħabba li abbażi tal-miżura emendata ta’ RWE, l-għeluq finali tal-impjanti ta’ RWE tressaq għall-2030 mill-2038. Għalhekk, l-għażla ta’ frontloading tad-dekummissjonar (jiġifieri l-għażla li l-għeluq jitressaq mill-2038 għall-2035) ma għadhiex rilevanti u ma ġietx ikkunsidrata għall-kalkolu rivedut tal-profitti mitlufa ta’ RWE (ara l-premessi (63) sa (75)).

    (268)

    Fir-rigward tal-kostijiet addizzjonali tar-riabilitazzjoni tal-minjieri ta’ RWE (ara l-premessi (136) sa (138) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ), il-Ġermanja tindika li fil-kalkolu rivedut ġew ikkunsidrati biss il-profitti mitlufa tal-impjanti tal-enerġija ta’ RWE (ara l-premessi (63) sa (75)), mingħajr ma ġew ikkunsidrati l-ebda kostijiet addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri għall-kalkolu. Dawn il-kostijiet addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri ma kinux inklużi fil-kalkolu rivedut peress li l-profitti mitlufa ta’ RWE diġà jaqbżu l-ammont ta’ kumpens lil RWE, u għalhekk kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-kumpens. Madankollu, il-Ġermanja enfasizzat li l-kostijiet addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri b’mod ġenerali jkunu xierqa wkoll biex jiġġustifikaw il-pagamenti ta’ kumpens lil RWE.

    (269)

    Il-Ġermanja tindika li l-kalkolu rivedut u l-argumenti mressqa jindirizzaw biss il-miżura emendata ta’ RWE u huma speċifiċi għas-sitwazzjoni tal-miżura emendata ta’ RWE.

    (270)

    Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tindika li s-sitwazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija tal-linjite iżgħar hija differenti minħabba s-sjieda iktar varjata tagħhom (madwar 45 installazzjoni iżgħar differenti tal-linjite li qegħdin jitħaddmu fil-Ġermanja), li tipikament jikkonsistu minn utenti industrijali li jikkunsmaw il-produzzjoni tagħhom stess tal-elettriku (u spiss ukoll tas-sħana). Fil-fatt, xi installazzjonijiet iżgħar li jipproduċu wkoll is-sħana f’konfigurazzjoni tas-CHP kellhom id-data tal-irtirar tagħhom stabbilita fi strument ieħor ta’ dekarbonizzazzjoni (Kraft-Wärme Kopplungsgesetz, il-liġi dwar il-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-enerġija).

    (271)

    Fil-kummenti tagħha għall-kummenti tal-partijiet terzi dwar id-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-Ġermanja sostniet li l-kritika tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-profitti mitlufa fil-kalkolu rivedut ma hijiex konvinċenti. Fis-sottomissjonijiet tagħha, il-Ġermanja wriet li l-VPN tal-profitti mitlufa ta’ RWE huwa ogħla b’mod li jista’ jitkejjel mill-VPN tal-kumpens. Il-kalkolu rivedut juri li l-ammont ta’ kumpens huwa limitat għall-minimu meħtieġ u li ma hemm l-ebda kumpens żejjed.

    (272)

    Barra minn hekk, il-Ġermanja indikat li l-gvern Ġermaniż ma ggarantixxa lil RWE l-ebda appoġġ mill-Istat għall-espansjoni ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass li huma lesti għall-idroġenu fis-siti tal-unitajiet tal-linjite magħluqa. L-awtoritajiet Ġermaniżi jaqblu li fil-kuntest tat-tneħħija gradwali Ġermaniża tal-faħam, il-gvern Ġermaniż qiegħed ifassal diversi miżuri ġodda biex jiżgura t-tranżizzjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriku newtrali għall-klima. Madankollu, dan ma jfissirx li RWE ġiet garantita xi appoġġ. Peress li l-Ġermanja beħsiebha tagħti bonuses għal dan l-appoġġ permezz ta’ sejħiet għall-offerti ġenerali u trasparenti miftuħa għall-parteċipanti kollha fis-suq, RWE ma għandha l-ebda garanzija li se tikseb appoġġ taħt il-miżuri l-ġodda. Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika li dawn il-miżuri ma humiex marbuta mal-miżura ta’ RWE jew mal-miżura emendata ta’ RWE u mal-proċedura preżenti.

    5.3.5.   Evitar ta’ effetti mhux xierqa fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

    (273)

    Fil-kummenti tagħha ppreżentati fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Ġermanja tikkontesta s-sottomissjoni mill-partijiet terzi li l-kumpens jibbenefika lil RWE u lil LEAG kemm vis-à-vis kompetituri fis-suq Ġermaniż kif ukoll vis-à-vis kompetituri fis-suq Ewropew, u targumenta li l-miżura ma tfixkilx jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (274)

    Barra minn hekk, il-Ġermanja tqis bla bażi l-allegazzjoni magħmula minn parti terza ta’ ksur allegat tal-Artikolu 106(1) flimkien mal-Artikolu 102 TFUE deskritt fil-premessa (220). Dan il-ksur jippreżupponi l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq minn impriża li lilha Stat Membru jagħti drittijiet speċjali jew esklużivi. Madankollu, f’din il-kawża, diġà ġie stabbilit mill-awtoritajiet f’bosta deċiżjonijiet ta’ fużjoni li RWE ma għandhiex pożizzjoni dominanti fis-suq tal-prodott u dak ġeografiku rilevanti (108).

    5.3.6.   Mekkaniżmu ta’ għeluq differit

    (275)

    Il-Ġermanja targumenta li l-mekkaniżmu ta’ għeluq differit jenħtieġ li jiġi sseparat mill-miżura emendata ta’ RWE, peress li huma strumenti differenti, li jindirizzaw perjodi ta’ żmien differenti u jsegwu loġika differenti. Il-kumpens għal RWE għall-għeluq bikri huwa stabbilit fil-liġi tal-għeluq u fil-kuntratt tal-2021. Dan ġie kkalkolat abbażi ta’ profitti mitlufa mġarrba wara l-għeluq finali tal-unità speċifika. Il-perjodu li unità speċifika tista’ tkun fil-mekkaniżmu ta’ għeluq differit (jiġifieri bejn id-dati ta’ għeluq provviżorji u dawk finali) ma jitqiesx fil-kalkolu tal-profitti mitlufa.

    (276)

    Min-naħa l-oħra, ir-remunerazzjoni tal-għeluq differit tiġi kkalkolata abbażi ta’ formula ta’ kumpens għall-unità rilevanti u biss għall-perjodu li fih l-unità tkun fil-mekkaniżmu ta’ għeluq differit. Għalhekk, din ir-remunerazzjoni hija irrilevanti għall-kalkolu tal-profitti mitlufa għall-kumpens skont il-miżura emendata ta’ RWE, u ma għandhiex titqies fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura emendata ta’ RWE.

    5.3.7.   Riżervi potenzjali ġodda

    (277)

    Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-riżervi potenzjali l-oħra (Reserve) imsemmija fil-miżura emendata ta’ RWE (ara l-premessi (51) u (59)), il-Ġermanja ssostni li dawn l-għażliet ta’ riżerva ma humiex previsti fil-liġi tal-emenda u lanqas fil-kuntratt ta’ emenda. Jekk il-Ġermanja tkun tixtieq timplimentahom, il-Ġermanja u RWE l-ewwel ikollhom jiddefinixxu dawn l-għażliet. F’dan l-istadju, dawn l-għażliet ta’ riżerva għadhom ma ġewx definiti legalment fid-dettall. Peress li dawn ir-riżervi għadhom ma jeżistux u peress li għadu ma huwiex ċert jekk l-għażliet humiex se jiġu attivati fil-futur, il-Ġermanja targumenta li dawn l-għażliet ma humiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura emendata ta’ RWE. Kieku l-gvern Ġermaniż kellu jiddeċiedi favur riżerva, din tkun miżura ġdida. Skont it-tfassil tagħhom, il-Ġermanja tinnotifika tali miżuri separatament skont il-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

    6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA NOTIFIKATA

    6.1.   Eżistenza tal-għajnuna

    (278)

    L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jiddikjara li “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

    (279)

    Għalhekk, il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (280)

    Il-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, wara li analizzat il-miżura ta’ RWE (ara l-premessi (94) sa (112) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ), diġà kkonkludiet b’mod preliminari li l-miżura ta’ RWE tikkostitwixxi għajnuna. Fid-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-miżura emendata ta’ RWE wkoll tikkostitwixxi għajnuna (ara l-premessi (80) sa (88) tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni).

    6.1.1.   Imputabbiltà u involviment tar-riżorsi tal-Istat

    (281)

    Sabiex miżura tinstab bħala mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, trid (i) tingħata direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u (ii) tkun imputabbli lill-Istat.

    (282)

    F’dan il-każ, il-kumpens se jitħallas mill-baġit tal-Istat lil RWE f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-emenda u l-kuntratt ta’ emenda (ara l-premessa (77)).

    (283)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura emendata ta’ RWE hija imputabbli lill-Istat u timplika l-użu ta’ riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    6.1.2.   Eżistenza ta’ vantaġġ

    (284)

    Vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (109). L-Artikolu 107(1) TFUE jirrikjedi li miżura, sabiex tkun definita bħala għajnuna mill-Istat, tkun selettiva fis-sens li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” .

    (285)

    Il-Kummissjoni tqis li l-miżura tagħti vantaġġ lil RWE, li ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq, peress li se tirċievi kumpens finanzjarju ta’ EUR 2,6 biljun, li ma kinitx tirċievi fin-nuqqas tal-miżura.

    (286)

    Bosta partijiet terzi sostnew li l-miżura tagħti vantaġġ (il-premessi (104) sa (107)). RWE, bħala l-benefiċjarju, indikat li l-kumpens ma jilħaqx id-dannu totali mġarrab minn RWE u li għalhekk ma hemm l-ebda vantaġġ mogħti lil RWE (il-premessi (92) sa (97)). RWE kienet ikkalkolat id-dannu totali tagħha kkawżat mill-għeluq bikri għal EUR 8,7 biljun, li jikkonsisti minn EUR 5,5 biljun fi profitti mitlufa u EUR 3,2 biljun f’kostijiet addizzjonali (il-premessa (177)). Barra minn hekk, RWE indikat li l-miżura notifikata hija kumpens għad-danni peress li l-liġi tal-għeluq tikser id-dritt ta’ RWE għall-proprjetà, u għalhekk ma hemm l-ebda vantaġġ ekonomiku mogħti lil RWE. Din il-fehma kienet appoġġata wkoll minn ċerti partijiet terzi (il-premessa (108)).

    (287)

    L-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-kumpens miftiehem ma jagħtix vantaġġ lil RWE li huwa akbar mill-ammont li RWE kienet tikseb f’każ ta’ għeluq statutorju b’tilwima ġudizzjarja sussegwenti (ara l-premessa (231) sa (241)).

    6.1.2.1.   Kumpens skont il-liġi nazzjonali applikabbli

    (288)

    Partijiet terzi sostnew li t-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite tikkostitwixxi interferenza mad-drittijiet tal-proprjetà ta’ RWE skont l-Artikolu 14(1) tal-GG u li ma tikkostitwix esproprjazzjoni skont l-Artikolu 14(3) tal-GG. Madankollu, partijiet terzi ma qablux dwar jekk jenħtieġx li jingħata kumpens għal interferenza bħal din (il-premessi (93), (100), (103), (105), (106)). Ċerti partijiet terzi sostnew li RWE tkun tista’ tipproteġi d-drittijiet tal-proprjetà tagħha fi proċedimenti tal-qorti kostituzzjonali (ara l-premessi (108) u (110)).

    (289)

    Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżura notifikata tagħtix vantaġġ lil RWE, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta x’inhu l-livell minimu ta’ kumpens li l-Ġermanja tkun meħtieġa tagħti lil RWE skont il-liġi nazzjonali f’każ li l-Ġermanja tkun sempliċiment tat il-mandat għall-għeluq mingħajr ma daħlet f’kuntratt mal-operaturi affettwati. Jekk il-miżura notifikata tmur lil hinn minn dan il-kumpens minimu meħtieġ, il-miżura notifikata tagħti vantaġġ lill-operaturi affettwati, u għalhekk hija għajnuna mill-Istat, jekk kriterji oħra jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv.

    6.1.2.1.1.   L-ambitu tal-protezzjoni tal-proprjetà skont l-Artikolu 14 tal-GG

    6.1.2.1.1.1.   Il-miżura taqa’ taħt id-dritt pubbliku

    (290)

    Teżisti differenza importanti bejn il-kumpens kostituzzjonali (Entschädigung) skont l-Artikolu 14 tal-GG, u l-kumpens għad-danni (Schadensersatz) pereżempju fir-reġim legali tal-liġi ċivili.

    (291)

    Il-prinċipji tal-kumpens għad-danni fil-liġi ċivili, li ma humiex applikabbli fil-kawża kurrenti, u l-kumpens għall-ksur tad-drittijiet individwali tal-proprjetà skont il-GG u l-liġi pubblika huma żewġ strumenti legali differenti u jsegwu loġika differenti. Il-kumpens għad-danni fil-kuntest tal-liġi ċivili (pereżempju fis-sens ta’ §§ 249 (1) ff. BGB (110)) ifisser li l-parti li tkun ġarrbet id-dannu jeħtiġilha titqiegħed f’pożizzjoni bħallikieku l-avveniment dannuż ma jkunx seħħ (111). Dan ifisser li d-dannu nnifsu huwa d-differenza bejn l-istat tal-assi mingħajr avveniment dannuż (sitwazzjoni ipotetika) u s-sitwazzjoni attwali, jiġifieri l-istat attwali tal-assi (kundizzjoni reali) (112).

    (292)

    Dan il-livell ta’ kumpens madankollu ma huwiex meħtieġ f’sitwazzjoni fejn l-Istat jipprovdi kontenut u jillimita dispożizzjonijiet f’kuntest ta’ liġi pubblika. Il-kumpens kostituzzjonali jfisser kumpens xieraq għad-danni diretti kkawżati mill-intervent fil-proprjetà li jirriżulta f’telf finanzjarju. Huwa bbażat fuq id-dritt li jkun ġie sfruttat u li huwa maħsub biex jikkumpensa b’mod xieraq għal dak l-isfruttament (113), iżda ma jimmirax għal restituzzjoni globali sħiħa.

    6.1.2.1.1.2.   Ambitu tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-GG

    (293)

    Skont il-letteratura legali, hemm żewġ tipi ta’ interferenza mad-dritt għall-proprjetà li huwa protett skont l-Artikolu 14 tal-GG. L-ewwel nett, l-esproprjazzjoni skont l-Artikolu 14(3) tal-GG, u t-tieni, id-dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti fuq il-proprjetà skont l-Artikolu 14(1), it-tieni sentenza tal-GG (114). Sitwazzjoni ma tistax tkun dawn it-tnejn fl-istess waqt, tkun jew esproprjazzjoni jew dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti (115). Il-Kummissjoni taqbel mal-partijiet terzi li t-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite ma tikkostitwix esproprjazzjoni skont l-Artikolu 14(3) tal-GG (ara l-premessa (289)). Dan għaliex l-operaturi ma humiex se jitilfu s-sjieda tal-installazzjonijiet u tal-infrastruttura madwarhom, li hija prekundizzjoni għall-esproprjazzjoni. L-esproprjazzjoni tikkonsisti minn żewġ komponenti: min-naħa l-waħda, iċ-ċaħda ta’ pożizzjoni ta’ proprjetà u, min-naħa l-oħra, l-approprjazzjoni tal-merkanzija (116). Il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża (il-“Qorti Ġermaniża”) iddeċidiet li r-restrizzjonijiet fuq l-użu u r-rinunzja tad-drittijiet tas-sjieda ma jistgħux, bħala tali, jikkostitwixxu esproprjazzjoni (117). Għalhekk, f’din il-kawża, fejn il-miżura ma tittrasferixxi l-ebda dritt, iżda tillimita biss l-użu possibbli tal-proprjetà, il-Kummissjoni tqis li tneħħija gradwali bikrija tal-linjite f’xenarju kontrofattwali fejn il-Ġermanja kienet sempliċiment tat il-mandat għall-għeluq mingħajr ma daħlet f’kuntratt mal-operaturi affettwati, tista’ tikkostitwixxi interferenza mad-drittijiet tal-proprjetà tal-operatur bħala dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti skont l-Artikolu 14(1), it-tieni sentenza tal-GG, iżda ma taqax taħt l-Artikolu 14(3) tal-GG.

    (294)

    Il-Kummissjoni tifhem li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-limiti fil-prinċipju għandhom jiġu aċċettati mis-sid tal-proprjetà mingħajr kumpens bħala riżultat tar-rabtiet soċjali tal-proprjetà (118). Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-limiti jridu jikkonformaw mal-prinċipji tal-proporzjonalità u l-ugwaljanza. Madankollu, f’każijiet speċjali ta’ kontenut u ta’ limiti tad-dispożizzjonijiet, fejn il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-ugwaljanza ma jkunux qegħdin jiġu segwiti, is-sitwazzjoni tista’ tirrikjedi l-għoti ta’ kumpens. B’mod partikolari, dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti tista’, bħala eċċezzjoni, tobbliga kumpens f’każijiet ta’ tbatija partikolari (besonderer Härtefall). Sitwazzjonijiet partikolari ta’ tbatija huma każijiet “speċjali” ta’ tbatija fejn f’każ individwali, l-applikazzjoni tal-liġi twassal għal sitwazzjoni eċċessivament ħarxa, mhux raġonevoli jew inġusta ħafna, jiġifieri każijiet individwali li jwasslu għal piż mhux raġonevoli (unzumutbare Belastung), anke meta jitqies l-iskop tal-liġi (119). F’ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont il-prinċipju tal-proporzjonalità u sabiex jiġi kkumpensat il-piż eċċezzjonali (Sonderopfer) tas-sid tal-proprjetà, jistgħu jkunu meħtieġa arranġamenti ta’ kumpens eċċezzjonali. Huwa possibbli li dispożizzjoni, li hija proporzjonata fiha nnifisha, twassal għal piż eċċezzjonali f’każijiet mhux tipiċi, iżda li l-leġiżlatura tqis ukoll li l-miżura ta’ restrizzjoni tal-proprjetà hija meħtieġa fl-interess pubbliku f’dawn il-każijiet. F’dan ir-rigward, il-kumpens jista’ mbagħad ikun meħtieġ biex jikkumpensa għad-disproporzjonalità jew għan-nuqqas ta’ ugwaljanza tal-miżura lis-sid tal-proprjetà (120).

    (295)

    Sakemm dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti tqassar il-pożizzjonijiet legali eżistenti, tqum il-mistoqsija dwar sa liema punt l-aspett tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jrid jitqies fil-kuntest tat-test tal-proporzjonalità, u sa liema punt, l-arranġamenti tranżizzjonali u l-klawżoli ta’ salvagwardja (Härteklauseln(121) huma eċċezzjonalment meħtieġa. Il-Qorti Ġermaniża sabet li l-leġiżlatura, fil-prinċipju, ma hijiex prekluża milli tinforza miżuri li jirrestrinġu s-sjieda anke f’każijiet ta’ tbatija partikolari (Härtefälle), jekk il-leġiżlatura tevita piżijiet sproporzjonati jew mhux ugwali fuq is-sid permezz ta’ prekawzjonijiet ta’ kumpens u tqis kif xieraq l-aspettattivi leġittimi. Għalhekk, għal raġunijiet tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jistgħu jkunu meħtieġa arranġamenti tranżizzjonali u klawżoli ta’ salvagwardja. Jekk, u sa liema punt, huma meħtieġa arranġamenti tranżizzjonali u klawżoli ta’ salvagwardja jiddependi mill-ibbilanċjar tas-severità tal-interferenza tad-dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti introdotta mill-miżura mad-drittijiet protetti mill-Artikolu 14(1) tal-GG u mill-importanza tal-interess ġenerali segwit mill-kontenut u d-dispożizzjoni dwar il-limiti (122). Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li l-Qorti Ġermaniża sabet li l-objettiv tal-politika pubblika tal-ħarsien ambjentali jista’ jkun akbar mill-interess tas-sid privat li ma jkunx ristrett fl-użu tal-proprjetà (123).

    (296)

    Dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti li tirrikjedi kumpens isseħħ biss f’każijiet fejn ikun hemm interferenza partikolarment intensiva ma’ pożizzjoni ta’ proprjetà. Il-fattur deċiżiv għar-rekwiżit ta’ kumpens huwa jekk id-dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti ma tkunx raġonevoli għas-sid tal-proprjetà f’termini tas-severità, l-intensità u d-durata tagħha u timponi piż eċċezzjonali (Sonderopfer) fuq is-sid (124). Jekk dan il-piż eċċezzjonali jiġix impost, irid jiġi vvalutat fid-dawl ta’ jekk, jew sa liema punt, piż potenzjalment sproporzjonat (unverhältnismäßige Belastung) ikunx jista’ jiġi evitat b’mezzi oħra, bħal pereżempju b’arranġamenti tranżizzjonali u klawżoli ta’ salvagwardja (Übergangsregelungen und Härteklauseln).

    (297)

    Huwa biss sa fejn dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti timponi piż eċċezzjonali, li jista’ jinħoloq dritt għal kumpens ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet kostituzzjonali. F’każ bħal dan, il-kumpens xieraq għandu jkun proporzjonat għad-danni diretti kkawżati mill-intervent fil-proprjetà li jirriżulta f’telf finanzjarju sa fejn jaqbeż livell raġonevoli li jista’ jiġi ġġustifikat fid-dawl ta’ interessi leġittimi diverġenti. Madankollu, kwalunkwe kumpens potenzjali bħal dan ma għandux jimmira għal restituzzjoni globali sħiħa (ara l-premessa (293)).

    6.1.2.1.1.3.   Kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni

    (298)

    RWE argumentat li t-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite twassal għal piż eċċezzjonali għal RWE meta kkombinat mal-obbligi tagħha fir-rigward tal-EU ETS (il-premessa (95)), filwaqt li LEAG sostniet li l-kostijiet addizzjonali huma danni għall-proprjetà li ma jwasslux għal telf ta’ drittijiet jew ta’ sustanza, iżda jirrappreżentaw piż eċċezzjonali, eż. permezz ta’ tnaqqis fil-valur (il-premessa (101)). Partijiet terzi oħra sostnew li l-perjodi twal ta’ tranżizzjoni, il-possibbiltà li ssir konverżjoni għal fjuwil ta’ ġenerazzjoni ieħor u l-fatt li ħafna mill-unitajiet li jaħdmu bil-linjite li huma skedati għall-għeluq ġew amortizzati jwasslu għall-konklużjoni li ma hemm l-ebda każ bħal dan ta’ piż eċċezzjonali (il-premessi (105) u (106)). Il-Ġermanja ma kkummentatx dwar il-kwistjoni ta’ piż eċċezzjonali. Il-liġi tal-għeluq ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar jekk il-Ġermanja tqisx li t-tneħħija gradwali tal-linjite tikkostitwixxi piż eċċezzjonali fuq l-operaturi affettwati li jirrikjedu kumpens.

    (299)

    Kif huwa msemmi fil-premessa (295), l-interventi li ma jfixklux l-esproprjazzjoni iżda jillimitaw biss l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-proprjetà jistgħu fil-prinċipju jkunu proporzjonati wkoll mingħajr l-ebda kumpens mogħti lis-sid tal-proprjetà li d-drittijiet tal-proprjetà tiegħu jkunu affettwati mill-intervent tal-Istat. Madankollu, il-Kummissjoni tifhem li, skont il-liġi Ġermaniża, dan ma jipprekludix ċirkostanzi eċċezzjonali speċifiċi li fihom il-kumpens jista’ jkun ġustifikat wara l-limitazzjonijiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-proprjetà. Dan huwa pereżempju l-każ meta l-limitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-proprjetà tkun partikolarment intrużiva u tirriżulta f’piż eċċezzjonali (Sonderopfer) fuq is-sid. Filwaqt li l-miżuri jittieħdu fl-interess ġenerali, jistgħu jiġġarrbu effetti negattivi sinifikanti minn ċerti sidien tal-proprjetà biss, li jistgħu jkunu sproporzjonati. F’dawn il-każijiet, il-prinċipji legali ġenerali tal-liġi Ġermaniża jirrikjedu li fil-miżura l-Istat jinkludi mill-bidu mekkaniżmu ta’ kumpens sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-miżura (125). Madankollu, għal miżuri ta’ kumpens, mil-liġi Ġermaniża l-Kummissjoni tifhem li qabel ma jkun jista’ jiġi kkunsidrat kumpens finanzjarju, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-ewwel mezzi oħra ta’ kumpens, bħal arranġamenti tranżizzjonali.

