Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2889

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2889 tal-15 ta’ Diċembru 2023 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta Marchfeldspargel

C/2023/9117

ĠU L, 2023/2889, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2889/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2889/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2889

22.12.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2889

tal-15 ta’ Diċembru 2023

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Marchfeldspargel”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 għandhom jibqgħu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 qabel it-8 ta’ Ġunju 2022.

(2)

Fil-25 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-Awstrija għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Marchfeldspargel”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 564/2002 (4).

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Awstrija f’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTA[T] DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta “Marchfeldspargel” hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 tal-1 ta’ Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 564/2002 tat-2 ta’ April 2002 li jemenda l-ispeċifikazzjoni ta’ żewġ ismijiet li jidhru fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet u d-denominazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet u d-denominazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini ta’ prodotti u ta’ ikel agrikolu, li temenda l-ispeċifikazzjoni tal-isem li jidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċertu ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (Marchfeldspargel/Baena/Lammefjordsgulerod) (ĠU L 86, 3.4.2002, p. 7).

(5)   ĠU C 306, 30.8.2023, p. 5.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2889/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top