Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2431

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2431 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà ta’ settijiet ta’ data u servizzi ġeografiċi

C/2023/7032

ĠU L, 2023/2431, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2431/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2431/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2431

30.10.2023

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2431

tal-24 ta’ Ottubru 2023

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà ta’ settijiet ta’ data u servizzi ġeografiċi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-arranġamenti tekniċi għall-interoperabbiltà ta’ settijiet ta’ data ġeografiċi, inkluż id-definizzjoni tal-listi ta’ kodiċijiet u l-valuri permessi korrispondenti li għandhom jintużaw u r-rwoli ta’ assoċjazzjoni ta’ tipi ta’ oġġetti ġeografiċi u tipi ta’ data.

(2)

Fil-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Direttiva 2007/2/KE (3), kien hemm tħassib rigward il-kumplessità u l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward l-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ data u servizzi ġeografiċi. B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 ġie rieżaminat u saru diversi sessjonijiet ta’ konsultazzjonijiet ma’ esperti, li kkonkludew li kienu meħtieġa xi simplifikazzjonijiet u kjarifiki biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni. Jenħtieġ li dan l-att emendatorju jimplimenta l-bidliet tekniċi u ta’ simplifikazzjoni identifikati, diskussi u maqbula mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tkun aktar faċli u inqas ta’ piż mingħajr ma jintilfu l-benefiċċji tal-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà.

(3)

Jenħtieġ li l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 jiġi emendat biex jiġi ċċarat li ma hemmx bżonn jiġu pprovduti valuri għall-attributi jekk dawn effettivament ma jeżistux. Dan ikompli jiċċara l-kunċett ta’ annullabbiltà u jevita interpretazzjonijiet żbaljati.

(4)

Waħda mis-simplifikazzjonijiet importanti hija t-tneħħija tal-valuri kollha tal-lista ta’ kodiċijiet u tal-enumerazzjonijiet mir-Regolament (UE) Nru 1089/2010, li tippermetti aġġornament aktar regolari ta’ dawk il-valuri skont il-progress tekniku u teknoloġiku. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu introdotti allinjamenti mal-listi ta’ kodiċijiet stabbiliti fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Jenħtieġ li jiġi mmodifikat l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 biex ikun jirreferi għal reġistru li jrid jiġi operat mis-servizzi tal-Kummissjoni (Ċentru Konġunt tar-Riċerka) bl-assistenza tal-grupp ta’ esperti eżistenti, bħala l-post fejn jiġu ġestiti l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet. Minħabba l-fatt li t-terminoloġija tad-dominju tevolvi maż-żmien, din il-bidla tagħmel il-proċess għall-ġestjoni tal-bidliet fil-listi tal-kodiċijiet u l-valuri tagħhom aktar flessibbli u aktar veloċi.

(5)

Fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010, il-punt 1.3.4. Jenħtieġ li “Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati Oħrajn” tiġi emendata biex tippermetti Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati (CRS) addizzjonali. Din id-dispożizzjoni tnaqqas il-piż amministrattiv, pereżempju jekk l-Istati Membri iżidu s-CRS nazzjonali tagħhom mal-lista appoġġata tas-CRS, imbagħad ma jkollhomx għalfejn joħolqu u jżommu data fis-CRS nazzjonali u fis-CRS meħtieġa mid-Direttiva 2007/2/KE. Biex ikompli jitnaqqas il-piż ta’ implimentazzjoni u ta’ manutenzjoni, jenħtieġ li s-servizzi tal-Kummissjoni (Ċentru Konġunt tar-Riċerka), bl-assistenza tal-grupp ta’ esperti eżistenti, jistabbilixxu u joperaw reġistru tas-CRS, inkluż il-parametri tad-definizzjoni u tat-trasformazzjoni tagħhom.

(6)

Jenħtieġ li fl-Annessi I, II, III u IV jiġu introdotti għadd ta’ adattamenti aktar żgħar biex titqies l-evoluzzjoni teknoloġika u xjentifika u biex tiġi żgurata l-koerenza tar-rekwiżiti tad-data ġeografika mal-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni tematika relatata. L-aktar objettiv importanti huwa l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar l-emissjonijiet industrijali;

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

“lista ta’ kodiċijiet” tfisser tip ta’ data li l-istanzi tagħha jiffurmaw lista ta’ valuri letterali msemmija,”;

(b)

jitħassar il-punt 7;

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Għall-iskambju u għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti ġeografiċi minn settijiet ta’ data li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/2/KE, l-Istati Membri għandhom jużaw it-tipi ta’ oġġetti ġeografiċi, it-tipi ta’ data u l-listi ta’ kodiċijiet assoċjati li ġew definiti fl-Annessi II, III u IV ta’ dan ir-Regolament għat-temi li s-settijiet ta’ data jkunu relatati magħhom.

2.   Meta jiskambjaw oġġetti ġeografiċi, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet u mal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Annessi u jipprovdu valuri għall-attributi u għar-rwoli ta’ assoċjazzjoni kollha stabbiliti għat-tipi ta’ oġġetti ġeografiċi u t-tip ta’ data fl-Annessi. Għall-attributi u rwoli ta’ assoċjazzjoni annullabbli (voidable) li għalihom ma jkun jeżisti l-ebda valur, l-Istati Membri jistgħu jneħħu l-valur.”

;

(b)

jitħassar il-paragrafu 3;

(3)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Listi ta’ Kodiċijiet għal Settijiet ta’ Data Ġeografiċi

1.   Il-listi ta’ kodiċijiet inklużi f’dan ir-Regolament jistabbilixxu t-teżawri multilingwi li jridu jintużaw għall-attributi ewlenin, f’konformità mal-Artikolu 8(2)(c) tad-Direttiva 2007/2/KE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera reġistru ta’ lista ta’ kodiċijiet INSPIRE fil-livell tal-Unjoni għall-ġestjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku tal-valuri li huma inklużi fil-listi ta’ kodiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza tal-grupp ta’ esperti INSPIRE tal-Kummissjoni fil-manutenzjoni u l-aġġornament tal-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet.

4.   Il-listi ta’ kodiċijiet għandhom ikunu wieħed mit-tipi li ġejjin:

(a)

listi ta’ kodiċijiet li l-valuri tagħhom jinkludu biss il-valuri speċifikati fir-reġistru tal-lista ta’ kodiċijiet tal-INSPIRE;

(b)

listi ta’ kodiċijiet li l-valuri tagħhom jinkludu l-valuri speċifikati fir-reġistru tal-lista ta’ kodiċijiet tal-INSPIRE u valuri idjaq definiti mill-fornituri tad-data;

(c)

listi ta’ kodiċijiet li l-valuri tagħhom jinkludu l-valuri speċifikati fir-reġistru tal-lista ta’ kodiċijiet tal-INSPIRE u valuri addizzjonali f’xi livell definit mill-fornituri tad-data;

(d)

listi ta’ kodiċijiet li l-valuri tagħhom jinkludu xi valur definit mill-fornituri tad-data.

5.   Il-listi ta’ kodiċijiet jistgħu jkunu ġerarkiċi. Il-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet ġerarkiċi jista’ jkollhom valur prinċipali iktar ġenerali.

6.   Fejn, għal attribut li t-tip tiegħu huwa lista ta’ kodiċijiet kif imsemmi fil-punti (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 4, fornitur tad-data jipprovdi valur li mhux speċifikat fir-reġistru tal-lista ta’ kodiċijiet tal-INSPIRE, dak il-valur u d-definizzjoni u t-tikketta tiegħu għandhom ikunu disponibbli f’reġistru ieħor.”;

(4)

fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Kull regola ta’ kodifikazzjoni użata biex tikkodifika data ġeografika għandha tispeċifika wkoll jekk u kif jiġu rrappreżentati l-attributi u r-rwoli ta’ assoċjazzjoni li għalihom ikun jeżisti valur korrispondenti iżda ma jkunx inkluż fis-settijiet ta’ data ġeografiċi miżmuma minn Stat Membru, jew ma jkunx jista’ jiġi derivat minn valuri eżistenti b’kostijiet raġonevoli.”

;

(5)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(6)

L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(7)

L-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(8)

L-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ data u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).

(3)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni li takkumpanja d-dokument “Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) skont l-Artikolu 23, SWD(2016) 273 final.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 1 hija sostitwita kif ġej:

“1.   TIPI DEFINITI FI STANDARDS EWROPEJ U INTERNAZZJONALI

It-tipi komuni li ġejjin, użati f’attributi jew fi rwoli ta’ assoċjazzjoni tat-tipi ta’ oġġetti ġeografiċi jew tat-tipi ta’ data, huma definiti kif ġej:

(1)

Għat-tipi Any, Angle, Area, Boolean, CharacterString, Date, DateTime, Decimal, Distance, Integer, Length, Measure, Number, Probability, Real, RecordType, Sign, UnitOfMeasure, Velocity u Volume, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-ISO/TS 19103:2005.

(2)

Għat-tipi DirectPosition, GM_Boundary, GM_Curve, GM_MultiCurve, GM_MultiSurface, GM_Object, GM_Point, GM_Position, GM_Primitive, GM_Solid, GM_Surface u GM_Tin, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-EN ISO 19107:2005.

(3)

Għat-tipi TM_Duration, TM_GeometricPrimitive, TM_Instant, TM_Object, TM_Period u TM_Positionn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-EN ISO 19108:2005/AC:2008.

(4)

Għat-tip GF_PropertyType, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-EN ISO 19109:2006.

(5)

Għat-tipi CI_Citation, CI_Date, CI_RoleCode, EX_Extent, EX_VerticalExtent, MD_Distributor, u MD_Resolution and URL, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-EN ISO 19115:2005/AC:2008.

(6)

Għat-tip CV_SequenceRule, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-EN ISO 19123:2007.

(7)

Għat-tip AbstractFeature, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-EN ISO 19136:2009.

(8)

Għat-tipi LocalisedCharacterString, PT_FreeText u URI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fis-CEN ISO/TS 19139:2009.

(9)

Għat-tip LC_LandCoverClassificationSystem, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-ISO 19144-2:2012.

(10)

Għat-tipi GFI_Feature, Location, NamedValue, OM_Observation, OM_Process, SamplingCoverageObservation, SF_SamplingCurve, SF_SamplingPoint, SF_SamplingSolid, SF_SamplingSurface u SF_SpatialSamplingFeature, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-ISO 19156:2011.

(11)

Għat-tipi Category, Quantity, QuantityRange u Time, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija f’Robin, Alexandre (ed.), OGC®SWE Common Data Model Encoding Standard, version 2.0.0, Open Geospatial Consortium, 2011.

(12)

Għat-tipi TimeValuePair u Timeseries, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija f’Taylor, Peter (ed.), OGC® WaterML 2.0: Part 1 – Timeseries, v2.0.0, Open Geospatial Consortium, 2012.

(13)

Għat-tipi CGI_LinearOrientation u CGI_PlanarOrientation, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija f’CGI Interoperability Working Group, Geoscience Markup Language (GeoSciML), version 3.0.0, Commission for the Management and Application of Geoscience Information (CGI) of the International Union of Geological Sciences, 2011.”;

(2)

Titħassar it-Taqsima 3;

(3)

It-Taqsima 4 hija sostitwita kif ġej:

“4.   LISTI TA’ KODIĊIJIET KOMUNI

4.1.   Pożizzjoni Vertikali (VerticalPositionValue)

Il-pożizzjoni vertikali relattiva ta’ oġġett ġeografiku.

4.2.   Kundizzjoni ta’ Faċilità (ConditionOfFacilityValue)

L-istatus ta’ faċilità rigward it-tlestija u l-użu tagħha.

