EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2646

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2646 tat-28 ta’ Novembru 2023 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

C/2023/7995

ĠU L, 2023/2646, 29.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2646/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2646/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2646

29.11.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2646

tat-28 ta’ Novembru 2023

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650. Ma’ dik l-applikazzjoni ngħataw ukoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u titlob li l-addittiv jiġi klassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Mejju 2023 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650 hi sikura għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Fin-nuqqas ta’ data, ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal tal-addittiv li jkun irritanti tal-ġilda u tal-għajnejn jew sensitizzatur tal-ġilda. Minħabba n-natura proteinaċja tal-aġent attiv, l-addittiv jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650 bir-rata tal-inklużjoni proposta tista’ testendi l-istabbiltà aerobika tas-silaġġ ippreparat minn materjal tal-foraġġ faċli u moderatament diffiċli li jiġi insilat b’firxa ta’ materja niexfa ta’ 28-45 %. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650 tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik il-preparazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, hi awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2023;21(6):8055.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal verġni

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21902

Lentilactobacillus buchneri DSM 32650

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazjjoni tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650 li jkun fiha addittiv minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g

Forma solida

L-ispeċijiet tal-annimali kollha

 

—-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittiv tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal verġni li hu faċli u moderatament diffiċli li jiġi insilat (2).

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali maħluqa bl-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jitneħħew bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali għall-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

Id-19 ta’ Diċembru 2033

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf tal-Lentilactobacillus buchneri DSM 32650:

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’ Lentilactobacillus buchneri DSM 32650:

Kunsens Interġeniku Repetittiv enterobatterjali — Reazzjonijiet Katina tal-Polimerażi (ERIC-PCR) jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(2)  Foraġġ faċli li jiġi insilat: > 3 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni; foraġġ moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % ta’ karboidrati li jinħallu fil-materjal verġni f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2646/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top