Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2904

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2904 tal-25 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni

    C/2023/7112

    ĠU L, 2023/2904, 29.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2904/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2904/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2904

    29.12.2023

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2904

    tal-25 ta’ Ottubru 2023

    li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha, Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 (2) jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali, operazzjonali u ta’ manutenzjoni li jikkonċernaw ir-Reġistru tal-Unjoni previst fid-Direttiva 2003/87/KE u japplika għal kwoti maħluqa għall-finijiet tal-Iskema tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (EU ETS).

    (2)

    Id-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata biex mill-2024 tinkludi emissjonijiet mit-trasport marittimu fl-EU ETS. Għalhekk, il-kumpaniji tat-tbaħħir se jkunu soġġetti għal rekwiżit li jċedu l-kwoti tal-emissjonijiet li jikkorrispondu għal ċertu sehem tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom, li se jiżdied gradwalment sal-2026. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-ftuħ u għall-għeluq ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ operaturi marittimi minn kumpaniji tat-tbaħħir. Ġew introdotti diversi derogi mir-rekwiżit ta’ ċediment li japplikaw għall-emissjonijiet tat-trasport marittimu. Jenħtieġ li dawn jiġu riflessi fil-kalkolu taċ-ċifra tal-istatus ta’ konformità għall-kumpaniji tat-tbaħħir.

    (3)

    Id-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata wkoll biex mill-2027 tinkludi sistema separata iżda parallela għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet li għandha tiġi applikata għall-fjuwils użati għall-kombustjoni fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq kif ukoll f’setturi addizzjonali ta’ attivitajiet industrijali mhux koperti mill-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-kontijiet ta’ depożitu u għaċ-ċediment ta’ kwoti fir-rigward ta’ entitajiet regolati li jwettqu attività msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE. Peress li s-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għadha separata mis-sistema eżistenti għall-installazzjonijiet stazzjonarji u l-avjazzjoni, jenħtieġ li din id-distinzjoni tiġi riflessa fir-rigward tal-kwoti maħruġa għas-setturi kkonċernati fir-Reġistru tal-Unjoni.

    (4)

    Jenħtieġ li jiġu riflessi d-dati l-ġodda ta’ konformità biex l-operaturi jċedu l-kwoti stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, jenħtieġ li d-data ta’ konformità għall-installazzjonijiet stazzjonarji u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru tinbidel għat-30 ta’ Settembru. Id-dati ta’ konformità għall-operaturi marittimi u għall-entitajiet regolati jenħtieġ li jinbidlu wkoll għat-30 ta’ Settembru u għall-31 ta’ Mejju rispettivament.

    (5)

    Jeħtieġ ukoll li jitħassru r-referenzi għad-dispożizzjonijiet legali li tneħħew mid-Direttiva 2003/87/KE u li jiġu indirizzati ċerti ħtiġijiet ta’ simplifikazzjoni li rriżultaw mill-esperjenza tal-passat. Ir-regoli dwar ir-ritorn tal-allokazzjonijiet żejda jenħtieġ li jiġu aġġornati sabiex tali tranżazzjoni tkun tista’ ssir minn kontijiet imblokkati. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-kumpanija omm u sussidjarja tkun fil-livell tad-detentur tal-kont u mhux fil-livell tal-kumpanija.

    (6)

    Jenħtieġ li jiġi stabbilit tip ta’ kont ġdid għal gvernijiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu f’arranġament mhux vinkolanti mal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE. Jenħtieġ li dan it-tip ta’ kont ġdid jippermetti lil dawk il-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi jħassru l-kwoti miksuba fis-suq tal-Unjoni.

    (7)

    Ġiet introdotta dispożizzjoni fid-Direttiva 2003/87/KE li tagħti lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru l-possibbiltà li teżenta lil entità regolata li hija soġġetta għat-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju mill-obbligu li ċċedi l-kwoti. Jenħtieġ li jiġi stabbilit tip ta’ kont ġdid għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà. Għalhekk, jenħtieġ li Stat Membru jitħalla jħassar kwoti relatati mal-fjuwils użati għall-kombustjoni fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u f’setturi addizzjonali, fejn il-volumi tal-irkant tiegħu jkunu taħt l-ammont ta’ kwoti li jridu jiġu kkanċellati.

    (8)

    Mill-1 ta’ Jannar 2025, il-kwoti ġenerali għandhom jinħarġu wkoll għas-settur tal-avjazzjoni, permezz ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas u rkantar, u b’hekk ikopru l-emissjonijiet mis-setturi stazzjonarji, marittimi u tal-avjazzjoni. Madankollu, sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel u ċertezza legali għall-utenti, jenħtieġ li l-kwoti tal-avjazzjoni maħruġa qabel tmiem l-2024 jibqgħu fil-kontijiet u fiċ-ċirkolazzjoni.

    (9)

    Sabiex tittejjeb it-trasparenza, u jittejjeb il-monitoraġġ tas-suq, ta’ tranżazzjonijiet purament bilaterali barra l-Borża ta’ kwoti tal-emissjonijiet, jenħtieġ li dawk it-tranżazzjonijiet jiġu mmarkati sistematikament fir-Reġistru tal-Unjoni. Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi fid-data, it-terminu tranżazzjonijiet bilaterali għandu jkollu l-istess tifsira bħal fl-oqfsa ta’ rapportar finanzjarju rilevanti. Barra minn hekk, sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data disponibbli għar-regolaturi tas-suq għall-hekk imsejjaħ suq spot tal-kwoti ta’ emissjoni, jenħtieġ li dawk ir-regolaturi tas-suq jitħallew jitolbu aċċess għad-data mir-Reġistru tal-Unjoni f’intervalli regolari skont il-ħtiġijiet ta’ monitoraġġ tagħhom.

    (10)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 jiġi emendat skont dan.

    (11)

    Sabiex il-parteċipanti fis-suq jingħataw żmien biex jadattaw għall-fużjoni tal-kwoti ġenerali u tal-avjazzjoni u biex tiġi evitata l-inċertezza legali dwar l-użu u l-validità tal-kwoti fis-sena 2024, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-fużjoni ta’ kwoti ġenerali u kwoti tal-avjazzjoni jenħtieġ li tiġi differita.

    (12)

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni f’waqtha tal-EU ETS għall-operaturi marittimi mill-1 ta’ Jannar 2024, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (13)

    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta’ Settembru 2023,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punti (6), (7) u (8) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(6)

    “verifikatur” tfisser:

    (a)

    fil-każ ta’ installazzjonijiet stazzjonarji, ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru u ta’ entitajiet regolati, verifikatur kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (*1);

    (b)

    fil-każ tat-trasport marittimu, verifikatur kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

    (7)

    “kwoti tal-avjazzjoni” tfisser kwoti maħluqa skont l-Artikoli 3c u 3d tad-Direttiva 2003/87/KE li nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2025 u kwoti, maħluqa għall-istess skop, li jirriżultaw mis-sistemi ta’ skambju tal-emissjonijiet li huma marbuta mal-EU ETS skont l-Artikolu 25 ta’ dik id-Direttiva;

    (8)

    “kwoti ġenerali” tfisser kwoti maħluqa skont il-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE, inklużi kwoti li jirriżultaw mis-sistemi ta’ skambju tal-emissjonijiet li huma marbuta mal-EU ETS skont l-Artikolu 25 ta’ dik id-Direttiva, u kwoti maħluqa skont l-Artikoli 3c u 3d ta’ dik id-Direttiva li nħarġu wara l-1 ta’ Jannar 2025;

    (*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94)."

    (*2)  Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).”;"

    (b)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(8a)

    “kwoti ta’ entità regolata” tfisser kwoti maħluqa skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE”;

    (c)

    il-punt (13) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(13)

    “ċediment” tfisser il-kontabilità ta’ kwota minn installazzjoni stazzjonarja, minn operatur ta’ inġenji tal-ajru, minn kumpanija tat-tbaħħir jew minn entità regolata fil-konfront tal-emissjonijiet ivverifikati tal-installazzjoni, tal-inġenju tal-ajru jew tal-bastiment tagħha jew tal-fjuwil rilaxxat għall-konsum;”;

    (d)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(25)

    “kontijiet ta’ operatur” tfisser kontijiet ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja, kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru, kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur marittimu u kontijiet ta’ depożitu ta’ entità regolata;

    (26)

    “operaturi” tfisser installazzjonijiet stazzjonarji, operaturi tal-inġenji tal-ajru, kumpaniji tat-tbaħħir u entitajiet regolati”.

    (2)

    L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “5.   Malli installazzjoni tkun eskluża mill-ETS tal-UE skont l-Artikoli 27 jew 27a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur nazzjonali għandu jissettja l-kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja korrispondenti għal status eskluż għad-durata tal-esklużjoni.”

    ;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “6a.   Meta entità regolata tkun eżentata mill-obbligu ta’ ċediment tal-kwoti f’konformità mal-Artikolu 30e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur nazzjonali għandu jistabbilixxi l-kont ta’ depożitu ta’ entità regolata korrispondenti għall-istatus eskluż għad-durata tal-eżenzjoni.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 7, “fl-Artikoli 22 u 57” hija sostitwita b’“fl-Artikolu 22, l-Artikolu 48(4), l-Artikolu 50(6) u (8), l-Artikolu 55(2) u (3) u l-Artikolu 57”;

    (3)

    l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 14

    Ftuħ ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja fir-Reġistru tal-Unjoni

    1.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta’ permess għal emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-awtorità kompetenti rilevanti jew l-installazzjoni stazzjonarja għandhom jagħtu lill-amministratur nazzjonali rilevanti l-informazzjoni stipulata fl-Anness VI u għandhom jitolbu lill-amministratur nazzjonali jiftaħ kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja fir-Reġistru tal-Unjoni dment li l-installazzjoni stazzjonarja jkollha obbligu li ċċedi l-kwoti skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/87/KE.