4.3.   Kodiċi tal-Pajjiż (CountryCode)

Il-kodiċi tal-pajjiż kif definit fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

4.4.   Livell ta’ Leġiżlazzjoni (LegislationLevelValue)

Il-livell tal-adozzjoni ta’ att legali jew konvenzjoni.

4.5.   Rwol ta’ Parti (PartyRoleValue)

Ir-rwoli tal-partijiet relatati ma’ riżorsa jew responsabbli minnha.

Il-valuri ta’ din il-lista ta’ kodiċijiet jinkludu l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet li ġejjin jew ta’ listi ta’ kodiċijiet oħra speċifikati mill-fornituri tad-data:

Kodiċi ta’ Rwol (CI_RoleCode): Funzjonijiet ta’ parti responsabbli.

Rwol ta’ Parti Relatata (RelatedPartyRoleValue): Klassifikazzjoni ta’ rwoli ta’ partijiet relatati.

4.6.   Ismijiet Standard tal-Klima u tat-Tbassir (CFStandardNamesValue)

Definizzjonijiet ta’ fenomeni osservati fil-meteoroloġija u fl-oċeanografija.

4.7.   Ġeneru (GenderValue)

Il-ġeneru ta’ persuna jew ta’ grupp ta’ persuni.”;

(4)

It-Taqsima 5.3 hija sostitwita kif ġej:

“5.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

5.3.1.   Tip ta’ Konnessjoni (ConnectionTypeValue)

Tipi ta’ konnessjonijiet bejn netwerks differenti.

5.3.2.   Direzzjoni tal-Link (LinkDirectionValue)

Lista ta’ valuri għal direzzjonijiet relattivi għal link.”;

(5)

It-Taqsima 7.2.3 hija sostitwita kif ġej:

“7.2.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.2.3.1.   Isem ta’ Parametru ta’ Proċess (ProcessParameterNameValue)

Lista ta’ kodiċijiet tal-ismijiet ta’ parametri tal-proċess.”;

(6)

fit-Taqsima 7.3, jiżdiedu t-Taqsimiet 7.3.1.8, 7.3.1.9, 7.3.1.10 li ġejjin:

“7.3.1.8.   Proprjetà Osservabbli Astratta (AbstractObservableProperty)

Klassi astratta li tirrappreżenta proprjetà (jew fenomenu) osservabbli.

Dan it-tip hu astratt.

Attributi tat-tip ta’ data AbstractObservableProperty

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

label

Titlu li jinqara mill-bniedem għall-proprjetà osservabbli.

CharacterString

 

7.3.1.9.   Proprjetà Osservabbli Komposta (CompositeObservableProperty)

Kompost ta’ bosta Proprjetajiet Osservabbli.

Dan it-tip hu subtip ta’ AbstractObservableProperty.

Attributi tat-tip tad-data CompositeObservableProperty

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

count

Numru ta’ komponenti f’dan il-kompost.

Integer

 


Attributi tat-tip tad-data CompositeObservableProperty

Rwol ta’ assoċjazzjoni

Definizzjoni

Tip

Voidability

component

Proprjetajiet osservabbli li flimkien jiffurmaw l-istess proprjetà osservabbli, pereżempju l-irjieħ U, V.

AbstractObservableProperty

 

7.3.1.10.   Proprjetà Osservabbli (Proprjetà Osservabbli)

Tirrappreżenta proprjetà osservabbli waħda eż. ‘temperatura’.

Dan it-tip hu subtip ta’ AbstractObservableProperty.

Attributi tat-tip tad-data ObservableProperty

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

basePhenomenon

Il-fenomenu li fuqu tibbaża d-deskrizzjoni tal-Proprjetà Osservabbli

PhenomenonTypeValue

 

uom

L-unità tal-kejl

UnitOfMeasure

 


Rwoli ta’ assoċjazzjoni tat-tip tad-data ObservableProperty

Rwol ta’ assoċjazzjoni

Definizzjoni

Tip

Voidability

restriction

Restrizzjoni applikata għall-Proprjetà Osservabbli.

Constraint

 

statisticalMeasure

Miżura statistika applikata għall-Proprjetà Osservabbli, eż. ‘temperatura medja ta’ kuljum’.

StatisticalMeasure”

 

(7)

Titħassar it-Taqsima 7.3.2;

(8)

It-Taqsima 7.3.3 hija sostitwita kif ġej:

“7.3.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.3.3.1.   Tip ta’ Fenomenu (PhenomenonTypeValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ fenomeni (eż. temperatura jew veloċità tar-riħ).

Din il-lista ta’ kodiċijiet tinkludi l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet li ġejjin jew ta’ listi ta’ kodiċijiet oħra definiti mill-fornituri tad-data:

Ismijiet Standard tal-Klima u tat-Tbassir (CFStandardNamesValue): Definizzjonijiet ta’ fenomeni osservati fil-meteoroloġija u fl-oċeanografija, kif speċifikat fit-Taqsima 4.5 ta’ dan l-Anness.

Isem ta’ Parametru ta’ Element tal-Profil (ProfileElementParameterNameValue): Proprjetajiet li jistgħu jiġu osservati biex jiġi kkaratterizzat l-element tal-profil, kif speċifikat fit-Taqsima 3.3.8 tal-Anness IV.

Isem ta’ Parametru ta’ Oġġett Derivat mill-Ħamrija (SoilDerivedObjectParameterNameValue): Proprjetajiet relatati mal-ħamrija li jistgħu jiġu derivati mill-ħamrija u data oħra, kif speċifikat fit-Taqsima 3.3.9 tal-Anness IV.

Isem ta’ Parametru ta’ Profil tal-Ħamrija (SoilProfileParameterNameValue): Proprjetajiet li jistgħu jiġu osservati biex jiġi kkaratterizzat il-profil tal-ħamrija, kif speċifikat fit-Taqsima 3.3.12 tal-Anness IV.

Isem ta’ Parametru ta’ Sit tal-Ħamrija (SoilSiteParameterNameValue): Proprjetajiet li jistgħu jiġu osservati biex jiġi kkaratterizzat is-sit tal-ħamrija, kif speċifikat fit-Taqsima 3.3.13 tal-Anness IV.

Komponent ta’ Referenza tal-Kwalità tal-Arja tal-UE (EU_AirQualityReferenceComponentValue): Definizzjonijiet ta’ fenomeni rigward il-kwalità tal-ajra fil-kuntest tar-rapportar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 13.2.1.1 tal-Anness IV.

Tabella 4.2 tal-Kodiċijiet u l-Markaturi GRIB tad-WMO (GRIB_CodeTable4_2Value): Definizzjonijiet ta’ fenomeni osservati fil-meteoroloġija, kif speċifikat fit-Taqsima 13.2.1.2 tal-Anness IV.

Użu tal-Parametru P01 tal-BODC (BODC_P01ParameterUsageValue): Definizzjonijiet ta’ fenomeni osservati fl-oċeanografija, kif speċifikat fit-Taqsima 14.2.1.1 tal-Anness IV.

7.3.3.2.   Tip ta’ Funzjoni Statistika (StatisticalFunctionTypeValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ funzjonijiet statistiċi (eż. massima, minima jew medja).

7.3.3.3.   Operatur ta’ Tqabbil (ComparisonOperatorValue)

Lista ta’ kodiċijiet tal-operaturi tat-tqabbil (eż. akbar minn, inqas minn, daqs).”;


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 1.3.4 hija sostitwita kif ġej:

“1.3.4.   Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati Oħra

Eċċezzjonijiet, meta jistgħu jintużaw sistemi ta’ referenza ta’ koordinati oħra għajr dawk elenkati f’1.3.1, 1.3.2 jew 1.3.3 huma:

1.

Sistemi ta’ referenza ta’ koordinati oħra jistgħu jiġu speċifikati għal temi speċifiċi ta’ data ġeografika.

2.

Għal reġjuni barra l-Ewropa kontinentali, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu sistemi ta’ referenza ta’ koordinati adattati.

Il-kodiċijiet ġeodetiċi u l-parametri meħtieġa biex jiddeskrivu dawn is-sistemi ta’ referenza ta’ koordinati l-oħra u biex jippermettu l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni u trasformazzjoni għandhom jiġu dokumentati u għandu jinħoloq identifikatur f’reġistru ta’ sistemi ta’ koordinati stabbilit u mħaddem mill-Kummissjoni, skont l-EN ISO 19111 u ISO 19127.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni INSPIRE għaż-żamma u l-aġġornament tar-reġistru ta’ sistemi ta’ koordinati.”;

(2)

It-Taqsima 3.3 hija sostitwita kif ġej:

“3.3.   Kodiċijiet ta’ Listi

3.3.1.   Ġens Grammatikali (GrammaticalGenderValue)

Il-ġens grammatikali ta’ isem ġeografiku.

3.3.2.   Għadd Grammatikali (GrammaticalNumberValue)

Il-għadd grammatikali ta’ isem ġeografiku.

3.3.3.   Status tal-Isem (NameStatusValue)

L-istatus ta’ isem ġeografiku, jiġifieri l-informazzjoni li tippermetti li wieħed jifhem liema kreditu għandu jingħata lill-isem fir-rigward tal-istandardizzazzjoni u/jew it-topikalità tiegħu.

3.3.4.   Tip ta’ Post Imsemmi (NamedPlaceTypeValue)

It-tip ta’ post imsemmi.

3.3.5.   Nattività (NativenessValue)

In-nattività ta’ isem ġeografiku.”;

(3)

Titħassar it-Taqsima 4.2.3;

(4)

It-Taqsima 4.2.4 hija sostitwita kif ġej:

“4.2.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

4.2.4.1   Livell ta’ Ġerarkija Amministrattiva (AdministrativeHierarchyLevel)

Il-livelli ta’ amministrazzjoni fil-ġerarkija amministrattiva nazzjonali. Din il-lista ta’ kodiċijiet tirrifletti l-livell fil-piramida ġerarkika tal-istrutturi amministrattivi, ibbażata fuq aggregazzjoni ġeometrika ta’ territorji u li mhux bilfors tiddeskrivi s-subordinazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi relatati.

4.2.4.2.   Status Legali (LegalStatusValue)

Deskrizzjoni tal-istatus legali tal-limiti amministrattivi.

4.2.4.3.   Status Tekniku (TechnicalStatusValue)

Deskrizzjoni tal-istatus tekniku tal-limiti amministrattivi.”;

(5)

It-Taqsima 4.3.3 hija sostitwita kif ġej:

“4.3.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

4.3.3.1.   Tip ta’ Segment tal-Linja Bażi (BaselineSegmentTypeValue)

It-tipi ta’ linji bażi użati biex titkejjel il-wisa’ tal-baħar territorjali.

4.3.3.2.   Tip ta’ Żona Marittima (MaritimeZoneTypeValue)

Tip ta’ żona marittima.”;

(6)

fit-Taqsima 5.2.1, it-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Rwol ta’ assoċjazzjoni

Definizzjoni

Tip

Voidability

building

Bini li l-indirizz hu assenjat għalih jew assoċjat miegħu.

Building of the Buildings Base package

voidable

component

Jirrappreżenta li l-komponent tal-indirizz jintuża bħala parti mill-indirizz.

AddressComponent

 

parcel

Roqgħa kadastrali li dan l-indirizz hu assenjat għaliha jew assoċjat magħha.

CadastralParcel

voidable

parentAddress

L-indirizz ewlieni (prinċipali) li dan is-(sub)indirizz hu strettament marbut miegħu

Address

Voidable”

(7)

It-Taqsima 5.4 hija sostitwita kif ġej:

“5.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

5.4.1.   Metodu tal-Ġeometrija (GeometryMethodValue)

Deskrizzjoni ta’ kif u min ħoloq jew idderiva din il-pożizzjoni ġeografika tal-indirizz.

