Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1775

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1775 tat-18 ta’ Ġunju 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nru 13, 13-H, 22, 30, 41, 49, 51, 54, 63, 78, 79, 83, 85, 96, 100, 101, 108, 109, 117, 120, 129, 134, 138, 150, u 155, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar il-prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra u l-klassifikazzjoni tat-tajers tat-trazzjoni għal tajers bil-wiċċ ġdid, dwar proposti għal modifiki tar-regolamenti tekniċi globali tan-NU Nru 9, 13, 21, 22, u 24, u dwar proposta għal emenda tar-riżoluzzjoni reċiproka tan-NU Nru 1

    ST/10609/2024/INIT

    ĠU L, 2024/1775, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1775/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1775/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1775

    25.6.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1775

    tat-18 ta’ Ġunju 2024

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nru 13, 13-H, 22, 30, 41, 49, 51, 54, 63, 78, 79, 83, 85, 96, 100, 101, 108, 109, 117, 120, 129, 134, 138, 150, u 155, dwar proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar il-prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra u l-klassifikazzjoni tat-tajers tat-trazzjoni għal tajers bil-wiċċ ġdid, dwar proposti għal modifiki tar-regolamenti tekniċi globali tan-NU Nru 9, 13, 21, 22, u 24, u dwar proposta għal emenda tar-riżoluzzjoni reċiproka tan-NU Nru 1

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-“regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (4)

    Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki tar-regolamenti tan-NU, ir-regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u r-riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

    (5)

    Mill-25 sat-28 ta’ Ġunju 2024, matul il-193 sessjoni tiegħu , id-WP.29 jista’ jadotta: proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nru 13, 13-H, 22, 30, 41, 49, 51, 54, 63, 78, 79, 83, 85, 96, 100, 101, 108, 109, 117, 120, 129, 134, 138, 150, u 155; proposta għal regolament ġdid tan-NU dwar il-prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra u l-klassifikazzjoni tat-tajers tat-trazzjoni għal tajers bil-wiċċ ġdid; il-proposti għal modifiki għall-GTR tan-NU Nru 9, 13, 21, 22 u 24; u proposta għal emenda għar-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 tan-NU.

    (6)

    Ir-regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mar-riżoluzzjoni reċiproka tan-NU u l-GTRs tan-NU, ser jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 dwar l-adozzjoni ta’ dawk il-proposti.

    (7)

    Sabiex jiġu riflessi l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li jiġu emendati jew supplimentati r-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nru 13, 13-H, 22, 30, 41, 49, 51, 54, 63, 78, 79, 83, 85, 96, 100, 101, 108, 109, 117, 120, 129, 134, 138, 150, u 155, mir-riżoluzzjoni reċiproka tan-NU Nru 1 u l-GTR tan-NU Nru 9, 13, 21, 22 u 24.

    (8)

    Sabiex ikun jista’ jsir progress tekniku u sabiex tittejjeb is-sikurezza u titnaqqas l-impronta ambjentali, jeħtieġ li jiġi adottat regolament ġdid tan-NU dwar il-prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra u l-klassifikazzjoni tat-tajers tat-trazzjoni għal tajers bil-wiċċ ġdid.

    (9)

    Dawk il-proposti huma f’konformità mal-politika tas-suq intern tal-UE dwar l-industrija tal-karozzi fir-rigward tas-sikurezza, l-awtomatizzazzjoni u l-emissjonijiet, kif ukoll il-politiki tagħha dwar it-trasport, il-klima u l-enerġija u għandhom impatt pożittiv ħafna fuq il-kompetittività tas-settur tal-karozzi tal-UE u fuq il-kummerċ internazzjonali.

