This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2612
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/2612 of 23 November 2023 amending Annexes II, III and XIII to Implementing Regulation (EU) 2021/404 as regards the lists of third countries, territories or zones thereof authorised for the entry into the Union of consignments of certain ungulates and fresh meat thereof
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2612 tat-23 ta’ Novembru 2023 li jemenda l-Annessi II, III u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti ungulati u l-laħam frisk tagħhom
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2612 tat-23 ta’ Novembru 2023 li jemenda l-Annessi II, III u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti ungulati u l-laħam frisk tagħhom
C/2023/7867
ĠU L, 2023/2612, 24.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2612/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2612 |
24.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2612
tat-23 ta’ Novembru 2023
li jemenda l-Annessi II, III u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti ungulati u l-laħam frisk tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 fost l-oħrajn jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali, u ilu japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali hu li dawk il-konsenji jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkat f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għandhom jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni jekk jiġu minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, li jkun elenkat għall-ispeċijiet u l-kategoriji partikolari ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom għandu jkun permess id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
(4) |
L-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu rispettivament il-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ungulati, għajr annimali ekwini, u ta’ ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati, u kundizzjonijiet speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni ta’ tali ungulati. L-Artikolu 21(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, introdott bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/119 (4), jipprevedi deroga mill-Artikolu 21(1), il-punt (b) tiegħu, u jippermetti d-dħul fl-Unjoni tal-ungulati, għajr l-annimali ekwini, identifikati b’mezz fisiku ta’ identifikazzjoni li juri l-kodiċi tal-pajjiż esportatur li huwa differenti mill-kodiċi li jikkonforma mal-istandard ISO 3166, ibbażat fuq talba minn pajjiż terz jew territorju tal-oriġini lill-Kummissjoni u soġġett għall-qbil mill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li fit-tabelli fil-Parti 3 tal-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiżdied kundizzjoni speċifika “ID” li tirrifletti dik id-deroga. |
(5) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit ippreżenta talba sostanzjata lill-Kummissjoni biex jiġi elenkat għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali bovini, ovini u kaprini li joriġinaw minn dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Isle of Man, Guernsey u Jersey bil-kundizzjoni speċifika “ID”. Għalhekk, fl-entrati għaż-żoni GB-1 u GB-2 fir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey, il-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi dik il-kundizzjoni speċifikata. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
(7) |
It-Tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati, u tinkludi l-kolonna 7 li tistabbilixxi “data tal-għeluq” għall-konsenji u l-kolonna 8 li tistabbilixxi “data tal-ftuħ” għall-konsenji. Fil-kolonna 8 ta’ dik it-tabella, fl-entrata għaż-żona BW-4 fil-Botswana, għal raġunijiet ta’ ċarezza u fid-dawl tan-nota (1) f’qiegħ il-paġna fl-intestatura tal-kolonna 7, id-data tal-ftuħ indikata fil-kolonna 8 jenħtieġ li titħassar. |
(8) |
Barra minn hekk, fit-tabella fil-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, abbażi tal-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill-Botswana, iż-żoni ta’ kontroll tal-mard 18 u 14 jenħtieġ li jitħassru mid-deskrizzjonijiet taż-żoni BW-1 u BW-2 fil-Botswana rispettivament. Jenħtieġ għalhekk li t-tabelli fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/119 tad-9 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 16, 18.1.2023, p. 5).
ANNESS
L-Annessi II, III u XIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness III, il-Parti 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “ Parti 3 — Kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 4 tat-tabella stabbilita fil-Parti 1
|
(3) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2612/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)