5.4.2.   Speċifikazzjoni tal-Ġeometrija (GeometrySpecificationValue)

Informazzjoni li tiddefinixxi l-ispeċifikazzjoni użata biex toħloq jew tidderiva din il-pożizzjoni ġeografika tal-indirizz.

5.4.3.   Tip ta’ Deżinjatur tal-Lokalizzatur (LocatorDesignatorTypeValue)

Deskrizzjoni tas-semantika tad-deżinjatur tal-lokalizzatur.

5.4.4.   Livell tal-Lokalizzatur (LocatorLevelValue)

Il-livell li l-lokalizzatur jirreferi għalih.

5.4.5.   Tip ta’ Isem il-Lokalizzatur (LocatorNameTypeValue)

Deskrizzjoni tas-semantika ta’ isem il-lokalizzatur.

5.4.6.   Tip ta’ Parti (PartTypeValue)

Klassifikazzjoni tal-parti tal-isem skont is-semantika tiegħu f’isem it-triq sħiħ.

5.4.7.   Status (StatusValue)

Il-validità attwali tal-indirizz jew tal-komponent tal-indirizz tad-dinja reali.”;

(8)

It-Taqsima 6.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.2.1.   Livell tat-Tqassim f’Żoni Kadastrali (CadastralŻoningLevelValue)

Livelli ta’ ġerarkija tat-tqassim f’żoni kadastrali.”;

(9)

Titħassar it-Taqsima 7.3.2;

(10)

It-Taqsima 7.3.3 hija sostitwita kif ġej:

“7.3.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.3.3.1.   Restrizzjoni tal-Aċċess (AccessRestrictionValue)

Tipi ta’ restrizzjonijiet tal-aċċess għal element tat-trasport.

7.3.3.2.   Tip ta’ Restrizzjoni (RestrictionTypeValue)

Restrizzjonijiet possibbli fuq vetturi li jista’ jaċċessaw element tat-trasport.

7.3.3.3.   Tip ta’ Trasport (TransportTypeValue)

Tipi possibbli ta’ networks tat-trasport.”;

(11)

fit-Taqsima 7.4.1.3, it-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Rwol ta’ assoċjazzjoni

Definizzjoni

Tip

Voidability

controlTowers

Is-sett ta’ torrijiet tal-kontroll li jappartjeni għal ajrudrom (ajruport/ħeliport).

Building of the Buildings Base package

Voidable”

(12)

It-Taqsima 7.4.2 hija sostitwita kif ġej:

“7.4.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.4.2.1.   Kategorija tal-Ajrudrom (AerodromeCategoryValue)

Il-kategoriji possibbli tal-ajrudrom li jikkonċernaw l-ambitu u l-importanza tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru offruti minnu u lilu.

7.4.2.2.   Tip ta’ Ajrudrom (AerodromeTypeValue)

Kodiċi li jispeċifika jekk okkorrenza ta’ entità partikolari hix ajrudrom jew ħeliport.

7.4.2.3.   Klassi ta’ Links ta’ Rotot tal-Ajru (AirRouteLinkClassValue)

It-tip ta’ rotta mill-aspett tan-navigazzjoni.

7.4.2.4.   Tip ta’ Rotta tal-Ajru (AirRouteTypeValue)

Il-klassifikazzjoni tar-rotta bħala rotta tal-ATS jew Linji Ferrovjarji tal-Atlantiku tat-Tramuntana.

7.4.2.5.   Restrizzjoni fuq l-Użu tal-Ajru (AirUseRestrictionValue)

Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu għal oġġett tan-network tal-ajru.

7.4.2.6.   Tip ta’ Żona tal-Ispazju tal-Ajru (AirspaceAreaTypeValue)

Tipi rikonoxxuti ta’ Spazju tal-Ajru.

7.4.2.7.   Tip ta’ Għajnuna għan-Navigazzjoni (NavaidTypeValue)

Tipi ta’ Servizzi ta’ Għajnuna għan-Navigazzjoni.

7.4.2.8.   Rwol tal-Punt (PointRoleValue)

Ir-rwol tal-Punt tal-Linja tan-Nofs tar-Runway.

7.4.2.9.   Tip ta’ Runway (RunwayTypeValue)

Kodiċi li jiddistingwi bejn runways għall-ajruplani u l-FATO għall-ħelikopters.

7.4.2.10.   Kompożizzjoni tas-Superfiċje (SurfaceCompositionValue)

Kodiċi li jindika l-kompożizzjoni ta’ superfiċje.”;

(13)

It-Taqsima 7.5.2 hija sostitwita kif ġej:

“7.5.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.5.2.1.   Tip ta’ Rotta bil-Kablaġġ (CablewayTypeValue)

It-tipi possibbli ta’ trasport b’rotta bil-kablaġġ.”;

(14)

fit-Taqsima 7.6.1.7, titħassar it-tabella Attributi tat-tip ta’ oġġett ġeografiku RailwayLink;

(15)

Titħassar it-Taqsima 7.6.2;

(16)

It-Taqsima 7.6.3 hija sostitwita kif ġej:

“7.6.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.6.3.1.   Nodu tal-Forma Ferrovjarja (FormOfRailwayNodeValue)

Il-funzjonijiet possibbli ta’ nodu ferrovjarju fin-network ferrovjarju.

7.6.3.2.   Tip Ferrovjarju (RailwayTypeValue)

It-tipi possibbli ta’ trasport ferrovjarju.

7.6.3.3.   Użu Ferrovjarju (RailwayUseValue)

L-użi possibbli tar-rotot ferrovjarji.

7.6.3.4.   Għadd Minimu jew Massimu tal-Linji Ferrovjarji (MinMaxTrackValue)

Valuri li jindikaw jekk l-għadd tal-linji ferrovjarji jintgħaddx bħala massimu, minimu jew medju.

7.6.3.5.   Kategorija tal-Wisa’ Bejn il-Binarji tal-Linja Ferrovjarja (TrackGaugeCategoryValue)

Il-kategoriji possibbli tar-rotot ferrovjarji li jikkonċernaw il-wisa’ nominali bejn il-binarji ta’ linja ferrovjarja.”;

(17)

Titħassar it-Taqsima 7.7.2;

(18)

It-Taqsima 7.7.3 hija sostitwita kif ġej:

“7.7.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.7.3.1.   Kundizzjoni taż-Żona (AreaConditionValue)

Restrizzjoni fuq il-limitu tal-veloċità skont iż-żona.

7.7.3.2.   Nodu tal-Forma tat-Triq (FormOfRoadNodeValue)

Funzjonijiet tan-nodi tat-toroq.

7.7.3.3.   Forma tal-Mogħdija (FormOfWayValue)

Klassifikazzjoni bbażata fuq il-proprjetajiet fiżiċi tal-link tat-toroq.

7.7.3.4.   Parti tat-Triq (RoadPartValue)

Indikazzjoni għal liema parti tat-triq japplika l-valur tal-kejl.

7.7.3.5.   Tip ta’ Servizz tat-Triq (RoadServiceTypeValue)

Tipi ta’ żoni ta’ servizzi tat-triq.

7.7.3.6.   Kategorija tas-Superfiċje tat-Triq (RoadSurfaceCategoryValue)

Valuri li jindikaw jekk triq hix iċċangata jew le.

7.7.3.7.   Faċilità ta’ Servizz (ServiceFacilityValue)

Faċilitajiet ta’ servizz possibbli disponibbli f’żona ta’ servizzi tat-toroq.

7.7.3.8.   Sors tal-Limitu tal-Veloċità (SpeedLimitSourceValue)

Sorsi possibbli għal-limiti tal-veloċità.

7.7.3.9.   Tip ta’ Vettura (VehicleTypeValue)

Tipi possibbli ta’ vetturi.

7.7.3.10.   Kundizzjoni tat-Temp (WeatherConditionValue)

Valuri li jindikaw il-kundizzjonijiet tat-temp li jaffettwaw il-limiti tal-veloċità.

7.7.3.11.   Klassi tat-Triq Funzjonali (FunctionalRoadClassValue)

Valuri għall-klassifikazzjoni tat-triq funzjonali. Din il-klassifikazzjoni hi bbażata fuq l-importanza tar-rwol li għandha t-triq fin-network tat-toroq.

7.7.3.12.   Għadd Minimu Jew Massimu ta’ Korsiji (MinMaxLaneValue)

Valuri li jindikaw jekk l-għadd ta’ korsiji jintgħaddx bħala massimu, minimu jew medju.

7.7.3.13.   Natura tal-Limitu tal-Veloċità (SpeedLimitMinMaxValue)

Valuri possibbli li jindikaw in-natura tal-limitu tal-veloċità.”;

(19)

fit-Taqsima 7.8.1.13, fit-tieni subparagrafu, titħassar is-sentenza “Dan it-tip huwa astratt.”;

(20)

Titħassar it-Taqsima 7.8.2;

(21)

It-Taqsima 7.8.3 hija sostitwita kif ġej:

“7.8.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.8.3.1.   Użu tal-Laneċ (FerryUseValue)

It-tipi ta’ trasport li jsir b’lanċa.

7.8.3.2.   Nodu tal-Forma tal-Passaġġ fuq l-Ilma (FormOfWaterwayNodeValue)

Funzjoni ta’ Nodu ta’ Passaġġ fuq l-Ilma fin-network tat-trasport bl-ilma.

7.8.3.3.   Klassi tas-CEMT (CEMTClassValue)

Klassifikazzjoni ta’ passaġġ fuq l-ilma intern skont is-CEMT (il-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport) ir-Riżoluzzjoni Nru 92/2.”;

(22)

fit-Taqsima 8.3.1.1, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

geographicalName

Isem ġeografiku li jintuża sabiex jidentifika oġġett idrografiku fid-dinja reali. Huwa jipprovdi “muftieħ” għall-assoċjazzjoni impliċita ta’ rappreżentazzjonijiet differenti tal-oġġett.

GeographicalName

voidable

hydroId

Identifikatur li jintuża sabiex jidentifika oġġett idrografiku fid-dinja reali. Huwa jipprovdi “muftieħ” għall-assoċjazzjoni impliċita ta’ rappreżentazzjonijiet differenti tal-oġġett.

HydroIdentifier

Voidable”

(23)

It-Taqsima 8.4.2 hija sostitwita kif ġej:

“8.4.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

8.4.2.1.   Kategorija Nodu Idro (HydroNodeCategoryValue)

Tiddefinixxi kategoriji għal tipi differenti ta’ nodi ta’ network idrografiku.”;

(24)

fit-Taqsima 8.5.1.3, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

area

Id-daqs tal-erja taż-żona tal-qbid.

Area

voidable

basinOrder

Numru (jew kodiċi) li jesprimi l-grad ta’ tifrigħ/tqassim f’sistema ta’ żona tal-qbid.

HydroOrderCode

voidable

beginLifespanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ddaħħlet jew tbiddlet fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

endLifespanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ġiet sostitwita jew irtirata fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

geometry

Il-ġeometrija taż-żona tal-qbid, bħala superfiċje.

GM_Object

 

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

origin

L-oriġini taż-żona tal-qbid.

OriginValue

Voidable”

(25)

fit-Taqsima 8.5.1.3, is-sentenza finali hija sostitwita b’dan li ġej:

“Limitazzjonijiet tat-tip ta’ oġġett ġeografiku DrainageBasin

Baċir idrografiku ma jistax jkun jinsab fi ħdan baċir ieħor.