    (10)

    Fid-dawl ta’ dawk il-benefiċċji, huwa ssuġġerit li ssir votazzjoni favur dawk il-proposti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-193 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NUKEE li ser issir mill-25 u sat-28 ta’ Ġunju 2024 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GILKINET


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kundizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


    ANNESS

    Regolament Nru

    Titlu tal-punt fl-aġenda

    Kontenut tal-proposta

    Referenza tad-dokument (1)

    13

    Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje ta’ emendi 11 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta’ Vetturi Tqal)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, para. 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/8, kif emendat bil-GRVA-18-30)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jadattaw ir-regolament biex jippermettu l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra kemm b’sistema ta’ sewqan awtomatizzat kif ukoll b’modalità ta’ sewqan manwali.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/56

    13

    Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 12 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta’ Vetturi Tqal)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, para. 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/8, kif emendat bil-GRVA-18-30)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jadattaw ir-regolament biex jippermettu l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra kemm b’sistema ta’ sewqan awtomatizzat kif ukoll b’modalità ta’ sewqan manwali.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/57

    13

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 13 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta’ Vetturi Tqal)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, para. 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/8, kif emendat bil-GRVA-18-30)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jadattaw ir-regolament biex jippermettu l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra kemm b’sistema ta’ sewqan awtomatizzat kif ukoll b’modalità ta’ sewqan manwali.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/58

    13-H

    Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 13-H (Ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, para.34, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/9, kif emendat bil-GRVA-18-31)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jadattaw ir-regolament biex jippermettu l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra kemm b’sistema ta’ sewqan awtomatizzat kif ukoll b’modalità ta’ sewqan manwali

    ECE/TRANS/WP.29/2024/59

    22

    Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 22 (Elmi protettivi)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 50, abbażi ta’ GRSP-74-04-Rev.1, kif riprodott mill-Anness IX tar-rapport)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jintroduċu alternattiva (jiġifieri simulatur riġidu) għall-metodu ta’ ttestjar eżistenti (jiġifieri simulatur deformabbli), li tiffaċilita il-kostruzzjoni tas-simulatur, u tagħmel il-verifika irħas fir-rigward tal-kost globali tat-testijiet.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/42

    30

    Proposta għas-Suppliment 26 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 30 (Tajers għall-vetturi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/15)

    L-emendi proposti jippermettu soluzzjonijiet tekniċi oħra ta’ kejl għall-wisa’ ġenerali tat-tajers, u b’hekk jiffaċilitaw l-innovazzjonijiet tekniċi.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/67

    41

    Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 41 (Emissjonijiet ta’ storbju tal-muturi)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 3, abbażi ta’ GRBP-79-13)

    L-emendi proposti jaġġornaw ir-referenza tal-korsa tat-test ISO 10844 għall-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/68

    41

    Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 41 (Emissjonijiet ta’ storbju tal-muturi)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 3, abbażi ta’ GRBP-79-14)

    L-emendi proposti jaġġornaw ir-referenza tal-korsa tat-test ISO 10844 għall-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/69

    49

    Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta’ magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 39, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/13)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jippermettu l-użu tal-idroġenu bħala fjuwil għall-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy-duty. Din l-emenda għandha l-għan li tintegra biss magni tal-idroġenu monofjuwil.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/45

    49

    Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta’ magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 40, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/14)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jippermettu l-użu tal-idroġenu bħala fjuwil għall-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy-duty. Din l-emenda għandha l-għan li tintegra biss magni tal-idroġenu monofjuwil.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/46

    51

    Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 7, abbażi ta’ GRBP-79-33-Rev.1, u para. 7 tar-rapport)

    L-emendi proposti jintroduċu korrezzjonijiet u kjarifiki dwar id-definizzjoni tal-potenza, il-kalibrazzjoni, il-korrezzjoni tat-temperatura u l-valutazzjoni tal-ħoss ta’ referenza ġew inklużi abbażi tal-esperjenzi bl-aħħar bidliet ta’ dan ir-regolament.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/70

    54

    Proposta għas-Suppliment 27 għar-Regolament tan-NU Nru 54 (Tajers għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/2024/2 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/14)