    (300)

    Meta tiġi analizzata l-kompatibbiltà tat-tneħħija gradwali tal-linjite mal-Artikolu 14 tal-GG, jenħtieġ li tiġi segwita l-istruttura li ġejja: l-ewwel nett, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk id-dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti hijiex proporzjonata. It-tieni, jekk dan ma kienx il-każ, jista’ jwassal għal tbatija partikolari (besonderer Härtefall) u piż eċċezzjonali (Sonderopfer) fuq is-sid tal-proprjetà. It-tielet, f’każ ta’ piż eċċezzjonali, il-kumpens monetarju huwa biss miżura tal-aħħar istanza wara li jkunu ġew stabbiliti mitigazzjonijiet oħra, bħal miżuri tranżizzjonali.

    (301)

    Kif ġie deskritt fil-premessa (296), il-Qorti Ġermaniża ddeċidiet li l-objettiv pubbliku tal-ħarsien ambjentali jegħleb l-interess privat li ma jkunx ristrett fl-użu tal-proprjetà. L-għeluq tal-installazzjonijiet tal-linjite ta’ RWE għandu objettiv ambjentali peress li se jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 (il-premessa (18)), li jfisser li għeluq tal-linjite awtorizzat jista’ jkun iġġustifikat mill-interess tal-politika pubblika.

    (302)

    Skont il-valutazzjoni tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġi vvalutat ukoll jekk hemmx aspettattivi leġittimi tal-operatur li jeħtieġ li jiġu bbilanċjati kontra l-interess pubbliku għall-ħarsien ambjentali. Fuq dik in-nota, il-Kummissjoni ssib li huwa evidenti mill-ġurisprudenza Ġermaniża rilevanti, li l-ebda persuna ma hija protetta minn bidliet legali li jaffettwaw investiment eżistenti.

    (303)

    Il-Kummissjoni tfakkar li, kif huwa deskritt fil-premessa (104) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Qorti Ġermaniża ddiskutiet, fis-sentenza tagħha tal-2009 (126), jekk persuna tkunx protetta minn bidliet legali fil-każ ta’ investiment eżistenti u ddiskutiet l-ambitu tal-protezzjoni tal-aspettattiva leġittima f’każ ta’ bidliet fil-qafas legali. Il-partijiet f’dik il-kawża kienu f’tilwima dwar jekk ir-rekwiżiti iktar stretti applikabbli iktar tard għall-benesseri tat-tiġieġ tal-bajd kinux applikabbli direttament ukoll għall-impjant tal-applikant, li kien irċieva l-permess operazzjonali tiegħu qabel ma daħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti iktar stretti, u kienu stennew li l-investimenti tiegħu kienu se jrendu wara 15 sa 20 sena ta’ tħaddim. Il-Qorti Ġermaniża ċaħdet l-appell u kkonkludiet li ma hemm l-ebda dritt skont il-liġi Ġermaniża li wieħed jiġi protett minn bidliet legali sakemm il-kostijiet tal-investiment jiġu amortizzati u l-installazzjonijiet ikunu ġew ikkanċellati. Barra minn hekk, il-Qorti Ġermaniża indikat li perjodu tranżizzjonali suffiċjenti jgħin biex dan il-prinċipju jiġi kkonsolidat. Iċ-ċirkostanzi dwar il-benesseri tat-tiġieġ tal-bajd diġà ġew diskussi matul iż-żmien meta l-applikant kien irċieva l-permess inizjali tiegħu. Skont il-Qorti Ġermaniża, l-applikant ma setax ikompli jibbaża fuq l-eżistenza kontinwata tal-istandard tar-rekwiżiti dwar il-benesseri tal-annimali li kien japplika fiż-żmien meta ngħata l-permess. Għalhekk, l-industrija kellha tkun kapaċi tipprevedi u tistenna bidla fil-liġi.

    (304)

    F’din il-kawża, iċ-ċirkostanzi madwar l-operaturi tal-linjite huma simili. L-operaturi għamlu l-investimenti tagħhom fl-installazzjonijiet tal-linjite biex dawn jingħalqu qabel ma l-qafas legali għat-tneħħija gradwali tal-linjite sar konkret. Madankollu, kif huwa evidenti mis-sentenza tal-2009 tal-Qorti Ġermaniża deskritta fil-premessa (304), l-operaturi ma jistgħux jiddependu fuq l-eżistenza kontinwata tal-istatus quo, jiġifieri ma jistgħux jistennew li jiġu protetti minn bidliet legali sakemm l-investiment tagħhom ikun ġie kompletament amortizzat. Barra minn hekk, huwa evidenti mill-qasam pubbliku li qabel il-bidu tal-Kummissjoni tal-Faħam, l-operaturi tal-linjite messhom kienu konxji mill-politika tal-enerġija tal-Ġermanja li timplika li l-faħam u l-linjite kienu se jiġu sostitwiti bi fjuwils li jniġġsu inqas jew minn enerġija rinnovabbli. Għalkemm il-Kummissjoni tal-Faħam bdiet l-attivitajiet tagħha fl-2018, il-Ġermanja kienet diġà għamlet impenji internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-klima. Pereżempju, il-Ġermanja adottat l-ewwel mira tal-politika nazzjonali tagħha dwar il-klima fl-1995, u ddeċidiet b’mod konkret fl-2007 li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ GHG b’mill-inqas 40 % sas-sena 2020 (meta mqabbla mal-1990) (ara l-premessi (17) sa (18)). Fl-2016, il-Pjan ta’ Azzjoni Ġermaniż dwar il-Klima adotta l-kunċett tan-newtralità tal-GHG sal-2050 (127). Fil-qosor, minħabba li ma hemm l-ebda dritt skont il-liġi Ġermaniża li wieħed jiġi protett minn bidliet legali – lanqas sakemm jiġu amortizzati l-kostijiet tal-investiment – huwa plawżibbli li operatur ta’ impjant tal-enerġija tal-linjite ma setax ikollu aspettattiva leġittima dwar il-protezzjoni tal-investiment tiegħu, li taqbeż l-interess pubbliku.

    (305)

    Fir-rigward tal-argument ta’ RWE li t-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite twassal għal piż eċċezzjonali għal RWE meta kkombinat mal-obbligi tagħha fir-rigward tal-EU ETS (il-premessa (95)), il-Kummissjoni tinnota li l-EU ETS qiegħda taffettwa ħafna setturi u niġġiesa u mhux biss lil RWE jew lil operaturi tal-linjite. Il-Kummissjoni tifhem il-ġurisprudenza Ġermaniża b’tali mod li l-kwistjoni dwar jekk miżura li tirrestrinġi l-proprjetà toħloqx piż eċċezzjonali tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ dik il-miżura partikolari. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-EU ETS ma tistax tiġi kkunsidrata għall-kwistjoni dwar jekk miżura ta’ politika li tkun speċifika għal-linjite tikkawżax piż eċċezzjonali.

    (306)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tifhem il-ġurisprudenza Ġermaniża b’mod li huwa meħtieġ li tikkunsidra, qabel ma jkun meħtieġ kumpens finanzjarju skont il-liġi nazzjonali, jekk piż eċċezzjonali sproporzjonat ma jistax jiġi evitat b’mezzi oħra, bħal arranġamenti tranżizzjonali. Pereżempju, RWE tibqa’ s-sid tal-art u tal-infrastruttura eżistenti, u għalhekk RWE għandha l-possibbiltà li tuża dawn l-assi għall-produzzjoni tal-elettriku abbażi ta’ fjuwils oħra jew għal skopijiet oħra. Barra minn hekk, kif huwa deskritt fil-premessa (302), f’din il-kawża, il-biċċa l-kbira tal-unitajiet ta’ RWE li jaħdmu bil-linjite jingħataw perjodu tranżizzjonali qabel l-għeluq tagħhom, u Niederaußem B biss ingħata l-mandat li jagħlaq minnufih, sa tmiem is-sena 2020.

    6.1.2.1.2.   Sejbiet tal-istudji Ġermaniżi rilevanti

    (307)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li hemm studji disponibbli għall-pubbliku, miġbura fil-qosor fil-premessi (309) sa (312), li ma jeskludux li tneħħija gradwali bikrija tal-linjite mingħajr kumpens finanzjarju hija possibbli. Il-Kummissjoni analizzat speċifikament żewġ studji, li huma konformi mal-fehmiet tal-Qorti Ġermaniża u l-letteratura legali deskritta fil-premessi (291) sa (299). Il-Kummissjoni qieset dawn l-istudji għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, it-tnejn huma relattivament reċenti, mill-2018. It-tieni, it-tnejn li huma nkitbu minn partijiet xjentifiċi. Il-faċilità tar-riċerka tal-Bundestag Ġermaniż, li ħejjiet l-ewwel studju ppreżentat fil-premessa (309), twettaq riċerka xjentifika biex tappoġġa lill-membri tal-Parlament Ġermaniż minkejja li r-rapporti tagħha ma jirrappreżentawx il-fehmiet tal-Bundestag Ġermaniż, tal-korpi tiegħu jew tal-amministrazzjoni tiegħu. Fir-rigward tat-tieni studju ppreżentat fil-premessi (310) sa (312), dan ġie kkummissjonat mill-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura, is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (“BMUV”) mill-Prof. Dr. Thomas Schomerus, studjuż legali u espert fil-liġi pubblika, u mill-avukat Gregor Franßen.

    6.1.2.1.2.1.   Deskrizzjoni tas-sejbiet

    (308)

    Fl-2018,il-faċilità tar-riċerka tal-Bundestag Ġermaniż wettqet studju biex teżamina r-rekwiżiti kostituzzjonali għad-dekummissjonar statutorju ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam (“l-istudju tal-Bundestag Ġermaniż”) (128). L-istudju tal-Bundestag Ġermaniż sab li l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam ma jikkostitwix esproprjazzjoni skont l-Artikolu 14(3) tal-GG, u li l-għeluq ikun dispożizzjoni dwar il-kontenut u l-limiti skont l-Artikolu 14(1) tal-GG. Fl-istudju tal-Bundestag Ġermaniż, il-faċilità ta’ riċerka kkonkludiet li jkollu jiġi pprovdut kumpens biss għal dawk l-installazzjonijiet individwali li, minkejja l-arranġamenti tranżizzjonali u eċċezzjonali, jiffaċċaw piż eċċezzjonali (Sonderopfer). L-istudju tal-Bundestag Ġermaniż ikkunsidra wkoll li fil-każ ta’ unitajiet iktar antiki li diġà ġew amortizzati kompletament, jista’ jkun possibbli dekummissjonar mingħajr kumpens.

    (309)

    Barra minn hekk, l-istudju “Protezzjoni tal-klima u possibbiltajiet legali tad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite u bil-faħam iebes” (129) (l-“istudju tad-dekummissjonar”), ikkummissjonat mill-BMUV, sab ukoll li r-regolamenti dwar id-dekummissjonar tal-unitajiet tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam ma jikkostitwux esproprjazzjoni skont l-Artikolu 14(3) tal-GG. Barra minn hekk, skont l-istudju tad-dekummissjonar, dawn huma dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-limiti skont l-Artikolu 14(1) tal-GG, u f’konformità mal-Artikolu 14(2) tal-GG, il-libertà ta’ azzjoni tal-leġiżlatura tinkludi wkoll is-setgħa li tabolixxi kompletament pożizzjonijiet legali preċedentament eżistentiprotetti mid-drittijiet tal-proprjetà, dment li dan ikun iġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet ponderati korrispondenti ta’ interess pubbliku.

    (310)

    L-istudju tad-dekummissjonar sab li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut u l-limiti huma kostituzzjonali u ma joħolqux piż ekonomiku mhux raġonevoli. Jiġifieri, ir-regolamenti dwar id-dekummissjonar ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam jew bil-linjite għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-klima huma kostituzzjonali peress li huma xierqa, meħtieġa u proporzjonati. B’mod partikolari, dan innota li r-raġunijiet serji ta’ interess pubbliku ġenerali, jiġifieri l-ħtieġa għall-protezzjoni tal-klima u għall-kisba tan-newtralità tal-karbonju, jegħlbu l-piż ekonomiku speċifiku li jitqiegħed fuq l-operaturi affettwati. Għalhekk, l-operaturi affettwati għandhom iġorru t-telf tal-possibbiltà ta’ qligħ futur fuq il-kapital investit billi jkomplu joperaw l-installazzjonijiet. Barra minn hekk, l-istudju tad-dekummissjonar indika li l-GG ma tirrikjedix amortizzament sħiħ tal-kapital investit għal tneħħija gradwali tal-linjite ġġustifikata legalment. Madankollu, it-tfassil tal-liġi tal-għeluq jenħtieġ li jqis b’mod raġonevoli l-interessi ekonomiċi tal-partijiet affettwati. L-istudju tad-dekummissjonar kompla jindika li mhux biss il-kumpens monetarju, iżda wkoll il-miżuri tranżizzjonali, bħall-perjodu tranżizzjonali, huma forma ta’ miżura ta’ kumpens fiha nnifisha u jistgħu jirrimedjaw l-intervent fl-attivitajiet tal-operaturi affettwati. Dwar l-iskeda ta’ żmien tal-amortizzament, l-istudju tad-dekummissjonar ippreżenta bosta eżempji. Pereżempju, xi letteratura ssuġġeriet li l-amortizzament jista’ jinkiseb fi żmien 20 sena (130). Barra minn hekk, b’referenza għall-kalkoli mill-Aġenzija Ambjentali Ġermaniża (Umweltbundesamt), l-investimenti inizjali fl-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam jew bil-linjite huma mistennija li jiġu amortizzati wara madwar 15 sa 20 sena; wara massimu ta’ 25 sena, l-investiment tal-assi jista’ mhux biss ikun ġie amortizzat, iżda jkun ta redditu ekwivalenti għar-redditu fuq il-bonds tal-gvern (131). Wieħed jista’ jistenna li unitajiet li fl-2017 diġà kellhom ħafna iktar minn 25 sena diġà ġew amortizzati (132). Skont l-istudju tad-dekummissjonar u s-sorsi kkwotati, iż-żmien medju ta’ amortizzament għal unità tal-linjite, għalhekk, ikun ta’ madwar 25 sena (133). L-istudju tad-dekummissjonar ikkonkluda li sa fejn l-investimenti li saru fl-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam jew bil-linjite jkunu kompletament amortizzati, liġi dwar l-għeluq tal-faħam ma tkunx tirrikjedi kumpens. Madankollu, dan ikkonkluda li sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw, anke fil-każ ta’ impjanti amortizzati, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ bejn sena u sentejn.

    (311)

    Barra minn hekk, l-istudju tad-dekummissjonar ikkunsidra wkoll il-kwistjoni dwar jekk għeluq tal-faħam awtorizzat jinterferix mal-aspettattivi leġittimi, f’każ li l-impjanti ma jkunux kompletament amortizzati. L-istudju jqis li ma hemm l-ebda protezzjoni speċjali tad-drittijiet tal-proprjetà f’termini ta’ investimenti li saru wara l-2010. Fl-2010, il-Gvern Federali kien ikkunsidra li eventwalment jillimita l-ġenerazzjoni tal-enerġija fossili għal rwol li jipprovdi kapaċità ta’ bbilanċjar u ta’ riżerva f’park flessibbli tal-impjanti tal-enerġija. Għalhekk, minn dak iż-żmien, hemm biss ħtieġa limitata għal protezzjoni għal aspettattivi leġittimi u fiduċja f’dan ir-rigward (134). Fi kwalunkwe każ, wara dik id-data ma setax jiġi kkunsidrat b’mod raġonevoli li fil-futur installazzjonijiet bħal dawn sempliċiment ikomplu joperaw b’mod mhux limitat.

    6.1.2.1.3.   Il-kunsiderazzjonijiet u l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpens skont il-liġi nazzjonali applikabbli

    (312)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis dan li ġej:

    (313)

    Skont il-liġi Ġermaniża huwa possibbli li l-użu tal-proprjetà jiġi ristrett għal raġunijiet ta’ politika pubblika u li d-data tal-għeluq tiġi awtorizzata. Dan jirriżulta mir-rabtiet soċjali jew mid-dmirijiet soċjali tal-proprjetà. It-tħassib ambjentali huwa raġuni valida, li tapplika fil-każ tal-linjite, li huwa fjuwil għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jniġġes ħafna. Għalhekk, fil-prinċipju, il-liġi Ġermaniża mhux neċessarjament tirrikjedi kumpens f’dan il-każ.

    (314)

    Filwaqt li huwa minnu li l-aspettattivi leġittimi tas-sid tal-proprjetà li l-investimenti ma jkunux jistgħu jirnexxu jistgħu jmorru kontra l-interess pubbliku, il-Kummissjoni tqis li anke qabel il-bidu tal-Kummissjoni tal-Faħam fl-2018, id-direzzjoni politika kienet saret iktar konkreta fl-istabbiliment ta’ miri klimatiċi u kienet kontra fjuwils fossili li jniġġsu ħafna, filwaqt li ffavoriet il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Minkejja li dan seta’ kien proċess gradwali, il-Kummissjoni taqbel mal-letteratura kkwotata li l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kienet saret limitata ferm qabel l-2018. Il-Kummissjoni tinnota li l-istudju tad-dekummissjonar iqis l-2010 bħala data partikolarment rilevanti f’dan ir-rigward.

    (315)

    Jidher ukoll li l-interess tas-sidien li jistgħu jiġu protetti, fi kwalunkwe każ, ma jaqbiżx il-perjodu rilevanti ta’ amortizzament tal-investiment. Fil-każ tal-unitajiet amortizzati, kif ġie kkonfermat mill-Ġermanja, 14 minn 16-il unità tal-linjite ta’ RWE kienu jiġu ddeprezzati għal kollox saż-żmien tal-għeluq tagħhom (ara l-premessa (55)), peress li dawn l-installazzjonijiet ilhom joperaw għal bejn 50 u 60 sena, u 28 sena fil-każ ta’ Niederaußem K. Dawn is-snin ta’ tħaddim huma ferm ogħla mill-medja ta’ 25 sena għall-amortizzament deskritt fl-istudju tad-dekummissjonar fil-premessa (310) (ara t-Tabella 4 u l-premessa (54)).

    (316)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tifhem li, skont il-liġi Ġermaniża, jekk kumpens ikun obbligatorju, jenħtieġ li arranġamenti tranżizzjonali jingħataw prijorità fuq il-kumpens finanzjarju. Dawn l-impjanti kompletament amortizzati kollha minbarra wieħed kellhom perjodi tranżizzjonali li jibdew mid-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-għeluq (ara t-Tabella 3). Għalhekk, għal dawn l-impjanti, il-Kummissjoni tifhem li skont il-liġi Ġermaniża ma kienx ikun meħtieġ kumpens finanzjarju.

    (317)

    Fl-istess ħin, 2 minn 16-il unità ta’ linjite ma setgħux jiġu amortizzati kompletament sal-għeluq tagħhom, peress li kienu ilhom joperaw għal inqas minn 25 sena. Dan jikkonċerna partikolarment lil Neurath F (BoA 2) u Neurath G (BoA 3) (data tal-ftuħ tat-tnejn 2012). Madankollu, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, saż-żmien tal-ftuħ tal-installazzjonijiet imsemmija, RWE kellha tkun taf li l-ħajja potenzjali ta’ dawn l-installazzjonijiet tista’ tkun limitata, u li l-operatur jista’ ma jkunx jista’ jamortizza kompletament dawn l-unitajiet (ara l-premessa (312)). Minn Ottubru 2022, ġie stabbilit perjodu tranżizzjonali ta’ 7 snin u nofs għal dawn iż-żewġ unitajiet. Għalhekk, għal dawn iż-żewġ unitajiet, li jistgħu ma jkunux ġew amortizzati kompletament, il-Kummissjoni tqis li huwa plawżibbli li l-perjodu tranżizzjonali per se huwa forma suffiċjenti ta’ kumpens u li l-ebda kumpens finanzjarju addizzjonali ma huwa ġġustifikat. U anke jekk dan ma jkunx il-każ, skont il-Ġermanja, il-valur riportat totali ta’ dawn iż-żewġ installazzjonijiet sal-31 ta’ Marzu 2030 jammonta għal EUR 570 miljun (ara l-premessa (57)).

    (318)

    B’kollox, il-Kummissjoni tqis li jista’ jiġi eskluż li skont il-liġi Ġermaniża kien ikun meħtieġ kumpens finanzjarju għal għeluq awtorizzat fl-iskedi ta’ żmien speċifikati mill-Ġermanja. Filwaqt li l-unità Niederaußem D ma rċevietx perjodu tranżizzjonali ta’ sena qabel l-għeluq, il-Kummissjoni tinnota li fin-notifika l-Ġermanja ma tinkludix dan fil-kalkoli biex turi l-profitti mitlufa, u li kienet qiegħda topera lil hinn miż-żmien medju meħtieġ biex tilħaq l-amortizzament.

    (319)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma kien ikun meħtieġ l-ebda kumpens skont il-qafas legali nazzjonali applikabbli fix-xenarju ipotetiku li ma kien jiġi miftiehem l-ebda kuntratt bejn l-Istat u l-operatur. Għalhekk, l-ammonti miftiehma jipprovdu vantaġġ lil RWE li kieku ma kinitx tirċievi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri f’għeluq awtorizzat mingħajr kumpens.

    (320)

    Anke li kieku wieħed kellu jassumi li fin-nuqqas tal-miżura notifikata, il-qrati nazzjonali Ġermaniżi kellhom jagħtu xi kumpens lil RWE, dan il-kumpens x’aktarx ikun limitat għaż-żewġ impjanti li ma jkunux kompletament amortizzati sal-2030 (jiġifieri għal Neurath F (BoA 2 u Neurath G (BoA 3)). Fi kwalunkwe każ, kull kumpens ipotizzat bħal dan li jista’ jingħata wara proċeduri legali twal u inċerti ma jilħaqx EUR 2,6 biljun (ara l-premessi (55) u (56)). Għalhekk, anke jekk ikun jeżisti dritt għal kumpens (quod non), il-Kummissjoni tqis li fi kwalunkwe każ, il-kumpens skont il-miżura notifikata jmur lil hinn minn dak li jista’ jkun mandat skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, il-miżura notifikata ma tirrikjedix li RWE tinvolvi ruħha fi proċeduri legali twal b’eżitu inċert, li kieku kien ikollha ssegwi.

    (321)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tindika li l-miżura notifikata, EUR 2,6 biljun f’termini nominali, tingħata bħala ammont uniku wieħed fil-liġi tal-għeluq kif ukoll fil-kuntratt ta’ emenda, u ma tinqasamx jew ma tiġix allokata għall-għeluq ta’ unitajiet individwali. Għalhekk, impjanti individwali huma inseparabbli għall-finijiet tal-kwalifika tal-għajnuna, l-għeluq tagħhom kien ippjanat fl-istess ħin u prevedibbli, bl-istess għan li RWE tiġi kkumpensata għat-tneħħija gradwali tal-linjite u ċ-ċirkostanzi ta’ RWE bħala impriża ma jinbidlux. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li anke jekk parti biss mill-ammont ta’ kumpens setgħet kienet obbligatorja bħala kumpens finanzjarju skont il-liġi Ġermaniża, il-miżura ma tistax tiġi separata b’mod artifiċjali f’diversi passi, u għalhekk l-ammont innotifikat kollu għandu jikkwalifika bħala għajnuna.

    (322)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li anke jekk kien hemm obbligu skont il-liġi nazzjonali għall-kumpens finanzjarju, kwalunkwe kumpens potenzjali bħal dan ikun inqas mill-ammont notifikat ta’ EUR 2,6 biljun. L-ammont notifikat ġie kkalkolat bl-użu, bħala bażi, tal-profitti mitlufa ta’ dawk l-unitajiet individwali bid-dati ta’ għeluq preċedenti fil-pjan ta’ għeluq għal RWE, jiġifieri mill-2021 sal-2025. Il-profitti mitlufa użati fil-kalkoli huma kkalkolati mid-data tal-għeluq rispettiva sal-2026. Dan il-kalkolu ma jqis l-ebda kumpens li seta’ ngħata fil-forma ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni mill-2020 meta l-għeluq bikri kien stabbilit fil-liġi. Lanqas ma jqis li l-unitajiet rispettivi x’aktarx li jkunu amortizzati sad-data tal-għeluq.