L-attribut tal-ġeometrija għandu jkun tat-tip GM_Surface jew GM_MultiSurface.”;

(26)

Titħassar it-Taqsima 8.5.3;

(27)

It-Taqsima 8.5.4 hija sostitwita kif ġej:

“8.5.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

8.5.4.1.   Tip ta’ Qsim (CrossingTypeValue)

Tipi fiżiċi ta’ qsim f’kanali tal-ilma, magħmula mill-bniedem.

8.5.4.2.   Persistenza Idroloġika (HydrologicalPersistenceValue)

Kategoriji ta’ persistenza idroloġika ta’ korp tal-ilma.

8.5.4.4.   Tip ta’ Plajja (ShoreTypeValue)

Kategoriji ta’ kompożizzjoni ta’ żoni ta’ plajja.

8.5.4.5.   Livell tal-Ilma (WaterLevelValue)

Id-datum tal-ilma tal-marea/il-livell tal-ilma li jipprovdi referenza għall-qigħan u l-altitudnijiet.

8.5.4.6.   Oriġini (OriginValue)

Tip ta’ lista ta’ kodiċi li tispeċifika sett ta’ kategoriji idrografiċi ta’ ‘oriġini’ (naturali, magħmula mill-bniedem) għal diversi oġġetti idrografiċi.”;

(28)

fit-Taqsima 9.1.1, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

geometry

Il-ġeometrija li tiddefinixxi l-limitu tas-Sit Protett.

GM_Object

 

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

siteDesignation

Id-deżinjazzjoni (it-tip) tas-Sit Protett.

DesignationType

voidable

siteName

L-isem tas-Sit Protett.

GeographicalName

voidable

siteProtectionClassification

Il-klassifikazzjoni tas-sit protett ibbażata fuq l-iskop tal-protezzjoni tiegħu.

ProtectionClassificationValue

voidable

thematicId

Identifikatur ta’ oġġett tematiku.

ThematicIdentifier

Voidable”

(29)

fit-Taqsima 9.2.1, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

designation

Id-deżinjazzjoni tas-Sit attwali.

DesignationValue

 

designationScheme

L-iskema li minnha jiġi l-kodiċi ta’ deżinjazzjoni.

DesignationSchemeValue

 

percentageUnderDesignation

Il-perċentwal tas-sit li jaqa’ taħt id-deżinjazzjoni. Dan jintuża b’mod partikolari għall-kategorizzazzjoni tal-IUCN.

Decimal

 

legalFoundationDate

Id-data li fiha s-sit protett inħoloq legalment. Din hija d-data meta nħoloq l-oġġett fid-dinja reali, mhux id-data meta nħolqot ir-rappreżentazzjoni tiegħu f’sistema tal-informazzjoni.

Date

voidable

legalFoundationDocument

Ċitazzjoni tat-test jew ta’ URL li jipprovdu referenza għall-att legali li ħalaq is-Sit Protett.

CI_Citation

Voidable”

(30)

Titħassar it-Taqsima 9.3;

(31)

It-Taqsima 9.4 hija sostitwita kif ġej:

“9.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

9.4.1.   Skema ta’ Deżinjazzjoni (DesignationSchemeValue)

L-iskema użata sabiex tassenja deżinjazzjoni lis-Siti Protetti.

Din il-lista’ ta’ kodiċijiet tista’ tiġi estiża mill-Istati Membri.

9.4.2.   Deżinjazzjoni (DesignationValue)

Tipi ta’ klassifikazzjoni u deżinjazzjoni taħt skemi differenti.

Din il-lista ta’ kodiċijiet tinkludi l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet speċifikati fit-Taqsimiet 9.4.3 sa 9.4.8 jew ta’ listi ta’ kodiċijiet oħra definiti mill-fornituri tad-data.

9.4.3.   Deżinjazzjoni tal-IUCN (IUCNDesignationValue)

Lista ta’ kodiċijiet għall-Unjoni Internazzjonali għall-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-Konservazzjoni tan-Natura.

9.4.4.   Deżinjazzjoni tar-Reġistru tal-Monumenti Nazzjonali (NationalMonumentsRecordDesignationValue)

Lista ta’ kodiċijiet għall-iskema ta’ klassifikazzjoni tar-Reġistru tal-Monumenti Nazzjonali.

9.4.5.   Deżinjazzjoni Natura2000 (Natura2000DesignationValue)

Lista ta’ kodiċijiet għall-iskema ta’ deżinjazzjoni Natura2000, f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*1) (id-Direttiva dwar il-Ħabitats).

9.4.6.   Deżinjazzjoni ta’ Ramsar (RamsarDesignationValue)

Lista ta’ kodiċijiet għall-iskema ta’ deżinjazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Ramsar).

9.4.7.   Deżinjazzjoni tal-Programm tal-Unesco dwar il-Bniedem u l-Bijosfera (UNESCOManAndBiosphereProgrammeDesignationValue)

Lista ta’ kodiċijiet għall-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-Programm dwar il-Bniedem u l-Bijosfera.

9.4.8.   Deżinjazzjoni ta’ Wirt Dinji tal-Unesco (UNESCOWorldHeritageDesignationValue)

Lista ta’ kodiċijiet għall-iskema ta’ deżinjazzjoni tal-Wirt Dinji.

9.4.9.   Klassifikazzjoni tal-Protezzjoni (ProtectionClassificationValue)

Il-klassifikazzjoni tas-sit protett ibbażata fuq l-iskop tal-protezzjoni.

(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).” "


(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).” ”


ANNESS III

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 1.3.1 hija sostitwita kif ġej:

“1.3.1.   Listi ta’ Kodiċijiet

1.3.1.1.   Tip ta’ Proprjetà tal-Elevazzjoni (ElevationPropertyTypeValue)

Tip ta’ lista ta’ kodiċijiet li tiddetermina l-proprjetà tal-elevazzjoni li tkejlet jew li ġiet ikkalkolata.

1.3.1.2.   Tip ta’ Superfiċje (SurfaceTypeValue)

Tip ta’ lista ta’ kodiċijiet li tiddetermina s-superfiċje tal-elevazzjoni fir-rigward tal-aderenza relattiva tagħha mas-superfiċje għerja tad-Dinja.”;

(2)

Titħassar it-Taqsima 1.5.3;

(3)

It-Taqsima 1.5.4 hija sostitwita kif ġej:

“1.5.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

1.5.4.1.   Tip ta’ Linja ta’ Qsim (BreakLineTypeValue)

Lista ta’ valuri possibbli tat-tip għal linji ta’ qsim abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi tal-linja ta’ qsim [fis-superfiċje ta’ elevazzjoni].

1.5.4.2.   Klassifikazzjoni ta’ Elevazzjonijiet fil-Post (SpotElevationClassValue)

Valuri possibbli ta’ klassifikazzjoni għall-elevazzjonijiet fil-post abbażi tal-ispeċifikazzjoni LAS miżmuma mill-American Society for Photogrammetry and Remote Sensing (ASPRS).

1.5.4.3.   Tip ta’ Elevazzjoni fil-Post (SpotElevationTypeValue)

Valuri possibbli għal punti ta’ elevazzjoni fil-post li jiddeskrivu singolarità tas-superfiċje.

1.5.4.4.   Tip ta’ Linja ta’ Kontorn (ContourLineTypeValue)

Lista ta’ kategoriji possibbli ta’ linji ta’ kontorn abbażi tal-parametru tal-ekwidistanza tas-sett tad-data.”;

(4)

It-Taqsima 2.3.2 hija sostitwita kif ġej:

“2.3.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

2.3.2.1.   Klassi ta’ Kopertura tal-Art (LandCoverClassValue)

Lista ta’ kodiċijiet jew klassifikazzjoni ta’ koperturi tal-art.”;

(5)

fit-Taqsima 2.4.1.2, tiżdied it-tabella li ġejja:

Rwoli ta’ assoċjazzjoni tat-tip ta’ oġġett ġeografiku LandCoverUnit

Rwol ta’ assoċjazzjoni

Definizzjoni

Tip

Voidability

dataset

Sett ta’ data ta’ Kopertura tal-Art li għalih jappartjeni dan l-oġġett ta’ Kopertura tal-Art.

LandCoverDataset”

 

(6)

fit-Taqsima 2.6, l-ewwel sentenza, il-kliem “attribut onlineDescription” huwa sostitwit bil-kliem “attribut externalDescription”.

(7)

It-Taqsima 3.4 hija sostitwita kif ġej:

“3.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

3.4.1.   Metodu ta’ Interpolazzjoni (InterpolationMethodValue)

Lista ta’ kodiċijiet li tidentifika l-metodi ta’ interpolazzjoni li jistgħu jintużaw għall-evalwazzjonijiet tal-koperturi ta’ ortoimmaġnijiet.”;

(8)

It-Taqsima 4.2.3 hija sostitwita kif ġej:

“4.2.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

4.2.3.1.   Tip ta’ Karatteristika Ġeomorfoloġika Antropoġenika (AnthropogenicGeomorphologicFeatureTypeValue)

Tipi ta’ karatteristiċi ġeomorfoloġiċi antropoġeniċi.

4.2.3.2.   Skop ta’ Spiera (BoreholePurposeValue)

L-iskopijiet għaliex tħaffret spiera.

4.2.3.3.   Tip ta’ Ġabra (CollectionTypeValue)

Tipi ta’ ġabriet ta’ oġġetti ġeoloġiċi u ġeofiżiċi.

4.2.3.4.   Rwol ta’ Parti minn Kompożizzjoni (CompositionPartRoleValue)

Ir-rwoli li parti minn kompożizzjoni jkollha f’unità ġeoloġika.

4.2.3.5.   Ambjent ta’ Avveniment (EventEnvironmentValue)

Termini għall-ambjenti ġeoloġiċi fejn iseħħu avvenimenti ġeoloġiċi.

4.2.3.6.   Proċess ta’ Avveniment (EventProcessValue)

Termini li jispeċifikaw il-proċess jew il-proċessi li seħħew waqt avveniment.

4.2.3.7.   Tip ta’ Kisra Ġeoloġika (FaultTypeValue)

Termini li jiddeskrivu t-tip ta’ struttura ta’ spostament laterali.

4.2.3.8.   Tip ta’ Profil ta’ Tinja (FoldProfileTypeValue)

Termini li jispeċifikaw it-tip ta’ tinja.

4.2.3.9.   Era Ġeokronoloġika (GeochronologicEraValue)

Termini li jispeċifikaw unitajiet rikonoxxuti ta’ żmien ġeoloġiku.

4.2.3.10.   Tip ta’ Unità Ġeoloġika (GeologicUnitTypeValue)

Termini li jiddeskrivu t-tip ta’ unità ġeoloġika.

4.2.3.11.   Attività Ġeomorfoloġika (GeomorphologicActivityValue)

Termini li jindikaw il-livell ta’ attività ta’ karatteristika ġeomorfoloġika.

4.2.3.12.   Litoloġija (LithologyValue)

Termini li jiddeskrivu l-litoloġija.

4.2.3.13.   Qafas ta’ Mmappjar (MappingFrameValue)

Termini li jindikaw is-superfiċje li fuqha qiegħda tiġi pprojettata l-MappedFeature.

4.2.3.14.   Tip ta’ Karatteristika Ġeomorfoloġika Naturali (NaturalGeomorphologicFeatureTypeValue)

Termini li jiddeskrivu t-tip ta’ karatteristika ġeomorfoloġika naturali.

4.2.3.15.   Klassi Tematika (ThematicClassValue)

Valuri għal klassifikazzjoni tematika ta’ karatteristiċi ġeoloġiċi.

4.2.3.16.   Klassifikazzjoni Tematika (ThematicClassificationValue)

Lista ta’ klassifikazzjonijiet tematiċi għal karatteristiċi ġeoloġiċi.”;

(9)

It-Taqsima 4.3.2 hija sostitwita kif ġej:

“4.3.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

4.3.2.1.   Tip ta’ Kampanja (CampaignTypeValue)

Tip ta’ kampanja ġeofiżika.