    2.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jiftaħ kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja għal kull installazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni jew jgħarraf lid-detentur ta’ kont prospettiv bir-rifjut tiegħu li jiftaħ il-kont, skont l-Artikolu 19.

    3.   Kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja ġdid jista’ jinfetaħ biss jekk l-installazzjoni ma jkollhiex diġà kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja li nfetaħ abbażi tal-istess permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra.”;

    (4)

    l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkollu mhux aktar minn kont ta’ depożitu ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru wieħed.”

    ;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 5;

    (5)

    jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 15a

    Ftuħ ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur marittimu fir-Reġistru tal-Unjoni

    1.   Fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 3gf(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2003/87/KE, jew, għall-kumpaniji tat-tbaħħir mhux inklużi f’dik il-lista, fi żmien 65 jum tax-xogħol mill-ewwel vjaġġ li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3ga ta’ dik id-Direttiva, il-kumpanija tat-tbaħħir għandha tipprovdi lill-amministratur nazzjonali rilevanti bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness VIIa ta’ dan ir-Regolament u għandha titlob lill-amministratur nazzjonali jiftaħ kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu fir-Reġistru tal-Unjoni.

    2.   Kull kumpanija tat-tbaħħir ma għandux ikollha aktar minn kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu wieħed.

    3.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jiftaħ kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu għal kull kumpanija tat-tbaħħir fir-Reġistru tal-Unjoni jew jgħarraf lid-detentur ta’ kont prospettiv bir-rifjut tiegħu li jiftaħ il-kont, skont l-Artikolu 19.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, għat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u ppreżentati fl-2024, l-iskadenza għall-amministratur nazzjonali biex jiftaħ kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu għandha tkun ta’ 40 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett komplut ta’ informazzjoni.

    Artikolu 15b

    Ftuħ ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ entità regolata fir-Reġistru tal-Unjoni

    1.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta’ permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-entità regolata li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tipprovdi lill-amministratur nazzjonali rilevanti l-informazzjoni elenkata fl-Anness VIIb ta’ dan ir-Regolament u għandha titlob lill-amministratur nazzjonali jiftaħ kont ta’ depożitu ta’ entità regolata fir-Reġistru tal-Unjoni.

    2.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jiftaħ kont ta’ depożitu ta’ entità regolata għal kull entità regolata fir-Reġistru tal-Unjoni jew jgħarraf lid-detentur ta’ kont prospettiv bir-rifjut tiegħu li jiftaħ il-kont, skont l-Artikolu 19.

    3.   Kull entità regolata ma għandux ikollha aktar minn kont ta’ depożitu wieħed ta’ entità regolata.

    4.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu, għat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u ppreżentati fl-2025, l-iskadenza għall-amministratur nazzjonali biex jiftaħ kontijiet ta’ depożitu ta’ entità regolata għandha tkun ta’ 40 jum tax-xogħol mill-wasla ta’ sett komplut ta’ informazzjoni.

    5.   Kont ta’ depożitu ta’ entità regoalta ġdid jista’ jinfetaħ biss jekk l-entità regolata ma jkollhiex diġà kont ta’ depożitu ta’ entità regolata li nfetaħ abbażi tal-istess permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

    6.   Meta l-amministratur nazzjonali jkun diġà kiseb informazzjoni għall-finijiet ta’ miżuri nazzjonali fis-setturi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa jista’ juża din l-informazzjoni għall-fini tal-ftuħ tal-kontijiet ta’ depożitu ta’ entità regolata, dment li l-informazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15b ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 15c

    Il-ftuħ ta’ kontijiet ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti fir-Reġistru tal-Unjoni

    1.   Wara l-iffirmar ta’ arranġament mhux vinkolanti msemmi fl-Artikolu 25(1b) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-gvern tal-pajjiż terz jew l-entità subfederali jew reġjonali tista’ permezz ta’ ittra uffiċjali, titlob lill-amministratur ċentrali jiftaħ kont ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti fir-Reġistru tal-Unjoni.

    2.   Il-pajjiż terz ikkonċernat ma għandux ikollu aktar minn kont ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti wieħed.

    Artikolu 15d

    Ftuħ ta’ kontijiet ta’ tħassir tad-deroga mit-taxxa fir-Reġistru tal-Unjoni

    1.   Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni tal-eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 30e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-applikazzjoni ta’ dik id-deroga, l-Istat Membru kkonċernat għandu, permezz ta’ ittra uffiċjali, jitlob lill-amministratur ċentrali jiftaħ kont ta’ tħassir tad-deroga tat-taxxa fir-Reġistru tal-Unjoni.

    2.   L-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikollu aktar minn kont ta’ tħassir tad-deroga tat-taxxa wieħed.

    3.   Il-kwoti tal-entitajiet regolati biss jistgħu jiġu ttrasferiti għall-kont ta’ tħassir tad-deroga tat-taxxa. Il-kwoti tal-entitajiet regolati miżmuma fil-kont ta’ tħassir tad-deroga tat-taxxa għandhom jitħassru sa tmiem is-sena wara s-sena ta’ referenza f’konformità mal-Artikolu 30e(3), il-punt (g), tad-Direttiva 2003/87/KE.

    4.   Il-kont ta’ tħassir tad-deroga tat-taxxa għandu jintuża biss biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30e(3), il-punt (g), tad-Direttiva 2003/87/KE u l-ammont ta’ kwoti mibgħuta lil dak il-kont fi kwalunkwe sena partikolari ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn l-ammont ta’ kwoti li għad iridu jiġu rkantati fis-sena ta’ referenza wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 30e(3), il-punt (f), ta’ dik id-Direttiva u l-ammont ta’ kwoti li għandhom jiġu kkanċellati skont l-Artikolu 30e(3), il-punt (g), tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

    (6)

    Fl-Artikolu 19(3), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Meta l-amministratur nazzjonali jirrifjuta li jiftaħ kont ta’ operatur f’konformità mal-paragrafu 2, il-kont jista’ jinfetaħ fuq struzzjoni mill-awtorità kompetenti.”;

    (7)

    l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-amministratur dwar il-kont tagħhom fi żmien 10 ijiem tax-xogħol jekk ikunu għaddew minn fużjoni jew qasma.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Mill-inqas darba kull 3 snin, l-amministratur nazzjonali għandu jirrieżamina jekk l-informazzjoni dwar il-kont tkunx għadha kompluta, aġġornata, akkurata u vera, u għandu jitlob li d-detentur ta’ kont jinnotifika kwalunkwe tibdil skont kif ikun xieraq. Għall-kontijiet ta’ operaturi u l-verifikaturi, ir-rieżami għandu jsir mill-inqas darba kull 5 snin. Sal-aħħar jum tax-xahar ta’ wara 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mill-inqas darba fis-sena wara dan, l-amministraturi nazzjonali għandhom jirrieżaminaw il-kontijiet li ma fihomx informazzjoni dwar l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika jew l-istatus taċ-ċentru tan-negozjar jew tal-kontroparti ċentrali msemmija fit-Tabella III-I tal-Anness III.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 7, “l-Artikoli 14, 15 jew 16” hija sostitwita b’“l-Artikoli 14, 15, 15a, 15b jew 16”;

    (d)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “11a.   Jekk l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir tinbidel f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3gf tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jaġġorna lill-amministratur nazzjonali dwar il-kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu korrispondenti. Meta l-amministratur ta’ kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu jinbidel, l-amministratur il-ġdid jista’ jirrikjedi li l-kumpanija tat-tbaħħir tissottometti l-informazzjoni dwar il-ftuħ ta’ kont f’konformità mal-Artikolu 15a u l-informazzjoni dwar ir-rappreżentanti awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 21.”

    ;

    (e)

    il-paragrafu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “12.   Soġġett għall-paragrafi 11 u 11a, l-Istat Membru responsabbli għall-immaniġġar ta’ kont ma għandux jinbidel.”

    ;

    (8)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 24a

    Għeluq ta’ kontijiet ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti

    L-amministratur ċentrali għandu jagħlaq kont ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-arranġament mhux vinkolanti msemmi fl-Artikolu 25(1b) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

    (9)

    l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Għeluq ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja ”;

    (b)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-amministratur nazzjonali jista’ jagħlaq kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:”

    (c)

    fil-paragrafu 2, il-punt c, huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    l-emissjonijiet verifikati kienu ġew irreġistrati għas-snin kollha meta l-installazzjoni stazzjonarja kienet inkluża fl-EU ETS;”;

    (10)

    jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 26a

    Għeluq ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur marittimu

    1.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-amministratur nazzjonali fi żmien 10 ijiem tax-xogħol min-notifika mid-detentur ta’ kont jew minn meta jiġi skopert, wara li tiġi eżaminata evidenza oħra, li l-kumpanija tat-tbaħħir ġiet fuża ma’ kumpanija tat-tbaħħir oħra jew li l-kumpanija tat-tbaħħir waqqfet l-operazzjonijiet kollha tagħha koperti mill-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

    2.   L-amministratur nazzjonali jista’ jagħlaq kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    tkun saret notifika skont il-paragrafu 1;

    (b)

    is-sena tal-aħħar emissjoni tkun ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni;

    (c)

    l-emissjonijiet verifikati soġġetti għar-rekwiżiti ta’ ċediment f’konformità mal-Artikoli 3gb u 12 tad-Direttiva 2003/87/KE ġew irreġistrati għas-snin kollha meta l-kumpanija tat-tbaħħir kienet inkluża fl-EU ETS;

    (d)

    il-kumpanija tat-tbaħħir tkun ċediet ammont ta’ kwoti daqs jew akbar mill-emissjonijiet verifikati tagħha soġġett għar-rekwiżiti ta’ ċediment f’konformità mal-Artikoli 3gb u 12 tad-Direttiva 2003/87/KE.