    (323)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li RWE ma tkunx intitolata għal kumpens finanzjarju skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew, fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ kumpens finanzjarju li setgħet kienet intitolata għalih skont il-liġi nazzjonali applikabbli ma jkunx daqs jew ogħla mill-miżura notifikata fl-ammont ta’ EUR 2,6 biljun. Għalhekk, RWE hija mistennija li tirċievi, taħt il-miżura notifikata, kumpens li jmur lil hinn minn dak li huwa awtorizzat taħt il-GG. B’hekk, RWE se tirċievi vantaġġ li kieku ma tirċevix taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

    6.1.2.2.   It-tneħħija gradwali nukleari Ġermaniża ma tistax tintuża bħala analoġija

    (324)

    Partijiet terzi indikaw li t-tneħħija gradwali nukleari Ġermaniża tista’ tintuża bħala analoġija f’din il-kawża, u għalhekk l-operaturi tal-linjite jenħtieġ li jingħataw protezzjoni addizzjonali taħt il-GG (ara l-premessi (93), (182) sa (183)).

    (325)

    Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-fehma tal-partijiet terzi u hija tal-opinjoni li t-tneħħija gradwali nukleari ma tistax tintuża bħala analoġija diretta għat-tneħħija gradwali tal-linjite għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li fit-tneħħija gradwali nukleari, kien hemm wegħda legali mill-Istat, allokata bil-liġi lill-produtturi li kien se jkollhom żmien definit biex ikomplu jipproduċu ċerti ammonti ta’ enerġija (“Reststrommengen” ). Skont il-Qorti Ġermaniża, fis-sentenza tagħha tal-2016 (135), il-ksur ta’ dik il-garanzija wassal għall-intitolament għal kumpens minħabba l-aspettattivi li nħolqu billi kien hemm il-garanzija ta’ produzzjoni addizzjonali prevista f’liġi. Madankollu, f’din il-kawża, ma hemmx garanzija bħal din; l-impjanti tal-enerġija tal-linjite ma għandhomx aspettattivi leġittimi bħal dawn peress li ma kien hemm l-ebda liġi bil-garanzija li titkompla l-produzzjoni ta’ ammont speċifikat ta’ enerġija mil-linjite. Għalhekk, iċ-ċirkostanzi taż-żewġ każijiet ivarjaw u t-tneħħija gradwali nukleari ma tistax tintuża bħala analoġija f’din il-kawża.

    (326)

    It-tieni, fit-tneħħija gradwali nukleari, il-Qorti Ġermaniża kienet iddikjarat (136) li kien hemm nuqqas ta’ skema ta’ kumpens għal investimenti li kienu żvalutati bil-kanċellazzjoni tal-kwantitajiet residwi addizzjonali tal-elettriku, jiġifieri tar-Reststrommengen. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda ammont speċifiku ta’ kumpens speċifikat f’dik il-liġi. B’mod differenti, f’din il-kawża, il-bażi legali rilevanti (jiġifieri l-liġi tal-għeluq) tinkludi ammont ta’ kumpens speċifiku, u hemm miżura ta’ kumpens dettaljata fis-seħħ biex tikkumpensa lill-produtturi għat-tneħħija gradwali tal-linjite, li l-operaturi qablu dwarha fil-kuntratt tal-2021 u fil-kuntratt ta’ emenda (ara l-premessi (33) u (60)). Għalhekk, iż-żewġ kawżi ma għandhomx ċirkostanzi komparabbli.

    (327)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-tneħħija gradwali tal-enerġija nukleari Ġermaniża u t-tneħħija gradwali tal-linjite ma humiex komparabbli, peress li l-isfondi fattwali taż-żewġ sitwazzjonijiet huma differenti.

    6.1.3.   Selettività

    (328)

    Il-miżura notifikata tingħata lil RWE u tibbenefika minnha RWE biss, u għalhekk, il-vantaġġ għal RWE huwa selettiv fin-natura tiegħu.

    6.1.4.   Impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

    (329)

    F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita (137), sabiex miżura tħalli impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni.

    (330)

    Fid-dawl tal-fatt li s-suq tal-elettriku Ġermaniż huwa parti minn suq liberalizzat li huwa marbut u kkombinat maż-żoni tal-offerti tal-pajjiżi ġirien, l-operaturi tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite huma f’kompetizzjoni diretta ma’ ġeneraturi tal-enerġija oħra.

    (331)

    Barra minn hekk, it-tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li taħdem bil-linjite tfisser li l-elettriku li kien jiġi prodott minn dawn l-installazzjonijiet issa se jkollu jiġi prodott minn ġeneraturi oħra, li x’aktarx jaffettwa l-ordni ta’ mertu u, b’hekk, il-prezz bl-ingrossa tal-elettriku.

    (332)

    Għalhekk, il-miżura notifikata għandha impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    6.1.5.   Konklużjoni rigward l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

    (333)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq f’din it-taqsima 6.1, il-miżura emendata ta’ RWE tagħti vantaġġ selettiv lil RWE, li jirriżulta mill-baġit tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat, u għandha impatt fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalehkk, il-miżura nnotifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    6.2.   Legalità tal-għajnuna

    (334)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-liġi tal-għeluq (l-Artikolu 10), il-kuntratt tal-2021 (il-paragrafu 25(1)) u l-liġi tal-emenda (l-Artikolu 3) fihom klawżola sospensiva, li skontha l-miżura emendata ta’ RWE tista’ tiġi applikata biss jekk, u sa fejn, dik l-approvazzjoni skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat mill-Kummissjoni (ara l-premessa (37)). Barra minn hekk, il-Ġermanja kkonfermat li ma sar l-ebda pagament lil RWE (ara l-premessa (37)).

    (335)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li billi nnotifikat il-miżura emendata ta’ RWE qabel l-implimentazzjoni tagħha, l-awtoritajiet Ġermaniżi rrispettaw l-obbligu ta’ notifika u ta’ sospensjoni stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

    6.3.   Kompatibbiltà tal-għajnuna

    6.3.1.   Bażi legali għall-valutazzjoni

    (336)

    L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tiddikjara bħala kompatibbli l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi, meta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Għalhekk, l-għajnuna kompatibbli skont dik id-dispożizzjoni tat-Trattat trid tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ċerta attività ekonomika (138). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-għajnuna ma tfixkilx il-kompetizzjoni b’mod li jmur kontra l-interess komuni.

    (337)

    Fis-27 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni adottat is-CEEAG. Skont il-punt 466 tas-CEEAG, il-Kummissjoni se tapplika s-CEEAG biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna notifikabbli kollha għall-klima, il-ħarsien ambjentali u l-enerġija mogħtija jew maħsuba li tingħata mis-27 ta’ Jannar 2022.

    (338)

    Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, għajnuna trid titqies li tkun ingħatat fil-mument li d-dritt ta’ min jirċeviha jkun ingħatalu skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. Sabiex jiġi ddeterminat meta l-għajnuna trid titqies bħala mogħtija, iridu jitqiesu l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mil-liġi nazzjonali għall-kisba tal-għajnuna inkwistjoni (139).

    (339)

    Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna lil RWE għadha ma ngħatatx fid-dawl tal-klawżola sospensiva inkluża fil-bażi legali nazzjonali tal-miżura notifikata (il-premessa (37)). B’mod speċifiku, il-liġi tal-għeluq (l-Artikolu 10), il-kuntratt tal-2021 (il-paragrafu 25(1)) u l-liġi tal-emenda (l-Artikolu 3) fihom klawżola sospensiva, li skontha l-miżura notifikata tista’ tiġi applikata biss jekk, u sa fejn, l-approvazzjoni skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat mill-Kummissjoni, u għall-kuntratt ta’ emenda, il-klawżola sospensiva oriġinali tal-kuntratt tal-2021 tibqa’ valida. Għalhekk, id-dritt legali ta’ RWE li tikseb il-kumpens, f’konformità mal-liġi tal-għeluq u mal-kuntratt (kemm inizjali kif ukoll kif emendat) huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Ġermanja kkonfermat li ma sar l-ebda pagament lil RWE (il-premessa(37)).

    (340)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li n-notifika minn Stat Membru ta’ miżura proposta ta’ għajnuna mill-Istat ma twassalx għal sitwazzjoni legali stabbilita b’mod definittiv, li jirrikjedi li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tagħha billi tapplika r-regoli fis-seħħ fid-data li fiha tkun saret dik in-notifika. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni hija meħtieġa tapplika r-regoli fis-seħħ fiż-żmien tad-deċiżjoni tagħha, anke jekk in-notifika tal-miżura tkun saret taħt qafas legali differenti (140).

    (341)

    Il-Qorti ddeċidiet li, meta r-regoli legali li taħthom l-Istat Membru jkun innotifika l-bidla proposta ta’ għajnuna qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha, sabiex tiddeċiedi, il-Kummissjoni jeħtiġilha, kif għandha l-obbligu li tagħmel, abbażi tar-regoli l-ġodda, titlob lill-partijiet terzi jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kompatibbiltà ta’ dik l-għajnuna ma’ dawk ir-regoli (141). F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti, il-Kummissjoni wettqet il-Konsultazzjoni Pubblika fejn stiednet lil partijiet terzi biex jippreżentaw kummenti dwar l-applikabbiltà u l-applikazzjoni tas-CEEAG f’din il-kawża (ara l-premessa (5)).

    (342)

    Fid-dawl tal-premessi (338) sa (342), il-Kummissjoni tqis li s-CEEAG huma applikabbli f’din il-kawża, u l-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-miżura emendata ta’ RWE abbażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kompatibbiltà tas-CEEAG (it-taqsima 3 tas-CEEAG), fejn applikabbli, u l-kriterji speċifiċi ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna għall-għeluq bikri ta’ attivitajiet tal-faħam profittabbli (it-taqsima 4.12.1 tas-CEEAG), li tkopri wkoll il-linjite. It-Taqsima 4.12.1 tas-CEEAG tistabbilixxi r-regoli li l-Kummissjoni se tapplika meta tivvaluta l-kriterji ta’ kompatibbiltà tal-effett ta’ inċentiv, tan-neċessità, tal-adegwatezza, tal-proporzjonalità u tal-evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ; għall-kriterji ta’ kompatibbiltà li jifdal, japplika l-Kapitolu 3 tas-CEEAG (il-punt 421 tas-CEEAG).

    (343)

    RWE tqis li s-CEEAG ma humiex applikabbli f’din il-kawża minħabba li l-kumpens ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat u minħabba li l-miżura ta’ RWE kienet diġà implimentata fl-2020 meta beda l-perkors ta’ għeluq għal RWE (ara l-premessi (111) għal (113)). Bosta partijiet terzi indikaw li l-avvenimenti rilevanti għall-applikabbiltà tas-CEEAG huma d-dħul fis-seħħ tal-liġi tal-għeluq u l-iffirmar tal-kuntratt tal-2021, u peress li l-avvenimenti seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tas-CEEAG, l-applikabbiltà tas-CEEAG għall-miżura notifikata tiġi eskluża (ara l-premessi (120) u (121) u (124) sa (127)).

    (344)

    Madankollu, parti terza indikat li l-elementi tal-kumpens jaqgħu taħt is-CEEAG, peress li l-miżura notifikata tikkonċerna l-għeluq ta’ attivitajiet tal-faħam profittabbli u l-operaturi ma humiex impriżi f’diffikultà fis-sens tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (142). Il-parti terza tqis li, għalhekk, it-taqsima 4.12.1 tas-CEEAG hija applikabbli (ara l-premessa (124)).

    (345)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura emendata ta’ RWE ttieħdet mill-Ġermanja sabiex jitħaffef l-għeluq tal-attivitajiet profittabbli tal-linjite ta’ RWE u sabiex tiġi kkumpensata l-impriża affettwata. B’hekk, f’konformità mal-punt 425 tas-CEEAG, il-miżura emendata ta’ RWE taqa’ taħt it-Taqsima 4.12.1 tas-CEEAG. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet ta’ xi partijiet terzi (ara l-premessa (197)), il-Kummissjoni tinnota li t-taqsima 4.12.1 tas-CEEAG tippermetti kumpens ta’ profitti mitlufa f’każijiet ta’ għeluq bikri awtorizzat ta’ attivitajiet tal-faħam profittabbli u ma tillimitax l-intensità tal-għajnuna.

    (346)

    Fl-aħħar nett, parti terza rreferiet għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam mhux kompetittivi (143), fejn il-bażi legali użata kienet l-Artikolu 107(3)(e) tat-TFUE (ara l-premessa (119)). Il-Kummissjoni tinnota li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tikkonċerna minjieri tal-faħam mhux kompetittivi u tapplika għal ċerti kategoriji tal-faħam (ara l-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill), filwaqt li fil-kawża preżenti l-miżura notifikata tikkonċerna impjanti tal-enerġija tal-linjite profittabbli. Barra minn hekk, l-Artikolu 107(3)(e) tat-TFUE jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Kunsill, li madankollu ma teżistix f’din il-kawża. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-Deċiżjoni tal-Kunsill ma hijiex bażi legali xierqa.

    6.3.2.   Kundizzjoni pożittiva: l-għajnuna trid tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika

    6.3.2.1.   Identifikazzjoni tal-attività ekonomika li qiegħda tiġi ffaċilitata mill-miżura, l-effetti pożittivi tagħha għas-soċjetà inġenerali u, fejn applikabbli, ir-rilevanza tagħha għal politiki speċifiċi tal-Unjoni.

    (347)

    F’konformità mal-punti 23 sa 25 tas-CEEAG, l-Istati Membri jeħtiġilhom jidentifikaw l-attivitajiet ekonomiċi li se jiġu ffaċilitati bħala riżultat tal-għajnuna, u jiddeskrivu jekk u kif l-għajnuna se tikkontribwixxi għall-kisba tal-politiki u l-ilħuq tal-miri tal-Unjoni.

    (348)

    Fil-punt 426 tas-CEEAG, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-miżuri għall-għeluq bikri ta’ attivitajiet tal-faħam profittabbli jistgħu jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew żoni ekonomiċi wkoll billi joħolqu spazju għall-iżvilupp ta’ attivitajiet oħra ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija f’konformità mal-Patt Ekoloġiku sabiex jikkumpensaw għal dan it-tnaqqis fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kkawżat mill-għeluq bikri.

    (349)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura notifikata għandha l-għan li tħeġġeġ lil RWE tbiddel l-imġiba ekonomika tagħha billi tagħlaq l-impjanti tal-enerġija tagħha li jaħdmu bil-linjite qabel ma l-profittabbiltà tagħhom tissuġġerixxi dan, li jwassal għal tnaqqis fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Jekk wieħed jassumi li d-domanda għall-elettriku tibqa’ l-istess jew tiżdied, dan se joħloq diskrepanza fil-ġenerazzjoni (144). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li peress li l-miżura notifikata tikkonċerna t-tneħħija gradwali tal-attivitajiet tal-linjite li kieku kienu jitħaddmu b’mod profittabbli fis-suq, l-attività ekonomika li qiegħda tiġi ffaċilitata hija l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi alternattivi.

    (350)

    Data finali soda se tankra l-aspettattivi ta’ atturi oħra li bidla għan-newtralità klimatika hija tanġibbli u possibbli, u għalhekk jistgħu jibdew jinvestu f’teknoloġiji newtrali għall-klima, li min-naħa tiegħu se jwassal għal eżitu fejn il-grilja se tmur lil hinn mill-ġenerazzjoni l-antika li taħdem bil-faħam u bil-linjite. F’xenarju kontrofattwali, li fih il-miżura notifikata ma tkunx seħħet, dan l-iżvilupp ekonomiku ma kienx iseħħ bl-istess mod. Għalhekk, il-miżura notifikata tiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-elettriku ġġenerat minn sorsi alternattivi bħall-enerġija rinnovabbli (145). Il-Kummissjoni taqbel mal-argumentazzjoni ta’ RWE li l-miżura notifikata tippromwovi l-iżvilupp mhux biss tal-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-RES, iżda tas-settur ekonomiku tal-enerġija b’mod ġenerali, peress li l-parteċipanti kollha tas-suq jeħtieġu affidabbiltà dwar il-perkors tat-tneħħija gradwali tal-linjite għad-deċiżjonijiet futuri tagħhom dwar l-investiment (premessi (128) sa (131)).

    (351)

    Barra minn hekk, f’sitwazzjoni fejn l-unitajiet tal-elettriku li jaħdmu bil-linjite ta’ RWE kienu jkunu meħtieġa jagħlqu mingħajr kumpens, dan kien iwassal għal inċertezzi legali rigward kumpens possibbli. Il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali introdotti mill-miżura notifikata, għalhekk, jgħinu biex tiġi ffaċilitata l-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li taħdem bil-linjite.

    (352)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura emendata ta’ RWE tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika, kif meħtieġ mill-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE u f’konformità mal-punti 24 u 426 tas-CEEAG.

    (353)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-elettriku ġġenerat minn sorsi alternattivi, bħall-enerġija rinnovabbli, se jwassal għal effetti pożittivi f’termini ta’ kisbiet ambjentali. Fil-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli, li huwa parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-għeluq ta’ installazzjonijiet tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam huwa qasam li huwa kruċjali biex tinkiseb it-trasformazzjoni għal ekonomija newtrali għall-klima (146). Bl-għeluq gradwali tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite ta’ RWE, il-miżura notifikata se tnaqqas gradwalment l-effetti negattivi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-klima jew l-ambjent, u se tiffaċilita l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-elettriku abbażi ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u b’hekk iżżid is-sostenibbiltà tas-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku.

    (354)

    Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li, billi tiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi alternattivi, il-miżura notifikata se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-Ġermanja. Fid-dawl tal-objettiv tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ GHG tagħha progressivament maż-żmien biex tikseb it-trasformazzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima (147), u fid-dawl tal-Ftehim ta’ Pariġi (148), il-Ġermanja tipprevedi li ssir newtrali għall-klima sal-2045. Kif huwa deskritt fil-premessa (16), il-Ġermanja stabbiliet ukoll miri intermedjarji, b’mod partikolari għas-settur tal-enerġija, li se jkollhom jitnaqqsu minn madwar 257 miljun tunnellata ta’ CO2 fl-2022 (149) għal 108 miljun tunnellata ta’ CO2 eq. sal-2030.

    (355)

    B’mod iktar speċifiku, it-tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite hija miżura ta’ politika kritika għall-Ġermanja biex tikseb newtralità tas-CO2. Il-Ġermanja stmat li l-installazzjonijiet tal-linjite ta’ RWE li huma affettwati mit-tneħħija gradwali ammontaw għal madwar 67 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 fl-2018, u madwar 52 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 fl-2019 (il-premessa (18)). Il-miżura notifikata għandha l-għan li tikseb tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 billi tissostitwixxi l-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite b’sorsi alternattivi ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku. B’hekk, tikkontribwixxi għall-politika tal-Unjoni dwar il-klima u huwa mistenni li tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. F’dak ir-rigward, il-liġi tal-għeluq tipprevedi rieżamijiet regolari (skedati għall-2026, l-2029, l-2032) biex tivvaluta l-kontribut tal-miżura notifikata lejn l-għanijiet klimatiċi tal-Ġermanja (u tal-Unjoni).

    (356)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru ddeskriva kif il-miżura notifikata tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika dwar il-klima, tal-politika ambjentali u tal-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni, f’konformità mal-punt 25 tas-CEEAG.

    (357)

    Fl-aħħar nett, xi partijiet terzi sostnew li peress li l-kumpens huwa dirett lejn l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija, u huwa maħsub biex jikkumpensa għalihom, ma jistax jitqies bħala appoġġ biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ attività ekonomika. Minflok, l-attività ekonomika li l-iżvilupp tagħha huwa ffaċilitat bil-miżura notifikata hija l-bidla mill-produzzjoni tal-elettriku mill-faħam għal sorsi rinnovabbli (ara l-premessi (134) u (135)). Parti terza sostniet ukoll li l-gvern Ġermaniż naqas milli jidentifika l-attivitajiet ekonomiċi li se jiġu ffaċilitati bħala riżultat tal-għajnuna, u kif il-miżura notifikata tappoġġa dawn l-attivitajiet (ara l-premessa (136)). Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-fehma espressa minn dawk il-partijiet terzi. Kif huwa spjegat fil-premessi (349) sa (357) hawn fuq, il-miżura notifikata se tiffaċilita l-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite bis-saħħa tal-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali li ġġib magħha, iżda se tiffaċilita wkoll il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi alternattivi peress li l-għeluq bikri tal-unità ta’ RWE se joħloq diskrepanza fil-ġenerazzjoni tal-enerġija li tibbenefika lil din il-produzzjoni.

    6.3.2.2.   Effett ta’ inċentiv

    (358)

    Skont il-punt 427 tas-CEEAG, il-miżura jeħtieġ li twassal għal bidla fl-imġiba ekonomika tal-operaturi li jagħlqu l-attivitajiet tal-faħam tagħhom qabel tmiem il-ħajja ekonomika tagħhom. Sabiex tiddetermina jekk dan huwiex il-każ, il-Kummissjoni se tqabbel ix-xenarju fattwali (jiġifieri l-effetti tal-miżura notifikata) ma’ xenarju kontrofattwali (jiġifieri n-nuqqas ta’ miżura notifikata).

    (359)

    Il-Kummissjoni tqis li l-miżura notifikata għandha effett ta’ inċentiv, peress li twassal biex RWE tagħlaq l-impjanti tagħha qabel milli kieku kien mistenni taħt il-kundizzjonijiet tas-suq, u b’hekk tbiddel l-imġiba ta’ RWE, li ma kinitx tinbidel mingħajr il-miżura notifikata. Il-Ġermanja wettqet valutazzjoni dwar il-profittabbiltà mistennija tal-impjanti tal-enerġija ta’ RWE li jaħdmu bil-linjite. Skont il-kalkolu rivedut, l-impjanti huma profittabbli u l-profitti mitlufa tagħhom jaqbżu l-ammont ta’ kumpens (ara l-premessi (64) sa (65)). Anke jekk il-Ġermanja tammetti li hemm ċertu livell ta’ inċertezza fil-projezzjonijiet, u partijiet terzi jippreżentaw xenarji alternattivi ta’ profittabbiltà, f’xenarju kontrofattwali, jiġifieri fin-nuqqas tal-miżura notifikata, RWE x’aktarx li kienet tibqa’ topera l-impjanti. Skont il-kalkoli sottomessi mill-Ġermanja, f’xenarju kontrofattwali, l-impjanti ta’ RWE kienu jkomplu jagħmlu profitt, u fin-nuqqas tal-miżura notifikata, RWE ma kienx ikollha l-inċentiv li telimina gradwalment l-impjanti tal-linjite tagħha. Minħabba li fix-xenarju fattwali, il-miżura notifikata tispeċifika t-tneħħija gradwali għall-installazzjonijiet profittabbli ta’ RWE bi skambju għal kunsiderazzjoni finanzjarja, flimkien maċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u l-vantaġġi l-oħra li ġġib il-miżura notifikata (ara l-premessa (232)), hemm effett ċar ta’ inċentiv fuq RWE.

    (360)

    Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-fatt li RWE kienet diġà għalqet sitt unitajiet (150) qabel ma l-Ġermanja ppreżentat il-miżura emendata ta’ RWE lill-Kummissjoni f’Diċembru 2022 ma jitfax dubju fuq l-effett ta’ inċentiv ta’ RWE biex tagħlaq dawk l-unitajiet. Dan għaliex RWE, meta għalqet dawn is-sitt unitajiet, aġixxiet fl-aspettattiva li l-Ġermanja tħallas il-kumpens previst fil-liġi tal-għeluq (li ġiet adottata fit-8 ta’ Awwissu 2020, qabel kwalunkwe għeluq tal-impjanti, ara l-premessa (30)), u fil-kuntratt tal-2021, wara li rċeviet mingħand il-Ġermanja kemm setgħu jinkisbu garanziji dwar l-għoti tal-għajnuna b’mod leġittimu minnha. Barra minn hekk, il-Ġermanja sostniet li l-miżura ta’ RWE, kemm kif inizjalment prevista kif ukoll kif emendata, għandha effett ta’ inċentiv fuq RWE (ara l-premessa (244)).