4.3.2.2.   Isem ta’ Network (NetworkNameValue)

Isem ta’ network ġeofiżiku.

4.3.2.3.   Tip ta’ Pjattaforma (PlatformTypeValue)

Pjattaforma li fuqha ssir l-akkwiżizzjoni tad-data.

4.3.2.4.   Tip ta’ Profil (ProfileTypeValue)

Tip ta’ profil ġeofiżiku.

4.3.2.5.   Grad ta’ Stazzjon (StationRankValue)

Grad ta’ stazzjon ġeofiżiku.

4.3.2.6.   Tip ta’ Stazzjon (StationTypeValue)

Tip ta’ stazzjon ġeofiżiku.

4.3.2.7.   Tip ta’ Stħarriġ (SurveyTypeValue)

Tip ta’ stħarriġ jew sett ta’ data ġeofiżika.

4.3.2.8.   Tip ta’ Radda (SwathTypeValue)

Tip ta’ radda ġeofiżika.”;

(10)

It-Taqsima 4.4.3 hija sostitwita kif ġej:

“4.4.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

4.4.3.1.   Tip ta’ Bir Attiv (ActiveWellTypeValue)

Tipi ta’ bjar attivi.

4.4.3.2.   Tip ta’ Midja ta’ Akwifer (AquiferMediaTypeValue)

Valuri li jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-midjum tal-akwifer.

4.4.3.3.   Tip ta’ Akwifer (AquiferTypeValue)

Tipi ta’ akwiferi.

4.4.3.4.   Kundizzjoni tal-Ilma ta’ Taħt l-Art (ConditionOfGroundwaterValue)

Valuri li jindikaw il-grad approssimattiv ta’ bidla li saret fl-istat naturali tal-ilma ta’ taħt l-art.

4.4.3.5.   Tip Idroġeokimiku ta’ Blat (HydroGeochemicalRockTypeValue)

Valuri li jiddeskrivu l-kundizzjoni idroġeokimika tal-ambjent tal-ilma ta’ taħt l-art.

4.4.3.6.   Tip ta’ Oġġett Naturali (NaturalObjectTypeValue)

Tipi ta’ oġġetti idroġeoloġiċi naturali.

4.4.3.7.   Tip ta’ Kodiċi ta’ Status (StatusCodeTypeValue)

Valuri li jiddeskrivu l-istatus ta’ oġġetti idroġeoloġiċi magħmula mill-bniedem.

4.4.3.8.   Persistenza tal-Ilma (WaterPersistenceValue)

Tipi ta’ persistenza idroloġika tal-ilma.

4.4.3.9.   Salinità tal-Ilma (WaterSalinityValue)

Lista ta’ kodiċijiet li tindika l-klassijiet ta’ salinità fl-ilma.”;


ANNESS IV

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima 1.3.1, fl-introduzzjoni, il-kliem “Il-pakkett Vector” huwa sostitwiti bil-kliem “Il-pakkett Statistical Units Vector”.

(2)

fit-Taqsima 1.3.1.1, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

thematicId

Identifikatur deskrittiv uniku ta’ oġġett applikat għal oġġetti ġeografiċi f’tema ta’ informazzjoni definita.

ThematicIdentifier

 

country

Il-kodiċi tal-pajjiż li l-oġġett jappartjeni għalih.

CountryCode

 

geographicalName

Ismijiet ġeografiċi possibbli tal-oġġett.

GeographicalName

 

statisticalUnitType

Tip ta’ unità territorjali użata għal skopijiet ta’ disseminazzjoni.

StatisticalUnitTypeValue

 

validityPeriod

Il-perjodu meta preferibbilment suppost li tintuża l-unità statistika u meta le.

TM_Period

 

referencePeriod

Il-perjodu meta d-data suppost tagħti stampa tad-diviżjoni territorjali f’unitajiet statistiċi.

TM_Period

 

beginLifespanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ddaħħlet jew tbiddlet fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

endLifespanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ġiet sostitwita jew irtirata fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

Voidable”

(3)

It-Taqsima 1.3.3 hija sostitwita kif ġej:

“1.3.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

1.3.3.1.   Tip ta’ Ġeometrija (GeometryTypeValue)

Il-valuri ta’ kodiċijiet għat-tipi ta’ ġeometrija.

1.3.3.2.   Tip ta’ Evoluzzjoni (EvolutionTypeValue)

Il-valuri ta’ kodiċijiet għat-tipi ta’ evoluzzjoni.

1.3.3.3.   Tip ta’ Unità Statistika (StatisticalUnitlegali)

Il-valuri tal-kodiċi għat-tipi ta’ unitajiet statistiċi.”;

(4)

fit-Taqsima 1.4.1.1, il-kitba kollha wara t-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

Limitazzjonijiet tat-tip ta’ oġġett ġeografiku StatisticalGridCell

Il-pożizzjoni taċ-ċellula għandha tkun fi ħdan il-grilja, skont il-wisa’ u l-għoli tagħha.

Għandu jiġi pprovdut mill-anqas wieħed mill-attributi code, geographicalPosition, gridPosition jew geometry.

Fejn jiġu pprovduti diversi rappreżentazzjonijiet ġeografiċi (code, geographicalPosition, gridPosition u geometry), dawn għandhom ikunu konsistenti.

Il-kodiċi għandu jkun kompost minn:

(1)

kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri kif definit fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

(2)

parti ta’ sistema ta’ referenza ta’ koordinati, irrappreżentata mill-kelma CRS, segwita mill-kodiċi tal-EPSG;

(3)

parti ta’ riżoluzzjoni u pożizzjoni:

Jekk is-sistema ta’ referenza ta’ koordinati tkun projettata, il-kelma RES segwita mir-riżoluzzjoni tal-grilja f’metri u mill-ittra m. Imbagħad, l-ittra N segwita mill-valur tax-xejra lejn it-Tramuntana f’metri, u l-ittra E segwita mill-valur tax-xejra lejn il-Lvant f’metri.

Jekk is-sistema ta’ referenza koordinata ma tkunx projettata, il-kelma RES segwita mir-riżoluzzjoni tal-grilja fi gradi-minuti-sekondi, segwita mill-kelma dms. Imbagħad il-kelma LON segwita mill-valur tal-lonġitudni fi gradi-minuti-sekondi, u l-kelma LAT segwita mill-valur tal-latitudni fi gradi-minuti-sekondi.

Għaż-żewġ każijiet, il-pożizzjoni mogħtija għandha tkun il-pożizzjoni fil-kantuniera tal-qiegħ tax-xellug taċ-ċellola.”;

(5)

It-Taqsima 1.5 hija sostitwita kif ġej:

“1.5.    Rekwiżiti speċifiċi għat-tema

(1)

Għandha tkun disponibbli wkoll mill-anqas il-ġeometrija ta’ unitajiet statistiċi, li għaliha tkun disponibbli data statistika skont l-INSPIRE. Dan ir-rekwiżit japplika għat-temi tal-INSPIRE li jirreferu għal unitajiet statistiċi.

(2)

Għal użu pan-Ewropew, għandha tintuża l-Grilja b’Erja Indaqs definita fit-Taqsima 2.2.1 tal-Anness II. Għall-użu pan-Ewropew, id-daqsijiet taċ-ċelloli tal-grilja permessi addizzjonali huma ta’ 2 m, 5 m, 20 m, 50 m, 200 m, 500 m, 2 000 m, 5 000 m, 20 000 m, 50 000 m.

(3)

Id-data statistika għandha tirreferi għall-unità statistika tagħha permezz tal-identifikatur ta’ oġġett estern tal-unità (inspireId) jew permezz tal-identifikatur tematiku (għall-unitajiet ta’ vettur) jew permezz tal-kodiċi tal-unità (għaċ-ċelluli ta’ grilja).

(4)

Id-data statistika għandha tirreferi għal verżjoni speċifika ta’ unità statistika.”;

(6)

fit-Taqsima 2.3.1.3, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej: ”

“Rwol ta’ assoċjazzjoni

Definizzjoni

Tip

Voidability

parts

Il-partijiet ta’ bini li l-bini huwa kompost minnhom.

BuildingPart tal-pakkett ta’ Bażi ta’ Bini

Voidable”

(7)

It-Taqsima 2.3.3 hija sostitwita kif ġej:

“2.3.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

2.3.3.1.   Natura ta’ Bini (BuildingNatureValue)

Valuri li jindikaw in-natura ta’ bini.

2.3.3.2.   Kundizzjoni Ta’ Kostruzzjoni (ConditionOfConstructionValue)

Valuri li jindikaw il-kundizzjoni ta’ kostruzzjoni.

2.3.3.3.   Użu Kurrenti (CurrentUseValue)

Valuri li jindikaw l-użu kurrenti.

2.3.3.4.   Referenza ta’ Elevazzjoni (ElevationReferenceValue)

Lista ta’ elementi possibbli kkunsidrati sabiex tinkiseb ġeometrija vertikali.

2.3.3.5.   Status tal-Għoli (HeightStatusValue)

Valuri li jindikaw il-metodu li ntuża sabiex jinkiseb l-għoli.

2.3.3.6.   Referenza ta’ Ġeometrija Orizzontali (HorizontalGeometryReferenceValue)

Valuri li jindikaw l-element ikkunsidrat sabiex tinkiseb ġeometrija orizzontali.”;

(8)

fit-Taqsimiet 3.1.3, 3.1.5, 3.1.9, 3.1.10, 3.1.11, 3.1.12, 3.2.1, 3.2.5 l-okkorrenzi kollha ta’ “RangeType” huma sostitwiti bi “RangeType (kif definit fit-Taqsima 3.2.6)”;

(9)

It-Taqsima 3.3 hija sostitwita kif ġej:

“3.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

3.3.1.   Prinċipali tal-Orizzont tal-FAO (FAOHorizonMasterValue)

Lista ta’ kodiċijiet tal-parti prinċipali tad-deżinjazzjoni tal-orizzont.

3.3.2.   Subordinat tal-Orizzont tal-FAO (FAOHorizonSubordinateValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ deżinjazzjonijiet ta’ distinzjonijiet u ta’ karatteristiċi subordinati fi ħdan l-orizzonti u s-saffi prinċipali, li huma bbażati fuq karatteristiċi ta’ profil osservabbli fil-post u li jiġu applikati waqt id-deskrizzjoni tal-ħamrija fis-sit.

3.3.3.   Prim tal-FAO (FAOPrimeValue)

Prim u prim doppju jistgħu jintużaw sabiex jikkonnotaw is-simbolu tal-orizzont prinċipali tal-aktar orizzont baxx miż-żewġ (prim) jew mit-tliet (prim doppju) orizzonti li jkollhom kombinazzjonijiet identiċi bi prefissi numeriċi Għarab u b’ittri.

3.3.4.   Tip Ieħor ta’ Notazzjoni tal-Orizzonti (OtherHorizonNotationTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ orizzonti tal-ħamrija skont sistema ta’ klassifikazzjoni speċifika.

3.3.5.   Tip Ieħor ta’ Isem ta’ Ħamrija (OtherSoilNameTypeValue)

Identifikazzjoni tal-profil ta’ ħamrija skont skema ta’ klassifikazzjoni speċifika.

3.3.6.   Stat ta’ Proċess ta’ Ġenesi ta’ Saff (LayerGenesisProcessStateValue)

Indikazzjoni jekk il-proċess speċifikat fil-layerGenesisProcess ikunx għadu għaddej jew ikunx waqaf.