    Artikolu 26b

    Għeluq ta’ kontijiet ta’ depożitu ta’ entità regolata

    1.   Meta l-awtorità kompetenti tirtira permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tirċievi notifika mid-detentur ta’ kont, jew tiskopri wara li teżamina evidenza oħra, li l-entità regolata tkun ġiet fuża f’entità regolata oħra jew tkun waqqfet l-operazzjonijiet kollha tagħha koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE, hija għandha tinnotifika lill-amministratur nazzjonali fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-irtirar, min-notifika mid-detentur tal-kont jew mill-iskoperta, skont kif applikabbli.

    2.   L-amministratur nazzjonali jista’ jagħlaq kont ta’ depożitu ta’ entità regolata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    tkun waslet notifika mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1;

    (b)

    is-sena tal-aħħar emissjoni tkun ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni;

    (c)

    l-emissjonijiet verifikati kienu ġew irreġistrati għas-snin kollha meta l-entità regolata kienet inkluża fl-EU ETS;

    (d)

    l-entità regolata ċediet ammont ta’ kwoti ugwali għal jew akbar mill-emissjonijiet ivverifikati tagħha.”;

    (11)

    l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Fil-każ ta’ kontijiet ta’ operaturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità rilevanti għall-infurzar tal-liġi tista’ tagħti struzzjonijiet lill-amministratur nazzjonali sabiex jissettja għal status imblukkat dawk il-kontijiet li l-aċċess għalihom ikun sospiż, sakemm l-awtorità kompetenti tiddetermina li s-sitwazzjoni li tat lok għas-sospensjoni ma tkunx għadha teżisti.”;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   L-amministratur nazzjonali għandu jagħlaq kont ta’ operatur meta jingħata struzzjoni mingħand l-awtorità kompetenti fuq il-bażi li ma jkun hemm ebda prospett raġonevoli li jiġu ċeduti kwoti ulterjuri jew li jiġu rritornati kwoti żejda.”

    (12)

    fl-Artikolu 30, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “10.   Meta d-detentur ta’ kont ta’ operatur ma jkunux jista’ jċedi fl-10 ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għaċ-ċediment stabbilita fl-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 30e(2), rispettivament, tad-Direttiva 2003/87/KE minħabba sospensjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-amministratur nazzjonali għandu, jekk hekk jintalab mid-detentur tal-kont, iċedi n-numru ta’ kwoti speċifikat mid-detentur tal-kont.”

    ;

    (13)

    l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Data vverifikata dwar l-emissjonijiet għall-operaturi ”;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Kull meta rikjest mil-liġi nazzjonali, kull operatur għandu jagħżel verifikatur mil-lista ta’ verifikaturi reġistrati mal-amministratur nazzjonali li jamministra l-kont tiegħu.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Malli ssir verifika sodisfaċenti f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE ta’ rapport ta’ operatur dwar l-emissjonijiet minn installazzjoni matul sena preċedenti, jew ta’ rapport ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru dwar l-emissjonijiet mill-attivitajiet kollha tal-avjazzjoni li huwa jkun wettaq matul sena preċedenti, jew ir-rapport ta’ entità regolata dwar l-emissjonijiet tagħha matul sena preċedenti, il-verifikatur jew l-awtorità kompetenti għandhom japprovaw id-data dwar l-emissjonijiet annwali.

    Għall-kumpaniji tat-tbaħħir, il-verifikatur jew l-awtorità kompetenti għandhom japprovaw id-data dwar l-emissjonijiet annwali wara verifika sodisfaċenti tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet ta’ kumpanija tat-tbaħħir fil-livell ta’ kumpanija f’konformità mal-Artikolu 3ge ta’ dik id-Direttiva. Għall-entitajiet regolati, il-verifikatur jew l-awtorità kompetenti għandhom japprovaw id-data dwar l-emissjonijiet annwali wara verifika sodisfaċenti f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 5, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-emissjonijiet approvati kollha għandhom jiġu mmarkati vverifikati sal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 32.”;

    (e)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali biex jikkoreġi l-emissjonijiet annwali verifikati għal kwalunkwe operatur biex tkun żgurata l-konformità mal-Artikoli 3gd, 3ge, 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, billi jdaħħal l-emissjonijiet verifikati jew stmati kkoreġuti għal dak l-operatur għal sena partikolari fir-Reġistru tal-Unjoni.”

    ;

    (f)

    il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Meta, fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, ebda ċifra tal-emissjonijiet verifikati ma tkun ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni għal installazzjoni stazzjonarja jew għal operatur ta’ inġenju tal-ajru għal sena preċedenti jew ikun intwera bil-provi li ċ-ċifra tal-emissjonijiet verifikati tkun skorretta, kwalunkwe stima sostituta ta’ ċifra tal-emissjonijiet imdaħħla fir-Reġistru tal-Unjoni għandha tiġi kkalkulata sal-eqreb ċifra possibbli f’konformità mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

    (ii)

    jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Meta, fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, ebda ċifra tal-emissjonijiet verifikati ma tkun irreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni għal kumpanija tat-tbaħħir għal sena preċedenti, jew iċ-ċifra tal-emissjonijiet verifikati tkun ġiet ipprovata bħala skorretta, kull stima sostituta ta’ ċifra tal-emissjonijiet imdaħħla fir-Reġistru tal-Unjoni għandha tkun ikkalkulata sal-eqreb ċifra possibbli f’konformità mal-Artikoli 3gd u 3ge tad-Direttiva 2003/87/KE.

    Meta, fl-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-ebda ċifra tal-emissjonijiet verifikati ma tkun irreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni għal entità regolata għal sena preċedenti jew ikun intwera bil-provi li ċ-ċifra tal-emissjonijiet verifikati tkun skorretta, kull stima sostituta ta’ ċifra tal-emissjonijiet imdaħħla fir-Reġistru tal-Unjoni għandha tkun ikkalkulata sal-eqreb ċifra possibbli f’konformità mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

    (14)

    l-Artikolu 32 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 32

    Imblokkar ta’ kontijiet minħabba nuqqas ta’ sottomissjoni tal-emissjonijiet ivverifikati

    1.   Jekk, fl-1 ta’ April ta’ kull sena, l-emissjonijiet annwali għas-sena preċedenti ta’ installazzjoni stazzjonarja, operatur tal-inġenji tal-ajru jew kumpanija tat-tbaħħir, jew, fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-emissjonijiet annwali li jikkorrispondu għall-ammont ta’ fjuwil rilaxxat għall-konsum għas-sena preċedenti minn entità regolata, ma jkunux iddaħħlu u ma jkunux ġew immarkati bħala “vverifikati” fir-Reġistru tal-Unjoni, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jistabbilixxi l-kont ta’ operatur korrispondenti għal status blukkat.

    2.   Meta l-emissjonijiet ivverifikati kollha ta’ operatur għal dik is-sena, li jkunu għadhom ma daħlux, ikunu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Unjoni, l-amminsitratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jqiegħed il-kont ta’ operatur korrispondenti fi stat miftuħ.”;

    (15)

    l-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, ir-Reġistru tal-Unjoni jindika l-figura tal-istatus ta’ konformità għas-sena preċedenti għal kull kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja, kont ta’ depożitu ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru u kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu li ma jkunx fi status magħluq billi jikkalkula t-total tal-kwoti kollha ċeduti għall-perjodu kurrenti li minnu jitnaqqas it-total tal-emissjonijiet verifikati kollha fil-perjodu kurrenti u inkluża s-sena preċedenti, biż-żieda ta’ fattur ta’ korrezzjoni.”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu, “l-Artikoli 25 u 26” hija sostitwita b’“l-Artikoli 25, 26, 26a u 26b”;

    (b)

    jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “1a.   Għall-perjodu mill-2024 sal-2030, id-derogi skont l-Artikolu 12(3-e) sa 12(3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-istatus ta’ konformità għall-kumpaniji tat-tbaħħir.

    1b.   Għall-2024 u għall-2025, ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3gb tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-istatus ta’ konformità għall-kumpaniji tat-tbaħħir.

    1c.   Mill-2026, l-emissjonijiet verifikati tal-kumpaniji tat-tbaħħir għandhom jinkludu wkoll il-metan u l-ossidu nitruż.”

    ;

    (16)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 33a

    Kalkolu tal-figuri tal-istatus ta’ konformità għall-entitajiet regolati

    1.   Mill-2028, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li fl-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, ir-Reġistru tal-Unjoni jindika l-figura tal-istatus ta’ konformità għas-sena preċedenti għal kull entità regolata b’kont ta’ depożitu ta’ entità regolata li ma jkunx fi status magħluq. Dan għandu jsir billi tiġi kkalkulata s-somma tal-kwoti kollha ċeduti għall-perjodu kurrenti wara li titnaqqas is-somma tal-emissjonijiet verifikati kollha li jikkorrispondu għall-fjuwil rilaxxat għall-konsum tagħhom fil-perjodu kurrenti u inkluża s-sena preċedenti. Il-figura tal-istatus ta’ konformità ma għandhiex tiġi kkalkulata għall-kontijiet li kellhom il-figura tal-istatus ta’ konformità preċedenti tagħhom żero jew pożittiva u s-sena tal-aħħar emissjonijiet ġiet iffissata għal sena qabel is-sena preċedenti.

    2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jikkalkula l-figura tal-istatus ta’ konformità qabel l-għeluq tal-kont skont l-Artikolu 26b.

    3.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jirreġistra l-figura tal-istatus ta’ konformità għal kull entità regolata għal kull sena.”;

    (17)

    fl-Artikolu 36, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   Il-kwoti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE ma għandhomx ikunu funġibbli mal-kwoti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli II u III ta’ dik id-Direttiva. Il-kwoti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE ma għandhomx jinżammu f’kontijiet ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja, f’kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru, f’kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur marittimu jew f’kontijiet ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti.”