    L-aġġornamenti proposti jispeċifikaw li l-wisa’ totali massima tat-tajers identifikati bis-simbolu “A” tal-“konfigurazzjoni tal-muntatura tat-tajer mar-rimm” tinkludi tolleranza ta’ erba’ fil-mija. Barra minn hekk, dawn jallinjaw l-Anness 9 mal-Anness 1 li jippermetti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jagħmlu konnessjoni mar-rapporti rilevanti.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/2/Rev.1

    63

    Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 63 (Emissjonijiet ta’ storbju tal-mopeds)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 10, abbażi ta’ GRBP-79-17)

    L-emendi proposti jaġġornaw ir-referenza tal-korsa tat-test ISO 10844 għall-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/71

    78

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 78 (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, para. 123, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/6)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jikkoreġu allinjament ħażin mhux intenzjonat bejn id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għas-serje 06 l-ġdida ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 78 u l-Linji gwida ġenerali għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-regolamenti tan-NU.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/60

    79

    Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 79 (It-tagħmir tal-istering)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, il-paragrafi 35 u 85, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/21 kif emendat bil-GRVA-18-51 u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/10 kif emendat bil-GRVA-18-32)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jiċċaraw id-dispożizzjonijiet għall-funzjoni tal-istering bi kmand awtomatiku għall-ipparkjar ikkontrollat mill-bogħod tal-kategorija A għal kombinamenti ta’ vetturi. Id-definizzjoni attwali tistabbilixxi limitu massimu ta’ distanza ta’ 6 m għall-vettura bil-mutur, li mhuwiex biżżejjed f’sitwazzjonijiet fejn l-operazzjoni hija ssorveljata mis-sewwieq li jinsab wara l-kombinazzjoni ta’ vetturi. Barra minn hekk, il-proposta għandha l-għan li tadatta r-regolament biex jippermetti l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra kemm b’sistema ta’ sewqan awtomatizzat kif ukoll b’modalità ta’ sewqan manwali.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/61

    79

    Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 79 (It-tagħmir tal-istering)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, il-paragrafi 35 u 85, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2023/21 kif emendat bil-GRVA-18-51 u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/10 kif emendat bil-GRVA-18-32)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jiċċaraw id-dispożizzjonijiet għall-funzjoni tal-istering bi kmand awtomatiku għall-ipparkjar ikkontrollat mill-bogħod tal-kategorija A għal kombinamenti ta’ vetturi. Id-definizzjoni attwali tistabbilixxi limitu massimu ta’ distanza ta’ 6 m għall-vettura bil-mutur, li mhuwiex biżżejjed f’sitwazzjonijiet fejn l-operazzjoni hija ssorveljata mis-sewwieq li jinsab wara l-kombinazzjoni ta’ vetturi. Barra minn hekk, il-proposta għandha l-għan li tadatta r-regolament biex jippermetti l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra kemm b’sistema ta’ sewqan awtomatizzat kif ukoll b’modalità ta’ sewqan manwali.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/62

    83

    Proposta għas-Suppliment 18 għas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/7 u GRPE-90-09-Rev.1 kif emendat bl-Anness IV)

    L-emendi proposti jippermettu l-kalkolu tal-valuri tat-tagħbija fit-triq minn dawk iddeterminati skont il-GTR tan-NU Nru 15 (WLTP) u jallinjaw xi dispożizzjonijiet relatati mat-test tat-Tip 4 fir-Regolament tan-NU Nru 83 ma’ dawk fir-Regolament tan-NU Nru 154.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/47

    83

    Proposta għas-Suppliment 20 għas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 14, abbażi ta’ GRPE-90-09-Rev.1 kif emendat bl-Anness V)

    L-emendi proposti jallinjaw xi dispożizzjonijiet relatati mat-test tat-Tip 4 fir-Regolament tan-NU Nru 83 ma’ dawk fir-Regolament tan-NU Nru 154.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/48