3.3.7.   Tip ta’ Saff (LayerTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ saff skont il-kunċett li huwa adattat għall-iskop.

3.3.8.   Isem ta’ Parametru ta’ Element tal-Profil (ProfileElementParameterNameValue)

Proprjetajiet li jistgħu jiġu osservati sabiex jiġi kkaratterizzat l-element ta’ profil.

3.3.9.   Isem ta’ Parametru ta’ Oġġett Derivat mill-Ħamrija (SoilDerivedObjectParameterNameValue)

Proprjetajiet relatati mal-ħamrija li jistgħu jkunu derivati mill-ħamrija u minn data oħra.

3.3.10.   Skop ta’ Investigazzjoni ta’ Ħamrija (SoilInvestigationPurposeValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ valuri possibbli li jindikaw ir-raġunijiet sabiex jitwettaq stħarriġ.

3.3.11.   Tip ta’ Roqgħa Ħamrija (SoilPlotTypeValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ termini li jispeċifikaw fuq liema tip ta’ roqgħa qiegħda ssir l-osservazzjoni tal-ħamrija.

3.3.12.   Isem ta’ Parametru ta’ Profil tal-Ħamrija (SoilProfileParameterNameValue)

Proprjetajiet li jistgħu jiġu osservati sabiex jiġi kkaratterizzat il-profil ta’ ħamrija.

3.3.13.   Isem ta’ Parametru ta’ Sit tal-Ħamrija (SoilSiteParameterNameValue)

Proprjetajiet li jistgħu jiġi osservati sabiex jiġi kkaratterizzat is-sit ta’ ħamrija.

3.3.14.   Post ta’ Kwalifikatur tad-WRB (WRBQualifierPlaceValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ valuri li jindikaw il-kollokament tal-Kwalifikatur fir-rigward tal-grupp ta’ referenza tal-ħamrija tad-WRB (RSG). Il-kollokament jista’ jkun quddiem l-RSG, jiġifieri “prefiss” jew jista’ jkun wara l-RSG, jiġifieri “suffiss”.

3.3.15.   Kwalifikaturi tad-WRB (WRBQualifierValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ kwalifikaturi possibbli tal-Bażi ta’ Referenza Dinjija għar-Riżorsi tal-Ħamrija.

3.3.16.   Grupp ta’ Referenza dwar il-Ħamrija tad-WRB (RSG) (WRBReferenceSoilGroupValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ gruppi ta’ referenza ta’ ħamrija possibbli (jiġifieri l-ewwel livell ta’ klassifikazzjoni tal-Bażi ta’ Referenza Dinjija għar-Riżorsi tal-Ħamrija).

3.3.17.   Speċifikaturi tad-WRB (WRBSpecifierValue)

Lista ta’ kodiċijiet ta’ speċifikaturi possibbli.”;

(10)

It-Taqsima 4.3.2 hija sostitwita kif ġej:

“4.3.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

4.3.2.1.   HILUCS (HILUCSValue)

Lista ta’ kategoriji tal-użu tal-art li għandhom jintużaw fl-Użu tal-Art tal-INSPIRE.

4.3.2.2.   Klassifikazzjoni tal-Użi tal-Art (LandUseClassificationValue)

Lista ta’ kategoriji ta’ użi tal-art li għandhom jintużaw fl-Użu tal-Art tal-INSPIRE u li ntlaħaq ftehim dwarhom fuq livell nazzjonali jew lokali.”;

(11)

fit-Taqsima 4.7.2.1, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

backgroundMapDate

Id-data tal-mappa tal-isfond użata.

DateTime

 

backgroundMapReference

Referenza għall-mappa tal-isfond li ntużat.

CharacterString

 

backgroundMapURI

URI li jirreferi għal servizz li jipprovdi mapep tal-isfond.

URI

Voidable”

(12)

It-Taqsima 4.7.3 hija sostitwita kif ġej:

“4.7.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

4.7.3.1.   Livell ta’ Pjan Ġeografiċi (LevelOfSpatialPlanValue)

Il-ġerarkija territorjali ta’ pjan.

4.7.3.2.   Ġenerali ta’ Fażi ta’ Proċess (ProcessStepGeneralValue)

Indikazzjoni ġenerali tal-fażi fil-proċess ta’ ppjanar li l-pjan ikun għaddej minnu.

4.7.3.3.   Natura ta’ Regolament (RegulationNatureValue)

In-natura legali tal-indikazzjoni tal-użu tal-art.

4.7.3.4.   Isem ta’ Tip ta’ Pjan (PlanTypeNameValue)

Tipi ta’ pjanijiet kif definiti fl-Istati Membri.

4.7.3.5.   Regolament Supplimentari Speċifiku (SpecificSupplementaryRegulationValue)

Kategorija ta’ regolamenti supplimentari provduta f’nomenklatura speċifika ta’ regolamenti supplimentari provduta mill-fornitur tad-data.

4.7.3.6.   Regolament Supplimentari (SupplementaryRegulationValue)

Tipi ta’ kundizzjonijiet u ta’ limitazzjonijiet fil-pjanijiet ġeografiċi.”;

(13)

It-Taqsima 5.1.6 hija sostitwita kif ġej:

“5.1.6.   Kejl ta’ Determinant tas-Saħħa Ambjentali (EnvHealthDeterminantMeasure)

Kejl mhux trattat imwettaq f’xi post li hu ta’ interess għal analiżi ta’ determinanti tas-saħħa tal-bniedem.

Attributi tat-tip ta’ oġġett ġeografiku EnvHealthDeterminantMeasure

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

location

Il-post tal-kejl.

GM_Object

 

type

It-tip ta’ determinant tas-saħħa tal-bniedem.

EnvHealthDeterminantTypeValue

 

measureTime

Il-perjodu taż-żmien meta sar il-kejl.

TM_Period

 

beginLifespanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ddaħħlet jew tbiddlet fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

endLifespanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ġiet sostitwita jew irtirata fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

validFrom

Iż-żmien meta l-informazzjoni se tibda tintuża.

DateTime

voidable

validTo

Iż-żmien meta l-informazzjoni se tieqaf tintuża.

DateTime

voidable

measure

It-tip ta’ kejl ta’ determinant tas-saħħa tal-bniedem.

Measure

 

category

Il-kategorija tal-kejl tad-determinant tas-saħħa ambjentali.

MeasureCategoryTypeValue

 

Limitazzjonijiet tat-tip ta’ oġġett ġeografiku EnvHealthDeterminantMeasure

Il-kejl tad-determinant tas-saħħa ambjentali għandu jiġi pprovdut jew bħala kejl (‘kejl’ attribwit) jew bħala kategorija ta’ kejl (‘kategorija’ attribwita).”;

(14)

jiddaħħlu t-Taqsimiet 5.1.6a u 5.1.6b li ġejjin:

“5.1.6a   Kejl tal-Istorbju tad-Determinant tas-Saħħa Ambjentali (EnvHealthDeterminantNoiseMeasure)

Kejl tal-istorbju li huwa ta’ interess għall-analiżi tad-determinant tas-saħħa tal-bniedem.

Dan it-tip hu subtip ta’ EnvHealthDeterminantMeasure.

Attributi tat-tip ta’ oġġett ġeografiku EnvHealthDeterminantNoiseMeasure

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

Source

It-tip ta’ sors ta’ storbju.

NoiseSourceTypeValue

 

5.1.6b   Kejl tal-Konċentrazzjoni tad-Determinant tas-Saħħa Ambjentali (EnvHealthDeterminantConcentrationMeasure)

Kejl tal-konċentrazzjoni li huwa ta’ interess għall-analiżi tad-determinant tas-saħħa tal-bniedem.

Dan it-tip hu subtip ta’ EnvHealthDeterminantMeasure.

Attributi tat-tip ta’ oġġett ġeografiku EnvHealthDeterminantConcentrationMeasure

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

component

Il-komponent li qiegħda titkejjel il-konċentrazzjoni tiegħu.

ComponentTypeValue

 

media

Il-media li fihom qiegħda titkejjel il-konċentrazzjoni.

MediaTypeValue”

 

(15)

it-Taqsimiet 5.2.8, 5.2.9, 5.2.10, 5.2.11 jitħassru.

(16)

It-Taqsima 5.3 hija sostitwita kif ġej:

“5.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

5.3.1.   Kawża Tal-Mewt (CODValue)

Id-data dwar il-kawżi tal-mewt (COD) tipprovdi informazzjoni dwar ix-xejriet tal-mortalità u tifforma element ewlieni mill-informazzjoni dwar is-saħħa pubblika.

5.3.2.   Kimika (ChemicalValue)

L-isem tas-sustanza kimika.

5.3.3.   Tip ta’ Komponent tas-Saħħa Ambjentali (ComponentTypeValue)

Tip ta’ komponent partikolari (sustanza kimika, speċi bijoloġika, eċċ.) li l-konċentrazzjoni tiegħu titkejjel f’media ambjentali.

5.3.4.   Tip ta’ Kejl tal-Mard (DiseaseMeasureTypeValue)

Modi differenti kif tista’ tiġi rrapportata d-data dwar il-mard u l-problema ta’ saħħa relatati f’popolazzjoni.

5.3.5.   Tip ta’ Determinant tas-Saħħa Ambjentali (EnvHealthDeterminantTypeValue)

Tip ta’ determinant tas-saħħa ambjentali.

5.3.6.   Tip ta’ Saħħa Ġenerali (GeneralHealthTypeValue)

Tip ta’ indikatur tal-istatus tas-saħħa.

5.3.7.   Tip ta’ Servizzi tas-Saħħa (HealthServicesTypeValue)

Tip ta’ indikatur tal-kura tas-saħħa.

5.3.8.   Klassifikazzjoni Internazzjonali Tal-Mard (ICDValue)

Il-mard kif ġie ddefinit fil-Klassifikazzjoni Internazzjonali Tal-Mard, l-għaxar reviżjoni.

5.3.9.   Matriċi (MatrixValue)

Tip ta’ tessut jew ta’ kompartiment uman għall-kejl ta’ bijomarkatur.

5.3.10.   Tip ta’ Media tas-Saħħa Ambjentali (MediaTypeValue)

Il-media li fihom titkejjel il-konċentrazzjoni ta’ komponent tas-saħħa.

5.3.11.   Tip ta’ Sors ta’ Storbju (NoiseSourceTypeValue)

Il-valuri tat-tip ta’ sors ta’ storbju.

5.3.12.   Metodu ta’ Aggregazzjoni Statistika (StatisticalAggregationMethodValue)

It-tipi ta’ metodi statistiċi użati għall-aggregazzjoni ta’ data ta’ kejl mhux ittrattat dwar l-unità statistika.”;

(17)

It-Taqsima 6.2.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.2.2   Kodiċijiet ta’ Listi

6.2.2.1.   Tip ta’ Tagħmir (AppurtenanceTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tagħmir.

Din il-lista ta’ kodiċijiet tinkludi l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet li ġejjin jew ta’ listi ta’ kodiċijiet oħra speċifikati mill-fornituri tad-data:

Tip ta’ Tagħmir tal-Elettriku (ElectricityAppurtenanceTypeValue): Klassifikazzjoni ta’ tagħmir tal-elettriku, kif speċifikat fit-Taqsima 6.3.2.1.

Tip ta’ Tagħmir taż-Żejt, tal-Gass jew tal-Kimiċi (OilGasChemicalsAppurtenanceTypeValue): Klassifikazzjoni ta’ tagħmir taż-żejt, tal-gass u tal-kimiċi, kif speċifikat fit-Taqsima 6.4.2.1.

Tip ta’ Tagħmir tad-Drenaġġ (SewerAppurtenanceTypeValue): Klassifikazzjoni ta’ tagħmir tad-drenaġġ, kif speċifikat fit-Taqsima 6.5.2.1.