    ;

    (18)

    l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-amministratur ċentrali jista’ joħloq Kont ta’ Kwantità Totali tal-UE, Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE, Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-UE, Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-Avjazzjoni tal-UE, Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-UE, Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-Avjazzjoni tal-UE, u Kont ta’ Kwantità Totali ta’ Entità Regolata tal-UE u Kont tal-Bejgħ bl-Irkant ta’ Entità Regolata tal-UE, kif xieraq, u għandu joħloq jew jikkanċella l-kontijiet u l-kwoti kif isir neċessarju fid-dawl tal-atti tal-Unjoni, inkluż kif jista’ jkun meħtieġ mid-Direttiva 2003/87/KE jew mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 2 tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Il-kwoti ta’ entità regolata għandhom ikunu jistgħu jiġu distinti f’kull mument mill-kwoti ġenerali.”;

    (19)

    l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Trasferiment ta’ kwoti ġenerali għal installazzjonijiet stazzjonarji u għal operaturi marittimi li għandhom jiġu rkantati ”;

    (b)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b’mod puntwali, f’isem l-Istat Membru rkantatur rilevanti, kif ukoll għall-fond ta’ innovazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-fond ta’ modernizzazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), u għall-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), kif irrappreżentat mill-irkantatur tiegħu maħtur f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, kwoti ġenerali għall-installazzjonijiet stazzjonarji u l-operaturi marittimi mill-Kont ta’ Kwantità Totali tal-UE għall-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għall-volumi annwali ddeterminati skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

    (*3)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1)"

    (*4)  Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1).”;"

    (20)

    l-Artikolu 39 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 39

    Trasferiment ta’ kwoti ġenerali għall-installazzjonijiet stazzjonarji li għandhom jiġu allokati bla ħlas

    L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b’mod f’waqtu, il-kwoti ġenerali għall-installazzjonijiet stazzjonarji mill-Kont ta’ Kwantità Totali tal-UE għall-Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għat-total tal-kwoti allokati bla ħlas skont it-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru.”;

    (21)

    l-Artikolu 40 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 40

    Trasferiment ta’ kwoti ġenerali għall-avjazzjoni biex jinbiegħu bi rkant

    1.   L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b’mod f’waqtu, f’isem l-Istat Membru rkantatur rilevanti kif irrappreżentat mill-irkantatur tiegħu maħtur f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-kwoti ġenerali għall-avjazzjoni mill-Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għall-volumi annwali ddeterminati skont dak ir-Regolament.

    2.   F’każ ta’ aġġustamenti tal-volumi annwali tal-kwoti f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi kwantità korrispondenti ta’ kwoti ġenerali mill-Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE, jew mill-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE, skont il-każ.”;

    (22)

    l-Artikolu 41 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 41

    Trasferiment ta’ kwoti ġenerali li għandhom jiġu allokati bla ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru

    L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b’mod f’waqtu, il-kwoti ġenerali mill-Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-Avjazzjoni tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għat-total tal-kwoti allokati bla ħlas skont it-tabelli ta’ allokazzjonijiet nazzjonali tal-avjazzjoni ta’ kull Stat Membru.”;

    (23)

    L-Artikolu 42 jitħassar;

    (24)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 42a

    Trasferiment ta’ kwoti ta’ entità regolata li għandhom jinbiegħu bi rkant

    1.   L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b’mod f’waqtu, f’isem l-Istat Membru rkantatur rilevanti u għall-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955, kif irrappreżentant mill-irkantatur tiegħu maħtur f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-kwoti tal-entità regolata mill-Kont ta’ Kwantità Totali ta’ Entità Regolata tal-UE għall-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant ta’ Entità Regolata tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għall-volumi annwali ddeterminati skont l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

    2.   F’każ ta’ aġġustamenti għall-volumi annwali ta’ kwoti f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi kwantità korrispondenti ta’ kwoti tal-entità regolata mill-Kont ta’ Kwantità Totali ta’ Entità Regolata tal-UE għall-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant ta’ Entità Regolata tal-UE, jew mill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant ta’ Entità Regolata tal-UE għall-Kont ta’ Kwantità Totali ta’ Entità Regolata tal-UE, skont il-każ.”;

    (25)

    Jitħassru l-Artikoli 44 u 45;

    (26)

    l-Artikolu 48 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 48

    Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti ġenerali

    “1.   L-amministratur nazzjonali għandu jindika fit-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għal kull installazzjoni stazzjonarja, għal kull sena u għal kull bażi legali stabbilit fl-Anness X, jekk jenħtieġx li installazzjoni tirċievi allokazzjoni għal dik is-sena jew le.

    2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi l-kwoti ġenerali għall-installazzjonijiet stazzjonarji awtomatikament mill-Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-UE f’konformità mat-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali rilevanti għall-kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja rilevanti miftuħ bl-istatus tal-konformità A, kif stabbilit fit-Tabella XIV-I tal-Anness XIII, jew għall-kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja rilevanti mblukkat, wara li jitqiesu l-modalitajiet tat-trasferiment awtomatiku speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta’ skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

    3.   Meta kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja eskluż ma jirċevix kwoti skont il-paragrafu 2, il-kwoti għas-snin ta’ esklużjoni ma għandhomx jiġu ttrasferiti għall-kont, jekk ikun issettjat għal status “miftuħ” għas-snin sussegwenti.

    4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li installazzjoni stazzjonarja tkun tista’ twettaq trasferimenti li jroddu lura l-kwoti żejda lill-Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-UE, meta t-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali ta’ Stat Membru tkun inbidlet skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi kkoreġuta allokazzjoni żejda ta’ kwoti lill-installazzjoni stazzjonarja, u l-awtorità kompetenti tkun talbet lill-installazzjoni stazzjonarja trodd lura tali kwoti żejda.

    5.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex jittrasferixxi l-kwoti żejda li jiġu rritornati għall-Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-UE meta l-allokazzjoni żejda tal-kwoti tkun konsegwenza tal-allokazzjoni wara li installazzjoni stazzjonarja tkun waqqfet l-attivitajiet imwettqa fl-installazzjoni li magħhom tkun relatata l-allokazzjoni, mingħajr ma tkun għarrfet lill-awtorità kompetenti. ”;

    (27)

    fl-Artikolu 49, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex jagħmel il-bidliet korrispondenti fit-tabelli ta’ allokazzjonijiet nazzjonali tal-avjazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni jekk iqis li l-bidla fit-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali tal-avjazzjoni hija konformi mad-Direttiva 2003/87/KE. Inkella, għandha tirrifjuta t-tibdiliet f’perjodu raġjonevoli u tgħarraf lill-Istat Membru mingħajr dewmien, filwaqt li tagħti r-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati biex tiġi aċċettata notifika sussegwenti.”

    ;

    (28)

    L-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru”;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi kwoti tal-avjazzjoni, u mill-1 ta’ Jannar 2025 kwoti ġenerali, awtomatikament mill-Kont ta’ Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE għall-kont ta’ depożitu miftuħ rilevanti tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru bi status ta’ konformità A, kif stabbilit fit-Tabella XIV-I tal-Anness XIII, jew għall-kont ta’ depożitu mblukkat rilevanti tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru f’konformità mat-tabella ta’ allokazzjonijiet rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-modalitajiet tat-trasferiment awtomatiku speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tal-iskambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   Meta jkun hemm fis-seħħ ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun jirrikjedi t-trasferiment tal-kwoti tal-avjazzjoni lil kontijiet ta’ depożitu ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru fir-reġistru ta’ sistema oħra għall-iskambju ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-amministratur ċentrali, f’kooperazzjoni mal-amministratur tar-reġistru l-ieħor, għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi dawk il-kwoti ġenerali mill-Kont ta’ Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE għall-kontijiet korrispondenti fir-reġistru l-ieħor.”

    ;

    (d)

    jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

    “8.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti struzzjonijiet lill-amministratur nazzjonali biex jittrasferixxi l-kwoti żejda ritornati għall-Kont ta’ Allokazzjonijiet tal-UE meta l-allokazzjoni żejda ta’ kwoti tkun il-konsegwenza ta’ allokazzjoni annwali maħruġa għal sena li għaliha l-kont ta’ depożitu ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru jkun sussegwentement inbidel għal status eskluż.”

    ;

    (29)

    fl-Artikolu 51, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Ritorn ta’ kwoti mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru ”;

    (30)

    l-Artikolu 52(1) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Is-sistema ta’ saldu jew is-sistema ta’ kklerjar imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tipprovdi tabella tal-irkant waħda għal kull sena kalendarja għall-irkantar ta’ kwoti ġenerali, u għall-irkantar ta’ kwoti tal-avjazzjoni fil-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024, u għandha tiżgura li t-tabella tal-irkant tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XII.”;

    (b)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Is-sistema ta’ saldu jew is-sistema ta’ kklerjar imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tipprovdi tabella tal-irkant waħda għal kull sena kalendarja għall-irkantar ta’ kwoti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, u għandha tiżgura li t-tabella tal-irkant tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XII.”;

    (31)

    l-Artikolu 54 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 54

    Rkantar ta’ kwoti

    1.   Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali, b’mod puntwali, biex jittrasferixxi, fuq talba tal-Istat Membru rkantatur u fir-rigward tal-fond ta’ Innovazzjoni, il-fond ta’ Modernizzazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jew il-Fond Soċjali għall-Klima, kif irrappreżentat mill-irkantatur tiegħu maħtur f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, dan li ġej għall-kont ta’ kunsinna ta’ kollateral ta’ rkant rilevanti f’konformità mat-tabella tal-irkant rilevanti:

    (a)

    il-kwoti ġenerali mill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant tal-UE;

    (b)

    sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant tal-Avjazzjoni tal-UE;

    (c)

    mill-1 ta’ Jannar 2025, il-kwoti ġenerali għall-avjazzjoni mill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant tal-Avjazzjoni tal-UE;

    (d)

    mill-1 ta’ Jannar 2027, il-kwoti ta’ entitajiet regolati mill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant ta’ Entità Regolata tal-UE.