    83

    Proposta għas-Suppliment 17 għas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 15 abbażi ta’ GRPE-90-09-Rev.1 kif emendat bl-Anness VI)

    L-emendi proposti jallinjaw xi dispożizzjonijiet relatati mat-test tat-Tip 4 fir-Regolament tan-NU Nru 83 ma’ dawk fir-Regolament tan-NU Nru 154.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/49

    83

    Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje ta’ emendi 08 għar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/8, GRPE-90-08 u waqt is-sessjoni kif emendat bl-Anness VII)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jintroduċu korrezzjonijiet u kjarifiki sabiex il-vetturi li jaqgħu taħt “tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet” f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154 xorta jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi aktar ċarezza rigward ir-rekwiżiti marbuta mal-karattri tal-emissjonijiet differenti EA, EB u EC.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/50

    85

    Proposta għas-Suppliment 13 għar-Regolament tan-NU Nru 85 (Il-kejl tal-potenza netta u tal-potenza ta’ 30 minuta)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, il-paragrafu 47, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/15)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jiċċaraw u jaġġornaw ir-rekwiżiti għall-installazzjoni tal-awżiljarji meta tiġi ttestjata l-potenza netta jew il-potenza ta’ 30 minuta tas-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi. Huwa propost li jitneħħa r-rekwiżit li l-pompa u t-termostat jitqiegħdu fuq il-bank tat-test fl-istess pożizzjoni relattiva bħal fuq il-vettura.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/51

    96

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 96 (Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-magni li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u tal-forestrija u f’makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magna)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, il-paragrafu 55, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/16)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jikkoreġu l-iżbalji tipografiċi, kif ukoll li jippermettu l-użu tal-idroġenu bħala fjuwil għall-approvazzjoni ta’ magni b’kombustjoni interna li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u tal-forestrija u f’makkinarju mobbli mhux tat-triq.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/52

    100

    Proposta għas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 100 (Vetturi b’motopropulsjoni elettrika)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, il-paragrafu 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2023/35 kif emendat bl-Anness V tar-rapport)

    L-emendi proposti jintroduċu tikkettar, li se jgħin lis-servizzi ta’ emerġenza jiddeterminaw kif jiġu avviċinati l-karozzi tal-linja u t-trakkijiet mgħammra b’sistema tal-mototrażmissjoni elettrika f’każ ta’ nar, speċjalment ir-REESS tal-vettura jew f’każ li r-REESS issirilha ħsara minħabba aċċident.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/41

    101

    Proposta għas-Suppliment 13 għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 101 (Emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/9 u GRPE-90-39 kif emendat bl-Anness VIII)

    L-emendi proposti jippermettu proċess alternattiv għall-verifika tal-konsum tal-enerġija elettrika f’konformità mal-produzzjoni, u jemendaw ir-rekwiżit taċ-ċarġer u l-metodu tal-kejl tal-kurrent tar-REESS għal motopropulsjoni elettrika ibrida. Iż-żewġ bidliet jallinjaw mal-proċediment u mal-proċeduri diġà inklużi fis-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 154.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/53

    108

    Proposta għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 108 (Tajers bil-wiċċ ġdid għall-karozzi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/13 kif emendat bil-GRBP-79-24 u l-GRBP-79-25)

    L-emendi proposti jċaqilqu l-preskrizzjonijiet għall-prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra ta’ tajers bil-wiċċ ġdid mir-Regolament tan-NU Nru 108 għal Regolament tan-NU ddedikat ġdid dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tajers bil-wiċċ ġdid tal-klassijiet C1, C2 u C3 fir-rigward tal-prestazzjoni tal-qabda tagħhom fuq il-borra u/jew il-klassifikazzjoni tagħhom bħala tajer tat-trazzjoni. Dan isolvi d-diffikultajiet li l-produtturi ta’ tajers bil-wiċċ ġdid u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip kienu qed jiffaċċjaw fil-prattika fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ tiġdid tal-uċuħ tat-tajers li jipproduċu “tajers għall-użu f’kundizzjonijiet severi ta’ borra” u l-verifika tal-konformità tal-produzzjoni ta’ dawn it-tajers bil-wiċċ ġdid.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/63

