This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D1736
Commission Implementing Decision (EU) 2024/1736 of 21 June 2024 laying down the final import response on behalf of the Union concerning the future import of terbufos pursuant to Regulation (EU) No 649/2012 of the European Parliament and of the Council
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1736 tal-21 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi t-tweġiba finali dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni rigward l-importazzjoni futura tat-terbufos skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1736 tal-21 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi t-tweġiba finali dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni rigward l-importazzjoni futura tat-terbufos skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2024/4212
ĠU L, 2024/1736, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1736/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1736 |
24.6.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1736
tal-21 ta’ Ġunju 2024
li tistabbilixxi t-tweġiba finali dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni rigward l-importazzjoni futura tat-terbufos skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (“il-Konvenzjoni”) hija implimentata permezz tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. F’konformità ma’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni trid tipprovdi t-tweġibiet finali jew interim dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni rigward l-importazzjoni futura tas-sustanzi kimiċi kollha li huma soġġetti għall-proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem (il-“proċedura PIC” (PIC, Prior Informed Consent)) lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni. |
(2) |
Fil-11-il laqgħa tagħha li saret f’Ġinevra bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju 2023, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni qablet li jiġi elenkat it-terbufos fl-Anness III tal-Konvenzjoni bl-effett li t-terbufos sar soġġett għall-proċedura PIC. Fl-20 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni ntbagħtilha dokument ta’ gwida għad-deċiżjoni dwar is-sustanza kimika b’talba għal deċiżjoni rigward l-importazzjoni futura tas-sustanza kimika. |
(3) |
It-terbufos żdied fl-Anness III tal-Konvenzjoni bħala pestiċida. It-tqegħid fis-suq u l-użu tat-terbufos bħala sustanza attiva tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhumiex approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, it-tqegħid fis-suq u l-użu tat-terbufos bħala sustanza attiva tal-prodotti bijoċidali mhumiex approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk, jenħtieġ li ma jingħatax kunsens skont il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam għall-importazzjoni futura tat-terbufos fl-Unjoni, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
It-tweġiba dwar l-importazzjoni għat-terbufos hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/649/oj.
(2) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj).
NNESS
Formola għat-tweġiba dwar l-importazzjoni
|
|
|
Pajjiż: |
L-Unjoni Ewropea L-Istati Membri: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja. |
|
|
|
|
|
TAQSIMA 1 |
IDENTITÀ TAS-SUSTANZA KIMIKA |
|
|
1.1 |
Isem komuni |
Terbufos |
|
1.2 |
Numru CAS |
13071-79-9 |
|
1.3 |
Kategorija |
☒ Pestiċida |
|
☐ Industrijali |
|
||
☐ Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna |
|
|
|
|
|
||
|
TAQSIMA 2 |
INDIKAZZJONI DWAR IT-TWEĠIBA PREĊEDENTI, JEKK KIEN HEMM WAĦDA |
|
||
|
2.1 |
☒ |
Din hija l-ewwel darba li qed tintbagħat tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ din is-sustanza kimika fil-pajjiż. |
|
|
|
2.2 |
☐ |
Din hija modifika ta’ tweġiba preċedenti. Data tal-ħruġ tat-tweġiba preċedenti: … |
|
|
|
|
|
|||
|
TAQSIMA 3 |
TWEĠIBA DWAR IMPORTAZZJONI FUTURA |
|
|||
|
☒ |
Deċiżjoni finali (Imla t-taqsima 4 ta’ hawn taħt) JEW |
☐ |
Tweġiba interim (Imla t-taqsima 5 ta’ hawn taħt) |
|
|
|
|
|
||||||||
|
TAQSIMA 4 |
DEĊIŻJONI FINALI, SKONT IL-MIŻURI LEĠIŻLATTIVI JEW AMMINISTRATTIVI NAZZJONALI |
|
||||||||
|
4.1 |
☒ |
Ma hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni |
|
|
|
|||||
|
|
L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha? |