    2.   Id-detentur tal-kont tal-kont għall-kunsinna tal-kollaterali ta’ rkant rilevanti għandu jiżgura t-trasferiment tal-kwoti rkantati lill-offerenti rebbieħa jew lis-suċċessuri tagħhom fit-titolu f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

    3.   Ir-rappreżentant awtorizzat ta’ kont għall-kunsinna tal-kollaterali ta’ rkant jista’ jkun meħtieġ jittrasferixxi kwalunkwe kwota li ma ġietx ikkunsinnata mill-kont għall-kunsinna tal-kollaterali ta’ rkant lill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant tal-UE, lill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE jew lill-Kont tal-Bejgħ bl-Irkant ta’ Entità Regolata tal-UE rispettivament.”;

    (32)

    fl-Artikolu 55, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “2.   Il-kontijiet tal-operaturi jistgħu jittrasferixxu biss kwoti għal kont fil-lista ta’ kontijiet ta’ fiduċja stabbilita skont l-Artikolu 23.

    3.   Id-detenturi tal-kontijiet tal-operaturi jistgħu jiddeċiedu li t-trasferimenti huma possibbli mill-kont tagħhom għal kontijiet li mhumiex fil-lista ta’ kontijiet ta’ fiduċja stabbilita skont l-Artikolu 23. Id-detenturi tal-kontijiet ta’ operatur jistgħu jirtiraw deċiżjoni bħal din. Id-deċiżjoni u l-irtirar tad-deċiżjoni għandhom jiġu kkomunikati f’dikjarazzjoni debitament iffirmata sottomessa lill-amministratur nazzjonali.

    4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jindika jekk it-trasferiment ikunx jirrappreżenta tranżazzjoni bilaterali. It-trasferiment għandu jitqies bħala tranżazzjoni bilaterali, sakemm dik it-tranżazzjoni ma tkunx ġiet eżegwita permezz tas-sistemi ta’ ċentru tan-negozjar u rrapportata skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5), jew ma tkunx ġiet ikklerjata minn kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

    (*5)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).”;"

    (33)

    l-Artikolu 56(1) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    is-sentenza ta’ introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Operatur għandu jċedi l-kwoti billi jipproponi lir-Reġistru tal-Unjoni li:”;

    (b)

    il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    jittrasferixxi numru speċifikat ta’ kwoti mill-kont rilevanti ta’ operatur għall-Kont ta’ Tħassir tal-Unjoni.”;

    (c)

    il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    jirreġistra n-numru u t-tip ta’ kwoti trasferiti bħala ċeduti għall-emissjonijiet tal-operatur fil-perjodu kurrenti.”;

    (34)

    fl-Artikolu 58(6), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    wara l-irriversjar tat-tranżazzjoni taċ-ċediment, ma jkun hemm l-ebda operatur li jsir mhux konformi minħabba l-irriversjar.”;

    (35)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 59-a

    Tranżazzjonijiet awtorizzati għal kontijiet ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti

    Il-kwoti miżmuma f’kontijiet ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti għandhom jitħassru. Il-kwoti ma għandhomx jiġu ttrasferiti minn kontijiet ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti. Ma għandha tkun possibbli l-ebda tranżazzjoni oħra minn dawk il-kontijiet.”;

    (36)

    fl-Artikolu 68, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “5.   Meta, skont l-Artikolu 53(1), is-sistema ta’ kklerjar tal-pjattaforma tal-irkant tinnotifika lill-Kummissjoni b’emenda għal tabella tal-irkant minħabba l-fatt li l-kwoti għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-amministratur ċentrali għandu jdaħħal dik it-tabella riveduta ta’ rkant notifikata fir-Reġistru tal-Unjoni u ma għandux jittrasferixxi l-kwoti kkonċernati.

    6.   Meta s-sistema ta’ kklerjar tal-pjattaforma tal-irkant rilevanti tonqos milli tinnotifika emenda għal tabella tal-irkant skont il-paragrafu 5, u jekk tali notifika tkun saret mill-irkantatur maħtur f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-amministratur ċentrali għandu jissospendi t-trasferiment tal-kwoti għal dak l-Istat Membru.

    7.   Meta, wara li jinħatar irkantatur ġdid f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, is-sistema ta’ kklerjar tal-pjattaforma tal-irkant tinnotifika lill-Kummissjoni b’emenda għal tabella tal-irkant rigward l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-irkantatur il-ġdid, l-amministratur ċentrali għandu jdaħħal it-tabella riveduta tal-irkant fir-Reġistru tal-Unjoni u għandu jittrasferixxi l-kwoti f’isem l-irkantatur il-ġdid għall-kont għall-kunsinna tal-kollaterali ta’ rkant tas-sistema ta’ kklerjar tal-pjattaforma rilevanti tal-irkant.

    8.   Ħlief meta rkant ikun ġie kkanċellat f’konformità mal-Artikolu 7(5) jew (6) jew mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-amministratur ċentrali għandu jissospendi t-trasferiment ta’ kwoti kif speċifikat fit-tabella tal-irkant rispettiva mdaħħla fir-Reġistru tal-Unjoni fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (a)

    il-pjattaforma rilevanti tal-irkant ma tkunx tista’ twettaq l-irkantijiet skont l-Artikolu 27(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010;

    (b)

    ir-rikavati tal-irkant meħtieġa ġġenerati skont l-Artikolu 10a(9), l-Artikolu 10e u l-Artikolu 30d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE jkunu ntlaħqu.

    Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-sistema ta’ kklerjar tal-pjattaforma tal-irkant għandha tissottometti, bl-akbar urġenza, it-tabella riveduta tal-irkant lill-amministratur ċentrali, li għandu jdaħħalha fir-Reġistru tal-Unjoni.”

    ;

    (37)

    fl-Artikolu 80 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 għandhom jirċievu, fuq talba lill-amministratur ċentrali jekk u sakemm tali talbiet ikunu ġġustifikati u neċessarji għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, id-data maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni f’intervalli regolari ddeterminati f’konsultazzjoni mal-amministratur ċentrali.”

    ;

    (38)

    l-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (39)

    l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (40)

    l-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

    (41)

    jiddaħħal Anness VIIa ġdid, kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

    (42)

    jiddaħħal Anness VIIb ġdid, kif stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

    (43)

    l-Anness IX huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament;

    (44)

    l-Anness XIII huwa emendat f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1, il-punti (21), (22), (25) u (28)(c), għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025 u l-Artikolu 1, il-punt (30)(b), għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


    ANNESS I

    “ANNESS I

    Tabella I-I

    Tipi ta’ kontijiet u tipi ta’ unitajiet li jistgħu jinżammu f’kull tip ta’ kont

    Isem it-tip ta’ kont

    Detentur tal-kont

    Amministratur tal-kont

    Għadd ta’ kontijiet ta’ dan it-tip

    Kwoti

    Unitajiet mill-ETS marbuta skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE

    Kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE

    Kwoti ġenerali

    Kwoti tal-avjazzjoni

    I.

    Kontijiet ta’ ġestjoni tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni

    Kont ta’ Kwantità Totali tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Le

    Le

    Le

    Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Iva

    Le

    Le

    Kont ta’ Kwantità Totali ta’ Entità Regolata tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Le

    Le

    Le

    Iva

    Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Le

    Le

    Le

    Kont tal-Bejgħ bl-Irkant ta’ Entità Regolata tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Le

    Le

    Le

    Iva

    Kont ta’ gvern ta’ pajjiż terz għat-tħassir tal-kwoti

    Gvern ta’ pajjiż terz

    Amministratur Ċentrali

    Wieħed għal kull gvern ta’ pajjiż terz involut f’arranġament mhux vinkolanti mal-UE

    Iva

    Iva

    Le

    Le

    Kont ta’ tħassir tad-deroga mit-taxxa

    Stat Membru

    Amministratur Ċentrali

    Wieħed għal kull Stat Membru li juża d-deroga skont l-Artikolu 30e(3) tad-Direttiva dwar l-ETS

    Le

    Le

    Le

    Iva

    Kont ta’ Allokazzjoni tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Le

    Le

    Le

    Kont tal-Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Iva

    Le

    Le

    Kont ta’ Kwoti għall-Avjazzjoni tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Iva

    Le

    Le

    Kont ta’ Tħassir tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Iva

    Iva

    Iva

    Kont għall-kunsinna tal-kollaterali ta' rkant

    Irkantatur, Pjattaforma tal-Irkant, Sistema tal-Ikklerjar jew Sistema tas-Saldu

    amministratur nazzjonali li fetaħ il-kont

    wieħed jew iktar għal kull pjattaforma tal-irkant

    Iva

    Iva

    Le

    iva

    II.

    Kontijiet ta’ depożitu tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni

    Kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja

    Operatur

    amministratur nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinstab l-installazzjoni

    wieħed għal kull installazzjoni

    Iva

    Iva

    Iva

    Le

    Kont ta’ depożitu ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru

    Operatur tal-inġenji tal-ajru

    amministratur nazzjonali tal-Istat Membru li jamministra l-operatur tal-inġenji tal-ajru

    wieħed għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru

    Iva

    Iva

    Iva

    Le

    Kont ta’ depożitu nazzjonali

    Stat Membru

    amministratur nazzjonali tal-Istat Membru detentur tal-kont

    wieħed jew aktar għal kull Stat Membru

    Iva

    Iva

    Iva

    Iva

    Kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu

    Operatur

    l-amministratur nazzjonali tal-Istat Membru jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 3gf tad-Direttiva 2003/87/KE

    wieħed għal kull kumpanija tat-tbaħħir

    Iva

    Iva

    Iva

    Le

    Kont ta’ depożitu ta’ Entità Regolata

    Entità regolata

    amministratur nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinstab l-entità regolata

    wieħed għal kull entità regolata

    Le

    Le

    Le

    Iva

    III.