    109

    Proposta għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 109 (Tajers bil-wiċċ ġdid għall-karozzi tal-passiġġieri u t-trejlers tagħhom)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/3 kif emendat bil-GRBP-79-26 u l-GRBP-79-27)

    L-emendi proposti jċaqilqu l-preskrizzjonijiet ta’ prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra ta’ tajers bil-wiċċ ġdid u l-klassifikazzjoni tagħhom bħala tajer tat-trazzjoni mir-Regolament tan-NU Nru 109 għal Regolament tan-NU ddedikat ġdid dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tajers bil-wiċċ ġdid tal-klassijiet C1, C2 u C3 fir-rigward tal-prestazzjoni tal-qabda tagħhom fuq il-borra u/jew il-klassifikazzjoni tagħhom bħala tajer tat-trazzjoni. Dan isolvi d-diffikultajiet li l-produtturi ta’ tajers bil-wiċċ ġdid u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip kienu qed jiffaċċjaw fil-prattika fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ tiġdid tal-uċuħ tat-tajers li jipproduċu “tajers għall-użu f’kundizzjonijiet severi ta’ borra” u l-verifika tal-konformità tal-produzzjoni ta’ dawn it-tajers bil-wiċċ ġdid.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/64

    117

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 117 (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/76, para. 23 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, u l-paragrafi 22 u 29, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2023/19 kif emendat bil-GRBP-78-05, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/4 kif emendat bil-GRBP-79-50, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/6 kif emendat bil-GRBP-79-21 u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/10 kif emendat bil-GRBP-79-12-Rev.2 u para. 29 tar-rapport)

    L-emendi proposti jtejbu r-riproduċibbiltà tal-metodu tat-test tal-qabda fuq il-borra billi jissostitwixxu t-tajers ta’ referenza attwali C3 SRTTs 19.5 u 22.5 bit-tajers ta’ referenza ġodda C3 SRTTs 19.5 u 22.5 ikkanalizzati. Minbarra għadd ta’ bidliet editorjali, ir-referenza għall-istandards ISO hija aġġornata f’ħafna paragrafi u hija introdotta formula ġdida ta’ korrezzjoni tat-temperatura għall-emissjonijiet tal-istorbju tad-dawrien ta’ tajers tal-klassijiet C1 u C2. Il-proposta introduċiet ukoll metodoloġija ġdida biex jitkejjel il-brix tat-tajers C1.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/65

    117

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 117 (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/9, kif emendat bil-GRBP-79-22 u ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/12, kif emendat bil-GRBP-79-49)

    L-emendi proposti jtejbu r-riproduċibbiltà tal-metodu tat-test tal-qabda fuq il-borra billi jissostitwixxu t-tajers ta’ referenza attwali C3 SRTTs 19.5 u 22.5 bit-tajers ta’ referenza ġodda C3 SRTTs 19.5 u 22.5 ikkanalizzati. Minbarra għadd ta’ bidliet editorjali, ir-referenza għall-istandards ISO hija aġġornata f’ħafna paragrafi u hija introdotta formula ġdida ta’ korrezzjoni tat-temperatura għall-emissjonijiet tal-istorbju tad-dawrien ta’ tajers tal-klassijiet C1 u C2.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/72

    117

    Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 117 (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/5 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/7 kif emendat bil-GRBP-79-23)

    L-emendi proposti jtejbu r-riproduċibbiltà tal-metodu tat-test tal-qabda fuq il-borra billi jissostitwixxu t-tajers ta’ referenza attwali C3 SRTTs 19.5 u 22.5 bit-tajers ta’ referenza ġodda C3 SRTTs 19.5 u 22.5 ikkanalizzati. Minbarra għadd ta’ bidliet editorjali, ir-referenza għall-istandards ISO hija aġġornata f’ħafna paragrafi u hija introdotta formula ġdida ta’ korrezzjoni tat-temperatura għall-emissjonijiet tal-istorbju tad-dawrien ta’ tajers tal-klassijiet C1 u C2.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/73

