This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2642
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/2642 of 17 November 2023 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Sel de l’Île de Ré / Fleur de sel de l’Île de Ré (PGI))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2642 tas-17 ta’ Novembru 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sel de l’Île de Ré / Fleur de sel de l’Île de Ré (IĠP))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2642 tas-17 ta’ Novembru 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sel de l’Île de Ré / Fleur de sel de l’Île de Ré (IĠP))
C/2023/8014
ĠU L, 2023/2642, 24.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2642/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2642 |
24.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2642
tas-17 ta’ Novembru 2023
li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Sel de l’Île de Ré” / “Fleur de sel de l’Île de Ré” (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba ta’ Franza biex l-isem “Sel de l’Île de Ré”/ “Fleur de sel de l’Île de Ré” jiġi rreġistrat fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Sel de l’Île de Ré”/ “Fleur de sel de l’Île de Ré” jiġi rreġistrat, |
ADOTTA[T] DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Sel de l’Île de Ré” / “Fleur de sel de l’Île de Ré” (IĠP) huwa rreġistrat.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.6. Melħ, tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2642/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)