    Kontijiet ta’ negozjar tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni

    Kont ta’ negozjar

    Persuna

    amministratur nazzjonali jew amministratur ċentrali li fetaħ il-kont

    kif approvat

    Iva

    Iva

    Iva

    Iva


    Tabella I-II

    Kontijiet għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ kontabilità skont it-Titolu IIA

    Isem it-tip ta’ kont

    Detentur tal-kont

    Amministratur tal-kont

    Għadd ta’ kontijiet ta’ dan it-tip

    AEA

    Emissjonijiet kontabilizzati/assorbimenti kontabilizzati

    LMU

    MFLFA

    Kont ta’ Kwantità Totali ta’ AEAs tal-ESR tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Le

    Le

    Le

    Kont ta’ Tħassir tal-ESR

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Le

    Iva

    Le

    Kont ta’ Kwantità Totali ta’ AEAs tal-Anness II tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Le

    Le

    Le

    Kont ta’ Riżerva ta’ Sikurezza tal-ESR tal-UE

    UE

    amministratur ċentrali

    1

    Iva

    Le

    Le

    Le

    Kont ta’ Konformità tal-ESR

    Stat Membru

    amministratur ċentrali

    1 għal kull 10 snin ta’ konformità għal kull Stat Membru

    Iva

    Le

    Iva

    Le”

    ANNESS II

    Fl-Anness III għar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122, it-tabella III-I hija emendata kif ġej:

    (1)

    ir-ringiela 21 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “21

    Identifikatur tal-Entità Legali ISO 17442

    M fejn assenjat

    Predefinit

    Iva

    Le

    Iva”

    (2)

    jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

    “22

    Isem l-impriża omm

    M fejn assenjat

    Liberu

    Iva

    Le

    Iva

    23

    Isem l-impriża sussidjarja

    M fejn assenjat

    Liberu

    Iva

    Le

    Iva

    24

    ID tad-detentur ta’ kont tal-impriża omm (mogħtija mir-Reġistru tal-Unjoni)

    M fejn assenjat

    Predefinit

    Iva

    Le

    Le

    25

    Jekk applikabbli, l-isem tal-kumpanija tat-tbaħħir kif irreġistrat f’Thetis MRV(**)

    M fejn assenjat

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    26

    L-istatus taċ-ċentru tan-negozjar f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE jew kontroparti ċentrali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012

    M fejn assenjat

    Għażla

    Iva

    Iva

    Iva”

    (3)

    tiżdied in-nota tat-tabella li ġejja:

    (**)

    Thetis MRV hija s-sistema awtomatizzata ta’ informazzjoni tal-Unjoni imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.
    ”.

    ANNESS III

    L-Anness VI għar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-ftuħ ta’ kont ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja ”;

    (2)

    It-Tabella VI-I hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Tabella VI-I dettalji tal-kont għall-kontijiet ta’ depożitu ta’ installazzjoni stazzjonarja

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Nru tal-Element

    Element tad-dettalji tal-kont

    Mandatorja jew Opzjonali?

    Tip

    Jista’ jiġi aġġornat?

    L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

    Ippubblikat fuq websajt pubblika?

    1

    ID tal-permess

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    2

    Data tad-dħul fis-seħħ tal-permess

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    3

    Isem l-Installazzjoni

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    4

    It-tip ta’ attività tal-installazzjoni

    M

    Għażla

    Iva

    Iva

    Iva

    5

    Indirizz tal-installazzjoni — pajjiż

    M

    Predefinit

    Iva

    Iva

    Iva

    6

    Indirizz tal-installazzjoni — reġjun jew Stat

    O

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    7

    Indirizz tal-installazzjoni — belt

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    8

    Indirizz tal-installazzjoni — kodiċi postali

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    9

    Indirizz tal-installazzjoni — linja 1

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    10

    Indirizz tal-installazzjoni — linja 2

    O

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    11

    Nru tat-telefown tal-installazzjoni 1

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    12

    Nru tat-telefown tal-installazzjoni 2

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    13

    Indirizz tal-posta elettronika tal-installazzjoni

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    14

    Nru ta’ identifikazzjoni EPRTR

    M fejn assenjat

    Liberu

    Iva

    Le

    Iva

    15

    Latitudni

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Iva

    16

    Lonġitudni

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Iva

    17

    Sena tal-ewwel emissjoni

    M

    Liberu

     

     

    Iva”.


    ANNESS IV

    “ANNESS VIIa

    Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-ftuħ ta’ kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu

    1.

    L-informazzjoni stabbilita fit-Tabella III-I tal-Anness III u l-informazzjoni stabbilita fit-Tabelli VIIa-I u VIIa-II ta’ dan l-Anness.

    2.

    Taħt id-data mogħtija skont it-Tabella III-I tal-Anness III, il-kumpanija tat-tbaħħir għandha tingħata bħala d-detentur tal-kont.

    3.

    Meta l-organizzazzjoni jew il-persuna, bħall-maniġer jew in-noleġġatur ta’ bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li tkun assumiet ir-responsabbiltà għat-tħaddim tal-bastiment mingħand sid il-bastiment u li, meta tassumi tali responsabbiltà, tkun qablet li tassumi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u tkun assumiet ukoll ir-responsabbiltà għall-obbligi ta’ konformità mal-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2003/87/KE u l-obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti skont l-Artikoli 3gb u 12 ta’ dik id-Direttiva (“l-obbligi tal-ETS”), dik l-organizzazzjoni jew dik il-persuna għandha tipprovdi dokument li jindika b’mod ċar li tkun ingħatat mandat xieraq mis-sid tal-bastiment biex tikkonforma mal-obbligi tal-ETS.

    4.

    Id-dokument imsemmi fil-punt 3 għandu jiġi ffirmat kemm minn sid il-bastiment kif ukoll mill-organizzazzjoni jew mill-persuna. Jekk dak id-dokument ikun f’lingwa li mhijiex l-Ingliż, għandha tiġi pprovduta traduzzjoni bl-Ingliż. Jekk dak id-dokument ikun kopja, għandu jiġi ċċertifikat bħala kopja vera minn nutar pubbliku jew minn persuna simili oħra speċifikata mill-amministratur nazzjonali. Jekk il-kopja ċċertifikata tinħareġ barra l-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali, il-kopja għandha tkun legalizzata, ħlief fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-legalizzazzjoni ma għandhiex tkun ta’ aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni għall-ftuħ ta’ kont.

    Id-dokument għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-OMI tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat tal-organizzazzjoni jew tal-persuna mogħtija mandat minn sid il-bastiment;

    (b)

    il-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni jew tal-persuna mogħtija mandat minn sid il-bastiment, kif irreġistrat taħt l-Iskema tan-Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpanija u s-Sid Reġistrat tal-OMI;

    (c)

    l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-OMI tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat ta’ sid il-bastiment;

    (d)

    l-informazzjoni li ġejja relatata mal-persuna ta’ kuntatt ta’ sid il-bastiment:

    (i)

    l-ewwel isem,

    (ii)

    il-kunjom,

    (iii)

    it-titolu tal-impjieg,

    (iv)

    l-indirizz tan-negozju,

    (v)

    in-numru tat-telefown tan-negozju,

    (vi)

    l-email tan-negozju;

    (e)

    id-data tal-applikazzjoni tal-mandat minn sid il-bastiment għall-organizzazzjoni jew għall-persuna;

    (f)

    in-numru ta’ identifikazzjoni tal-OMI tal-bastiment ta’ kull bastiment li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat.

    5.

    Fejn il-paragrafu 3 ma japplikax, sid il-bastiment għandu jipprovdi dokument li jelenka l-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tiegħu, kif ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tal-OMI rispettiv tagħhom.

    F’każ ta’ tibdil f’dik il-lista ta’ bastimenti, sid il-bastiment għandu jinforma lill-amministratur nazzjonali fi żmien 20 jum tax-xogħol u jipprovdilu dokument aġġornat, kif ukoll l-isem u n-numru uniku tal-OMI tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat tal-kumpanija tat-tbaħħir il-ġdida għal kull bastiment li ma għadux taħt ir-responsabbiltà ta’ sid il-bastiment.

    6.

    Jekk id-detentur ta’ kont ikun parti minn grupp, huwa għandu jipprovdi dokument li jidentifika b’mod ċar l-istruttura tal-grupp. Jekk dak id-dokument ikun kopja, għandu jiġi ċċertifikat bħala kopja vera minn nutar pubbliku jew minn persuna simili oħra speċifikata mill-amministratur nazzjonali. Jekk il-kopja ċċertifikata tinħareġ barra l-Istat Membru li jitlob kopja, il-kopja għandha tkun legalizzata, ħlief fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-legalizzazzjoni ma għandhiex tkun ta’ aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

    7.

    Jekk persuna ġuridika titlob sabiex tiftaħ kont, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jitolbu għas-sottomissjoni tad-dokumenti addizzjonali li ġejjin:

    (a)

    dokument li jagħti prova tar-reġistrazzjoni tal-entità ġuridika;

    (b)

    dettalji tal-kont tal-bank;

    (c)

    konferma tar-reġistrazzjoni tal-VAT;

    (d)

    l-isem, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju tal-entità ġuridika kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż it-tip ta’ sjieda jew kontroll li qegħdin jeżerċitaw;

    (e)

    kopja tal-istrumenti li jistabbilixxu l-entità ġuridika;

    (f)

    kopja tar-rapport annwali jew tal-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati, jew jekk ma tkun disponibbli ebda dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji bil-bolla tal-uffiċċju tat-taxxa jew tad-direttur finanzjarju.