    120

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 120 (Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-magni ta’ kombustjoni interna li għandhom jiġu installati fit-tratturi agrikoli u forestali u f’makkinarju mobbli mhux tat-triq, fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, it-torque nett u l-konsum speċifiku tal-fjuwil)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 56, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/17 u GRPE-90-13 kif emendat bl-Anness XI)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jikkoreġu l-iżbalji tipografiċi, kif ukoll li jippermettu l-użu tal-idroġenu bħala fjuwil għall-approvazzjoni ta’ magni b’kombustjoni interna li għandhom jiġu installati fi tratturi agrikoli u forestali u f’makkinarju mobbli mhux tat-triq, fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, it-torque nett u l-konsum speċifiku tal-fjuwil.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/54

    129

    Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Mtejba tat-Trażżin għat-Tfal)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 28, abbażi ta’ GRSP-74-29-Rev.1, kif riprodott mill-Anness VI tar-rapport)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jippermettu l-installazzjoni ta’ apparat protettiv tal-manikin fuq il-bank fit-test dinamiku frontali b’booster cushion universali, mingħajr ma ssir ħsara lill-għonq tal-manikin.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/43/Rev.1

    129

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Mtejba tat-Trażżin għat-Tfal)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 28, abbażi ta’ GRSP-74-29-Rev.1, kif riprodott mill-anness VI tar-rapport)

    L-emendi proposti għandhom l-għan li jippermettu l-installazzjoni ta’ apparat protettiv tal-manikin fuq il-bank fit-test dinamiku frontali b’booster cushion universali, mingħajr ma ssir ħsara lill-għonq tal-manikin.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/44/Rev.1

    134

    Proposta għar-Rettifika 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 134 (Vetturi li jaħdmu bl-Idroġenu u b’Ċellula tal-Fjuwil)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 29, abbażi ta’ GRSP-74-12 kif riprodott mill-Anness VII tar-rapport)

    L-emendi proposti jikkoreġu r-referenzi li ġew inklużi matul it-traspożizzjoni tal-fażi 1 tal-GTR 13 fis-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 134 u kkupjati fis-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 134.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/74

    138

    Proposta għas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 138 (Vetturi tat-trasport bit-triq silenzjużi)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/2 kif emendat bil-GRBP-79-34-Rev.2)

    L-emendi proposti jnaqqsu l-inċertezzi tal-kejl matul il-kejl tal-livell tal-ħoss tal-medda ta’ terz ta’ ottava u jnaqqsu partijiet eżistenti mhux ċari fil-kuntest tal-ħruġ tal-approvazzjonijiet. Barra minn hekk, hija indirizzata l-imġiba tas-sistema akustika ta’ twissija tal-vettura (AVAS) meta l-veloċità tal-vettura tkun iktar minn 20 km/h u meta din tkun qed tirriversja biex b’hekk tiġi żgurata interazzjoni li tiffunzjona bejn dan ir-regolament u r-rekwiżiti f’regolamenti oħra fil-qasam tal-livell massimu permissibbli tal-ħoss fil-medda tal-veloċità tal-AVAS u d-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss (ASEP) jew id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss f’sewqan reali.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/66

    150

    Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 150 (Apparati retroriflettivi)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRE/89, para. 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2023/21)

    L-emendi proposti jallinjaw il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ riflessjoni tas-superfiċje fuq ir-retroriflettur kemm għall-koeffiċjent tal-kejl tal-intensità luminuża kif ukoll għall-kejl tal-kulur. Attwalment, il-proċedura tal-kejl hija differenti u din tista’ tirriżulta f’koordinati differenti tal-kuluri mkejla f’laboratorji differenti.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/27/Corr.1