    (361)

    Barra minn hekk, skont il-punt 427 tas-CEEAG, jenħtieġ li l-miżura ma twassalx għal ċirkomvenzjoni tar-regoli applikabbli għall-miżuri għas-sigurtà tal-provvista. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura notifikata ma hijiex immirata biex tindirizza kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista fuq perjodu ta’ żmien twil jew qasir li jirriżultaw minn falliment tas-suq jew regolatorju, li ġie kkonfermat ukoll mill-awtoritajiet Ġermaniżi (ara l-premessi (245) sa (246)), iżda għandha l-għan li tneħħi gradwalment l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-elettriku, li mbagħad se jwassal biex il-Ġermanja tilħaq il-miri klimatiċi tagħha għall-2030 u l-2045 (ara l-premessa (21)). Barra minn hekk, il-kumpens li għandu jingħata lil RWE skont il-miżura notifikata ma jikkostitwix remunerazzjoni għall-kapaċità disponibbli, iżda huwa kumpens għall-profitti mitlufa ta’ RWE minħabba l-għeluq bikri awtorizzat tal-unitajiet tagħha li jaħdmu bil-linjite. Għalhekk, il-miżura notifikata ma twassalx għal ċirkomvenzjoni tar-regoli applikabbli għall-miżuri għas-sigurtà tal-provvista, f’konformità mal-punt 427 tas-CEEAG.

    (362)

    Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-miżura emendata ta’ RWE għandha effett ta’ inċentiv, kif huwa meħtieġ mill-punt 427 tas-CEEAG, peress li twassal biex il-benefiċjarju jibdel l-imġiba tiegħu billi jagħlaq l-impjanti tal-enerġija tiegħu li jaħdmu bil-linjite iktar kmieni milli kien previst, u b’mod iktar ordnat u prevedibbli, li l-benefiċjarju kieku ma jwettaqx mingħajr l-għajnuna jew iwettaq b’mod ristrett jew differenti.

    6.3.2.3.   L-ebda ksur tal-ebda dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni

    (363)

    Skont il-punt 33 tas-CEEAG, jekk l-attività appoġġata, jew il-miżura ta’ għajnuna jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha, inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta jkun jifforma parti integrali minnha, ikunu jinvolvu ksur mhux separabbli tad-dritt rilevanti tal-Unjoni, l-għajnuna ma tkunx tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern.

    (364)

    F’din il-kawża, il-Kummissjoni vvalutat b’mod partikolari jekk il-miżura notifikata tmurx kontra l-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas skont l-Artikolu 191(2) tat-TFUE, li skontu, “il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas.”. Fil-punt 19(58) tas-CEEAG, il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas ġie ddefinit kif ġej: “(i)l-kostijiet tal-miżuri li jindirizzaw it-tniġġis għandu jġarrabhom min iniġġes”.

    (365)

    Il-Kummissjoni taqbel mal-Ġermanja, li sostniet (ara l-premessa (247)) li l-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas huwa rispettat minħabba li l-kostijiet li għandhom jiġu kkumpensati huma kkawżati mill-għeluq bikri u ma humiex ikkawżati mill-operaturi. Fi kliem ieħor, il-kumpens ma jkoprix il-kostijiet li l-operaturi jkollhom iġarrbu xorta f’xenarju mingħajr it-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite.

    (366)

    Għalhekk, il-miżura notifikata ma tiksirx l-Artikolu 191(2) tat-TFUE, u lanqas il-prinċipju deskritt fil-punt 19(58) tas-CEEAG.

    (367)

    Parti terza sostniet li l-attivitajiet tal-operaturi jiksru l-leġiżlazzjoni sekondarja tad-dritt tal-Unjoni, pereżempju fir-rigward tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2018/1135 dwar ir-rapportar tal-IED, jew ir-regoli dwar it-tariffi tal-ilma u l-kostijiet tad-danni (ara l-premessa (151)). Il-Kummissjoni tqis li dawn l-allegazzjonijiet ma humiex relatati mal-kawża inkwistjoni għall-istess raġunijiet kif huwa indikat fil-premessi (360).

    (368)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura emendata ta’ RWE ma tmur kontra l-ebda dispożizzjoni rilevanti jew prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u hija konformi mal-punt 33 tas-CEEAG.

    6.3.3.   Kundizzjoni negattiva: il-miżura ta’ għajnuna ma tridx taffettwa b’mod mhux xieraq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jmur kontra l-interess komuni

    6.3.3.1.   Minimizzazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ

    (369)

    Il-miżura notifikata taffettwa prinċipalment is-suq tal-elettriku fil-Ġermanja, fejn bosta fornituri jkunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Dan jista’ jaffettwa wkoll is-swieq tal-elettriku fil-pajjiżi ġirien, fid-dawl tal-interkonnessjonijiet transfruntieri.

    6.3.3.1.1.   In-neċessità tal-għajnuna

    (370)

    Abbażi tal-punt 428 tas-CEEAG, il-Kummissjoni tqis li miżura tkun meħtieġa jekk l-Istat Membru jista’ juri li l-miżura tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax jipprovdi. Pereżempju, bl-abilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi alternattivi, li ma jsirx bl-istess livell mingħajr il-miżura. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista’ tqis ukoll jekk is-suq innifsu kienx jikseb tnaqqis simili ta’ emissjonijiet ta’ CO2 mingħajr il-miżura jew jekk il-miżura tikkontribwix b’mod sinifikanti biex tiżgura ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà li ma kienx ikun hemm fin-nuqqas tal-miżura, bil-konsegwenza li tiffaċilita t-tranżizzjoni ekoloġika.

    (371)

    Il-Kummissjoni tqis li peress li l-unitajiet rilevanti ta’ RWE huma profittabbli (ara l-premessi (64) u (65)), ma għandhomx inċentiv biex joħorġu mis-suq, tal-inqas mhux sal-punt u fl-iskeda ta’ żmien prevista mill-miżura notifikata, u għalhekk, is-suq waħdu ma jistax jilħaq l-objettivi maħsuba tal-miżura notifikata. Kif huwa deskritt fil-premessa (21), l-objettiv ewlieni tal-miżura notifikata huwa li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2045 u li jintlaħqu l-miri interim tal-2030, billi jiġi permess iktar żvilupp tal-RES fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Tneħħija gradwali tal-linjite se toħloq ħtieġa għal unitajiet u kapaċità addizzjonali ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, peress li t-tneħħija gradwali tal-linjite se tnaqqas il-kapaċità eżistenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija Ġermaniża, jiġifieri, tnaqqas il-provvista filwaqt li d-domanda tibqa’ l-istess. Dan għaldaqstant se jippermetti lill-RES il-ġodda jidħlu fis-suq u se jippermetti lill-Ġermanja tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u tikseb in-newtralità klimatika sal-2045. Il-Ġermanja ssostni li irrispettivament mill-penetrazzjoni tal-RES, it-tnaqqis tal-emissjonijiet assoċjat mat-tneħħija gradwali tal-linjite huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Ġermanja (ara l-premessa (21)). Barra minn hekk, il-miżura notifikata tipprovdi ċertezza legali u perkors affidabbli għad-dekummissjonar, li ma kienx ikun hemm fin-nuqqas tal-miżura notifikata u li hija essenzjali fir-reġjuni affettwati mit-tneħħija gradwali tal-linjite.

    (372)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura notifikata hija mmirata lejn sitwazzjoni fejn tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax jagħti fil-ħin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tneħħija gradwali tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-linjite tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-RES, li ma kienx iseħħ bl-istess mod mingħajr il-miżura notifikata (ara l-premessi (350) sa (351)).

    (373)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura notifikata hija meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv tagħha u tiffaċilita t-tranżizzjoni ekoloġika, f’konformità mal-punt 428 tas-CEEAG.

    6.3.3.1.2.   Adegwatezza

    (374)

    Il-punt 429 tas-CEEAG jirrikjedi li l-Istat Membru juri li l-miżura hija strument ta’ politika xieraq biex jintlaħaq l-objettiv maħsub, jiġifieri ma jridx ikun hemm strument ta’ politika u ta’ għajnuna inqas distortiv li kapaċi jikseb l-istess riżultati. Pereżempju, jekk il-miżura tkunx immirata sew biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi alternattivi filwaqt li timmitiga l-impatt fuq il-funzjonament tas-suq tal-elettriku u l-impjiegi, u biex tiżgura l-prevedibbiltà tal-għeluq filwaqt li tikkontribwixxi għall-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.

    (375)

    L-awtoritajiet Ġermaniżi għażlu li jneħħu gradwalment il-linjite permezz ta’ soluzzjoni nnegozjata, wara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-Faħam (ara l-premessi (24) u (232)). Il-membri tal-Kummissjoni tal-Faħam kienu jirrappreżentaw sezzjoni trasversali wiesgħa ta’ atturi soċjetali, politiċi u ekonomiċi, u pproponew l-irkantijiet bħala l-iktar triq xierqa ’l quddiem.

    (376)

    Kif huwa deskritt fil-premessi (25) sa (28), qabel ma ddeċidiet għall-miżura notifikata, il-Ġermanja vvalutat diversi alternattivi ta’ politika. L-awtoritajiet Ġermaniżi qiesu tliet xenarji ta’ politika alternattivi: (i) id-dipendenza fuq l-EU ETS eżistenti u l-miri għall-enerġija rinnovabbli, (ii) prezz minimu nazzjonali għas-CO2 għas-setturi diġà koperti mill-EU ETS, (iii) għeluq regolatorju mingħajr kumpens. Fil-fehma tal-Ġermanja, il-miżura notifikata hija xierqa f’termini ta’ strument ta’ politika għall-implimentazzjoni tat-tneħħija gradwali Ġermaniża tal-linjite b’mod kosteffettiv, prevedibbli, soċjalment aċċettabbli u legalment sigur.

    (377)

    Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-Ġermanja li dawk l-għażliet ta’ politika l-oħra ma nżammewx minħabba li ma kinux jippermettu li jintlaħaq l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn miri ta’ sorsi alternattivi mmirati b’mod simili, u ma kienx ikun possibbli li jiġi ddeterminat il-perkors tal-għeluq gradwali minn qabel, li kien ikollu impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista u fuq l-impjegati fis-settur. Il-Kummissjoni tqis li peress li l-mira ewlenija tal-awtoritajiet Ġermaniżi hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 biex tinkiseb in-newtralità klimatika, u peress li l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite jiġġeneraw emissjonijiet konsiderevoli (pereżempju, fl-2021, l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite rmew 110 miljun tunnellata ta’ CO2, ara l-premessa (17)), il-konklużjoni tal-Ġermanja li n-newtralità klimatika tista’ tinkiseb biss jekk is-settur tal-enerġija li taħdem bil-linjite jkun immirat speċifikament, hija raġonevoli.

    (378)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ordni ta’ għeluq regolatorju mill-2020 kienet tkun intervent iktar b’saħħtu fid-drittijiet tal-proprjetà ta’ RWE (ara t-taqsima 6.1.2.1 dwar il-prinċipji tal-interventi tad-drittijiet tal-proprjetà taħt il-GG), li, fil-probabbiltà kollha, ineħħi l-bażi tan-negozju tat-tneħħija gradwali tal-linjite b’kunsens miftiehma bejn il-gvern Ġermaniż u l-operaturi bil-kuntratt tal-2021, li jinkludi rinunzja komprensiva mir-rimedji legali (ara l-premessa (232)), u għalhekk jista’ jipperikola l-ilħuq tal-miri klimatiċi għall-2030 u l-2045. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li għeluq gradwali fuq perjodu itwal ta’ żmien huwa raġonevoli.

    (379)

    Il-Kummissjoni taħseb ukoll li għotja mhux rimborżabbli hija l-iktar strument ta’ għajnuna xieraq biex jintlaħaq l-objettiv maħsub meta mqabbel, pereżempju, ma’ self jew garanzija. Għotja biss isservi l-għan li tikkumpensa lil RWE għall-profitti li kienet tikseb fin-nuqqas ta’ għeluq bikri.

    (380)

    Partijiet terzi affermaw li l-kumpens u l-kalkolu tiegħu ma humiex xierqa peress li ħafna impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite kienu jagħlqu fi kwalunkwe każ, jiġifieri mingħajr kumpens, xprunati mill-forzi tas-suq (il-premessi (170), (171) (174)). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-kalkolu rivedut ippreżentat mill-Ġermanja, li juri li tmienja mid-disa’ unitajiet ta’ RWE, li għalihom ġiet sottomessa data għal kull impjant, huma stmati li ġarrbu profitti mitlufa fil-perjodu bejn l-2021 u l-2026, u li l-VPN ta’ dawn il-profitti mitlufa jaqbeż il-VPN tal-kumpens miftiehem għal RWE (il-premessi (64) sa (65)).

    (381)

    Xi partijiet terzi rreferew għall-kawża Pollakka dwar l-appoġġ għall-għeluq tal-minjieri tal-faħam (151) (ara l-premessi (170) u (174)). Il-Kummissjoni tinnota li dik l-għajnuna ġiet approvata skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2010, li tapplika għal każijiet ta’ għeluq ta’ minjieri tal-faħam mhux kompetittivi. Madankollu, din il-kawża hija differenti, peress li l-miżura notifikata għandha l-għan li tikkumpensa għall-profitti mitlufa ta’ RWE relatati mal-operat tal-impjanti tal-enerġija (ara wkoll il-premessa (430)). Għalhekk, f’din il-kawża, il-kawża Pollakka għall-appoġġ għall-għeluq ta’ minjieri tal-faħam mhux kompetittivi ma tistax tintuża bħala analoġija.

    (382)

    Partijiet terzi indikaw ukoll li Spanja għażlet miżura differenti biex tneħħi gradwalment il-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-faħam (il-premessa (172)). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li ma hijiex obbligata li tikkunsidra b’mod astratt il-miżuri alternattivi kollha li jistgħu jiġu previsti, peress li, għalkemm l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġlu jistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet li wassluh għall-adozzjoni tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, barra minn hekk, ma huwiex meħtieġ li juri b’mod pożittiv li l-ebda miżura konċepibbli oħra, ta’ natura ipotetika, ma tagħmilha possibbli li jintlaħaq l-objettiv segwit b’mod iktar effettiv (152).

    (383)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċirkostanzi tat-tneħħija gradwali tal-faħam Spanjola u Ġermaniża huma differenti. L-ewwel nett, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-Istati Membri għandhom marġni kbir ta’ diskrezzjoni biex jiddeċiedu dwar il-politika tagħhom tal-enerġija u l-klima. Il-Qorti kkonfermat id-dritt tal-Istat Membru li jiddeċiedi dwar it-taħlita tal-elettriku tiegħu f’konformità mal-Artikolu 194 tat-TFUE (153). Għalhekk, il-Kummissjoni se tesprimi biss tħassib dwar il-miżura magħżula fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għajnuna mill-Istat jekk ikun evidenti li hemm strument ta’ politika u ta’ għajnuna inqas distorsiv li jikseb l-istess riżultati bħall-miżura li l-Istat Membru jkun innotifika. F’din il-kawża, l-ebda wieħed mill-Istati Membri msemmija mill-partijiet terzi ma huwa komparabbli mal-Ġermanja, b’mod partikolari minħabba li l-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite ma kellhiex rwol ewlieni bħal dan fit-taħlita tal-enerġija tagħhom. Barra minn hekk, il-Ġermanja wriet li forom oħra, bħal limitu minimu tal-prezz tal-karbonju, dazji tas-sisa jew limiti iktar stretti tal-intensità tal-emissjonijiet kienu jwasslu għal riżultati anqas immirati, jew ma kinux jippermettu lill-gvern imexxi t-tneħħija gradwali tal-linjite bl-istess mod, u dan iwassal b’mod partikolari għall-paċifikazzjoni soċjali, l-għoti ta’ ċertezza u prevedibbiltà legali, filwaqt li jitqiesu r-rabtiet bejn l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite u l-minjieri, u l-iżgurar li t-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite jkun effiċjenti kemm jista’ jkun għas-sistema kollha kemm hi (ara l-premessi (25) sa (29) u (232)). Għalhekk, l-analoġiji użati minn partijiet terzi ma tistax tiġi ttrasferita għall-miżura notifikata.

    (384)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura notifikata ma hijiex biss implimentata bil-liġi iżda stabbilita wkoll f’kuntratt li fih l-operaturi rrinunzjaw id-drittijiet legali tagħhom biex jikkontestaw il-kumpens. Dan jipprovdi ċertezza lill-Istat li l-liġi tal-għeluq ma tiġix ikkuntestata mill-operaturi, li l-liġi tal-għeluq waħedha ma setgħetx tikseb.

    (385)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura notifikata hija mmirata sew biex tikseb l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi alternattivi, filwaqt li ttaffi l-impatt fuq is-sigurtà tal-provvista, kif ukoll il-prevedibbiltà tal-għeluq, filwaqt li fl-istess ħin tikkontribwixxi għall-miri nazzjonali Ġermaniżi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Għalhekk, il-miżura notifikata hija konformi mal-punt 429 tas-CEEAG u hija strument xieraq biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi.

    6.3.3.1.3.   Proporzjonalità

    (386)

    Il-punt 430 tas-CEEAG jirrikjedi li, fil-prinċipju, l-għajnuna trid tingħata permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-Istat Membru juri li proċess ta’ offerti x’aktarx li ma jkunx kompetittiv minħabba raġunijiet oġġettivi. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk l-għadd ta’ parteċipanti potenzjali jkun limitat, dment li dan ma jkunx dovut għal kriterji ta’ eliġibbiltà diskriminatorji.

    (387)

    Il-Ġermanja ssostni li f’din il-kawża jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ proċess ta’ offerti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar fil-premessa (14) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u fil-premessa (16) tad-deċiżjoni Ġermaniża ta’ tneħħija gradwali tal-faħam iebes, li skonthom l-impjanti tal-linjite huma marbuta b’mod inseparabbli mal-faċilitajiet tal-estrazzjoni, li jirrikjedu approċċ iktar sistemiku. B’kuntrast mal-impjanti tal-enerġija tal-faħam iebes Ġermaniżi, li jġibu l-faħam mis-suq dinji barra mill-Ġermanja, l-impjanti tal-enerġija tal-linjite għandhom il-minjieri tagħhom fil-qrib. Il-linjite ma hijiex komodità nnegozjata globalment peress li l-valur kalorifiku relattivament baxx tiegħu jagħmel it-trasport ta’ volumi kbar fuq distanzi twal mhux ekonomiku. Dan huwa wkoll il-każ għall-minjieri u l-impjanti tal-linjite Ġermaniżi, fejn il-proċess kollu jiġi stabbilit b’mod li l-impjanti fir-reġjun jużaw il-linjite li jinkiseb fl-istess reġjun. Il-Ġermanja wriet li l-estrazzjoni tal-linjite tirrikjedi perjodi twal ta’ ġestjoni tat-territorju u żmien ta’ tħejjija għall-bidliet fl-ippjanar. Għalhekk, l-iskeda tal-għeluq tal-impjanti hija influwenzata wkoll minn kunsiderazzjonijiet tekniċi u ta’ ppjanar, li jikkawżaw diffikultajiet biex irkant b’riżultati inċerti jiġi implimentat. Dawn il-kunsiderazzjonijiet ta’ ġestjoni tat-territorju ma jeżistux għall-impjanti tal-faħam iebes Ġermaniżi (ara l-premessa (32)). Barra minn hekk, fiż-żona tal-estrazzjoni ta’ Rhenish, li tikkontribwixxi għall-impjanti kollha tal-linjite f’dik iż-żona, RWE hija l-uniku operatur ta’ minjieri u ta’ impjanti kbar, sabiex dawk l-impjanti tal-enerġija f’dik iż-żona ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fi proċess ta’ offerti (ara l-premessa (32)). Għalhekk, il-Kummissjoni taqbel mal-awtoritajiet Ġermaniżi li, f’din il-kawża, ma jistax ikun meħtieġ proċess kompetittiv ta’ offerti, u t-tneħħija gradwali tal-linjite titlob approċċ iktar sistemiku.

    (388)

    Ċerti partijiet terzi ma jaqblux ma’ din il-fehma u sostnew li sabiex tinħoloq kompetizzjoni fis-sejħiet għall-offerti, l-installazzjonijiet żgħar u dawk akbar tal-linjite setgħu ġew inklużi fi proċess ta’ offerti flimkien (ara l-premessa (198)).

    (389)

    Il-Kummissjoni tinnota li s-sitwazzjoni ta’ impjanti iżgħar tal-enerġija tal-linjite hija differenti minħabba s-sjieda iktar varjata tagħhom (madwar 45 installazzjoni iżgħar differenti tal-linjite li qegħdin jitħaddmu fil-Ġermanja), li tipikament jikkonsistu minn utenti industrijali li jikkunsmaw il-produzzjoni tagħhom stess tal-elettriku (u spiss ukoll tas-sħana). Fil-fatt, xi installazzjonijiet iżgħar li jipproduċu wkoll is-sħana f’konfigurazzjoni tas-CHP kellhom id-data tal-irtirar tagħhom stabbilita fi strument ieħor ta’ dekarbonizzazzjoni (Kraft-Wärme-Kopplungsgesetz, il-liġi dwar il-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-enerġija) (ara l-premessa (271)). Barra minn hekk, minħabba d-daqs tagħhom, l-għeluq possibbli ta’ installazzjonijiet iżgħar tal-linjite ma għandux l-istess riperkussjonijiet għall-minjieri fil-qrib kif inhu l-każ b’impjanti kbar tal-enerġija tal-linjite (154). Min-naħa l-oħra, madankollu, jekk il-minjieri tal-linjite (li jappartjenu għall-istess sidien bħall-impjanti l-kbar tal-enerġija tal-linjite) ma kellhomx trajettorja ċara ta’ tneħħija gradwali, kif previst fil-miżura notifikata, l-installazzjonijiet iżgħar tal-linjite li jiddependu fuq il-minjieri jistgħu jiffaċċaw diffikultajiet fid-disponibbiltà tal-fjuwil. Għalhekk, iż-żewġ gruppi (impjanti żgħar u kbar) ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-istess irkantijiet fuq bażi ugwali.

    (390)

    Minħabba li f’din il-kawża ma hemmx proċess kompetittiv ta’ offerti, il-Kummissjoni se tivvaluta l-proporzjonalità fuq bażi ta’ każ b’każ biex tivverifika li l-kumpens huwa limitat għall-minimu meħtieġ, f’konformità mal-punt 432 tas-CEEAG. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni se tanalizza fid-dettall is-suppożizzjonijiet użati mill-Istat Membru biex jiddetermina l-profitti mitlufa u l-kostijiet addizzjonali li fuq il-bażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens għat-tmiem bikri, billi tqabbel il-profittabbiltà mistennija fix-xenarji fattwali u kontrofattwali. Jenħtieġ li x-xenarju kontrofattwali jkun ibbażat fuq suppożizzjonijiet debitament ġustifikati, żviluppi realistiċi tas-suq u jirrifletti d-dħul u l-kostijiet imbassra ta’ kull entità inkwistjoni, waqt li jitqiesu r-rabtiet funzjonali diretti possibbli bejn l-entitajiet.

    (391)

    Il-Kummissjoni tinnota li, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Ġermanja ppreżentat kalkolu rivedut tal-profitti mitlufa għall-impjanti ta’ RWE (ara l-premessi (63) sa (75)) li huma skedati għall-għeluq f’konformità mal-liġi tal-għeluq u mal-liġi tal-emenda (155).

    (392)

    B’mod iktar speċifiku, għas-sitt unitajiet diġà magħluqa, is-suppożizzjonijiet użati fil-kalkolu rivedut (eż. dwar il-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2 u l-inflazzjoni) huma bbażati fuq l-aspettattivi u l-informazzjoni tas-suq li kienu disponibbli immedjatament qabel id-dati rispettivi tal-għeluq ta’ dawk l-unitajiet (156). Il-Kummissjoni tqis li dan l-approċċ huwa raġonevoli, peress li kien dak l-ammont ta’ profitti li RWE setgħet tistenna li tirrinunzja meta għalqet dawk l-unitajiet.

    (393)

    Għat-tliet unitajiet skedati għall-għeluq f’Jannar u f’Marzu 2025, il-kalkolu rivedut huwa bbażat fuq l-iktar informazzjoni aġġornata disponibbli fil-ħin tas-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut. Il-Kummissjoni tqis li dan l-approċċ huwa raġonevoli u konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti (157).

    (394)

    Fir-rigward tal-kwistjoni tar-rilevanza tas-suppożizzjonijiet ewlenin (il-prezzijiet tas-CO2 u tal-elettriku) użati għal dawn it-tliet unitajiet fil-kalkolu rivedut u fl-iżviluppi tas-suq li seħħew mis-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut u mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-Kummissjoni tqis l-argumenti tal-Ġermanja li aġġornament ulterjuri ta’ dawn is-suppożizzjonijiet ma huwiex meħtieġ biex ikunu raġonevoli u ġġustifikati (ara l-premessa (75)). Fil-fatt hija prattika standard tal-industrija li l-operaturi tal-linjite jużaw prodotti tal-futuri offruti minn skambji biex jiħħeġġjaw finanzjarjament il-marġnijiet tagħhom fil-perjodu li jkun ġej b’mod stabbli u prevedibbli, u jevitaw l-iskopertura għal varjazzjonijiet kbar fil-prezzijiet li jseħħu fis-suq spot.