    8.

    Minflok ma jiksbu dokumenti stampati li jagħtu prova tal-informazzjoni meħtieġa taħt dan l-Anness, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jużaw għodod diġitali sabiex jirkupraw l-informazzjoni rilevanti, sakemm dawn l-għodod ikunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu dik l-informazzjoni.

    Tabella VIIa-I

    dettalji tal-kont għall-kontijiet ta’ depożitu ta’ operatur marittimu

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Nru tal-Element

    Element tad-dettalji tal-kont

    Mandatorja jew Opzjonali?

    Tip

    Jista’ jiġi aġġornat?

    L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

    Ippubblikat fuq websajt pubblika?

    1

    In-numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat tal-IMO tal-kumpanija tat-tbaħħir

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    2

    Tip ta’ kumpanija tat-tbaħħir

    M

    Għażla (2)

    Iva

    Iva

    Iva

    3

    Isem il-kumpanija tat-tbaħħir

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    4

    Pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija tat-tbaħħir (3)

    M

    Predefinit

    Iva

    Iva

    Iva

    5

    Indirizz tal-kumpanija tat-tbaħħir — pajjiż

    M

    Predefinit

    Iva

    Iva

    Iva

    6

    Indirizz tal-kumpanija tat-tbaħħir — reġjun jew stat

    O

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    7

    Indirizz tal-kumpanija tat-tbaħħir — belt

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    8

    Indirizz tal-kumpanija tat-tbaħħir — kodiċi postali

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    9

    Indirizz tal-kumpanija tat-tbaħħir — linja 1

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    10

    Indirizz tal-kumpanija tat-tbaħħir — linja 2

    O

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    11

    Telefown tal-kumpanija tat-tbaħħir 1

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    12

    Telefown tal-kumpanija tat-tbaħħir 2

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    13

    Indirizz tal-posta elettronika tal-kumpanija tat-tbaħħir

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    14

    Sena tal-ewwel emissjoni

    M

    Liberu

     

     

    Iva

    15

    L-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-OMI tal-kumpanija u tas-sid(ien) irreġistrat(i) tal-bastiment(i) li għalihom il-kumpanija tat-tbaħħir tassumi r-responsabbiltà għall-obbligi tal-ETS (jekk applikabbli)

    M fejn assenjat

    Liberu

    Iva

    Iva

    Le

    16

    L-isem u n-numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat tal-OMI tal-persuna/i jew tal-organizzazzjoni(jiet) għajr sid il-bastiment, li tassumi r-responsabbiltajiet imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (jekk applikabbli)

    M fejn assenjat

    Liberu

    Iva

    Iva

    Le

    Tabella VIIa-II

    Dettalji tal-persuna ta’ kuntatt tal-kont ta’ depożitu ta’ operatur marittimu

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Nru tal-Element

    Element tad-dettalji tal-kont

    Mandatorja jew Opzjonali?

    Tip

    Jista’ jiġi aġġornat?

    L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

    Ippubblikat fuq websajt pubblika?

    1

    Isem il-persuna ta’ kuntatt fl-Istat Membru

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    2

    Kunjom il-persuna ta’ kuntatt fl-Istat Membru

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    3

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – pajjiż

    O

    Predefinit

    Iva

    Le

    Le

    4

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt - reġjun jew stat

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    5

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – belt

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    6

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – kodiċi postali

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    7

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – linja 1

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    8

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – linja 2

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    9

    Nru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt 1

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    10

    Nru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt 2

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    11

    Indirizz e-mail tal-persuna ta’ kuntatt

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1).

    (2)   “Sid irreġistrat” jew “Kumpanija ISM distinta mis-sid irreġistrat”.

    (3)  Kif irreġistrat taħt l-Iskema ta’ Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-Kumpanija u s-Sid Reġistrat tal-IMO.


    ANNESS V

    ‘ANNESS VIIb

    Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-ftuħ ta’ kont ta’ depożitu ta’ entità regolata

    1.

    L-informazzjoni mogħtija fit-Tabella III-I tal-Anness III.

    2.

    Taħt id-data mogħtija skont it-Tabella III-I tal-Anness III, l-entità regolata għandha tingħata bħala d-detentur tal-kont. L-isem mogħti għad-detentur tal-kont għandu jkun identiku bħall-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tal-permess rilevanti għall-gassijiet serra.

    3.

    Jekk id-detentur ta’ kont ikun parti minn grupp, huwa għandu jipprovdi dokument li jidentifika b’mod ċar l-istruttura tal-grupp. Jekk dak id-dokument ikun kopja, għandu jiġi ċċertifikat bħala kopja vera minn nutar pubbliku jew minn persuna simili oħra speċifikata mill-amministratur nazzjonali. Jekk il-kopja ċċertifikata tinħareġ barra l-Istat Membru li jitlob kopja, il-kopja għandha tkun legalizzata, ħlief fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-legalizzazzjoni ma għandhiex tkun ta’ aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni għall-ftuħ ta’ kont.

    4.

    L-informazzjoni mogħtija fit-Tabelli VIIb-I u VIIb-II ta’ dan l-Anness.

    5.

    Jekk persuna ġuridika titlob sabiex tiftaħ kont, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jitolbu għas-sottomissjoni tad-dokumenti addizzjonali li ġejjin:

    (a)

    dokument li jagħti prova tar-reġistrazzjoni tal-entità ġuridika;

    (b)

    dettalji tal-kont tal-bank;

    (c)

    konferma tar-reġistrazzjoni tal-VAT;

    (d)

    l-isem, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju tal-entità ġuridika kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż it-tip ta’ sjieda jew kontroll li qegħdin jeżerċitaw;

    (e)

    kopja tal-istrumenti li jistabbilixxu l-entità ġuridika;

    (f)

    kopja tar-rapport annwali jew tal-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati, jew jekk ma tkun disponibbli ebda dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji bil-bolla tal-uffiċċju tat-taxxa jew tad-direttur finanzjarju.

    6.

    Minflok ma jiksbu dokumenti stampati li jagħtu prova tal-informazzjoni meħtieġa taħt dan l-Anness, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jużaw għodod diġitali sabiex jirkupraw l-informazzjoni rilevanti, sakemm dawn l-għodod ikunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu dik l-informazzjoni.

    Tabella VIIb-I

    dettalji tal-kont għall-kontijiet ta’ depożitu ta’ entitajiet regolati

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Nru tal-Element

    Element tad-dettalji tal-kont

    Mandatorja jew Opzjonali?

    Tip

    Jista’ jiġi aġġornat?

    L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

    Ippubblikat fuq websajt pubblika?

    1

    ID tal-permess

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    2

    Data tad-dħul fis-seħħ tal-permess

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    3

    Isem l-entità regolata

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    5

    Indirizz tal-entità regolata — pajjiż

    M

    Predefinit

    Iva

    Iva

    Iva

    6

    Indirizz tal-entità regolata — reġjun jew stat

    O

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    7

    Indirizz tal-entità regolata — belt

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    8

    Indirizz tal-entità regolata — kodiċi postali

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    9

    Indirizz tal-entità regolata — linja 1

    M

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    10

    Indirizz tal-entità regolata — linja 2

    O

    Liberu

    Iva

    Iva

    Iva

    11

    Telefown tal-entità regolata 1

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    12

    Telefown tal-entità regolata 2

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    13

    Indirizz tal-email tal-entità regolata

    M

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    14

    Sena tal-ewwel emissjoni

    M

    Liberu

     

     

    Iva

    Tabella VIIb-II

    Dettalji tal-persuna ta’ kuntatt tal-entità regolata

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Nru tal-Element

    Element tad-dettalji tal-kont

    Mandatorja jew Opzjonali?

    Tip

    Jista’ jiġi aġġornat?

    L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

    Ippubblikat fuq websajt pubblika?

    1

    Isem il-persuna ta’ kuntatt fl-Istat Membru

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    2

    Kunjom il-persuna ta’ kuntatt fl-Istat Membru

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    3

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – pajjiż

    O

    Predefinit

    Iva

    Le

    Le

    4

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt - reġjun jew stat

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    5

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – belt

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    6

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – kodiċi postali

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    7

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – linja 1

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    8

    Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt – linja 2

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    9

    Nru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt 1

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    10

    Nru tat-telefown tal-persuna ta’ kuntatt 2

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le

    11

    Indirizz e-mail tal-persuna ta’ kuntatt

    O

    Liberu

    Iva

    Le

    Le


    ANNESS VI

    L-Anness IX għar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    it-titolu tat-Tabella IX-I huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Data dwar l-emissjonijiet għal installazzjonijiet stazzjonarji ”;

    (2)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “1a.

