This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2779
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/2779 of 6 September 2023 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards specifying the criteria for the identification of shadow banking entities referred to in Article 394(2) of Regulation (EU) No 575/2013
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2779 tas-6 ta’ Settembru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-entitajiet bankarji paralleli msemmija fl-Artikolu 394(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2779 tas-6 ta’ Settembru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-entitajiet bankarji paralleli msemmija fl-Artikolu 394(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
C/2023/5912
ĠU L, 2023/2779, 12.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2779/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2779 |
12.12.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2779
tas-6 ta’ Settembru 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-entitajiet bankarji paralleli msemmija fl-Artikolu 394(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 394(4), ir-raba’ subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sistema bankarja parallela tista’ twassal għal żieda fir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jtaffu dak ir-riskju. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-entitajiet li huma soġġetti għal tali awtorizzazzjoni u superviżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala entitajiet bankarji paralleli. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li dan id-dritt tal-Unjoni jiġi speċifikat. |
(2) |
Matul il-kriżi riċenti tal-COVID-19, il-fondi tas-suq monetarju ffaċċjaw kwistjonijiet ta’ likwidità severi. Dan enfasizza li r-riskji assoċjati mal-fondi tas-suq monetarju, b’mod partikolari f’kundizzjonijiet ta’ stress fis-suq, mhumiex mitigati għalkollox mir-rekwiżiti prudenzjali eżistenti fl-Unjoni u għalhekk, jistgħu jwasslu għal riskju akbar għall-istabbiltà finanzjarja. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-iskoperturi għal fondi tas-suq monetarju jitqiesu bħala skoperturi għal entitajiet bankarji paralleli. |
(3) |
Il-fondi ta’ investiment alternattivi, li jużaw ingranaġġ fuq bażi sostanzjali, jinvolvu riskji addizzjonali, u mill-perspettiva prudenzjali, mhuwiex meqjus li r-rekwiżiti imposti fuq il-maniġers tal-assi tagħhom skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jimmitigaw dawn ir-riskji b’mod adegwat (2). Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iqisu l-fondi ta’ investiment alternattivi bħala entitajiet bankarji paralleli meta dawn l-impriżi jużaw ingranaġġ fuq bażi sostanzjali, joriġinaw self matul il-perkors ordinarju tan-negozju tagħhom, jew jixtru skoperturi ta’ għoti ta’ self ta’ partijiet terzi għalihom stess. |
(4) |
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ma jikkunsidrawx bħala entitajiet bankarji paralleli istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu ttrattati bħala istituzzjonijiet għall-kalkolu ta’ assi ponderati għar-riskju skont l-approċċ standardizzat stabbilit fl-Artikolu 119(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, peress li dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji ikunu awtorizzati u ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli, f’termini ta’ robustezza, għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet. |
(5) |
Minħabba n-natura pubblika jew semipubblika tagħhom jew l-istatus kooperattiv tagħhom, ċerti entitajiet huma espliċitament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ma jqisux dawk l-entitajiet bħala entitajiet bankarji paralleli. |
(6) |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jeskludi ċerti impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, minħabba d-daqs tagħhom. Peress li dawn l-impriżi huma żgħar, ma joħolqux riskju sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ma jqisux dawn l-impriżi bħala entitajiet bankarji paralleli. |
(7) |
L-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu ta’ entitajiet li huma parti minn grupp mhux finanzjarju, imwettqa f’isem entitajiet oħra fi ħdan dak il-grupp mhux finanzjarju, għandhom ambitu limitat. Għal dik ir-raġuni, dawn ma joħolqux riskju sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux identifikati bħala entitajiet bankarji paralleli. |
(8) |
Jenħtieġ li entitajiet li jkunu inklużi fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta’ istituzzjonijiet li huma soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jiġux identifikati bħala entitajiet bankarji paralleli, peress li r-riskji ta’ dawk l-entitajiet jinqabdu f’livell konsolidat. |
(9) |
Il-Prinċipji Fundamentali ta’ Basel għal kontroll bankarju effikaċi jirrappreżentaw prinċipji maqbula internazzjonalment u pedament sod għar-regolamentazzjoni, is-superviżjoni, il-governanza, u l-ġestjoni tar-riskju tas-settur bankarju ta’ pajjiż. Għalhekk, jenħtieġ li istituzzjoni ta’ pajjiż terz li tkun ġiet awtorizzata u ssorveljata minn awtorità superviżorja li tapplika dawk il-Prinċipji Ewlenin ta’ Basel ma toħloqx riskju sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja u jenħtieġ li ma tiġix identifikata bħala entità bankarja parallela. |
(10) |
