This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D1651
Council Decision (EU) 2024/1651 of 30 May 2024 on the position to be taken on behalf of the European Union in the International Sugar Council’s Accessions Committee concerning the conditions for accession of the State of Kuwait to the International Sugar Agreement, 1992
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1651 tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Adeżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor li tirrigwarda l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Istat tal-Kuwajt mal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1651 tat-30 ta’ Mejju 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Adeżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor li tirrigwarda l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Istat tal-Kuwajt mal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
ST/9544/2024/INIT
ĠU L, 2024/1651, 7.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1651/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1651 |
7.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1651
tat-30 ta’ Mejju 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Adeżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor li tirrigwarda l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Istat tal-Kuwajt mal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel paragrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993. |
(2) |
Skont l-Artikolu 45(2) tal-Ftehim, il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor (l-“ISC”) jista’ jestendi l-Ftehim għal perjodi suċċessivi, li ma jaqbżux is-sentejn f’kull okkażjoni. Sa mill-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim ġie estiż regolarment. Il-Ftehim ġie estiż l-aħħar fis-27 ta’ Novembru 2023 u jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
(3) |
L-Artikolu 41 tal-Ftehim jipprovdi li l-Ftehim hu miftuħ għall-adeżjoni mill-Gvernijiet tal-Istati kollha f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill- ISC. Fl-ewwel laqgħa tiegħu li saret fl-1993, l-ISC stabbilixxa Kumitat għall-Adeżjonijiet, li ngħata l-kompitu li jikkunsidra l-applikazzjonijiet għall-adeżjoni mal-Ftehim tal-Istati mhux elenkati fl-Anness tiegħu. L-Unjoni hija membru tal-Kumitat għall-Adeżjonijiet. |
(4) |
Il-Gvern tal-Istat tal-Kuwajt esprima formalment l-interess tiegħu li jaderixxi mal-Ftehim. Fid-dawl tal-fatt li l-Istat tal-Kuwajt mhuwiex elenkat fl-Anness tal-Ftehim, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tiegħu. Għalhekk, il-Kumitat għall-Adeżjonijiet huwa mistieden jieħu deċiżjoni, permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza, biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Istat tal-Kuwajt mal-Ftehim. Dawk il-kundizzjonijiet huma l-għadd ta’ voti, il-pagament ta’ kontribuzzjoni annwali, u l-obbligi rigward ir-rappurtar lill-ISC. |
(5) |
L-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Istat tal-Kuwajt skont l-approċċ stabbilit mill-ISC hija fl-interess tal-Unjoni fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Istat tal-Kuwajt bħala importatur reġjonali sinifikanti taz-zokkor u bħala destinazzjoni tal-esportazzjoni stabbilita taz-zokkor prodott fl-Unjoni. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 25(4) tal-Ftehim, meta stat jaderixxi mal-Ftehim wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u ma jkunx elenkat fl-Anness tiegħu, l-ISC għandu jiddeċiedi l-għadd ta’ voti li għandhom jiġu allokati lil dak l-istat,. L-adeżjoni tal-Istat tal-Kuwajt mal-Ftehim għalhekk se taffettwa l-bilanċ tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-l-ISC. |
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat għall-Adeżjonijiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat għall-Adeżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun li jiġu approvati l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Istat tal-Kuwajt mal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 (il-“Ftehim”), u li jiġi żgurat li l-għadd ta’ voti li għandu jiġi allokat lill-Istat tal-Kuwajt jiġi kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 25(4) tal-Ftehim.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha..
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE tat-13 ta’ Novembru 1992 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 (ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1651/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)