Tip ta’ Tagħmir Termali (ThermalAppurtenanceTypeValue): Klassifikazzjoni ta’ tagħmir termali, kif speċifikat fit-Taqsima 6.6.2.1.

Tip ta’ Tagħmir tal-Ilma (WaterAppurtenanceTypeValue): Klassifikazzjoni ta’ tagħmir tal-ilma, kif speċifikat fit-Taqsima 6.7.2.1.

6.2.2.2.   Tip ta’ Tagħmir Speċifiku (SpecificAppurtenanceTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tagħmir speċifika għal dominju.

6.2.2.3.   Tip ta’ Twassil ta’ Utilità (UtilityDeliveryTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tipi ta’ twassil ta’ utilità.

6.2.2.4.   Tip ta’ Network ta’ Utilità (UtilityNetworkTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tipi ta’ network ta’ utilità.

6.2.2.5.   Tip ta’ Twissija (WarningTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tipi ta’ twissija.”;

(18)

It-Taqsima 6.3.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.3.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.3.2.1.   Tip ta’ Tagħmir tal-Elettriku (ElectricityAppurtenanceTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tagħmir tal-elettriku.”;

(19)

It-Taqsima 6.4.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.4.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.4.2.1.   Tip ta’ Tagħmir taż-Żejt, tal-Gass jew tal-Kimiċi (OilGasChemicalsAppurtenanceTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tagħmir taż-żejt, tal-gass jew tal-kimiċi.

6.4.2.2.   Tip ta’ Prodott taż-Żejt, tal-Gass u tal-Kimiċi (OilGasChemicalsProductTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ prodotti taż-żejt, tal-gass u tal-kimiċi.”;

(20)

It-Taqsima 6.5.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.5.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.5.2.1.   Tip ta’ Tagħmir tad-Drenaġġ (SewerAppurtenanceTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tagħmir tad-drenaġġ.

6.5.2.2.   Tip ta’ Ilma tad-Drenaġġ (SewerWaterTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tipi ta’ ilma tad-drenaġġ.”;

(21)

It-Taqsima 6.6.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.6.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.6.2.1.   Tip ta’ Tagħmir Termali (ThermalAppurtenanceTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tagħmir termali.

6.6.2.2.   Tip ta’ Prodott Termali (ThermalProductTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ prodotti termali.”;

(22)

It-Taqsima 6.7.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.7.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.7.2.1.   Tip ta’ Tagħmir tal-Ilma (WaterAppurtenanceTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tagħmir tal-ilma.

6.7.2.2.   Tip ta’ Ilma (WaterTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ tipi ta’ ilma.”;

(23)

It-Taqsima 6.8.2 hija sostitwita kif ġej:

“6.8.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.8.2.1.   Klassifikazzjoni ta’ Faċilitajiet Ambjentali (EnvironmentalManagementFacilityTypeValue)

Klassifikazzjoni ta’ faċilitajiet ambjentali, pereżempju bħala siti u installazzjonijiet.”;

(24)

fit-Taqsima 6.9.2.2, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

serviceLocationByAddress

Il-post tas-servizz billi ssir referenza għal indirizz.

Address

 

serviceLocationByBuilding

Il-post tas-servizz billi ssir referenza għal bini.

Building of the Buildings 2D package

 

serviceLocationByActivityComplex

Il-post tas-servizz billi ssir referenza għal kumpless ta’ attivitajiet.

ActivityComplex

 

serviceLocationByGeometry

Il-post tas-servizz billi ssir referenza għal ġeometrija.

GM_Object

 

serviceLocationByUtilityNode

Il-post tas-servizz billi ssir referenza għal nodu relatat ma’ network ta’ utilità (ilma, elettriku, eċċ.), pereżempju, idrant jew punt ta’ telefonata f’każ ta’ emerġenza.

UtilityNode”

 

(25)

It-Taqsima 6.9.3 hija sostitwita kif ġej:

“6.9.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

6.9.3.1.   Tip ta’ Servizz (ServiceTypeValue)

Lista ta’ kodiċijiet li fiha klassifikazzjoni tas-servizzi tal-gvern.”;

(26)

fit-Taqsima 7.1.2, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

thematicId

Identifikatur ta’ oġġett tematiku.

ThematicIdentifier

voidable

name

Denotazzjoni b’test sempliċi tal-AbstractMonitoringObject.

CharacterString

voidable

additionalDescription

Deskrizzjoni b’kitba sempliċi ta’ informazzjoni addizzjonali li ma ġietx inkluża f’attributi oħra.

CharacterString

voidable

mediaMonitored

Il-midjum ambjentali mmonitorjat.

MediaValue

 

legalBackground

Il-kuntest legali, li fih jiġu definiti l-ġestjoni u r-regolazzjoni tal-AbstractMonitoringObject.

LegislationCitation

voidable

responsibleParty

Il-parti responsabbli mill-AbstractMonitoringObject.

RelatedParty

voidable

geometry

Il-ġeometrija assoċjata mal-AbstractMonitoringObject. Għal faċilitajiet mobbli, il-ġeometrija tirrappreżenta ż-żona li l-faċilità mistennija titkejjel fiha.

GM_Object

 

onlineResource

Link ma’ dokument estern li jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-AbstractMonitoringObject.

URL

voidable

purpose

Raġuni għaliex ġie ġġenerat l-AbstractMonitoringObject.

PurposeOfCollectionValue

Voidable”

(27)

It-Taqsima 7.3 hija sostitwita kif ġej:

“7.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

7.3.1.   Sistema ta’ Kejl (MeasurementRegimeValue)

Kategoriji għal tipi differenti tal-MeasurementRegime.

7.3.2.   Midja (MediaValue)

Kategoriji għal tipi differenti ta’ media.

7.3.3.   Tip ta’ Proċess (ProcessTypeValue)

Kategoriji għal tipi differenti ta’ proċessi.

7.3.4.   Skop Ta’ Ġabra (PurposeOfCollectionValue)

Kategoriji għal skopijiet differenti ta’ ġabriet.

7.3.5.   Sors ta’ Kisba ta’ Riżultat (ResultAcquisitionSourceValue)

Kategoriji għal tipi differenti tar-ResultAcquisitionSource.

7.3.6.   Natura ta’ Riżultat (ResultNatureValue)

L-istat tar-riżultat ta’ osservazzjoni.

7.3.7.   Tip Speċjalizzat tal-EMF (SpecialisedEMFTypeValue)

Kategoriji għal tipi differenti ta’ EnvironmentalMonitoringFacilities.”;

(28)

It-Taqsima 8.2.2 hija sostitwita kif ġej:

“8.2.2.    Installazzjoni ta’ Produzzjoni (ProductionInstallation)

Unità teknika stazzjonarja, bħal makkinarju, apparat, strumenti jew tagħmir imqiegħed fil-pożizzjoni jew imqabbad għall-użu, li fih titwettaq attività waħda jew aktar elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u fl-Anness I jew fil-Parti 1 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), u kwalunkwe attività oħra direttament assoċjata li għandha konnessjoni teknika mal-attivitajiet elenkati u li jista’ jkollha effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġis.

Attributi tat-tip ta’ oġġett ġeografiku ProductionInstallation

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

thematicId

Identifikatur ta’ oġġett tematiku.

ThematicIdentifier

 

pointGeometry

Proprjetà ġeografika tal-oġġett ġeografiku.

GM_Point

 

surfaceGeometry

Proprjetà ġeografika tal-oġġett ġeografiku.

GM_Surface

voidable

name

Denominazzjoni uffiċjali jew isem proprju jew konvenzjonali tal-installazzjoni.

CharacterString

voidable

description

Dikjarazzjoni deskrittiva dwar l-installazzjoni.

CharacterString

voidable

status

L-istat jew il-kundizzjoni tal-installazzjoni, fir-rigward tal-ordni funzjonali u operazzjonali, li fih qiegħda tiġi rranġata għal perjodu ta’ żmien limitat jew estiż.

StatusType

voidable

type

Tip speċjali ta’ installazzjoni li jindika l-funzjoni operattiva li trid titwettaq.

InstallationTypeValue

voidable


Rwoli ta’ assoċjazzjoni tat-tip ta’ oġġett ġeografiku ProductionInstallation

Rwol ta’ assoċjazzjoni

Definizzjoni

Tip

Voidability

groupedInstallationPart

Installazzjonijiet Minuri teknikament jew legalment parti minn Installazzjoni

ProductionInstallationPart

voidable

(29)

fit-Taqsima 8.2.3, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

thematicId

Identifikatur ta’ oġġett tematiku.

ThematicIdentifier

 

pointGeometry

Proprjetà ġeografika tal-oġġett ġeografiku.

GM_Point

 

surfaceGeometry

Proprjetà ġeografika tal-oġġett ġeografiku.

GM_Surface

voidable

name

Denominazzjoni uffiċjali jew isem proprju jew konvenzjonali tal-parti minn installazzjoni.

CharacterString

voidable

description

Dikjarazzjoni deskrittiva dwar il-parti minn installazzjoni.

CharacterString

voidable

status

L-istat jew il-kundizzjoni tal-parti minn installazzjoni, fir-rigward tal-ordni funzjonali u operattiv, li fih qiegħda tiġi rranġata għal perjodu ta’ żmien limitat jew estiż.

StatusType

voidable

type

Tip speċjali ta’ parti ta’ installazzjoni li jindika l-funzjoni operattiva li trid titwettaq.

InstallationPartTypeValue

voidable

technique

Metodu sabiex titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-inkwinanti minħabba l-emissjonijiet ta’ komponent tekniku, tipikament ta’ ċumnija.

PollutionAbatementTechniqueValue

Voidable”

(30)

It-Taqsima 8.4 hija sostitwita kif ġej:

“8.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

8.4.1.   Teknika ta’ Tnaqqis tat-Tniġġis (PollutionAbatementTechniqueValue)

Metodi sabiex titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-inkwinanti minħabba l-emissjonijiet ta’ komponent tekniku, tipikament ta’ ċumnija.

8.4.2.   Tip ta’ Installazzjoni (InstallationTypeValue)

Valuri li jindikaw il-funzjoni operattiva li installazzjoni trid twettaq.

8.4.3.   Tip ta’ Parti minn Installazzjoni (InstallationPartTypeValue)

Valuri li jindikaw il-funzjoni operattiva li parti ta’ installazzjoni trid twettaq.

8.4.4.   Distrett ta’ Baċir Idrografiku (RiverBasinDistrictValue)

Identifikaturi tal-kodiċi u/jew ismijiet assenjati lid-distretti b’baċir idrografiku.

8.4.5.   Tip ta’ Bini ta’ Produzzjoni (TypeOfProductionBuildingValue)

Klassifikazzjoni ta’ bini ta’ produzzjoni u industrijali.”;

(31)

It-Taqsima 9.4 hija sostitwita kif ġej:

“9.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

9.4.1.   Speċijiet ta’ Bhejjem (LivestockSpeciesValue)

Klassifikazzjoni ta’ speċijiet ta’ bhejjem.

9.4.2.   Speċijiet tal-Akkwakultura (AquacultureSpeciesValue)

Klassifikazzjoni ta’ speċijiet tal-akkwakultura.”;

(32)

It-Taqsima 10.3 hija sostitwita kif ġej:

“10.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

10.3.1.   Tip ta’ Klassifikazzjoni (ClassificationTypeValue)

Valuri ta’ kodiċijiet għal tipi ta’ klassifikazzjoni.

10.3.2.   Tip ta’ Oġġett ta’ Klassifikazzjoni (ClassificationItemTypeValue)

Valuri ta’ kodiċijiet għal oġġetti ta’ klassifikazzjoni.

