Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2715

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2715 tat-28 ta’ Novembru 2023 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta Huîtres Marennes Oléron

    C/2023/8318

    ĠU L, 2023/2715, 5.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2715/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2715/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2715

    5.12.2023

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2715

    tat-28 ta’ Novembru 2023

    li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Huîtres Marennes Oléron”

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 għandhom jibqgħu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 qabel it-8 ta’ Ġunju 2022.

    (2)

    Fis-26 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Huîtres Marennes Oléron”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2009 (3).

    (3)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza f’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021.

    (4)

    Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

    (5)

    Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

    ADOTTA[T] DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta “Huîtres Marennes Oléron” hija b’dan approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Janusz WOJCIECHOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2009 tat- 2 ta’ Frar 2009 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite de La Alcarria (DPO), Radicchio di Verona (IĠP), Zafferano di Sardegna (DPO), Huîtres Marennes Oléron (IĠP)] (ĠU L 33 3.2.2009, p. 8).

    (4)   ĠU C 287, 16.8.2023, p. 12.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2715/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top