    155

    Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament tan-NU Nru 155 (Iċ-Ċibersigurtà u s-Sistema ta’ Ġestjoni taċ-Ċibersigurtà)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, para. 53, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/4)

    Il-proposta għandha l-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 155 biex jiġu inklużi l-vetturi kollha tal-kategorija L.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/55

    Regolament ġdid

    Proposta għal abbozz ta’ Regolament ġdid tan-NU (Il-prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra u l-klassifikazzjoni tat-tajers tat-trazzjoni għal tajers bil-wiċċ ġdid)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRBP/77, para. 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2024/11 kif emendat bil-GRBP-79-29-Rev.1)

    Dan ir-Regolament tal-UN ġdid huwa propost sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet li l-produtturi ta’ tajers bil-wiċċ ġdid u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip kienu qed jiffaċċjaw fil-prattika fir-rigward tar-rekwiżiti eżistenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ tiġdid tal-uċuħ tat-tajers li jipproduċu “tajers għall-użu f’kundizzjonijiet severi ta’ borra” u l-verifika tal-konformità tal-produzzjoni ta’ dawn it-tajers bil-wiċċ ġdid. Din il-proposta timxi b’mod parallel mal-proposti li jneħħu l-preskrizzjonijiet tal-prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra ta’ tajers bil-wiċċ ġdid mir-Regolamenti tan-NU Nru 108 u 109.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/75


    Numru tal-GTR

    Titlu tal-punt fl-aġenda

    Kontenut tal-proposta

    Referenza tad-dokument

    9

    Proposta għall-Emenda 3 għar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 9 (Sikurezza tal-persuni bil-mixi)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 5, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2023/31, kif emendat bl-Anness II tar-rapport)

    Proposta għal Rapport Finali dwar l-Istatus dwar l-Iżvilupp tal-Emenda 3 għar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 9 (Is-Sikurezza tal-persuni bil-mixi) dwar Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Persuni bil-Mixi li Jistgħu Jintużaw.

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 5, abbażi ta’ GRSP-74-11-Rev.1, kif riprodott mill-Anness II tar-rapport)

    L-emendi proposti huma relatati mal-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet tal-ittestjar għal vetturi mgħammra b’sistemi ta’ protezzjoni għall-persuni bil-mixi li jistgħu jintużaw, inklużi prerekwiżiti, mingħajr ma jinbidlu l-impatturi tal-forma tar-ras u l-parametri korrispondenti tagħhom għat-testijiet għall-wiċċ tal-bonit.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/77, ECE/TRANS/WP.29/2024/78

    13

    Proposta għar-Rettifika 1 għar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 13 (Vetturi li jaħdmu bl-Idroġenu u b’Ċellula tal-Fjuwil)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 6–7, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2023/26 kif emendat bl-Anness III tar-rapport)

    L-emendi proposti jikkoreġu żbalji editorjali fit-test tal-emenda 1 għall-GTR tan-NU Nru 13.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/85

    21

    Proposta għall-Emenda 1 għall-GTR tan-NU Nru 21 (Determinazzjoni tal-Enerġija tal-Vettura Elettrika (DEVP))

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 83, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/5 u GRPE-90-16-Rev.1 kif emendat bl-Addendum 3)

    Proposta għal rapport finali dwar l-istatus dwar l-iżvilupp tal-Emenda 1 għall-GTR tan-NU Nru 21

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 84., abbażi ta’ GRPE-90-17 kif emendat bl-Addendum 4)

    L-emendi proposti jtejbu d-definizzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet u jintroduċu kunċett ta’ familja u sabiex jakkomodaw sistemi tal-motopropulsjoni integrati ħafna, jipprovdu metodu addizzjonali tal-proċedura tat-test ISO (TP1), li juża l-proporzjon tad-distribuzzjoni tal-potenza bejn żewġ fergħat tas-sistema tal-motopropulsjoni kif irrapportat mis-sinjal abbord.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/79, ECE/TRANS/WP.29/2024/80

