EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2629

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2629 tal-20 ta’ Novembru 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

C/2023/8041

ĠU L, 2023/2629, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2629/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2629/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2629

22.11.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2629

tal-20 ta’ Novembru 2023

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew it-territorji jew iż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar erba’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċja ta’ Saskatchewan, li ġew ikkonfermati fit-30 ta’ Ottubru 2023 u fl-1 ta’ Novembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fiż-żona amministrattiva ta’ Lincolnshire, fl-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fid-9 ta’ Novembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 13-il tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Iowa (5), Minnesota (3), Montana (1), u South Dakota (4), li ġew ikkonfermati bejn it-3 ta’ Novembru 2023 u d-9 ta’ Novembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI.

(10)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex ikunu jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(12)

Filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, l-emendi li għandhom isiru għall-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.202 sa CA-2.205 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.201:

CA

Il-Kanada

CA-2.202

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.10.2023

 

CA-2.203

N, P1

 

31.10.2023

 

CA-2.204

N, P1

 

1.11.2023

 

CA-2.205

N, P1

 

1.11.2023”;

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.324 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.323:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.324

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

9.11.2023”;

 

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.493 sa US-2.505 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.492:

US

L-Istati Uniti

US-2.493

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.11.2023

 

US–2.494

N, P1

 

6.11.2023

 

US-2.495

N, P1

 

3.11.2023

 

US-2.496

N, P1

 

6.11.2023

 

US-2.497

N, P1

 

7.11.2023

 

US-2.498

N, P1

 

9.11.2023

 

US-2.499

N, P1

 

9.11.2023

 

US-2.500

N, P1

 

8.11.2023

 

US-2.501

N, P1

 

8.11.2023

 

US-2.502

N, P1

 

8.11.2023

 

US-2.503

N, P1

 

9.11.2023

 

US-2.504

N, P1

 

9.11.2023

 

US-2.505

N, P1

 

9.11.2023”;

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.202 sa CA-2.205 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.201:

“Il-Kanada

CA-2.202

Saskatchewan- Latitude 52.6 Longitude -106.7

The municipalities involved are:

3km PZ: Waldheim 10km

SZ: Blaine Lake, Laird, Petrofka, and Waldheim

CA-2.203

Saskatchewan- Latitude 51.5, Longitude -107.28

The municipalities involved are:

3km PZ: Dinsmore

10km SZ: Anerley, Bounty, Bratton, Conquest, Dinsmore, and Milden

CA-2.204

Saskatchewan- Latitude 51.06, Longitude -106.33

The municipalities involved are:

3km PZ: Brownlee and Eyebrow

10km SZ: Brownlee and Eyebrow

CA-2.205

Saskatchewan- Latitude 52.21, Longitude -106.29

The municipalities involved are:

3km PZ: Blucher and Saskatoon

10km SZ: Bergheim, Blucher, Clavet, Saskatoon, and St-Denis”;

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona GB-2.324 tiżdied wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.323:

“Ir-Renju Unit

GB-2.324

near Donington, New Holland, Lincolnshire, England, GB

The area contained within a circle of a radius of 10km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N52.90 and Long: W0.25”;

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.493 sa US-2.505 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.492:

“L-Istati Uniti

US-2.493

State of Iowa

Clay 01

Clay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 95.0877604°W 43.0428604°N)

US-2.494

State of Iowa

Clay 02

Clay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 95.0969928°W 43.0451005°N)

US-2.495

State of Iowa

Clay 03

Clay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.9393707°W 43.0296790°N)

US-2.496

State of Iowa

Hamilton 03

Hamilton County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 93.7913229°W 42.5968856°N)

US-2.497

State of Minnesota

Stearns 14

Stearns County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.8587663°W 45.7690948°N)

US-2.498

State of Minnesota

Steele 01

Steele County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 93.2287143°W 43.9383793°N)

US-2.499

State of Minnesota

Redwood 04

Redwood County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 95.4899659°W 44.6199986°N)

US-2.500

State of Iowa

Kossuth 02

Kossuth County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.1046726°W 43.3769102°N)

US-2.501

State of South Dakota

Charles Mix 07

Charles Mix County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.1448992°W 43.2347570°N)

US-2.502

State of South Dakota

Clark 09

Clark County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 97.9077432°W 44.8578366°N)

US-2.503

State of South Dakota

McPherson 08

McPherson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.8351890°W 45.6944596°N)

US-2.504

State of South Dakota

Roberts 02

Roberts County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 96.6244707°W 45.9994061°N)

US-2.505

State of Montana

Wheatland 01

Wheatland County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 109.7727183°W 46.5449673°N)”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.202 sa CA-2.205 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.201:

CA

Il-Kanada

CA-2.202

POU, RAT

N, P1

 

30.10.2023

 

GBM

P1

 

30.10.2023

 

CA-2.203

POU, RAT

N, P1

 

31.10.2023

 

GBM

P1

 

31.10.2023

 

CA-2.204

POU, RAT

N, P1

 

1.11.2023

 

GBM

P1

 

1.11.2023

 

CA-2.205

POU, RAT

N, P1

 

1.11.2023

 

GBM

P1

 

1.11.2023”;

 

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.324 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.323:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.324

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

 

GBM

P1

 

9.11.2023”;

 

(c)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.493 sa US-2.505 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.492:

US

L-Istati Uniti

US-2.493

POU, RAT

N, P1

 

3.11.2023

 

GBM

P1

 

3.11.2023

 

US-2.494

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2023

 

GBM

P1

 

6.11.2023

 

US-2.495

POU, RAT

N, P1

 

3.11.2023

 

GBM

P1

 

3.11.2023

 

US-2.496

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2023

 

GBM

P1

 

6.11.2023

 

US-2.497

POU, RAT

N, P1

 

7.11.2023

 

GBM

P1

 

7.11.2023

 

US-2.498

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

 

GBM

P1

 

9.11.2023

 

US-2.499

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

 

GBM

P1

 

9.11.2023

 

US-2.500

POU, RAT

N, P1

 

8.11.2023

 

GBM

P1

 

8.11.2023

 

US-2.501

POU, RAT

N, P1

 

8.11.2023

 

GBM

P1

 

8.11.2023

 

US-2.502

POU, RAT

N, P1

 

8.11.2023

 

GBM

P1

 

8.11.2023

 

US-2.503

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

 

GBM

P1

 

9.11.2023

 

US-2.504

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

 

GBM

P1

 

9.11.2023

 

US-2.505

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

 

GBM

P1

 

9.11.2023”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2629/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top