    (395)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-perjodu tipiku tal-iħħeġġjar użat mill-operaturi tal-impjanti tal-linjite huwa ta’ 3 snin u jikkorrispondi għall-wisa’ tal-likwidità tas-suq tal-elettriku Ġermaniż (158). Għalhekk, f’xenarju kontrofattwali, kien ikun possibbli li t-tliet unitajiet jidħlu fis-suq bejn il-21 ta’ Ottubru 2022 u l-4 ta’ Novembru 2022 (meta d-data mis-suq għal dawn l-impjanti ġiet estratta għall-fini tal-kalkolu tal-profitti mitlufa), u gradwalment ibigħu l-produzzjoni tal-elettriku ppjanata tagħhom għal mill-inqas parti mill-perjodu wara l-għeluq fix-xenarju fattwali u jixtru volum korrispondenti ta’ kwoti tal-emissjonijiet. RWE qablet li l-bejgħ bil-quddiem tal-produzzjoni tal-elettriku huwa prattika kummerċjali ġenerali (ara l-premessa (179)b)). Il-Ġermanja argumentat li għalhekk din hija imġiba plawżibbli fil-kontrofattwali.

    (396)

    Il-Kummissjoni tqis li peress li t-tranżazzjoni kienet isseħħ fl-2022, huwa plawżibbli li f’dak il-punt RWE setgħet tbigħ l-elettriku biex dan jingħata sal-aħħar tal-2025. It-tliet unitajiet huma skedati li jagħlqu f’Jannar u f’Marzu 2025. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa xenarju kontrofattwali plawżibbli li jiġu kkalkolati l-profitti mitlufa għal dawn it-tliet unitajiet għall-bqija tal-2025. Il-Ġermanja tasserixxi profitti mitlufa għal dawn l-unitajiet għas-sena 2026 ukoll, li jammontaw għal EUR 131 miljun jew 6 % tal-profitti totali mitlufa f’termini tal-VPN (it-tliet unitajiet huma l-uniċi li għalihom qed jintalbu profitti mitlufa għall-2026, ara l-premessa (258)). Il-Kummissjoni tinnota li anke mingħajr il-profitti mitlufa tat-tliet unitajiet għas-sena 2026, il-bqija tal-profitti mitlufa (EUR 2,0 biljun f’termini tal-VPN) xorta huwa ogħla mill-ammont ta’ kumpens (EUR 1,7 biljun f’termini tal-VPN). Għalhekk, approċċ konservattiv bħal dan ma jbiddilx b’mod fundamentali r-riżultat li l-valur preżenti tal-ammont ta’ kumpens huwa inqas minn dak tal-profitti mitlufa.

    (397)

    Wara d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, partijiet terzi qajmu tħassib li ċerti parametri ewlenin tal-kumpens kienu irrealistiċi jew mhux xierqa (ara l-premessi (190)), (197)), (203)) u (205))). Il-Kummissjoni tqis li l-kalkolu rivedut jindirizza dan it-tħassib. B’mod speċifiku, ara l-premessi (393) sa (396) u (410) sa (411) dwar is-suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-elettriku u tas-CO2; il-premessi (397), (403), (405) u (412) dwar it-tul tal-perjodu li għalih jiġu kkalkolati l-profitti mitlufa; il-premessi (399) sa (400) dwar in-nuqqas tal-mekkaniżmu ta’ aġġornament u l-premessa (406) dwar l-inklużjoni u t-trattament tal-kostijiet fissi. Bosta partijiet terzi kkritikaw it-trasparenza tal-miżura, jiġifieri l-proċess tat-tfassil tal-miżura, bħall-kalkoli għall-kumpens u l-inċertezza rigward l-attività speċifika li għaliha jappartjeni l-kumpens (ara l-premessi (193), (197), (203), (204) u (205)). Il-Kummissjoni tqis li l-kalkolu rivedut jindirizza dan it-tħassib peress li juri li l-profitti mitlufa ta’ ċertu grupp ta’ impjanti waħedhom huma biżżejjed biex jiġġustifikaw l-ammont ta’ kumpens (ara l-premessa (403).

    (398)

    Barra minn hekk, skont il-punt 433 tas-CEEAG, meta l-għeluq tal-attivitajiet tal-faħam iseħħ iktar minn 3 snin wara li jkun ingħata l-kumpens, l-Istat Membru jeħtieġlu jintroduċi mekkaniżmu biex jaġġorna l-kalkolu tal-kumpens fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet l-iktar reċenti, sakemm ma jkunx jista’ juri għaliex l-użu ta’ dan il-mekkaniżmu ma huwiex ġustifikat minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni fil-każ inkwistjoni.

    (399)

    Kif huwa deskritt fil-premessa (76), il-Ġermanja spjegat għaliex mekkaniżmu ta’ aġġornament ma huwiex meħtieġ f’din il-kawża, peress li l-impjanti se jagħlqu fl-istess perjodu ta’ żmien. Il-Kummissjoni taqbel mal-Ġermanja. Il-Kummissjoni tinnota li fir-rigward tal-unitajiet ta’ RWE li diġà għalqu, is-suppożizzjonijiet użati huma qrib kemm jista’ jkun tal-għeluq attwali tal-impjanti. Fir-rigward tal-unitajiet li huma skedati li jingħalqu fil-futur, l-għeluq tat-tliet unitajiet li jitqiesu fil-kalkolu rivedut huwa skedat sal-31 ta’ Marzu 2025, jiġifieri f’inqas minn 3 snin mil-lum u mill-mument li minnu ġew estratti s-suppożizzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni (jiġifieri Ottubru/Novembru 2022), filwaqt li ma huwa stmat l-ebda profitt mitluf għall-impjanti li huma skedati li jingħalqu wara dik id-data. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-mument tal-għoti tal-miżura emendata ta’ RWE huwa n-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (ara l-premessa (78)), li jseħħ ukoll inqas minn 3 snin qabel l-għeluq skedat tal-aħħar waħda mit-tliet unitajiet. Għalhekk, u wkoll fid-dawl tal-argumenti ppreżentati fil-premessa (396) rigward is-suppożizzjonijiet ewlenin, il-Kummissjoni tqis li mekkaniżmu ta’ aġġornament ma huwiex meħtieġ għall-miżura emendata ta’ RWE.

    (400)

    Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-kalkolu rivedut tal-kumpens previst skont il-miżura emendata ta’ RWE, meta jitqiesu d-dubji mqajma fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, hija kif ġej:

    6.3.3.1.3.1.   Profitti mitlufa li jmorru fil-futur remot

    (401)

    Il-kalkolu rivedut għall-miżura emendata ta’ RWE jistma l-profitti mitlufa tal-impjanti tal-enerġija tal-linjite ta’ RWE soġġetti għal għeluq bikri ta’ EUR 2,2 biljun f’termini tal-2022, meta mqabbla mal-VPN tal-kumpens miftiehem ta’ EUR 1,7 biljun. Għalhekk, il-VPN tal-kumpens huwa iktar baxx mill-profitti mitlufa stmati.

    (402)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-kalkolu rivedut tal-Ġermanja juri li tmienja minn 16-il unità ta’ RWE fuq l-iskeda ta’ tneħħija gradwali huma stmati li jkunu tilfu l-profitti fil-perjodu bejn l-2021 u l-2026. Filwaqt li dan huwa perjodu ta’ żmien ferm iqsar milli kien il-każ bid-data sottomessa qabel id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ u jimmarka pass lejn valutazzjoni iktar prudenti u raġonevoli, il-Kummissjoni tinnota li għar-raġunijiet iddikjarati fil-premessi (396) u (397) ma hijiex se tikkunsidra l-asserzjonijiet tal-Ġermanja dwar il-profitti mitlufa għas-sena 2026. Il-Ġermanja ma pprovdietx kalkoli għas-seba’ unitajiet li se jagħlqu wara l-2026, peress li fil-fehma tagħha, il-kalkolu dwar l-unitajiet li se jagħlqu qabel dik id-data diġà huwa biżżejjed biex jiġġustifika l-ammont ta’ kumpens skont il-miżura emendata ta’ RWE.

    (403)

    Il-Kummissjoni tinnota li fir-rigward tal-unitajiet diġà magħluqa tal-impjanti tal-enerġija, il-profitti mitlufa tagħhom jiddependu, b’mod sinifikanti, fuq l-aspettattivi tas-suq tal-prezzijiet futuri tal-elettriku u tas-CO2 fiż-żmien tal-għeluq rispettiv tagħhom. Għalhekk, mhux l-unitajiet kollha ta’ RWE li diġà ngħalqu għandhom profitti mitlufa (ara l-premessa (66)).

    (404)

    Il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju tad-data sottomessa qabel id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-kalkolu rivedut iqis biss perjodu ta’ żmien limitat ta’ inqas minn 3 snin għall-istima ta’ profitti mitlufa f’xenarju kontrofattwali konservattiv, li huwa iktar kmieni mid-dati tal-għeluq skedati tal-unitajiet. Dan inaqqas b’mod sinifikanti l-inċertezza madwar il-projezzjonijiet, speċjalment għall-parametri tal-input li għandhom impatt kbir fuq il-profitti mitlufa bħall-prezzijiet tas-CO2 u tal-elettriku, jew it-tul tal-ħajja preżunt tal-unitajiet. Iktar ma jkun qasir il-perjodu ta’ żmien, iktar ikunu baxxi l-possibbiltajiet li jseħħu avvenimenti jew bidliet mhux mistennija jew ta’ tfixkil fix-xejriet preżunti. Dan jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli biex jiġu indirizzati d-dubji espressi fil-premessi (123) sa (132) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, li fihom il-Kummissjoni argumentat li l-kalkoli sottomessi jmorru ferm fil-futur u kienu inċerti.

    (405)

    Min-naħa tal-kostijiet, il-kalkolu rivedut jinkludi mhux biss il-kostijiet fissi tal-impjanti tal-enerġija, iżda wkoll il-kostijiet fissi tal-estrazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li dan jidher li huwa konformi mal-prattika tal-industrija, peress li l-minjieri u l-impjanti tal-linjite normalment jitqiesu bħala parti minn sistema ekonomika inseparabbli waħda (ara l-premessi (67) u (259)). Il-kalkoli sottomessi qabel id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ kienu jinkludu biss kostijiet varjabbli tal-estrazzjoni, li kellhom it-tendenza li jkunu inqas mill-kostijiet tal-ġenerazzjoni u li jaqbżu l-profitti mitlufa. B’mod differenti, fil-kalkolu rivedut, jiġu inklużi l-kostijiet totali tal-estrazzjoni (fissi flimkien ma’ varjabbli), li l-Kummissjoni tqis bħala iktar realistiċi u raġonevoli. Il-Kummissjoni ssib ukoll li l-istabbiltà tal-kostijiet tal-estrazzjoni għal kull unità tal-produzzjoni hija suppożizzjoni raġonevoli minħabba l-perjodu ta’ żmien qasir tax-xenarju kontrofattwali.

    (406)

    Fir-rigward tad-durata tal-operat tal-impjanti tal-enerġija mingħajr il-liġi tal-għeluq u d-dubji relatati espressi fil-premessi (124) sa (125) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni tinnota li l-kalkolu rivedut ma għadux jassumi t-tul ta’ ħajja operazzjonali sa 70 sena. Dan huwa dovut għall-perjodu ta’ żmien ferm iqsar tal-profitti mitlufa użati fil-kalkolu rivedut. Barra minn hekk, abbażi tal-kalkolu rivedut, l-ebda impjant li għalih jintalbu profitti mitlufa ma huwa skedat li jagħlaq iktar minn 3 snin wara l-aħħar sena li għaliha jintalbu l-profitti fix-xenarju kontrofattwali; u fil-fatt sebgħa minn tmien unitajiet li għalihom jintalbu profitti mitlufa huma skedati li jibqgħu jaħdmu biss sentejn iktar mill-profitti mitluba fix-xenarju kontrofattwali (il-premessa (65)). Għalhekk, id-differenza żgħira fix-xenarji fattwali u kontrofattwali fil-kalkolu rivedut tippermetti lill-Kummissjoni tikkunsidra d-dubji espressi fil-premessi (124) sa (125) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ li għandhom jiġu indirizzati, kif iddikjarat mill-Ġermanja (it-taqsima 5.3.4).

    (407)

    Barra minn hekk, fir-rigward tad-dubju dwar l-investimenti meħtieġa għall-operazzjoni fit-tul sostnuta tal-impjanti (ara l-premessi (126) sa (127) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ), il-Kummissjoni tinnota li l-perjodu ta’ żmien ħafna iqsar tal-profitti mitlufa mbassra li huma użati fil-kalkolu rivedut jindirizza b’mod suffiċjenti d-dubju, kif huwa iddikjarat mill-Ġermanja (il-premessa (263)). Fir-rigward ta’ Niederaußem D, li fil-każ tiegħu l-Kummissjoni esprimiet speċifikament dubju dwar jekk l-impjant ikunx jista’ jopera lil hinn mill-2020 minħabba l-konformità mad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2010/75/UE), u standards iktar stretti relatati għal Impjanti Kbar tal-Kombustjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja ma għadhiex tistma l-profitti mitlufa għal dan l-impjant fil-kalkolu rivedut (il-premessa (263)).

    (408)

    Il-Kummissjoni preċedentement kienet qajmet dubji dwar l-inċertezzi rigward il-projezzjonijiet futuri (il-premessa (129) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ). Il-Kummissjoni issa tinnota li l-kalkolu rivedut juża data verifikabbli u indipendenti bbażata fuq is-suq, li kienet disponibbli jew immedjatament qabel id-data tal-għeluq (għall-unitajiet magħluqa) jew fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut (għall-unitajiet li għadhom qed joperaw) (il-premessa (67)). Il-kalkolu rivedut iqis ukoll biss perjodu ta’ żmien limitat għall-istima ta’ profitti mitlufa, li jnaqqas b’mod sinifikanti l-inċertezzi dwar il-projezzjonijiet futuri. Barra minn hekk, ir-rata ta’ skont (WACC ta’ 7,5 %) applikata għall-fini li jiġu skontati kemm il-profitti mitlufa kif ukoll il-kumpens jidhru li huma plawżibbli minħabba l-perjodu ta’ żmien imqassar ta’ telf tal-profitti (ara l-premessa (264)). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubju tagħha dwar l-inċertezzi rigward il-projezzjonijiet futuri ġie eliminat.

    (409)

    Fir-rigward tad-dubju dwar il-prezzijiet tal-fjuwil u tas-CO2 (ara l-premessa (130) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ), il-Kummissjoni tindika li l-kalkolu rivedut tal-Ġermanja jqis l-aspettattivi aġġornati u bbażati fuq is-suq għas-CO2, il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-elettriku (159). Dan l-aspett għandu rwol importanti fl-evalwazzjoni tal-profittabbiltà tal-impjanti tal-enerġija inkwistjoni, peress li l-prezzijiet tal-elettriku jinfluwenzaw id-dħul mill-bejgħ tal-elettriku u l-prezzijiet tas-CO2 jinfluwenzaw l-iktar komponent importanti u inċert tal-kost operatorju tal-impjanti tal-linjite. B’mod speċifiku, għall-unitajiet li jkunu diġà għalqu fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut, il-kalkolu rivedut juża kwoti medji ta’ prodotti futuri fuq l-iskambju tal-EEX minn perjodu ta’ ġimagħtejn li jiġi immedjatament qabel id-dati rispettivi tal-għeluq, filwaqt li għall-unitajiet li jagħlqu wara s-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut, il-kalkolu juża kwoti medji rreġistrati bejn il-21 ta’ Ottubru 2022 u l-4 ta’ Novembru 2022.

    (410)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-perjodu ferm iqsar li għalih jitqiesu l-profitti mitlufa jnaqqas l-inċertezza dwar il-prezzijiet tas-CO2 u tal-elettriku mbassra. Dan il-perjodu ta’ żmien jestendi fuq ftit snin biss fil-futur, għall-kuntrarju tal-kalkoli sottomessi mill-Ġermanja qabel id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, li f’xi każijiet estenda sal-2061. Il-perjodu ta’ żmien imqassar ippermetta li l-aspettattivi bbażati fuq is-suq u dawk reċenti dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet jintużaw fil-kalkolu rivedut. Is-suq tal-elettriku Ġermaniż organizzat bi proċess trasparenti ta’ skoperta tal-prezzijiet ibbażat fuq offerti kompetittivi joffri l-possibbiltà li jiġu żgurati kuntratti ta’ ħħeġġjar għall-elettriku, pereżempju permezz tal-pjattaforma ta’ negozjar tal-EEX, li tintuża minn RWE biex il-bejgħ tal-elettriku tagħha jiġi ħħeġġjat finanzjarjament permezz ta’ xiri tal-istess firxa ta’ prodotti bħal dawk li ntużaw biex jiġu kkalkolati l-profitti mitlufa fil-kontrofattwali (160). L-użu ta’ din id-data reali u verifikabbli dwar il-prezzijiet tas-suq bħala l-bażi għax-xenarju kontrofattwali għall-kalkolu tal-profitti mitlufa jsaħħaħ b’mod sinifikanti r-robustezza tal-kalkolu rivedut peress li jikkorrispondi għal imġiba standard tal-iħħeġġjar ta’ RWE fuq perjodu ta’ żmien plawżibbli.

    (411)

    L-użu ta’ suppożizzjonijiet tal-prezzijiet iktar reċenti u ta’ perjodi iqsar għall-kalkolu tal-profitti mitlufa li jidhru fil-kalkolu rivedut huwa wkoll konformi mal-punt 433 tas-CEEAG, li jirrikjedi mekkaniżmu ta’ aġġornament jekk il-kumpens għall-għeluq tal-impjanti tal-faħam jingħata iktar minn 3 snin qabel ma fil-fatt iseħħ l-għeluq. Fil-każ partikolari tal-unitajiet ta’ RWE, il-Kummissjoni ssib li d-dubju inizjali tagħha rigward l-adegwatezza tal-prezzijiet tal-fjuwil u tas-CO2 imbassra huwa eliminat, anke meta tikkunsidra approċċ iktar konservattiv minn dak li jkun jirrikjedi l-punt 433 tas-CEEAG. L-għajnuna effettivament tingħata inqas minn 3 snin qabel l-għeluq attwali tat-tmien unitajiet kollha li għalihom il-Ġermanja titlob profitti mitlufa, u l-proporzjonalità tagħha vvalutata skont suppożizzjonijiet li ma għandhomx iktar minn 3 snin mill-perspettiva tal-għeluq. Apparti minn hekk, il-profitti mitlufa stmati li huma biżżejjed biex jaqbżu l-ammont ta’ kumpens f’termini tal-VPN ma jestendux lil hinn minn 3 snin miż-żmien tal-għeluq tat-tmien unitajiet, u lanqas ma jestendu lil hinn minn perjodu ta’ ħħeġġjar tipiku ta’ dawk l-unitajiet (mill-punt li fih ittieħdu s-suppożizzjonijiet dwar il-parametri ewlenin).

    (412)

    Fir-rigward tad-dubju espress fil-premessa (131) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, li fih il-Kummissjoni tindika li ma kinitx irċeviet data għal kull waħda mill-unitajiet skedati għall-għeluq, il-Kummissjoni tindika li l-kalkolu rivedut fih data għal kull waħda mid-disa’ unitajiet ta’ RWE skedati għall-għeluq sal-31 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni tinnota l-argument tal-Ġermanja li dan huwa biżżejjed biex jiġġustifika l-ammont ta’ kumpens (il-premessa (266)) u tqis id-dubju tagħha rigward din il-kwistjoni bħala eliminat.

    (413)

    Fir-rigward tad-dubju espress fil-premessa (132) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ dwar in-nuqqas ta’ analiżi tas-sensittività fir-rigward tal-prezzijiet tas-CO2 u tal-elettriku, il-Kummissjoni tinnota li l-kalkolu rivedut juża, fix-xenarju kontrofattwali, data reali u verifikabbli tal-prezzijiet tas-suq u jimita l-imġiba standard tal-iħħeġġjar tal-operaturi tal-impjanti tal-enerġija tal-linjite fuq perjodu ta’ żmien realistiku. Dan jikkuntrasta mad-data sottomessa qabel id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, fejn intużaw suppożizzjonijiet mhux ibbażati fuq is-suq li jkopru perjodu fit-tul. Barra minn hekk, fil-każ tal-unitajiet li diġà għalqu, il-projezzjonijiet l-iktar aġġornati disponibbli qabel l-għeluq intużaw għall-kalkolu tal-profitti mitlufa tagħhom, li fil-fehma tal-Kummissjoni jagħmel il-ħtieġa għal analiżi tas-sensittività obsoleta. Dan jgħodd ukoll għat-tliet unitajiet li għad iridu jagħlqu u li għalihom il-Ġermanja talbet ukoll profitti mitlufa. Għal dawk l-unitajiet, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti mogħtija fil-premessi (395) u (396) juru l-possibbiltà realistika fil-kontrofattwali li jiġu maqfula l-marġnijiet operatorji tagħhom fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-kalkolu rivedut, abbażi tal-imġiba tas-suq komuni minn RWE.

    (414)

    Il-Kummissjoni tqis li l-fatt li l-effett sistemiku tal-għeluq tal-impjanti tal-enerġija fis-suq Ġermaniż tal-elettriku jitqies fil-forma ta’ skont fuq il-prezzijiet tal-elettriku fix-xenarju kontrofattwali (meta mqabbel mal-aspettattivi attwali tas-suq fix-xenarju fattwali), jikkontribwixxi għar-robustezza tal-kalkolu rivedut. Fix-xenarju kontrofattwali, il-prezzijiet tal-elettriku huma iktar baxxi meta mqabbla max-xenarju attwali minħabba li iktar unitajiet tal-linjite qegħdin joperaw fil-każ preċedenti, u tista’ tiġi ssodisfata iktar domanda b’kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni relattivament orħos. Għalhekk, il-prezzijiet tal-elettriku fix-xenarju kontrofattwali huma iktar baxxi b’1,7 % fl-2023 u bi 3,2 % fl-2026 milli fix-xenarju fattwali (ara l-premessa (74)). Dan ifisser li l-profitti mitlufa kkalkolati fix-xenarju kontrofattwali tal-unitajiet ta’ RWE huma iktar baxxi minn dak li kienu jkunu mingħajr ma jitqies dan l-effett. Għalhekk, il-kalkolu jirriżulta fi stimi iktar konservattivi tal-profitti mitlufa.

    (415)

    Finalment, il-Kummissjoni tinnota li parametri oħra tal-kalkolu rivedut huma mfassla b’mod li jagħmel l-istima tal-profitti mitlufa tidher iktar konservattiva mill-kalkoli sottomessi qabel id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Speċifikament, il-kalkolu rivedut ma jinkludix dħul mill-ġenerazzjoni tas-sħana u mis-suq tal-ibbilanċjar tal-elettriku, li jissottovaluta l-profitti mitlufa. Barra minn hekk, il-kalkolu jassumi li l-limitu massimu tad-dħul mis-suq għall-ġeneraturi tal-elettriku, li fiż-żmien tas-sottomissjoni aġġornata kien ġie approvat li jdum biss sat-30 ta’ Ġunju 2023, se jiġi estiż sat-30 ta’ April 2024, u b’hekk jitnaqqas il-profitt mitluf tal-impjant ta’ Frechen/Wachtberg. Finalment, il-gvern Ġermaniż iddeċieda li ma jtawwalx l-applikazzjoni tal-limitu massimu tad-dħul mis-suq wara t-30 ta’ Ġunju 2023 (161). Li kieku dan ġie kkunsidrat fil-kalkolu rivedut, il-profitti mitlufa tal-impjant ta’ Frechen/Wachtberg kienu jkunu ogħla b’EUR 181 miljun f’termini tal-VPN. Barra minn hekk, il-kalkolu jassumi li l-unitajiet ta’ Neurath D u E se jingħalqu fil-31 ta’ Marzu 2025 u l-profitti mitlufa huma inklużi biss minn dik id-data, filwaqt li jistgħu jagħlqu fl-aħħar ta’ Marzu 2024 u b’hekk ikollhom profitti ogħla mitlufa fix-xhur li jifdal tal-2024 u fl-2025 (il-premessa (259)).