    22

    Proposta għall-Emenda 1 għall-GTR tan-NU Nru 22 (Durabbiltà tal-Batterija fil-Vetturi Elettriċi Ħfief)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 86, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/6 u GRPE-90-32 kif emendat bl-Addendum 5)

    Proposta għal rapport finali dwar l-istatus dwar l-iżvilupp tal-Emenda 1 għall-GTR tan-NU Nru 22

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 87, abbażi ta’ GRPE-90-33 kif emendat bl-Addendum 6)

    L-emendi proposti jintroduċu rekwiżiti għall-verifika tad-distanza virtwali rrapportata mill-manifattur.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/81, ECE/TRANS/WP.29/2024/82

    24

    Proposta għall-Emenda 1 għall-GTR tan-NU Nru 24 (Kejl tal-Laboratorju tal-Emissjonijiet tal-Brejk għal Vetturi Light-Duty)

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 65, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2024/4 u GRPE-90-25-Rev.1, kif emendat bl-Addendum 1)

    Proposta għal rapport finali dwar l-istatus dwar l-iżvilupp tal-Emenda 1 għall-GTR tan-NU Nru 24

    (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/90, para. 66, abbażi ta’ GRPE-90-27 kif emendat bl-Addendum 2)

    L-emendi proposti jintroduċu l-proċedura biex jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti tal-ishma tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni speċifiċi għall-vettura għall-użu mal-GTR dwar il-kejl tal-materja partikolata bl-użu tal-brejkijiet u l-emissjonijiet tan-numru ta’ partikoli mill-brejkijiet użati fuq vetturi light-duty sa 3,5 tunnellati.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/83, ECE/TRANS/WP.29/2024/84


    Mixxellanji

    Titlu tal-punt fl-aġenda

    Kontenut tal-proposta

    Referenza tad-dokument

    Riżoluzzjoni

    Proposta għall-Emendi 4 tar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 1

    (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/74, para. 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2023/33 kif emendat bl-Anness VIII tar-rapport)

    L-emendi proposti jintroduċu speċifikazzjonijiet għall-kwalifikazzjoni ta’ mudelli tal-ġisem tal-bniedem għad-determinazzjoni tal-ħin tal-Impatt tar-ras tal-persuna bil-mixi bħala prerekwiżit ta’ sistemi ta’ protezzjoni tal-persuna bil-mixi li jistgħu jintużaw f’konformità mar-rekwiżiti tal-GTR tan-NU Nru 9.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/86

    Dokument ta’ interpretazzjoni

    Proposta għal emenda għad-Dokument ta’ Interpretazzjoni għar-Regolament tan-NU Nru 155

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, para. 52, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2024/5)

    Il-proposta għandha l-għan li tallinja d-dokument ta’ interpretazzjoni mal-proposta ta’ emenda simultanja għar-Regolament tan-NU Nru 155, li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament biex jiġu inklużi l-vetturi kollha tal-kategorija L.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/40

    Linji Gwida

    Linji gwida u rakkomandazzjonijiet għar-rekwiżiti tas-sikurezza, għall-valutazzjonijiet u għall-metodi ta’ ttestjar tas-sistemi biex jiġi infurmat l-iżvilupp regolatorju

    (ECE/TRANS/WP.29/GRVA/18, abbażi ta’ GRVA-18-50)

    Il-proposta fiha linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ valutazzjoni applikabbli għall-vetturi ADS.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/39

    Linji Gwida

    Proposta għal emenda għal-Linji Gwida Ġenerali għall-proċeduri regolatorji tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-Regolamenti tan-NU

    (ECE/TRANS/WP29/1044/Rev.3)

    Il-proposta tkompli tiċċara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni fir-regolamenti tan-NU.

    ECE/TRANS/WP.29/2024/76


    (1)  Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella huma disponibbli fuq: (WP.29) Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (il-193 sessjoni) | NUKEE


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1775/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top