Għall-istess raġuni, jenħtieġ li s-sussidjarji ta’ impriża prinċipali awtorizzata u ssorveljata f’konformità mal-Prinċipji Ewlenin ta’ Basel u li huma inklużi fil-konsolidazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali fuq bażi konsolidata ta’ dik l-impriża prinċipali ma jitqisux bħala entitajiet bankarji paralleli. |
(11) |
Il-punti 1, 2, 3, 6, 7, 8 u 10 tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE jelenkaw ċerti servizzi u attivitajiet bħala servizzi u attivitajiet bankarji. Madankollu, hemm servizzi u attivitajiet oħra mwettqa minn ċerti entitajiet li huma simili ħafna għal dawk is-servizzi u l-attivitajiet bankarji, meta dawn jinvolvu it-trasformazzjoni tal-maturità, it-trasformazzjoni tal-likwidità, l-ingranaġġ, jew it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu. Jenħtieġ li dawk is-servizzi u l-attivitajiet, għal dik ir-raġuni, jitqiesu bħala servizzi bankarji u attivitajiet għall-identifikazzjoni ta’ entitajiet bankarji paralleli. |
(12) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
(13) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji għall-identifikazzjoni ta’ entitajiet bankarji paralleli
1. L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw bħala entità bankarja parallela:
(a) |
kwalunkwe entità li toffri servizzi bankarji jew li twettaq attivitajiet bankarji kif stabbilit fl-Artikolu 2 u li ma tkunx awtorizzata u ssorveljata skont kwalunkwe wieħed mill-atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
kwalunkwe impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), meta dawk l-impriżi jkunu awtorizzati bħala fondi tas-suq monetarju kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
(c) |
kwalunkwe fond ta’ investiment alternattiv kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, meta tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jidentifikaw l-entitajiet li ġejjin bħala entitajiet bankarji paralleli:
(a) |
istituzzjonijiet finanzjarji li l-iskoperturi tagħhom jkunu ttrattati skont l-Artikolu 119(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(b) |
kwalunkwe entità li tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(c) |
kwalunkwe entità li tkun eżentata mill-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(d) |
kwalunkwe entità li tkun parti minn grupp mhux finanzjarju li l-attività prinċipali tagħha tkun li twettaq attivitajiet ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu għall-impriża prinċipali tagħha jew għas-sussidjarji tagħha jew għal sussidjarji oħra tal-impriża prinċipali tagħha; |
(e) |
kwalunkwe entità li tkun inkluża fis-superviżjoni ta’ istituzzjoni fuq bażi konsolidata; |
(f) |
kwalunkwe entità stabbilita f’pajjiż terz li tkun tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
Artikolu 2
Servizzi u attivitajiet bankarji
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 1, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu servizzi u attivitajiet bankarji:
(a) |
l-attivitajiet imsemmija fil-punti 1, 2, 3, 6, 7, 8 u 10 tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(b) |
kwalunkwe servizz jew attività oħra li tkun tinvolvi trasformazzjoni tal-maturità, trasformazzjoni tal-likwidità, ingranaġġ jew trasferiment ta’ riskju tal-kreditu. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-attivitajiet u s-servizzi li jikkonsistu fl-ikklerjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx jikkostitwixxu servizzi u attivitajiet bankarji.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(7) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
(9) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).
ANNESS
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a) u l-Artikolu 1(2), il-punt (f)(ii)
1. |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
2. |
Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) |
3. |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) |
4. |
Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) |
5. |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) |
6. |
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) |
7. |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) |
8. |
Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) |
9. |
Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) |
10. |
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) |
11. |
Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) |
12. |
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) |
13. |
Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) |
14. |
Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) |
15. |
Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) |
16. |
Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) |
17. |
Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176 27.6.2013, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(6) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(8) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(9) Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(10) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(11) Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(12) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(13) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(14) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2779/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)