    (416)

    Fir-rigward tal-affermazzjonijiet ta’ parti terza rigward it-tul mhux spjegat tal-perjodu li matulu l-profitti mitlufa ġew ikkalkolati fil-kalkolu rivedut (ara l-premessa (194)), il-Kummissjoni tinnota li l-perjodu ma jmurx lil hinn minn dak li l-Ġermanja qieset bħala meħtieġ sabiex turi li l-profitti mitlufa jaqbżu l-kumpens. Fir-rigward tal-limitu massimu fuq id-dħul mis-suq applikat fil-Ġermanja bejn l-1 ta’ Diċembru 2022 u t-30 ta’ Ġunju 2023 abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 (162), is-sitwazzjoni legali fil-Ġermanja hija riflessa fil-kalkoli; il-limitu massimu nnifsu ma huwiex soġġett għal din il-proċedura. Fi kwalunkwe każ, l-argument tal-parti terza huwa irrilevanti minħabba li t-tliet unitajiet ta’ RWE, li allegatament jirċievu trattament iktar favorevoli skont il-limitu massimu tad-dħul mis-suq, ma humiex inklużi fil-kalkolu rivedut tal-profitti mitlufa ta’ RWE sottomess mill-Ġermanja peress li se jagħlqu wara jew fi tmiem l-2030, u b’hekk ma għandhom l-ebda impatt fuq il-kalkolu rivedut.

    (417)

    Fir-rigward tal-argument tal-parti terza li l-impjanti tal-linjite ta’ RWE bħalissa qegħdin jibbenefikaw mill-Att dwar il-Manutenzjoni tal-Powerplants ta’ Sostituzzjoni (il-premessa (208)), il-Kummissjoni tinnota li l-unitajiet tal-linjite koperti mill-imsemmija liġi (163) huma unitajiet differenti minn dawk koperti mill-miżura emendata ta’ RWE. Għalhekk, ma hemm l-ebda duplikazzjoni fl-unitajiet tal-linjite appoġġati minn miżura notifikata u l-Att dwar il-Manutenzjoni tal-Powerplants ta’ Sostituzzjoni.

    (418)

    Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument ta’ parti terza li l-kalkolu tal-profitti mitlufa ta’ RWE jenħtieġ li jqis ukoll l-appoġġ potenzjali mill-Istat għall-espansjoni tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass li huma lesti għall-idroġenu fis-siti tal-unitajiet tal-linjite magħluqa (il-premessa (193)), il-Kummissjoni hija sodisfatta bl-ispjegazzjonijiet tal-Ġermanja f’dan ir-rigward li kwalunkwe miżura ġdida separata għat-trasformazzjoni għall-ġenerazzjoni tal-enerġija newtrali għall-klima talloka l-appoġġ permezz ta’ offerti ġenerali u trasparenti miftuħa għall-impriżi kollha, u li dawn il-miżuri ġodda ma jipprovdu l-ebda garanzija ta’ appoġġ għal RWE (ara l-premessa (273)). Barra minn hekk, jekk appoġġ ġdid bħal dan kellu jingħata lil RWE, dan ikun jikkonċerna kostijiet eliġibbli differenti, jiġifieri kostijiet relatati mal-kostruzzjoni ta’ impjant ġdid.

    6.3.3.1.3.2.   Mekkaniżmu ta’ għeluq differit u mekkaniżmu ta’ riżerva

    (419)

    Kif huwa deskritt fit-Tabella 3, installazzjoni waħda ta’ RWE se tinġieb għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit u se tirċievi kumpens għall-perjodu li tibqa’ fil-mekkaniżmu (2029 sa 2033), li warajh se tingħalaq b’mod permanenti. Il-Ġermanja sostniet li l-mekkaniżmu ta’ għeluq differit huwa kkumpensat b’mod indipendenti u ma jaffettwax il-kumpens skont il-miżura notifikata (il-premessa (35)).

    (420)

    Kif huwa espress fil-premessa (133) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni, b’mod preliminari, sabet li l-ammonti ta’ kumpens tal-mekkaniżmu tal-għeluq differit huma marbuta b’mod inseparabbli mal-kumpens tal-għeluq. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-mekkaniżmu ta’ għeluq differit kienx jikkostitwixxi miżura separata, li ma għandhiex titqies waqt il-valutazzjoni tal-proporzjonalità.

    (421)

    Fil-premessi (120) sa (123) tad-Deċiżjoni ta’ Estensjoni, il-Kummissjoni analizzat iktar l-asserzjonijiet magħmula mill-Ġermanja u f’dak l-istadju kkonkludiet li ma jidher li hemm l-ebda duplikazzjoni fil-kalkolu taż-żewġ strumenti.

    (422)

    Il-Kummissjoni żżomm din l-opinjoni u tikkonkludi li ma hemm l-ebda duplikazzjoni. Meta wieħed iqis l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Ġermanja u minn RWE (ara l-premessi (276) u (179)), il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pagamenti li jikkonċernaw il-mekkaniżmu ta’ għeluq differit ma humiex rilevanti, peress li l-kalkolu rivedut għall-kumpens għal għeluq bikri skont il-miżura notifikata ma jinkludix l-impjant (Niederaußem G jew H) li jiġi ttrasferit għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit. Barra minn hekk, ir-remunerazzjoni għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit jenħtieġ li ma titqiesx fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura emendata ta’ RWE, peress li t-tnejn huma strumenti separati:

    (a)

    L-ewwel nett, il-miżura notifikata tikkumpensa għall-profitti mitlufa kkawżati mill-għeluq bikri awtorizzat tal-installazzjonijiet tal-linjite ta’ RWE, filwaqt li l-mekkaniżmu tal-għeluq differit jikkumpensa lill-operaturi għall-installazzjonijiet li tqiegħdu f’modalità ta’ riżerva. Fil-każ ta’ RWE, dan se jfisser installazzjoni waħda – Niederaußem G jew H, li se tiġi ttrasferita għall-mekkaniżmu ta’ għeluq differit fil-31 ta’ Diċembru 2029 u se tingħalaq kompletament fil-31 ta’ Diċembru 2033.

    (b)

    It-tieni, il-miżura notifikata u l-mekkaniżmu tal-għeluq differit jindirizzaw perjodi ta’ żmien differenti. Il-miżura notifikata tikkonċerna l-għeluq finali mill-31 ta’ Diċembru 2033 ’il quddiem, filwaqt li l-mekkaniżmu tal-għeluq differit jikkonċerna l-perjodu ta’ żmien li l-impjant ikun għadda fil-mekkaniżmu tal-għeluq differit, jiġifieri mill-31 ta’ Diċembru 2029 sal-31 ta’ Diċembru 2033. Dan huwa l-każ ta’ Niederaußem G jew H, li hija l-unika unità ta’ RWE li qiegħda tiġi ttrasferita għall-mekkaniżmu tal-għeluq differit. B’Niederaußem G jew H, id-dħul fil-mekkaniżmu tal-għeluq differit huwa mill-31 ta’ Diċembru 2029, filwaqt li l-għeluq finali huwa fil-31 ta’ Diċembru 2033. Dan ifisser li ma hemm l-ebda duplikazzjoni f’termini ta’ twaqqit bejn il-miżura notifikata u d-dħul fil-mekkaniżmu tal-għeluq differit ta’ Niederaußem G jew H. Barra minn hekk, Niederaußem G jew H ma huwiex inkluż fil-kalkolu rivedut (ara l-premessa (66)).

    (c)

    It-tielet, il-miżura notifikata u l-mekkaniżmu tal-għeluq differit qegħdin isegwu loġika differenti u r-remunerazzjoni hija kkalkolata b’mod differenti. Għall-miżura notifikata, ir-remunerazzjoni tiġi kkalkolata abbażi ta’ data tal-input u previżjonijiet tal-profitt mitluf, jiġifieri hija remunerazzjoni li tħares ’il quddiem u li tħares biss lejn is-snin ta’ wara l-għeluq, filwaqt li l-mekkaniżmu ta’ għeluq differit huwa kkalkolat abbażi ta’ profitti mitlufa f’formula li qiegħda tivverifika l-profittabbiltà ta’ 3 snin preċedenti, jiġifieri huwa retrospettiv fin-natura tiegħu, filwaqt li jħares biss lejn is-snin ta’ qabel id-dħul fil-mekkaniżmu tal-għeluq differit. Barra minn hekk, il-kalkolu tal-profitti mitlufa ma jinkludix il-kumpens għall-mekkaniżmu tal-għeluq differit. Għalhekk, ma hemm l-ebda duplikazzjoni fil-kostijiet/profitti koperti minn dawn iż-żewġ strumenti.

    (d)

    Ir-raba’, id-dispożizzjoni fil-liġi tal-għeluq (il-paragrafu 45), li skontha l-ewwel pagament tal-kumpens iseħħ fl-aħħar tas-sena li fiha installazzjoni tal-linjite tingħalaq b’mod permanenti għall-ewwel darba jew tiġi ttrasferita għall-mekkaniżmu tal-għeluq differit tikkonċerna l-ħin tal-pagament tal-kumpens u mhux il-miżura notifikata miżura bħala tali. B’hekk, il-miżura notifikata u l-mekkaniżmu tal-għeluq differit ma humiex marbuta b’mod inseparabbli ma’ xulxin u l-pagament tal-miżura notifikata ma huwiex prekundizzjonat mill-mekkaniżmu ta’ għeluq differit u viċi versa.

    (423)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-mekkaniżmu tal-għeluq differit u l-miżura notifikata huma żewġ miżuri separati wkoll fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza. Il-Qorti ddeċidiet li ma jistax jiġi eskluż li bosta miżuri konsekuttivi tal-intervent tal-Istat iridu, għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jitqiesu bħala intervent wieħed. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, meta l-interventi konsekuttivi jkollhom, b’mod partikolari fid-dawl tal-kronoloġija tagħhom, l-għan tagħhom u s-sitwazzjoni tal-impriża fiż-żmien ta’ dawk l-interventi, rabtiet tant mill-qrib bejniethom li jkunu inseparabbli minn xulxin (164). F’din il-kawża, iż-żewġ miżuri huma separati f’żewġ perjodi ta’ żmien differenti (ara l-premessa (423)(b)). Dawn jaqdu skop differenti, peress li l-mekkaniżmu tal-għeluq differit qiegħed iservi s-suq f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u qiegħed jikkumpensa lill-operaturi biex iżommu l-unitajiet f’modalità ta’ riżerva, filwaqt li l-miżura notifikata tikkumpensa għall-profitti mitlufa li ma jkunux daħlu minħabba t-tneħħija gradwali bikrija tal-linjite, iżda ma jagħtix mandat lill-operaturi biex ikomplu jipproduċu l-elettriku taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, iż-żewġ miżuri għandhom żewġ bażijiet legali differenti: il-mekkaniżmu tal-għeluq differit huwa regolat skont l-Artikolu 50 tal-liġi tal-għeluq, filwaqt li l-ammont ta’ kumpens u d-dettalji fil-ġestjoni tiegħu huma regolati skont l-Artikolu 44 tal-liġi tal-għeluq u l-kuntratt tal-2021 u l-emenda tagħhom. Finalment, il-mekkaniżmu tal-għeluq differit huwa ġestit mill-operaturi tas-sistema u mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, li ma huwiex il-każ bil-miżura notifikata. Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-miżuri ma humiex marbuta mill-qrib ma’ xulxin u għalhekk ma humiex inseparabbli minn xulxin. B’hekk, il-mekkaniżmu tal-għeluq differit u l-miżura notifikata ma jistgħux jitqiesu bħala miżura waħda anke fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti.

    (424)

    Finalment, fir-rigward tal-argument imressaq minn parti terza dwar impatt potenzjali fuq il-profitti mitlufa ta’ RWE tat-trasferiment ta’ tliet unitajiet (Niederaußem K, Neurath F u Neurath G) f’riżerva sal-31 ta’ Diċembru 2033 (il-premessa (196)), il-Kummissjoni tinnota li dawn l-unitajiet ma humiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura emendata ta’ RWE. Dan minħabba li dawn l-unitajiet huma skedati li jagħlqu fl-2030 u l-Ġermanja ma pprovdietx kalkoli speċifiċi fit-tul għas-seba’ unitajiet li se jagħlqu wara l-2027, peress li d-data eżistenti fil-kalkolu rivedut dwar l-unitajiet li se jagħlqu qabel l-2027 diġà hija biżżejjed biex tiġġustifika l-ammont ta’ kumpens skont il-miżura emendata ta’ RWE. Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-ispjegazzjoni tal-Ġermanja li dawn ir-riżervi ġodda potenzjali ma humiex previsti fil-liġi tal-emenda u lanqas fil-kuntratt ta’ emenda, iżda se jkollhom jiġu ddefiniti legalment fil-futur jekk il-Ġermanja tiddeċiedi li tintroduċi riżervi bħal dawn (il-premessa (278)).

    (425)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-remunerazzjoni riċevuta minn RWE għall-installazzjoni trasferita għall-mekkaniżmu tal-għeluq differit u l-mekkaniżmu ta’ riżerva potenzjali ma humiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura emendata ta’ RWE.

    6.3.3.1.3.3.   Xenarji alternattivi sottomessi mill-Ġermanja

    (426)

    Ix-xenarji alternattivi li l-Ġermanja kienet ippreżentat qabel id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ (ara l-premessi (50), (54) u (134) tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ) ma humiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura emendata ta’ RWE, peress li l-għeluq tal-impjanti ta’ RWE fi kwalunkwe każ tressaq għall-2030 u l-għażla ta’ frontloading tad-dekummissjonar ma ġietx ikkunsidrata għall-kalkolu rivedut tal-profitti mitlufa ta’ RWE.

    6.3.3.1.3.4.   Kostijiet addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri

    (427)

    F’konformità mal-punt 425 tas-CEEAG, il-kumpens għall-għeluq bikri tal-attivitajiet tal-faħam profittabbli “jista’ jkopri wkoll kostijiet addizzjonali mġarrba mill-impriżi, pereżempju dawk relatati ma’ kostijiet soċjali u ambjentali addizzjonali, jekk dawn il-kostijiet jiġu kkawżati direttament mit-tmiem bikri tal-attivitajiet profittabbli. Il-kostijiet addizzjonali ma jistgħux jinkludu kostijiet li kienu jinħolqu wkoll fix-xenarju kontrofattwali”.

    (428)

    Fil-kuntest tal-miżura emendata ta’ RWE, il-Ġermanja ssottomettiet biss il-kalkolu rivedut ta’ profitti mitlufa – u b’mod iktar speċifiku, tal-profitti mitlufa tal-unitajiet ta’ RWE li se jagħlqu sal-31 ta’ Marzu 2025 – u dan il-kalkolu juri li l-VPN tal-profitti mitlufa ta’ dawn l-unitajiet huwa ogħla mill-VPN tal-kumpens (il-premessi (64) u (65)). Il-kalkolu rivedut ma jinkludi l-ebda kost addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri (il-premessa (269)).

    (429)

    Għalhekk, peress li l-ebda kost addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri ma huwa inkluż fil-kalkolu rivedut u l-profitti mitlufa għall-impjanti tal-enerġija huma biżżejjed biex jiġġustifikaw il-kumpens għal RWE, ma huwiex meħtieġ li jiġi kkwantifikat u vvalutat kull kost addizzjonali għar-riabilitazzjoni tal-minjieri li RWE tista’ ġġarrab mill-għeluq aċċellerat.

    6.3.3.1.3.5.   Konklużjoni dwar il-proporzjonalità

    (430)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura emendata ta’ RWE hija proporzjonata.

    6.3.3.1.4.   Kumulazzjoni

    (431)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja se tiżgura l-konformità mar-regoli tal-akkumulazzjoni sabiex jiġi eskluż il-kumpens żejjed, f’konformità mal-punti 56 u 57 tas-CEEAG (il-premessa (83)).

    (432)

    Ċerti partijiet terzi sostnew li l-miżura flimkien ma’ miżuri Ġermaniżi oħra, bħall-APG, il-mekkaniżmu tal-għeluq differit, il-mekkaniżmi tal-kapaċità eċċ. jistgħu jwasslu għal kumpens żejjed, peress li l-istess kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu akkumulati (ara l-premessi (196) u (206)). Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-fehma. Il-kostijiet eliġibbli tal-miżura notifikata jikkonċernaw il-profitti mitlufa, filwaqt li pereżempju, il-mekkaniżmu tal-għeluq differit huwa miżura separata li tikkonċerna kostijiet eliġibbli differenti, kif huwa konkluż mill-Kummissjoni fit-taqsima 6.3.3.1.3.2. Dan huwa wkoll il-każ għal mekkaniżmi oħra ta’ kapaċità jew pereżempju l-APG, li ma jikkonċernawx il-profitti mitlufa ta’ RWE minħabba l-għeluq bikri tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite. Il-punt 56 tas-CEEAG jirreferi għall-akkumulazzjoni għall-istess kostijiet eliġibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li ma hemm l-ebda akkumulazzjoni li tikkonċerna l-miżura notifikata f’termini tal-punti 56 u 57 tas-CEEAG.

    6.3.3.1.5.   Trasparenza

    (433)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja kkonfermat li se tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fil-punti 58, 59 u 61 tas-CEEAG (ara l-premessa (84)).

    6.3.3.2.   Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

    (434)

    Skont il-punt 434 tas-CEEAG, l-Istat Membru jeħtieġlu jidentifika u jikkwantifika l-benefiċċji ambjentali mistennija tal-miżura, fejn possibbli f’termini ta’ għajnuna għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 evitata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tqis b’mod pożittiv jekk kemm-il darba l-miżuri jinkludu kanċellazzjoni volontarja tal-kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-livell nazzjonali.

    (435)

    Skont il-punt 435 tas-CEEAG, huwa importanti li jiġi żgurat li l-miżura tkun strutturata b’mod li jillimita għall-minimu kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq. Fin-nuqqas ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti, il-Kummissjoni se tivvaluta l-effetti tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ abbażi tat-tfassil tal-miżura u l-effett tagħha fuq is-suq rilevanti.

    (436)

    L-ewwel nett, kif huwa deskritt fil-premessa (18), il-Ġermanja stmat li l-miżura notifikata se twassal għal mill-inqas ammont gross ta’ 51 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 iffrankati. Għalhekk, il-Ġermanja identifikat u kkwantifikat il-benefiċċji ambjentali mistennija tal-miżura notifikata f’termini ta’ għajnuna għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 evitati. It-tieni, il-Kummissjoni tilqa’ wkoll il-fatt li l-liġi tal-għeluq tintroduċi l-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-livell nazzjonali fuq bażi annwali, kif huwa deskritt fil-premessa (19). Il-liġi tal-għeluq tipprevedi l-kanċellazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2 li jammontaw għat-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet ikkawżat mill-għeluq ta’ installazzjonijiet tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite filwaqt li jitqies l-intervent tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq. Meta jiġi ddeterminat l-għadd ta’ kwoti tas-CO2 li se jitħassru, il-Ġermanja tqis it-teknoloġiji ta’ sostituzzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-rekwiżit skont il-punt 434 tas-CEEAG huwa ssodisfat.

    (437)

    Fir-rigward tal-punt 435 tas-CEEAG, il-Kummissjoni tindika li l-eżistenza ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti biex jiġu żgurati distorsjonijiet minimi għall-kompetizzjoni u l-kummerċ jenħtieġ li tkun l-għażla ppreferuta meta titfassal miżura. Madankollu, kif huwa deskritt fil-premessa (32), l-awtoritajiet Ġermaniżi ressqu argumenti validi, għaliex proċess kompetittiv ta’ offerti ma għandux ikun applikabbli f’din il-kawża u l-Kummissjoni qablet ma’ din il-fehma (il-premessi (388) et seq.). Għalhekk, il-Kummissjoni taċċetta b’mod eċċezzjonali n-nuqqas ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti f’din il-kawża. Fin-nuqqas ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti, il-Kummissjoni se tivvaluta l-effetti tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ abbażi tat-tfassil tal-miżura u l-effett tagħha fuq is-suq rilevanti.

    (438)

    Il-Kummissjoni tinnota, kif huwa enfasizzat fil-premessa (333), li l-miżura notifikata għandha effett fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku. Jiġifieri, din se taffettwa l-kompetizzjoni fil-Ġermanja u f’żoni ġirien, u x’aktarx li taffettwa l-ordni ta’ mertu u, b’hekk, il-prezz bl-ingrossa tal-elettriku.

    (439)

    Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-tfassil tal-miżura notifikata jevita effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. L-ewwel nett, il-miżura notifikata hija limitata fiż-żmien, speċjalment fid-dawl tat-tneħħija gradwali aċċellerata sal-2030. It-tieni, il-miżura notifikata hija proporzjonata u tibqa’ taħt il-profitti mitlufa stmati ta’ RWE, jiġifieri l-kalkolu rivedut għall-miżura emendata ta’ RWE jistma l-profitti mitlufa tal-impjanti tal-enerġija tal-linjite ta’ RWE soġġetti għal għeluq bikri ta’ EUR 2,2 biljun f’termini tal-2022, meta mqabbel mal-VPN tal-kumpens miftiehem ta’ EUR 1,7 biljun. Għalhekk, il-VPN tal-kumpens huwa iktar baxx mill-profitti mitlufa stmati (ara l-premessa (64)), u b’hekk ma huwiex responsabbli biex itejjeb il-pożizzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni tinnota li dawn iż-żewġ aspetti tad-disinn tal-miżura notifikata jimmitigaw ir-riskju ta’ effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

    (440)

    Partijiet terzi esprimew tħassib dwar l-evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (ara l-premessi (224) sa (229)). Huma jsostnu li bl-għajnuna tal-miżura notifikata, l-operaturi tal-linjite se jkunu jistgħu jippenetraw jew isaħħu l-pożizzjonijiet tagħhom fi swieq ġirien, bħall-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għad-detriment tal-kompetituri tagħhom. Pereżempju, jekk l-operaturi tal-linjite jinvestu f’impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija intensivi fil-kapital għall-użu tal-RES, dan iwassal għal distorsjonijiet qawwija tal-kompetizzjoni. Xi partijiet terzi sostnew ukoll li l-kumpens jikser l-Artikolu 106 flimkien mal-Artikolu 102 tat-TFUE, peress li jikkonsolida l-allegata pożizzjoni ta’ RWE bħala produttur tal-enerġija dominanti fis-suq, f’sitwazzjoni fejn is-suq qiegħed jonqos favur RWE xorta waħda (ara l-premessa (220)).

    (441)

    Il-Ġermanja tikkontesta s-sottomissjoni mill-partijiet terzi li l-kumpens jibbenefika lil RWE fis-suq Ewropew u li l-miżura notifikata tmur kontra l-Artikolu 106 flimkien mal-Artikolu 102 tat-TFUE (ara l-premessa (274)). Il-Ġermanja sostniet li l-miżura notifikata ma toħloqx distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas ma taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li RWE ma għandhiex pożizzjoni dominanti fis-suq (ara l-premessa (274)).

    (442)

    Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dawn il-fehmiet tal-partijiet terzi. Jiġifieri, l-ewwel nett, il-Kummissjoni vvalutat ix-xenarju kontrofattwali u sabet li huwa plawżibbli, li jfisser li l-impjanti tal-linjite kienu jkomplu għaddejjin sa iktar tard mid-data ta’ għeluq prevista u għalhekk, il-profitti kienu jakkumulaw għal RWE. Għaldaqstant, peress li RWE ma hijiex aħjar fix-xenarju fattwali meta mqabbla max-xenarju kontrofattwali, ma jistax għalhekk ikun hemm vantaġġ mhux dovut li jippermetti lil RWE tippenetra swieq ġirien jew iżżid il-pożizzjoni tagħha fis-suq. It-tieni, it-tneħħija gradwali tal-linjite se tnaqqas il-kapaċità fis-suq u se tippermetti lil partijiet oħra, inklużi l-produtturi tal-RES, jippenetraw is-suq jew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fih. Għalhekk, RWE ma hijiex qed tirċievi vantaġġ kompetittiv meta mqabbla mal-kompetituri tagħha minħabba l-miżura emendata ta’ RWE. It-tielet, meta jitqies li RWE qiegħda tiġi kkumpensata għall-profitti mitlufa tagħha, li kieku kienet tagħmel fin-nuqqas tat-tneħħija gradwali tal-linjite, RWE kien ikollha l-opportunità li tagħmel investimenti ġodda anke fin-nuqqas tal-miżura notifikata. Għalhekk, il-miżura notifikata ma hijiex se ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ RWE fis-suq rilevanti. Fl-aħħar nett, kwalunkwe valutazzjoni skont l-Artikoli 102 u 106 tat-TFUE ma hijiex soġġetta għal din id-deċiżjoni, peress li din l-investigazzjoni formali tikkonċerna l-Artikolu 107 tat-TFUE. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li kif ikkonfermat il-Ġermanja, RWE ma għandha l-ebda garanzija dwar għajnuna għall-investiment sussegwenti minħabba l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija tagħha. Għajnuna bħal din, jekk tingħata, tkun miżura separata mogħtija permezz ta’ offerti kompetittivi (ara l-premessa (273)).

