Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1954

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1954 tat-13 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi arrangamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor

    ST/8945/2024/INIT

    ĠU L, 2024/1954, 11.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1954/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1954/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1954

    11.7.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1954

    tat-13 ta’ Mejju 2024

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi arrangamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

    (2)

    Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (il-“Kumitat Konġunt”) huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw tali deċiżjonijiet, li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

    (3)

    Skont l-Artikolu 182 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Qafas ta’ Windsor (3) jifforma parti integrali minn dak il-Ftehim.

    (4)

    Fir-rigward tal-moviment tal-merkanzija, l-Artikolu 5(2) tal-Qafas ta’ Windsor jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt li jadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li skonthom l-ipproċessar ma għandux jitqies bħala pproċessar kummerċjali u l-kriterji biex jitqies li merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn barra l-Unjoni ma tkunx f’riskju li sussegwentement tiġi ttrasportata fl-Unjoni.

    (5)

    Huwa mixtieq li jittejjeb it-tħaddim tal-iskemi stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor (4) (id-“Deċiżjoni Nru 1/2023”) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tar-Renju Unit fir-rigward tal-importazzjoni tal-merkanzija speċifikata fl-Anness V propost tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 fl-Irlanda ta’ Fuq.

    (6)

    Il-Kumitat Konġunt, fil-laqgħa tiegħu li jmiss, jenħtieġ li jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 164(4)(e) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Artikolu 5(2) tal-Qafas ta’ Windsor biex jemenda d-Deċiżjoni Nru 1/2023 (id-“Deċiżjoni emendatorja”).

    (7)

    Filwaqt li titqies in-novità fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tar-Renju Unit fir-rigward tal-importazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja, u sabiex tiġi mmonitorjata b’mod kontinwu l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ dik il-merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq, inkluż fid-dawl tar-riskji potenzjali għall-integrità tas-suq intern, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiinforma lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni emendatorja.

    (8)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tad-Deċiżjoni emendatorja,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Kumitat Konġunt”) fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi arranġamenti relatati mal-Qafas ta’ Windsor (id-“Deċiżjoni Nru 1/2023”) tinsab fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (id-“Deċiżjoni emendatorja”).

    Artikolu 2

    1.   Il-Kummissjoni għandhatissottometti informazzjoni lill-Kunsill, kif xieraq, mill-inqas darba fis-sena, dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni emendatorja, inkluż dan li ġej:

    (a)

    informazzjoni f’forma aggregata dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 9 sa 11 tad-Deċiżjoni Nru 1/2023, kif emendata bid-Deċiżjoni emendatorja, fir-rigward tal-importazzjoni tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja;

    (b)

    informazzjoni dwar il-kwantitajiet użati matul il-perjodu annwali tal-kwota tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja.

    2.   Fl-istess waqt li tissottometti informazzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill valutazzjoni tal-konformità ġenerali mal-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq tal-merkanzija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni emendatorja, inkluż fid-dawl tal-ġestjoni tar-riskji potenzjali għall-integrità tas-suq intern.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. DALLE


    (1)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).

    (3)  Id-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).

    (4)   ĠU L 102, 17.4.2023, p. 61.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1954/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top