|
|
|
||||||
|
|
Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament? |
|
|
|
||||||
|
4.2 |
☐ |
Kunsens għall-importazzjoni |
|
|
|
|||||
|
4.3 |
☐ |
Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss |
|
|
|
|||||
|
|
Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma: |
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni? |
|
|
|
||||||
|
|
Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha? |
|
|
|
||||||
|
4.4 |
Miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni finali |
|
||||||||
|
|
Deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali: |
|
||||||||
|
|
Fl-Unjoni Ewropea, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-terbufos huma pprojbiti peress li dik is-sustanza attiva ma ġietx approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1). Barra minn hekk, huwa pprojbit li jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw il-prodotti bijoċidali li fihom it-terbufos peress li dik is-sustanza attiva ma ġietx approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1). |
|
|
|
|
|
||||||||
|
TAQSIMA 5 |
TWEĠIBA INTERIM |
|
||||||||
|
5.1 |
☐ |
Ma hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni |
|
|
|
|||||
|
|
L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha? |
|
|
|
||||||
|
|
Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament? |
|
|
|
||||||
|
5.2 |
☐ |
Kunsens għall-importazzjoni |
|
|
|
|||||
|
5.3 |
☐ |
Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss |
|
|
|
|||||
|
|
Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma: |
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni? |
|
|
|
||||||
|
|
Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha? |
|
|
|
||||||
|
5.4 |
Indikazzjoni ta’ kunsiderazzjoni attiva sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali |
|
||||||||
|
|
Hemm deċiżjoni finali li qed tiġi kkunsidrata b’mod attiv? |
|
|
|
||||||
|
5.5 |
Informazzjoni jew assistenza mitluba sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali |
|
||||||||
|
|
Qed tintalab l-informazzjoni addizzjonali li ġejja mingħand is-Segretarjat: |
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
Qed tintalab l-informazzjoni addizzjonali li ġejja mingħand il-pajjiż li nnotifika l-azzjoni regolatorja finali: |
|
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
|
Qed tintalab l-assistenza li ġejja mingħand is-Segretarjat biex tiġi evalwata s-sustanza kimika: |
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
TAQSIMA 6 |
TAGĦRIF ADDIZZJONALI RILEVANTI, LI JISTA’ JINKLUDI: |
|
||||||
|
Din is-sustanza kimika hija rreġistrata fil-pajjiż bħalissa? |
|
|
|
|||||
|
Din is-sustanza kimika hija mmanifatturata fil-pajjiż? |
|
|
|
|||||
|
Jekk weġibt iva għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet: |
|
|
|
|||||
|
Hija maħsuba għall-użu domestiku? |
|
|
|
|||||
|
Hija maħsuba għall-esportazzjoni? |
|
|
|
Rimarki oħra
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1), li jimplimenta fl-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi tan-NU, it-terbufos huwa kklassifikat bħala: Tossiċità Akuta 2* – H300 – Fatali jekk jinbela’. Tossiċità Akuta 1 – H310 – Fatali f’kuntatt mal-ġilda. Akkwatiku Akut 1 – H400 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi. Akkwatiku Kroniku 1 – H410 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema. (* = Din il-klassifikazzjoni għandha titqies bħala klassifikazzjoni minima.) |
TAQSIMA 7 |
AWTORITÀ NAZZJONALI DEŻINJATA |
Istituzzjoni |
Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent |
Indirizz |
Rue de la Loi 200, B-1049 Brussell, il-Belġju |
Isem il-persuna inkarigata |
Dott. Juergen Helbig |
Pożizzjoni li tokkupa l-persuna inkarigata |
Kap tat-Tim għall-Politika Internazzjonali dwar is-Sustanzi Kimiċi |
Telefown |
32 2 298 85 21 |
Faks |
32 2 296 76 16 |
|
Data, firma f’isem l-awtorità nazzjonali deżinjata u siġill uffiċjali: ___________________________________
IBGĦAT LURA L-FORMOLA MIMLIJA LIL: |
||||||||||
Tel. (+ 39 06) 5705 3441 Faks: (+ 39 06) 5705 6347 Email: pic@pic.int |
JEW |
Tel. (+ 41 22) 917 8177 Faks: (+ 41 22) 917 8082 Email: pic@pic.int |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1736/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)