    (443)

    Parti terza kienet sostniet li l-miżura se tagħti vantaġġ lil RWE b’mod mhux raġonevoli u biex tevita dan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti impenji addizzjonali kif sar fil-kawża tar-ristrutturar tal-British Energy plc (il-“kawża BE”) (165) (ara l-premessa (227)). Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-fehma. Il-kawża BE ġiet ivvalutata skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (il-“Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar”) (166), li jindirizzaw sitwazzjoni fejn impriża f’diffikultà tkun teħtieġ għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar. Peress li l-benefiċjarju ta’ każijiet bħal dawn ma jistax jibqa’ fis-suq mingħajr l-intervent tal-Istat, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali biex jiġu evitati iktar distorsjonijiet tal-kompetizzjoni skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Għall-kuntrarju, RWE ma hijiex impriża f’diffikultà (ara l-premessa (456)) u l-miżura notifikata ma hijiex qiegħda tindirizza sitwazzjoni ta’ salvataġġ jew ta’ ristrutturar iżda pjuttost għeluq bikri ta’ negozju profittabbli. Għalhekk, il-kawża BE ma tistax tintuża bħala analoġija f’din il-kawża.

    (444)

    Barra minn hekk, parti terza rreferiet għall-hekk imsejħa “deċiżjoni dwar il-klima” tal-qorti kostituzzjonali Ġermaniża tal-24 ta’ Marzu 2021, li skontha t-tneħħija gradwali fl-2038 hija tard wisq biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Ġermanja, u għalhekk il-miżura ma tissodisfax l-objettiv tagħha. Għalhekk, skont din il-parti terza, jista’ jingħad li l-effetti negattivi jegħlbu l-effetti pożittivi, peress li l-miżura ma tgħinx biex jintlaħqu l-miri klimatiċi meħtieġa tal-Ġermanja (ara l-premessa (226)). Il-Kummissjoni tinnota li d-dekummissjonar tal-installazzjonijiet ta’ RWE tressaq għall-2030 u l-kumpens huwa ddikjarat biss għal unitajiet li se jagħlqu sa mhux iktar tard mill-2025. Għalhekk, l-argument li sar mill-parti terza ma huwiex rilevanti.

    (445)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-rekwiżiti skont il-punt 435 tas-CEEAG huma ssodisfati, u l-miżura notifikata hija mfassla b’mod li tevita effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

    6.3.4.   L-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi tal-għajnuna kontra l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

    (446)

    Kif huwa deskritt fil-punti 71 u 72 tas-CEEAG, il-Kummissjoni se tibbilanċja l-effetti negattivi identifikati fuq il-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet kummerċjali tal-miżura ta’ għajnuna mal-effetti pożittivi tal-għajnuna ppjanata fuq l-attivitajiet ekonomiċi appoġġati, inkluż il-kontribuzzjoni tagħha għall-ħarsien ambjentali u għall-objettivi tal-politika tal-enerġija u, b’mod iktar partikolari, għat-tranżizzjoni lejn attivitajiet ambjentalment sostenibbli u għall-ilħuq tal-miri legalment vinkolanti skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima. F’dak l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (167), inkluż il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew metodoloġiji komparabbli oħra.

    (447)

    L-effetti negattivi tal-miżura fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ iridu jkunu limitati biżżejjed, sabiex il-bilanċ ġenerali tal-miżura jkun pożittiv. Skont il-punt 73 tas-CEEAG, il-Kummissjoni se tikkunsidra miżura ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern biss meta l-effetti pożittivi jkunu akbar mill-effetti negattivi.

    (448)

    Il-Qorti kkjarifikat li sabiex tivvaluta jekk miżura taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni jeħtiġilha tiżen l-effett pożittiv tal-għajnuna ppjanata għall-iżvilupp tal-attivitajiet li l-għajnuna hija maħsuba li tappoġġa u l-effetti negattivi li l-għajnuna jista’ jkollha fuq is-suq intern (168).

    (449)

    Min-naħa negattiva tal-bilanċ, kif huwa deskritt fil-premessa (439), il-miżura notifikata se taffettwa l-kompetizzjoni fil-Ġermanja u fiż-żoni ġirien, u se tbiddel l-ordni tal-mertu. Madankollu, kif huwa deskritt fit-taqsima 6.3.3.2, il-miżura emendata ta’ RWE hija mfassla sabiex jiġu evitati effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. B’mod partikolari, il-miżura emendata ta’ RWE tippermetti lill-benefiċjarju jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fis-suq jew jidħol fi swieq ġodda b’mod li ma kienx ikun possibbli fil-kontrofattwali.

    (450)

    Min-naħa pożittiva tal-bilanċ, il-Kummissjoni tinnota li t-tneħħija gradwali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-linjite se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kapaċità tal-elettriku addizzjonali bbażata fuq teknoloġiji oħra, jiġifieri l-RES, u se tippermetti lill-Ġermanja tilħaq il-mira tagħha tan-newtralità klimatika fil-ħin, jiġifieri mira interim sal-2030 u mira finali sal-2045 (ara t-taqsima 6.3.2). Barra minn hekk, l-għajnuna se twassal għal effetti pożittivi f’termini ta’ kisbiet ambjentali, bħat-tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 li jammontaw għal miljuni ta’ tunnellati ta’ CO2 fis-sena, li jistgħu jirrappreżentaw madwar 40 % tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-Ġermanja (il-premessi (16) u (17)). Dan it-tnaqqis ma jseħħx fl-istess perjodu ta’ żmien mingħajr il-miżura notifikata, peress li RWE ma jkollhiex l-inċentiv li ttemm l-operazzjonijiet tal-installazzjonijiet tal-linjite profittabbli tagħha. Barra minn hekk, il-miżura notifikata ġġib magħha prevedibbiltà fir-rigward tal-għeluq ta’ impjanti li jaħdmu bil-linjite, li se jiżgura s-sigurtà tal-provvista u se jagħti assigurazzjoni lill-operaturi tal-linjite f’termini ta’ impjiegi u effetti soċjetali oħra.

    (451)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi fasslu l-miżura notifikata b’mod li jimminimizzaw id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-miżura notifikata, kif huwa deskritt fil-premessa (440). Għalhekk, l-effetti pożittivi tal-miżura notifikata se jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn attivitajiet ambjentalment sostenibbli u se jgħinu biex jintlaħqu l-miri legalment vinkolanti skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-miri tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija u l-klima billi jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-elettriku ġġenerat minn sorsi alternattivi tal-enerġija, bħall-RES.

    (452)

    Barra minn hekk, il-miżura notifikata hija konformi mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, peress li l-miżura notifikata ma hijiex qiegħda tappoġġa t-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lil xi objettiv ambjentali, bħal żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għall-kuntrarju, l-objettiv tal-miżura notifikata huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-elettriku ġġenerat minn sorsi alternattivi tal-enerġija, bħall-RES.

    (453)

    Għalhekk, l-effetti pożittivi tal-miżura notifikata jegħlbu l-effetti temporanji fuq il-kompetizzjoni fil-Ġermanja u fiż-żoni ġirien, peress li l-miżura notifikata se tippermetti li jinkiseb tnaqqis akbar fl-emissjonijiet tas-serra u hija mfassla b’mod li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, peress li hija limitata fiż-żmien, speċjalment fid-dawl tat-tneħħija gradwali aċċellerata sal-2030, u hija proporzjonata u tibqa’ taħt il-profitti stmati mitlufa ta’ RWE (ara l-premessa (440)). B’mod ġenerali, il-miżura notifikata hija konformi mal-objettivi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE peress li tiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-elettriku ġġenerat minn sorsi alternattivi, fejn għajnuna bħal din ma taffettwax ħażin il-kompetizzjoni sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

    (454)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-rekwiżiti skont il-punti 71 sa 73 tas-CEEAG huma ssodisfati. B’hekk, il-Kummissjoni tqis li l-effetti pożittivi tal-miżura notifikata jegħlbu l-effetti negattivi potenzjali tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ.

    6.3.5.   Kumpaniji f’diffikultà u taħt ordni ta’ rkupru

    (455)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja kkonfermat li RWE ma hijiex impriża f’diffikultà u li ma hijiex soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti (il-premessi (81) u (82)). Għalhekk, il-miżura emendata ta’ RWE tikkonforma mal-punti 14 u 15 tas-CEEAG (169).

    6.3.6.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

    (456)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li l-miżura emendata ta’ RWE hija kompatibbli mas-suq intern, peress li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika u ma taffettwax b’mod mhux xieraq il-kundizzjonijiet tan-negozjar sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Barra minn hekk, l-effetti pożittivi tal-għajnuna jegħlbu l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Għalhekk, il-miżura emendata ta’ RWE hija kompatibbli mat-taqsima 4.12.1 tas-CEEAG u mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

    7.   KONKLUŻJONI

    (457)

    Il-miżura emendata ta’ RWE hija kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tas-CEEAG.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja qiegħda tippjana li timplimenta għal RWE, li tammonta għal EUR 2,6 biljun, hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    L-implimentazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR 2,6 biljun, hija awtorizzata skont dan.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Margrethe VESTAGER

    Viċi President Eżekuttiv


    (1)   ĠU C 177, 7.5.2021, p. 50; ĠU C 199, 17.5.2022, p. 9; ĠU C 131, 14.4.2023, p. 45.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2021 f’Għajnuna mill-Istat SA.53625 (2020/N) – il-Ġermanja – Tneħħija gradwali tal-linjite (ĠU C 177, 7.5.2021, p. 50).

    (3)   ĠU C 80, 18.2.2022, p. 1.

    (4)   ĠU C 199, 17.5.2022, p. 9.

    (5)   ĠU C 131, 14.4.2023, p. 45.

    (6)  Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

    (8)  Online: https://www.gesetze-im-internet.de/ksg/BJNR251310019.html.

    (9)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

    (10)  Online: https://www.umweltbundesamt.de/daten/umweltindikatoren/indikator-emission-von-treibhausgasen#:~:text=Die%20deutschen%20%E2%81%A0Treibhausgas%E2%81%A0,die%20vollst%C3%A4ndige%20Treibhausgasneutralit%C3%A4t%20erreicht%20werden.

    (11)  Online: https://www.ag-energiebilanzen.de/. Skont Strommix 2022, il-ġenerazzjoni tal-enerġija mil-linjite kienet ta’ 116-il TWh, li jikkorrispondi għal sehem ta’ 20 %.

    (12)  Entwicklung der spezifischen Treibhausgas-Emissionen des deutschen Strommix in den Jahren 1990 – 2022, Umweltbundesamt, April 2023, p. 23, disponibbli fuq https://www.umweltbundesamt.de/sites/default/files/medien/1410/publikationen/2023_05_23_climate_change_20-2023_strommix_bf.pdf.

    (13)  Fl-2021, l-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tal-elettriku ammontaw għal 215-il miljun tunnellata skont Entwicklung der spezifischen Treibhausgas-Emissionen des deutschen Strommix in den Jahren 1990 – 2022, Umweltbundesamt, April 2023, p. 23.

    (14)  Dan il-kalkolu huwa bbażat fuq data speċifika għall-blokok mill-Pjattaforma ta’ Trasparenza tal-ENTSO-E dwar il-volumi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fis-siegħa evalwati bil-fattur ta’ emissjoni għal-linjite fiż-żona tal-estrazzjoni tal-linjite f’Rhenish u l-effiċjenzi speċifiċi għall-impjant tal-enerġija.

    (15)  Iż-żieda fl-effiċjenza spiss tnaqqas il-kostijiet tal-prodott jew tas-servizz, li mbagħad jista’ jżid il-konsum (minħabba prezzijiet imnaqqsa), u b’hekk parzjalment jiġi eliminat l-iffrankar oriġinali. Dan huwa magħruf bħala l-effett ta’ rikorrenza. Iktar informazzjoni online: https://www.umweltbundesamt.de/en/topics/waste-resources/economic-legal-dimensions-of-resource-conservation/rebound-effects.

    (16)  Ir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandha l-għan li tindirizza s-surplus tal-kwoti tal-emissjonijiet li nbena fis-sistema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet mill-2009, u li ttejjeb ir-reżiljenza tas-sistema għal xokkijiet kbar billi taġġusta l-provvista tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati.

    (17)  Online: https://www.bdew.de/service/publikationen/jahresbericht-energieversorgung/.

    (18)  Online: https://www.bdew.de/presse/erneuerbare-energien-deckten-im-ersten-quartal-die-haelfte-des-stromverbrauchs/.

    (19)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2020 f’Għajnuna mill-Istat SA.58181 (2020/N) – il-Ġermanja – Mekkaniżmu ta’ sejħa għall-offerti għat-tneħħija gradwali tal-faħam iebes fil-Ġermanja (ĠU C 41, 5.2.2021, p. 1), (id-“deċiżjoni Ġermaniża ta’ tneħħija gradwali tal-faħam iebes”).

    (20)  L-Artikolu 1, il-Parti 5, il-paragrafu 49 tal-liġi tal-għeluq.

    (21)  Il-Ġermanja kkonfermat li l-evalwazzjoni għall-2022 ġiet posposta minħabba l-kriżi tal-enerġija. L-evalwazzjoni hija skedata li titlesta mill-iktar fis possibbli.

    (22)  L-Artikolu 1, il-Parti 7, il-paragrafu 54 tal-liġi tal-għeluq.

    (23)  Ara t-taqsima 2.2.4 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

    (24)  Ara l-Anness 3 tal-paragrafu 50 tal-liġi tal-għeluq.

    (25)  Titolu oriġinali tal-liġi: “Gesetz zur Beschleunigung des Braunkohleausstiegs im Rheinischen Revier”. Online: http://www.bgbl.de/xaver/bgbl/start.xav?startbk=Bundesanzeiger_BGBl&jumpTo=bgbl122s2479.pdf.

    (26)   Id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti tal-kuntratt u d-dovuti tal-intitolament għall-ħlas addizzjonali għall-faħam iebes fl-offerta għall-faħam iebes skont l-Artikolu 1, it-taqsima 18(8), it-taqsima 20(1), it-taqsimiet 21 u 23 , id-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis u t-terminazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite skont l-Artikolu 1, il-Parti 5, inkluż il-kuntratt tal-liġi pubblika konkluż f’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet , u l-emendi għall-Att dwar il-Koġenerazzjoni tas-Sħana u l-Enerġija mill-Artikolu 7 ma jistgħux jiġu applikati sakemm l-approvazzjoni skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat mill-Kummissjoni Ewropea . Fil-każ ta’ approvazzjoni skont is-sentenza 1, id-dispożizzjonijiet imsemmija fis-sentenza 1 jistgħu jiġu applikati biss f’konformità mal-approvazzjoni rispettiva u għad-durata tagħha. Il-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija għandu jippubblika d-data tan-notifika tal-approvazzjoni skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat fil-Gazzetta Federali.” (traduzzjoni awtomatika, enfasi miżjuda)

    (27)   “ Id-drittijiet u l-obbligi ta’ Parti Kontraenti skont il-Partijiet 1 u 2 ta’ dan il-Ftehim huma soġġetti għall-approvazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat u d-dispożizzjonijiet rilevanti fl-[Artikolu 9 tal-liġi tal-għeluq] dwar it-tnaqqis u l-waqfien tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-linjite mill-Kummissjoni Ewropea, jew notifika korrispondenti mill-Kummissjoni Ewropea li l-eżami skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat jista’ jitressaq għal konklużjoni pożittiva b’mezzi oħra għajr l-approvazzjoni. Il-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija għandu jinforma lill-operaturi tal-impjanti mingħajr dewmien bl-eżistenza tal-approvazzjoni jew tan-notifika.” (traduzzjoni awtomatika, enfasi miżjuda)

    (28)  “Id- dispożizzjonijiet dwar il-kumpens għad-dekummissjonar ta’ installazzjonijiet li jaħdmu bil-linjite skont it-taqsimiet 44 u 45 tal-Att dwar it-Terminazzjoni tal-Ġenerazzjoni tal-Enerġija li Taħdem bil-Faħam tat-8 ta’ Awwissu 2020 (il-Gazzetta tal-Liġi Federali I p. 1818), li ġie emendat l-aħħar bl-Artikolu 1 tal-Att biex titħaffef it-Tneħħija Gradwali tal-linjite fiż-Żona tal-Estrazzjoni ta’ Rhenish (Gesetz zur Beschleunigung des Braunkohleausstiegs im Rheinischen Revier) tad-19 ta’ Diċembru 2022 (il-Gazzetta tal-Liġi Federali I p. 2479), u d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens għal dekummissjonar estiż skont it-taqsima 50(1) is-sentenza 2 tal-Att dwar it-Terminazzjoni tal-Elettriku mill-Faħam jistgħu jiġu applikati biss jekk, u sa fejn, dik l-approvazzjoni skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat mill-Kummissjoni Ewropea jew jekk, u sa fejn, il-Kummissjoni Ewropea tkun innotifikat li l-eżami skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat jista’ jitlesta b’mod ieħor.- (traduzzjoni awtomatika, enfasi miżjuda)

    (29)  Ara d-dokument maħruġ mill-ministeru Ġermaniż fl-4 ta’ Ottubru 2022 bl-elementi ewlenin ta’ dan il-ftehim, disponibbli bil-Ġermaniż hawnhekk: https://www.bmwk.de/Redaktion/DE/Downloads/Energie/221004-Eckpunktepapier-RWE-Kohleausstieg.html.

    (30)  Ara l-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-ministeru Ġermaniż fl-4 ta’ Ottubru 2022, disponibbli bil-Ġermaniż hawnhekk: https://www.bmwk.de/Redaktion/DE/Pressemitteilungen/2022/10/20221004-bundeswirtschaftsminister-habeck-landesministerin-neubaur-und-rwe-verstandigen-sich-auf-beschleunigten-kohleausstieg-2030.html.

    (31)  Sors: Il-Pjattaforma tat-Trasparenza ENTSO-E, disponibbli fuq https://transparency.entsoe.eu.

    (32)  Sors: Data minn Platts Market Data.

    (33)  Għall-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite, il-limitu massimu tad-dħul huwa stabbilit abbażi ta’ formula li tqis il-kostijiet fissi u operatorji tagħhom.

    (34)  Il-bidliet imqabbla mat-Tabella 2 tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ huma indikati b’tipa grassa.

    (35)  Finalment, l-unità E ntgħażlet biex tirtira f’din id-data.

    (36)  Finalment, l-unità F ntgħażlet biex tirtira f’din id-data.

    (37)  Saale Energie u EnBW ma humiex se jirċievu kumpens għall-għeluq bikri, peress li l-impjanti tal-enerġija tagħhom (Schkopau A u B u Lippendorf S, rispettivament) ma humiex se jingħataw il-mandat li jagħlqu iktar kmieni milli kien diġà ppjanat mill-kumpaniji.

    (38)  Finalment, l-unità E ntgħażlet biex tirtira f’din id-data.

    (39)  Finalment, l-unità F ntgħażlet biex tirtira f’din id-data.

    (40)  Għall-fini tal-kalkolu rivedut, l-unitajiet Neurath D u E, li fit-Tabella 3 ta’ hawn fuq huwa indikat li se jingħalqu fil-31 ta’ Marzu 2024, huwa preżunt li se jkunu magħluqa fil-31 ta’ Marzu 2025, daqslikieku l-gvern Federali diġà ddeċieda li jżommhom fis-suq għal sena oħra (ara l-premessa (47)). Fil-fehma tal-Ġermanja, dan jagħmel il-kalkolu rivedut iktar konservattiv peress li l-operazzjoni itwal preżunta tnaqqas il-profitti mitlufa stmati.

    (41)  Meta jitqies f’termini nominali, l-ammont ta’ kumpens jidher ogħla mill-profitti mitlufa minħabba li l-pagamenti parzjali ta’ kumpens huma mifruxa fuq perjodu itwal ta’ żmien (sal-2030) minn dak tal-profitti mitlufa (sal-2026).

    (42)  Dan jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-limitu massimu fuq id-dħul mis-suq.

    (43)  Dan jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-limitu massimu fuq id-dħul mis-suq.

    (44)  Öko-Institut (2022): Die deutsche Braunkohlenwirtschaft 2021. Historische Entwicklungen, Ressourcen, Technik, wirtschaftliche Strukturen und Umweltauswirkungen. Studie im Auftrag von Agora Energiewende und der European Climate Foundation. Disponibbli hawnhekk: https://www.oeko.de/publikationen/p-details/die-deutsche-braunkohlenwirtschaft-2021. L-istudju huwa aġġornament (li fih data li tmur sal-2021) ta’ studji preċedenti li jesploraw l-ekonomija tal-estrazzjoni tal-linjite u tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdem bil-linjite, li kkontribwew għall-isforzi ta’ tiftix tal-fatti tal-Kummissjoni tal-Faħam.

    (45)  Id-WACC jirrappreżenta l-kost tal-kapital ta’ ditta fejn kull kategorija ta’ kapital tkun ponderata b’mod proporzjonali. Id-WACC jiġi kkalkolat billi l-kost ta’ kull sors kapitali (dejn u ekwità) jiġi mmultiplikat bil-piż rilevanti tiegħu skont il-valur tas-suq, u mbagħad jiżdiedu l-prodotti flimkien biex jiġi ddeterminat it-total. Id-WACC jintuża wkoll bħala r-rata ta’ skont għall-flussi futuri ta’ flus fl-analiżi tal-fluss tal-flus skontat.

    (46)  Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżijiet ġew ippubblikati minn Öko-Institut fis-6 ta’ Settembru 2022 (https://blog.oeko.de/atomausstieg-mythen-zu-streckbetrieb-und-laufzeitverlaengerung/ u minn enervis fid-29 ta’ Settembru 2022 (https://enervis.de/wp-content/uploads/2022/09/20220929_enervis-Pressemitteilung_AKW-Weiterbetrieb-erhoeht-Versorgungssicherheit-und-reduziert-Gasverbrauch.pdf). Iż-żewġ impjanti tal-enerġija nukleari kellhom kapaċità kkombinata ta’ 2,8 GW, filwaqt li f’dan il-każ l-unitajiet li jaħdmu bil-linjite ta’ kapaċità kkombinata ta’ 3,2 GW se jkunu ġew irtirati sal-aħħar tal-2026, il-punt tat-tmiem tal-kalkolu rivedut.

    (47)  Il-kontribuzzjoni ta’ dawn it-tliet unitajiet għas-somma totali ta’ profitti mitlufa fil-kalkolu rivedut hija ta’ 22 % (jew EUR 479 miljun) f’termini ta’ VPN. Minn dawn, EUR 348 miljun se jseħħu fl-2025 u EUR 131 miljun se jseħħu fl-2026.

    (48)  Ara pereżempju l-Profili Ewropej ta’ Ħħeġġjar tal-Utilità 2021 ta’ BloombergNEF, il-21 ta’ April 2021, online: https://about.bnef.com/.

    (49)  Online: https://www.bundeskartellamt.de/SharedDocs/Publikation/DE/Berichte/Marktmachtbericht_2021.pdf?__blob=publicationFile&v=3.

    (50)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

    (51)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Settembru 1995, TWD vs il-Kummissjoni, T-244/93 u T-486/93, ECLI:EU:T:1995:160, il-punt 56. Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Avviż tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat (ĠU C 247, 23.7.2019, p. 1).

    (52)  Standige Rechtsprechung des Bundesverfassungsgerichts (BVerfG), siehe nur das Urteil zum Atomausstieg BverfGE 143, 246ff., zuvor schon BverfGE 58, 137 ff.; BverfGE 100, 226 ff; s. auch BverfG NVwZ 2012, 429 (430 f.); BGH NVwZ 2010, 1444 (1447).

    (53)  Ausarbeitung, Wissenschaftliche Dienste, Deutscher Bundestag (WD 3 – 3000 – 360/18); Stilllegung von Kraftwerken, Kurzinformation, Wissenschaftliche Dienste, Deutscher Bundestag (WD 3 – 3000 – 360/19).

    (54)  Vgl. Urteil des Bundesverfassungsgerichts vom 6.12.2016, 1 BvR 2821/11, 1 BvR 321/12, 1 BvR 1456/23, Rn. 231 für atomrechtliche Genehmigungen.