    Id-data dwar l-emissjonijiet għall-kumpaniji tat-tbaħħir għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella IX-Ia, filwaqt li jitqies il-format elettroniku għas-sottomissjoni tad-data dwar l-emissjonijiet kif deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta’ skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

    Tabella IX-Ia

    Data dwar l-emissjonijiet għall-kumpaniji tat-tbaħħir

     

     

     

     

    1

    ID tal-kumpanija tat-tbaħħir:

     

    2

    In-numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat tal-IMO tal-kumpanija tat-tbaħħir

     

    3

    Is-sena tar-rapportar

     

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti qabel l-applikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE  (1)

     

     

    f’tunnellati

    f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

    4

    Emissjonijiet ta’ CO2 soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti qabel l-applikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fil-Parti C, il-punt 5, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija (2))

     

     

    5

    Emissjonijiet ta’ CH4 soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti qabel l-applikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE (3)

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CH4 fil-Parti C, il-punt 5, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija)

     

     

    6

    Emissjonijiet ta’ N2O soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti qabel l-applikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE (4)

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ NO2 fil-Parti C, il-punt 5, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija)

     

     

    7

    Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti qabel l-applikazzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Parti C, il-punt 5, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija)

    Σ (C4 + C5 + C6)

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti, filwaqt li jitqiesu d-derogi mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE previsti fl-Artikoli 12(3-e) sa 12(3-b)  (5)

     

     

    f’tunnellati

    f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

    8

    Emissjonijiet ta’ CO2 soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fil-Parti C, il-punt 6, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija)

     

     

    9

    Emissjonijiet ta’ CH4 soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti (6)

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CH4 fil-Parti C, il-punt 6, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija)

     

     

    10

    Emissjonijiet ta’ N2O soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti (7)

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ NO2 fil-Parti C, il-punt 6, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija)

     

     

    11

    Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra soġġetti għall-obbligi ta’ ċediment tal-kwoti

    (Jikkorrispondi għall-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Parti C, il-punt 6, tar-Rapport fil-livell tal-kumpanija)

    Σ (C8 + C9 + C10)

    (3)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “3.

    Id-data dwar l-emissjonijiet għall-entitajiet regolati għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella IX-III, filwaqt li jitqies il-format elettroniku għas-sottomissjoni ta’ data dwar l-emissjonijiet kif deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta’ skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

    Tabella IX-III

    Data dwar l-emissjonijiet għall-entitajiet regolati

     

     

     

    1

    ID tal-entità regolata:

     

    2

    Is-sena tar-rapportar

     

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

     

    f’tunnellati ta’ CO2

    3

    Emissjonijiet domestiċi totali

    (Relatata mal-fjuwils kollha rilaxxati għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru)”.

     


    (1)  Din it-taqsima (il-linji 4, 5 u 6) tapplika biss għall-kumpaniji tat-tbaħħir li jridu jibbenefikaw mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għall-emissjonijiet rilaxxati fl-2024 u fl-2025 rispettivament, id-data dwar l-emissjonijiet li għandha tiġi pprovduta fil-linji 4, 5 u 6 għandha tkun relatata mad-data dwar l-emissjonijiet qabel l-applikazzjoni tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE u qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva.

    (2)  Ir-“Rapport fil-livell tal-kumpanija” jirreferi għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11a tar-Regolament (UE) 2015/757. Il-mudell tar-Rapport dwar l-Emissjonijiet tal-Kumpanija huwa stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2449 tas-6 ta’ Novembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, għar-rapporti dwar l-emissjonijiet, għar-rapporti parzjali dwar l-emissjonijiet, għad-dokumenti ta’ konformità, u għar-rapporti fil-livell tal-kumpaniji, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1927 (ĠU L, 2023/2449, 7.11.2023). Dak il-mudell jistabbilixxi d-diversi taqsimiet imsemmija fit-Tabella IX-Ia ta’ dan l-Anness.

    (3)  Mis-sena ta’ rappurtar 2026.

    (4)  Mis-sena ta’ rappurtar 2026.

    (5)  Għall-emissjonijiet rilaxxati fl-2024 u fl-2025 rispettivament, id-data dwar l-emissjonijiet li għandha tiġi pprovduta fil-linji 8 sa 11 għandha tkun relatata mad-data dwar l-emissjonijiet wara l-applikazzjoni tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE u qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva. Il-perċentwali msemmija fl-Artikolu 3gb tad-Direttiva 2003/87/KE huma kkalkulati awtomatikament.

    (6)  Mis-sena ta’ rappurtar 2026.

    (7)  Mis-sena ta’ rappurtar 2026.’.”.


    ANNESS VII

    Fl-Anness XIII għar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122, il-Parti I hija emendata kif ġej:

    (1)

    il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    l-informazzjoni kollha indikata bħala “murija fuq is-sit web pubbliku” fit-Tabella III-I tal-Anness III, it-Tabella VI-I tal-Anness VI, it-Tabella VII-I tal-Anness VII, it-Tabelli VIIa-I u VIIa-II tal-Anness VIIa u t-Tabelli VIIb-I u VIIb-II tal-Anness VIIb;”;

    (ii)

    fil-punt (f), “l-1 ta’ April” hija sostitwita b’“l-1 ta’ Settembru”;

    (iii)

    il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(g)

    simbolu u dikjarazzjoni li jindikaw jekk l-installazzjoni, l-operatur ta’ inġenji tal-ajru jew il-kumpanija tat-tbaħħir relatati mal-kontijiet ta’ operatur irrinunzjawx għadd ta’ kwoti sat-30 ta’ Settembru li mill-anqas ikunu daqs l-emissjonijiet kollha tagħhom fis-snin li għaddew kollha;”;

    (iv)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(h)

    simbolu u dikjarazzjoni li jindikaw jekk l-entità regolata relatata mal-kont ta’ depożitu ta’ entità regolata irrinunzjatx għadd ta’ kwoti sal-31 ta’ Mejju li mill-anqas ikun daqs l-emissjonijiet kollha tagħha fis-snin kollha li għaddew.”;

    (b)

    it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

     

    “Għall-finijiet tal-punt (g), is-simboli u d-dikjarazzjonijiet li għandhom jintwerew huma stabbiliti fit-Tabella XIV-I. Is-simbolu għandu jiġi aġġornat fl-1 ta’ Ottubru u, għajr għaż-żieda ta’ * fil-każijiet deskritti fir-ringiela 5 tat-Tabella XIV-I, ma għandux jinbidel sal-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara, sakemm il-kont ma jingħalaqx qabel.”;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

     

    “Għall-finijiet tal-punt (h), is-simboli u d-dikjarazzjonijiet stabbiliti fit-Tabella XIV-I għandhom japplikaw mutatis mutandis. Is-simbolu għandu jiġi aġġornat fl-1 ta’ Ġunju u, għajr għaż-żieda ta’ * fil-każijiet deskritti fir-ringiela 5 tat-Tabella XIV-I, ma għandux jinbidel sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, sakemm il-kont ma jingħalaqx qabel.”;

    (d)

    It-Tabella XIV-I hija sostitwita b’dan li ġej:

    Tabella XIV-I

    Dikjarazzjonijiet ta’ konformità

    Nru tar-Ringiela

    Ċifra tal-istat ta' konformità skont l-Artikolu 33

    Emissjonijiet verifikati rreġistrati għall-aħħar sena sħiħa?

    Simbolu

    Dikjarazzjoni

    għall-wiri fuq il-websajt pubblika

    1

    0 jew kwalunkwe numru pożittiv

    Iva

    A

    “Għal installazzjonijiet, operaturi ta’ inġenji tal-ajru, operaturi marittimi, l-għadd ta’ kwoti ċeduti sat-30 ta’ Settembru huwa akbar mill-emissjonijiet verifikati jew daqshom.

    Għall-entitajiet regolati, l-għadd ta’ kwoti ċeduti sal-31 ta’ Mejju huwa akbar mill-emissjonijiet verifikati jew daqshom.”

    2

    kwalunkwe numru negattiv

    Iva

    B

    “Għall-installazzjonijiet, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-operaturi marittimi, l-għadd ta’ kwoti ċeduti sat-30 ta’ Settembru huwa inqas mill-emissjonijiet ivverifikati

    Għall-entitajiet regolati, l-għadd ta’ kwoti ċeduti sal-31 ta’ Mejju huwa anqas mill-emissjonijiet verifikati.”

    3

    kwalunkwe numru

    Le

    C

    “L-emissjonijiet ivverifikati għas-sena preċedenti ma ddaħħlux qabel t-30 ta’ Settembru għall-installazzjonijiet, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-operaturi marittimi.

    “Emissjonijiet verifikati għas-sena preċedenti ma ddaħħlux sal-31 ta’ Mejju għall-entitajiet regolati.”

    4

    kwalunkwe numru

    Le (għaliex il-proċess ta’ ċediment ta’ kwoti u/jew il-proċess ta’ aġġornament ta’ emissjonijiet verifikati kien sospiż għar-reġistru tal-Istat Membru)

    X

    “Għall-installazzjonijiet, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-operaturi marittimi, id-dħul ta’ emissjonijiet verifikati u/jew iċ-ċediment kienu impossibbli sat-30 ta’ Settembru jew il-31 ta’ Mejju għall-entitajiet regolati minħabba li l-proċess ta’ ċediment ta’ kwoti u/jew il-proċess ta’ aġġornament ta’ emissjonijiet verifikati kienu sospiżi għar-Reġistru tal-Istat Membru.”

    5

    kwalunkwe numru

    Iva jew Le (iżda sussegwentement aġġornati mill-awtorità kompetenti)

    * [miżjud mas-simbolu inizjali]

    “Emissjonijiet verifikati kienu stmati jew korretti mill-awtorità kompetenti.”

    (2)

    fil-punt 3, “it-30 ta’ April” huwa sostitwit bit-“30 ta’ Settembru”;

    (3)

    il-punt 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-‘30 ta’ April” huwa sostitwit bit-“30 ta’ Settembru”;

    (b)

    l-“1 ta’ Mejju” huwa sostitwit bl-“1 ta’ Ottubru”;

    (4)

    il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-“1 ta’ Mejju” huwa sostitwit bl-“1 ta’ Ottubru”;

    (b)

    it-“30 ta’ April” huwa sostitwit bit-“30 ta’ Settembru”;

    (5)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “6a.

    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti 3 u 4 ta’ dan l-Anness għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, kwalunkwe referenza għat-30 ta’ Settembru u għall-1 ta’ Ottubru, rispettivament, f’konformità mal-Artikolu 30e tad-Direttiva 2003/87/KE, għandha tinqara bħala referenza għall-31 ta’ Mejju u għall-1 ta’ Ġunju, rispettivament.”.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2904/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top