    (55)  Vgl. m.w.N. Klinskim, S. 4. Jedoch können haushaltsrechtliche Gründe (dazu unter 2) auch bei der verfassungsrechtlichen Betrachtung in Einzelfällen und in der Zusammenschau mit anderen Gründen eine Reduzierung der Entschädigung, z.B. für einen Ausgleich unter dem Verkehrswert, begründen, m.w.N. Schomerus/Franßen, S. 317f.

    (56)  Urteil des Bundesverfassungsgerichts vom 6.12.2016, 1 BvR 2821/11, 1 BvR 321/12, 1 BvR 1456/23, Rn. 270; Jarass, in: Jarass/Pieroth, GG, 15. Auflage 2018, Art. 14 Rn. 19.

    (57)  BVerwG NVwZ 2009, S. 1443.

    (58)  Schomerus/Franßen: Klimaschutz und die rechtliche Zulässigkeit der Stilllegung von Braun- und Steinkohlekraftwerken. 13.12.2018, https://www.bet-energie.de/fileadmin/redaktion/PDF/Studien_und_Gutachten/Gutachten_Folgekosten/Gutachten_Folgekosten_Braunkohleausstieg_Abschlussbericht.pdf.

    (59)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg, C-129/12, ECLI:EU:C:2013:200, il-punt 40.

    (60)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24).

    (61)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).

    (62)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg, il-Kawża C-129/12, ECLI:EU:C:2013:200.

    (63)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg, il-Kawża C-129/12, ECLI:EU:C:2013:200, il-punt 40.

    (64)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

    (65)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg, il-Kawża C-129/12, ECLI:EU:C:2013:200, il-punt 41.

    (66)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen, C-334/07 P, ECLI:EU:C:2008:709.

    (67)  Id-deċiżjoni Ġermaniża dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam iebes, il-premessi 100-109.

    (68)  Öko-Institut, Assessment of the planned compensation payments for decommissioning German lignite power plants in the context of current developments, id-29 ta’ Ġunju 2020, p. 30, disponibbli hawn: https://www.oeko.de/publikationen/p-details/assessment-of-the-planned-compensation-payments-for-decommissioning-german-lignite-power-plants-in-the-context-of-current-developments; Sandbag, politika dwar il-klima iktar intelliġenti, “The cash cow has stopped giving: Are Germany’s lignite plants now worthless?”, disponibbli hawn: https://ember-climate.org/insights/research/the-cash-cow-has-stopped-giving/.

    (69)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat C 39/2004 — l-Aġenzija għall-Iżmantellar tas-Siti Nukleari (ĠU C 315, 21.12.2004, p. 4).

    (70)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

    (71)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

    (72)  Is-Sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18P, ECLI:EU:C:2020:742.

    (73)  Id-deċiżjoni Ġermaniża dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam iebes, il-premessi 110 sa 117.

    (74)  Öko-Institut, Assessment of the planned compensation payments for decommissioning German lignite power plants in the context of current developments, id-29 ta’ Ġunju 2020, p. 25 et seq., disponibbli hawn: https://www.oeko.de/publikationen/p-details/assessment-of-the-planned-compensation-payments-for-decommissioning-german-lignite-power-plants-in-the-context-of-current-developments.

    (75)   Power ENGINeering International, l-impjanti tal-faħam li jifdal fi Spanja li x’aktarx jitneħħew gradwalment sal-2025, il-5 ta’ Awwissu 2020, online: https://www.powerengineeringint.com/coal- fired/spains-remaining-coal-fired-plants-likely-to-be-phased-out-by-2025/.

    (76)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – in-Netherlands – Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fin-Netherlands (ĠU C 220, 3.7.2020, p. 1). Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022, In-Netherlands vs Il-Kummissjoni. Kawża T-469/20. ECLI:EU:T:2022:713. Is-sentenza ġiet appellata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (il-Kawża C-40/23 P).

    (77)  Il-marġnijiet moderni tal-impjanti tal-linjite Ġermaniżi jonqsu bin-nofs minn 2024 | Argus Media.

    (78)  Id-deċiżjoni Ġermaniża dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam iebes, il-premessa 118.

    (79)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.100533 (2021/NN) – il-Polonja – Emendi għall-pjan ta’ għeluq fl-estrazzjoni Pollakka tal-faħam (ĠU C 231, 30.6.2023, p. 8).

    (80)   Power ENGINeering International, l-impjanti tal-faħam li jifdal fi Spanja li x’aktarx jitneħħew gradwalment sal-2025, il-5 ta’ Awwissu 2020, online: https://www.powerengineeringint.com/coal- fired/spains-remaining-coal-fired-plants-likely-to-be-phased-out-by-2025/.

    (81)  Ara pereżempju l-għajnuna għall-għeluq bikri tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Fessenheim fi Franza.

    (82)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.100533 (2021/NN) – il-Polonja – Emendi għall-pjan ta’ għeluq fl-estrazzjoni Pollakka tal-faħam (ĠU C 231, 30.6.2023, p. 8).

    (83)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – in-Netherlands – Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fin-Netherlands (ĠU C 220, 3.7.2020, p. 1).

    (84)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.42536 – il-Ġermanja – Għeluq ta’ impjanti tal-enerġija Ġermaniżi li jaħdmu bil-linjite (ĠU C 258, 15.7.2016, p. 1).

    (85)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.42536 – il-Ġermanja – Għeluq ta’ impjanti tal-enerġija Ġermaniżi li jaħdmu bil-linjite (ĠU C 258, 15.7.2016, p. 1), il-premessa 11.

    (86)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.61116 – Franza – Għeluq Bikri tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Fessenheim fi Franza (ĠU C 275, 9.7.2021, p. 1).

    (87)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.42536 – il-Ġermanja – Għeluq ta’ impjanti tal-enerġija Ġermaniżi li jaħdmu bil-linjite (ĠU C 258, 15.7.2016, p. 1), il-premessa 15.

    (88)  Dwar l-obbligu li jiġi kkumpensat id-dannu konsegwenzjali, ara Papier, fi: Maunz/Dürig, GG (f’Jannar 2018), l-Artikolu 14, il-paragrafi 631 et seq.

    (89)  Il-Kummissjoni, l-Aħbarijiet ta’ Kuljum, it-23 ta’ Marzu 2021, online: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/mex_21_1347.

    (90)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, C/2016/2946 (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), il-punt 78, li skontu, l-eżami ta’ jekk intervent mill-Istat huwiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq irid jitwettaq fuq bażi ex ante, filwaqt li titqies l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-intervent.

    (91)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-4 ta’ Diċembru 2013, Il-Kummissjoni Ewropewa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-118/10 ECLI:EU:C:2013:787, il-punt 105; Is-Sentenza tal-Qorti tal-4 ta’ Diċembru 2013, Il-Kummissjoni Ewropewa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-117/10, ECLI:EU:C:2013:786, il-punt 114.

    (92)  Gesetz zur Einführung einer Strompreisbremse (Strompreisbremsegesetz – StromPBG), online: https://www.gesetze-im-internet.de/strompbg/BJNR251210022.html.

    (93)   ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.

    (94)  Öko-Institut, Assessment of the planned compensation payments for decommissioning German lignite power plants in the context of current developments, id-29 ta’ Ġunju 2020, p. 30, disponibbli hawn: https://www.oeko.de/publikationen/p-details/assessment-of-the-planned-compensation-payments-for-decommissioning-german-lignite-power-plants-in-the-context-of-current-developments.

    (95)   https://www.oeko.de/fileadmin/oekodoc/Einordnung-der-geplanten-Entschaedigungszahlungen-fuer-deutsche-Braunkohlekraftwerke.pdf.

    (96)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).

    (97)  Ara t-Taqsima 57 tal-liġi tal-għeluq.

    (98)  Öko-Institut (2017): Die deutsche Braunkohlenwirtschaft. Historische Entwicklungen, Ressourcen, Technik, wirtschaftliche Strukturen und Umweltauswirkungen. Studie im Auftrag von Agora Energiewende und der European Climate Foundation. https://www.agora-energiewende.de/projekte/die-deutsche-braunkohlenwirtschaft/, Tabella 8-3, p. 112.

    (99)  Il-formula ta’ kumpens mill-Anness għall-EnWG tikkorrispondi ħafna mal-formula ta’ kumpens tal-Anness 2 tal-KVBG.

    (100)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – in-Netherlands – Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fin-Netherlands (ĠU C 220, 3.7.2020, p. 1). F’dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Il-kumpens kien ibbażat fuq profitti mitlufa, u ċ-ċifra kienet ibbażata fuq negozjati bejn il-benefiċjarju u l-Ministeru, b’assistenza minn esperti indipendenti. Il-Kummissjoni eżaminat is-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu u sabet li dawn kienu raġonevoli.

    (101)   https://www.bet-energie.de/fileadmin/redaktion/PDF/Studien_und_Gutachten/Gutachten_Folgekosten/Gutachten_Folgekosten_Braunkohleausstieg_Abschlussbericht.pdf.

    (102)  Pereżempju, miżura tal-Istat li taffettwa s-suq tal-enerġija Grieg, li permezz tagħha l-produttur Grieg dominanti fis-suq tal-enerġija (mil-linjite), Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI), ingħata drittijiet esklużivi ta’ estrazzjoni, u għalhekk vantaġġi meta mqabbel ma’ produtturi oħra, tqieset bħala ksur ċar tal-Artikolu 106 flimkien mal-Artikolu 102 tat-TFUE (jew id-dispożizzjonijiet preċedenti tagħhom). Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2014, il-Kawża C-553/12 P, Marġni Nru 41 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI), li kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea datata l-5 ta’ Frar 2008, C (2008) 824 final.

    (103)  BVerfG, deċiżjoni tal-Ewwel Senat ta’ Marzu 24, 2021 - 1 BvR 2656/18 -, Rn. 1-270, fuq http://www.bverfg.de/e/rs20210324_1bvr265618.html.

    (104)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2002 dwar l-Għajnuna mill-Istat NN 101/2002 – Għajnuna ta’ Salvataġġ tar-Renju Unit għal British Energy plc.

    (105)  KPMG: Studju tal-Kost tal-Kapital 2019.

    (106)  Online: https://www.ecb.europa.eu/pub/projections/html/ecb.projections202309_ecbstaff~4eb3c5960e.en.html#:~:text=Overall%2c%20with%20medium-term%20inflation%2cthe%20third%20quarter%20of%202025.

    (107)  Il-Ġermanja ma pprovdietx kalkoli speċifiċi fit-tul għas-seba’ unitajiet li se jagħlqu wara l-2027, peress li tqis li d-data eżistenti u l-kalkolu dwar l-unitajiet li għalqu, jew li se jagħlqu, qabel l-2027 diġà huma biżżejjed biex jiġġustifikaw l-ammont ta’ kumpens skont il-miżura emendata ta’ RWE.

    (108)  BKartA, id-Deċiżjoni tas-26.2.2019, ref. B8-28/19; Il-Kummissjoni tal-UE, id-Deċiżjoni tas-26.2.2019, M.8871 — RWE/E.ON Assi; Ara wkoll il-Kummissjoni tal-UE, id-Deċiżjoni tas-17.9.2019, M.8870 — E.ON/Innogy.

    (109)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI et., C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.

    (110)  § 249(1) tal-BGB: “ Persuna li hija responsabbli għad-danni għandha tirrestawra l-pożizzjoni li tkun teżisti jekk iċ-ċirkostanza li tobbligaha tħallas id-danni ma tkunx seħħet.

    (111)  Titolu oriġinali: Schomerus/Franßen: Klimaschutz und die rechtliche Zulässigkeit der Stilllegung von Braun- und Steinkohlekraftwerken. 13.12.2018, online: http://fox.leuphana.de/portal/files/13307575/wbs_gutachten_bf.pdf, p. 308.

    (112)  Oetker, it-Taqsima 249, f’MünchKomm BGB (id-disa’ ed. 2022).

    (113)  Titolu oriġinali: Schomerus/Franßen: Klimaschutz und die rechtliche Zulässigkeit der Stilllegung von Braun- und Steinkohlekraftwerken. 13.12.2018, online: http://fox.leuphana.de/portal/files/13307575/wbs_gutachten_bf.pdf, p. 308.

    (114)  Von Prof. Dr. Lege, “Art. 14 GG für Fortgeschrittene 45 Fragen zum Eigentum, die Sie nicht überall finden. Unter besonderer Berücksichtigung des Baurechts”, online: https://www.zjs-online.com/dat/artikel/2012_1_517.pdf.

    (115)  BeckOK Grundgesetz, Epping/Hillgruber 55. Edizzjoni, Stand: 15.5.2023, GG Art. 14 [Eigentum, Erbrecht und Enteignung], Rn 77-81.

    (116)  Titolu oriġinali: Schomerus/Franßen: Klimaschutz und die rechtliche Zulässigkeit der Stilllegung von Braun- und Steinkohlekraftwerken. 13.12.2018, online: http://fox.leuphana.de/portal/files/13307575/wbs_gutachten_bf.pdf, p. 122.

    (117)  Vgl. BVerfG, Beschl. v. 16.2.2000 – 1 BvR 242/91 und 315/99, BVerfGE 102, 1, 16, juris, Rn. 43.

    (118)  BeckOK Grundgesetz, Epping/Hillgruber 55. Edizzjoni, Stand: 15.5.2023, GG Art. 14 [Eigentum, Erbrecht und Enteignung], Rn 72.

    (119)  BVerwG 5 C 11.18, Beschl. v. 20.5.2021, Rn 69-70.

    (120)  BeckOK Grundgesetz, Epping/Hillgruber 55. Edizzjoni, Stand: 15.5.2023, GG Art. 14 [Eigentum, Erbrecht und Enteignung], Rn 104-106.

    (121)  F’każijiet eċċezzjonali, il-klawżoli ta’ salvagwardja jippermettu devjazzjoni minn regolament jew ftehim sabiex jiġu evitati konsegwenzi inġusti għal dawk affettwati f’każijiet individwali eċċezzjonali bħal dawn.

    (122)  BeckOK Grundgesetz, Epping/Hillgruber 55. Edizzjoni, Stand: 15.5.2023, GG Art. 14 [Eigentum, Erbrecht und Enteignung], Rn 98-103.

    (123)  Ara BVerfGE 102, 1 (18) u BeckOK Grundgesetz, Epping/Hillgruber 55. Edizzjoni, Stand: 15.5.2023, GG Art. 14 [Eigentum, Erbrecht und Enteignung], Rn 88-91.

    (124)  BeckOK Grundgesetz, Epping/Hillgruber 55. Edizzjoni, Stand: 15.5.2023, GG Art. 14 [Eigentum, Erbrecht und Enteignung], Rn 104-106.

    (125)  Imsemmi fil-liġi Ġermaniża bħala l-prinċipju ta’ “ausgleichspflichtige Inhalts- und Schrankenbestimmung”.

    (126)  BVerwG NVwZ, Urteil vom 30.4.2009 - 7 C 14.08, S. 1443. Dan huwa ddikjarat ukoll fl-istudju tad-dekummissjonar: peress li ma hemm l-ebda dritt ta’ protezzjoni bħal din, l-operaturi affettwati ma jistgħux jiddependu fuq protezzjoni speċjali tal-aspettattivi eżistenti u leġittimi biex jiġu evitati (iktar) rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sabiex tiġi protetta l-klima globali.

    (127)  Online: https://epub.wupperinst.org/frontdoor/deliver/index/docId/7265/file/7265_Phasing_Out_Coal.pdf, p. 40.

    (128)  Stilllegung von Kraftwerken, Ausarbeitung, Wissenschaftliche Dienste, Deutscher Bundestag (WD 3 – 3000 – 360/18). Online: https://www.bundestag.de/resource/blob/579426/79b26fd54662407f696a224c9aa1955a/WD-3-360-18-pdf-data.pdf.

    (129)  Titolu oriġinali: Schomerus/Franßen: Klimaschutz und die rechtliche Zulässigkeit der Stilllegung von Braun- und Steinkohlekraftwerken. 13.12.2018, online: http://fox.leuphana.de/portal/files/13307575/wbs_gutachten_bf.pdf.

    (130)  L-istudju tad-dekummissjonar, p. 157, in-nota 408 f’qiegħ il-paġna: Siehe etwa Buttermann/Baten, Wirtschaftlichkeit des Neubaus von Braunkohlekraftwerken, Tabelle 1 (Kapitalbindungsdauer), ET 2013, S. 46 (47); Deutsches Institut für Wirtschaftsforschung, Die Zukunft der Braunkohle in Deutschland im Rahmen der Energiewende, 2012, S. 18; und erneut bestätigt hinsichtlich der bilanziellen Abschreibung in: Deutsches Wirtschaftsinstitut, Braunkohleausstieg – Gestaltungsoptionen im Rahmen der Energiewende, 2014; Umweltbundesamt, Klimaschutz und Versorgungssicherheit – Entwicklung einer nachhaltigen Stromversorgung, Climate Change 13/2009, S. 8; so auch Däuper/Michaels, EnWZ 2017, S. 211 (217); Ziehm, ZNER 2017, 7 (10).

    (131)  L-istudju tad-dekummissjonar, p. 158, in-nota 409 f’qiegħ il-paġna: So Ziehm, ZNER 2017, 7 (10), unter Berufung auf Umweltbundesamt, Klimaschutz und Versorgungssicherheit – Entwicklung einer nachhaltigen Stromversorgung, Climate Change 13/2009, S. 23.

    (132)  L-istudju tad-dekummissjonar, p. 158, in-nota 412 f’qiegħ il-paġna: BET Büro für Energiewirtschaft und technische Planung GmbH, Kurzstudie “Amortisationszeiten bestehender Kohlekraftwerke” vom 3.11.2017, S. 16.

    (133)  L-istudju tad-dekummissjonar, paġni 157-158.

    (134)  L-istudju tad-dekummissjonar, paġni 201-203.

    (135)  BVerfG, is-Sentenza tal-Ewwel Senat tas-6 ta’ Diċembru 2016 - 1 BvR 2821/11 -, il-punti 1-407.

    (136)  BVerfG, is-Sentenza tal-Ewwel Senat tad-29 ta’ Settembru 2020 - 1 BvR 1550/19 -, il-punti 1-86.

    (137)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 1998, Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77.

    (138)  Is-Sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 20 u 24.

    (139)  Is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke GmbH vs Finanzamt Magdeburg, C-129/12, ECLI:EU:C:2013:200, il-punti 40-41.

    (140)  Is-sentenza tal-Qorti tal-11 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen, C-334/07 P, ECLI:EU:C:2008:709, il-punti 51-53.

    (141)  Is-sentenza tal-Qorti tal-11 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen, C-334/07 P, ECLI:EU:C:2008:709, il-punt 56.

    (142)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

    (143)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE.

    (144)  Studju li sar għall-Aġenzija Ġermaniża tal-Enerġija dena sab li, jekk jitqies l-iktar xenarju konservattiv tiegħu, il-konsum tal-elettriku huwa mistenni li jiżdied tal-inqas bi 8 % bejn l-2015 u l-2040 (dena-Leitstudie. Integrierte Energiewende. Impulse für die Gestaltung des Energiesystems bis 2050, p. 195 f.). Barra minn hekk, il-projezzjonijiet mill-operaturi Ġermaniżi tas-sistema ta’ trażmissjoni jipprevedu żieda fid-domanda għall-elettriku fil-futur. Dawn jipproġettaw li d-domanda netta għall-elettriku tiżdied minn 513,1 TWh fl-2016 għal 581,6 TWh fl-2035, fl-iktar xenarju konservattiv tagħhom (Szenariorahmen zum Netzentwicklungsplan Strom 2035, Version 2021. Entwurf der Übertragungsnetzbetreiber, p. 54).

    (145)  Ara wkoll id-deċiżjoni Ġermaniża dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam iebes, il-premessa 101.

    (146)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2020: il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli. Il-Pjan ta’ Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    (147)  Kif huwa kkonfermat fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2019. Konklużjonijiet, EUCO 29/19.

    (148)   https://unfccc.int/files/essential_background/convention/application/pdf/english_paris_agreement.pdf.

    (149)   https://www.umweltbundesamt.de/daten/umweltindikatoren/indikator-emission-von-treibhausgasen#die-wichtigsten-fakten.

    (150)  L-ewwel unità (Niederaußem D) f’Diċembru 2020, jiġifieri wara l-adozzjoni tal-liġi tal-għeluq f’Awwissu 2020, tliet unitajiet (Neurath B, Niederaußem C, Weisweiler E) sa tmiem l-2021, u żewġ unitajiet oħra fl-2022 (Neurath A, Frechen/Wachtberg), ara t-Tabella 2.

    (151)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.100533 (2021/NN) – il-Polonja – Emendi għall-pjan ta’ għeluq fl-estrazzjoni Pollakka tal-faħam (ĠU C 231, 30.6.2023, p. 8).

    (152)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Diċembru 2022, Breuninger vs Il-Kummissjoni, T-260/21, ECLI:EU:T:2022:833, il-punt 63.

    (153)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 80.

    (154)  Kif huwa deskritt fil-premessa (26) tad-deċiżjoni Ġermaniża dwar it-tneħħija gradwali tal-faħam iebes, il-Ġermanja stenniet li l-offerti kollha għal impjanti żgħar tal-linjite se jammontaw biss għal 0,9 GW flimkien. B’paragun ma’ dan, bosta impjanti individwali ta’ RWE (bħal Niederaußem K, Neurath F (BoA 2), Neurath G (BoA 3)) għandhom l-istess kapaċità jew saħansitra iktar kull wieħed.

    (155)  Il-Ġermanja ma pprovdietx kalkoli speċifiċi fit-tul għas-seba’ unitajiet li se jagħlqu wara l-2027, peress li tqis li d-data eżistenti u l-kalkolu dwar l-unitajiet li għalqu, jew li se jagħlqu, qabel l-2027 diġà huma biżżejjed biex jiġġustifikaw l-ammont ta’ kumpens skont il-miżura emendata ta’ RWE.

    (156)  Dan jitqies li huwa minnu wkoll għall-unità ta’ Frechen/Wachtberg li għalqet f’Diċembru 2022, li fil-każ tagħha, minħabba l-aspetti prattiċi tat-twaqqit tas-sottomissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2022, l-aspettattivi tas-suq ittieħdu minn perjodu ta’ ġimagħtejn li seħħ xahrejn qabel l-għeluq attwali.

    (157)  Is-Sentenza tal-Qorti tas-26 ta’ Ottubru 2016, DEI vs Il-Kummissjoni, C-590/14 P, ECLI:EU:C:2016:797, il-punt 49; ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti tad-29 ta’ April 2021 fil-Kawża C-847/19 P – Achemos Grupė u Achema vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2021:343, il-punt 43; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża C-362/19 P – Il-Kummissjoni vs Fútbol Club Barcelona, ECLI:EU:C:2021:169, il-punti 62-64.

    (158)  Ara pereżempju BloombergNEF: Mapping Power Sector Hedges in Europe, it-13 ta’ Awwissu 2019, online: https://about.bnef.com/.

    (159)  Il-prezzijiet tal-fjuwil (faħam iebes u gass) jinfluwenzaw l-aspettattivi tal-prezzijiet tal-elettriku peress li l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u bil-gass tipikament jaġixxu bħala dawk li jiffissaw il-prezzijiet ewlenin fis-suq. Għalhekk, il-futuri tal-prezzijiet tal-elettriku jinkludu b’mod impliċitu l-previżjonijiet dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-fjuwil.

    (160)  Ara pereżempju BloombergNEF (2019): Mapping Power Sector Hedges in Europe. it-13 ta’ Awwissu 2019, online: https://about.bnef.com/.

    (161)  Online: https://www.bmwk.de/Redaktion/DE/Downloads/F/faq-abschoepfung-von-zufallsgewinnen.pdf?__blob=publicationFile&v=4.

    (162)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (ĠU L 261I, 7.10.2022, p. 1).

    (163)  Ara fit-Tabella 1 fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2022 f’SA.103662 Riżerva temporanja ta’ provvista tal-enerġija tal-linjite għall-iffrankar tal-gass (ĠU C 439, 18.11.2022, p. 1).

    (164)  Is-Sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 97.

    (165)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2002 dwar l-Għajnuna mill-Istat NN 101/2002 – Għajnuna ta’ Salvataġġ tar-Renju Unit għal British Energy plc.

    (166)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

    (167)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

    (168)  Is-Sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 101.

    (169)  Dan jimplika wkoll li ma jistax isir tqabbil mal-kawża ta’ ristrutturar ta’ British Energy plc, kif huwa ssuġġerit minn parti terza.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2418/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top