Din il-lista ta’ kodiċijiet tinkludi l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet li ġejjin jew ta’ listi ta’ kodiċijiet oħra definiti mill-fornituri tad-data:

Età B’5 Snin (AgeBy5YearsValue): Valuri tal-kodiċi għal oġġetti ta’ klassifikazzjoni tal-età b’5 snin

Età B’Sena (AgeByYearValue): Valuri ta’ kodiċijiet għal oġġetti ta’ klassifikazzjoni tal-età b’sena, inkluż valur wieħed għal kull intervall ta’ sena. L-ewwel valur għandu jkun “0-1” bil-label “0-1” u bid-definizzjoni ta’ “0 sa inqas minn sena”, u l-aħħar valur għandu jkun “100+” bil-label “100+” u d-definizzjoni “100 sena jew ixjeħ”.

Il-kodiċi NACE (NACECodeValue): Klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi skont in-NACE tal-Eurostat, kif ġiet speċifikata fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u valuri idjaq definiti mill-fornituri tad-data.

Ġeneru (GenderValue): Ġeneru ta’ persuna jew ta’ grupp ta’ persuni, kif speċifikat fit-Taqsima 4.7 tal-Anness I.

10.3.3.   Varjabbli (VariableValue)

Valuri ta’ kodiċijiet għal ismijiet varjabbli.

10.3.4.   Metodu ta’ Kejl tal-Istatistika (StatisticsMeasurementMethodValue)

Valuri ta’ kodiċijiet għal metodu ta’ kejl tal-istatistika.

10.3.5.   Status ta’ Data Statistika (StatisticalDataStatusValue)

Valuri ta’ kodiċijiet għall-istatus.

10.3.6.   Valur Speċjali (SpecialValue)

Valuri ta’ kodiċijiet għal valuri speċjali.”;

(33)

It-Taqsima 11.3 hija sostitwita kif ġej:

“11.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

11.3.1.   Kodiċi ta’ Tip ta’ Żona (ZoneTypeCode)

Klassifikazzjoni ta’ livell għoli li tiddefinixxi t-tip ta’ Żona ta’ Ġestjoni, ta’ Restrizzjoni jew ta’ Regolazzjoni.

11.3.2.   Kodiċi ta’ Tip ta’ Żona Speċjalizzat (SpecialisedZoneTypeCode)

Valur addizzjonali ta’ klassifikazzjoni li jiddefinixxi t-tip ta’ żona speċjalizzat.

11.3.3.   Dominju Ambjentali (EnvironmentalDomain)

Dominju ambjentali, li l-objettivi ambjentali għalih jistgħu jiġu ddefiniti.”;

(34)

fit-Taqsima 12.2.1, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

beginLifeSpanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ddaħħlet jew tbiddlet fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

endLifeSpanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ġiet sostitwita jew irtirata fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

validFrom

Il-ħin meta l-element espost beda jeżisti fid-dinja reali.

DateTime

voidable

validTo

Il-ħin minn meta l-element espost ma jibqax jeżisti aktar fid-dinja reali.

DateTime

Voidable”

(35)

fit-Taqsima 12.2.2, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

beginLifeSpanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ddaħħlet jew tbiddlet fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

determinationMethod

Jispeċifika jekk ir-riżultat taż-żona ta’ periklu jiġix iddelineat wara mmudellar jew jiġix iddeterminat wara interpretazzjoni.

DeterminationMethodValue

 

endLifeSpanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ġiet sostitwita jew irtirata fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

typeOfHazard

Klassifikazzjoni ġenerika u klassifikazzjoni speċifika tat-tip ta’ periklu naturali.

NaturalHazardClassification

 

validityPeriod

Il-perjodu ta’ żmien li għalih japplika l-mudell.

TM_Period

Voidable”

(36)

fit-Taqsima 12.2.4, l-ewwel tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

beginLifeSpanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ddaħħlet jew tbiddlet fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

endLifeSpanVersion

Id-data u l-ħin li fihom din il-verżjoni tal-oġġett ġeografiku ġiet sostitwita jew irtirata fis-sett ta’ data ġeografika.

DateTime

voidable

inspireId

Identifikatur ta’ oġġett estern tal-oġġett ġeografiku.

Identifier

 

sourceOfRisk

Klassifikazzjoni ġenerika u klassifikazzjoni speċifika tat-tip ta’ periklu li huwa s-sors ta’ riskju.

NaturalHazardClassification

 

validityPeriod

Perjodu ta’ żmien finit fil-futur fejn japplika l-mudell.

TM_Period

Voidable”

(37)

fit-Taqsima 12.3.4, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

hazardCategory

Klassifikazzjoni ġenerika ta’ tipi ta’ perikli naturali.

NaturalHazardCategoryValue

 

specificHazardType

Klassifikazzjoni addizzjonali tal-periklu naturali li tispeċifika ulterjorment it-tip ta’ periklu skont nomenklatura li tkun speċifika għal dan is-sett ta’ data.

SpecificHazardTypeValue

Voidable”

(38)

Titħassar it-Taqsima 12.4;

(39)

It-Taqsima 12.5 hija sostitwita kif ġej:

“12.5.   Listi ta’ Kodiċijiet

12.5.1.   Kategorija ta’ Elementi Esposti (ExposedElementCategoryValue)

Klassifikazzjoni tal-element espost.

12.5.2.   Kategorija ta’ Periklu Naturali (NaturalHazardCategoryValue)

Klassifikazzjoni ġenerika ta’ tipi ta’ perikli naturali.

12.5.3.   Tip ta’ Element Espost Speċifiku (SpecificExposedElementTypeValue)

Denominazzjoni addizzjonali ta’ elementi esposti.

12.5.4.   Tip ta’ Periklu Speċifiku (SpecificHazardTypeValue)

Klassifikazzjoni addizzjonali tal-periklu naturali.

12.5.5.   Metodu ta’ Determinazzjoni (DeterminationMethodValue)

Lista ta’ kodiċi sabiex jiġi deskritt il-metodu użat sabiex tiġi ddefinita ż-żona ta’ periklu jew ta’ riskju.”;

(40)

It-Taqsima 13.1 hija sostitwita kif ġej:

“13.1.    Struttura tat-Temi ta’ Data Ġeografika Kundizzjonijiet Atmosferiċi u Karatteristiċi Ġeografiċi Meteoroloġiċi

It-tipi speċifikati għat-temi ta’ data ġeografika Kundizzjonijiet Atmosferiċi u Karatteristiċi Ġeografiċi Meteoroloġiċi huma strutturati fil-pakketti li ġejjin:

Kundizzjonijiet Atmosferiċi u Karatteristiċi Ġeografiċi Meteoroloġiċi

Osservazzjonijiet Speċjalizzati, kif speċifikat fit-Taqsima 7.4 tal-Anness I

Proċessi, kif speċifikat fit-Taqsima 7.2 tal-Anness I

Proprjetajiet Osservabbli, kif speċifikat fit-Taqsima 7.3 tal-Anness I

Referenzi Osservabbli, kif speċifikat fit-Taqsima 7.1 tal-Anness I”;

(41)

It-Taqsima 13.2.1 hija sostitwita kif ġej:

“13.2.1.   Listi ta’ Kodiċijiet

13.2.1.1.   Komponent ta’ Referenza tal-Kwalità tal-Arja tal-UE (EU_AirQualityReferenceComponentValue)

Definizzjonijiet ta’ fenomeni rigward il-kwalità tal-arja fil-kuntest tar-rapportar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

13.2.1.2.   Tabella 4.2 tal-Kodiċijiet u l-Markaturi GRIB tad-WMO (GRIB_CodeTable4_2Value)

Definizzjonijiet ta’ fenomeni osservati fil-meteoroloġija.”;

(42)

It-Taqsima 14.2.1 hija sostitwita kif ġej:

“14.2.1.   Listi ta’ Kodiċijiet

14.2.1.1.   Użu tal-Parametru P01 tal-BODC (BODC_P01ParameterUsageValue)

Definizzjonijiet ta’ fenomeni osservati fl-oċeanografija.”;

(43)

It-Taqsima 15.1.2 hija sostitwita kif ġej:

“15.1.2.    Baħar (Sea)

Firxa ta’ baħar f’Marea Għolja (meanHighWater).

Dan it-tip hu subtip ta’ SeaArea.

Limitazzjonijiet tat-tip ta’ oġġett ġeografiku Sea

Il-baħar jiġi ddefinit f’Marea Għolja Medja. Din il-limitazzjoni tista’ tiġi llaxkata jekk ma jkun hemm l-ebda varjazzjoni tal-marea sinifikanti fil-livell tal-ilma.

It-tipi ta’ oġġetti ġeografiċi Sea għandu jkollhom valur wieħed biss għall-attribut tal-firxa.”;

(44)

It-Taqsima 15.1.3 hija sostitwita kif ġej:

“15.1.3.    Żona ta’ Ċirkolazzjoni Tal-Baħar (MarineCirculationZone)

Żona ta’ baħar definita mix-xejriet ta’ ċirkolazzjoni fiżiċi u kimiċi tagħha. Tipikament tintuża għall-ġestjoni u għar-rapportar tal-ambjent tal-baħar jew għal klassifikazzjoni ambjentali tal-baħar.

Dan it-tip hu subtip ta’ SeaArea.

Attributi tat-tip ta’ oġġett ġeografiku MarineCirculationZone

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

zoneType

It-tip ta’ Żona ta’ Ċirkolazzjoni Tal-Baħar, pereżempju sedimentCell.

ZoneTypeValue

 

Limitazzjonijiet tat-tip ta’ oġġett ġeografiku MarineCirculationZone

It-tipi ta’ oġġetti ġeografiċi MarineCirculationZone għandu jkollhom valur wieħed biss għall-attribut tal-firxa.”;

(45)

Titħassar it-Taqsima 15.1.6;

(46)

jiżdied il-punt 15.2.4 li ġej:

“15.2.4.   Segment mix-Xatt (ShoreSegment)

Segment mix-Xatt huwa taqsima tax-xatt.

Attributi tat-tip ta’ data ShoreSegment

Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

Geometry

Il-ġeometrija tax-ShoreSegment.

GM_Curve

 

shoreClassification

It-tip primarju tas-segment mix-xatt, meħud mil-lista ta’ kodiċijiet ShoreTypeClassificationValue.

ShoreTypeClassificationValue

voidable

shoreStability

It-tip ta’ stabbiltà primarju tas-segment mix-xatt, meħud mil-lista ta’ kodiċijiet ShoreStabilityValue.

ShoreStabilityValue

Voidable”

(47)

It-Taqsima 15.3 hija sostitwita kif ġej:

“15.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

15.3.1.   Klassifikazzjoni ta’ Tipi ta’ Żoni ta’ Baħar (SeaAreaTypeClassificationValue)

Tip ta’ klassifikazzjoni tas-SeaArea, pereżempju estuary, openOcean.

15.3.2.   Kopertura ta’ Qiegħ il-Baħar (SeaBedCoverValue)

Tipi ta’ kopertura li jinsabu f’qiegħ il-baħar.

15.3.3.   Klassifikazzjoni ta’ Superfiċji ta’ Baħar (SeaSurfaceClassificationValue)

Tipi ta’ saffi tas-superfiċje tal-baħar li jinsabu fuq is-superfiċji tal-baħar.

15.3.4.   Stabbiltà mix-Xatt (ShoreStabilityValue)

Tipi ta’ stabbilità tas-segmenti mix-xatt.

15.3.5.   Klassifikazzjoni ta’ Tipi ta’ Xatt (ShoreTypeClassificationValue)

Tipi ta’ segmenti mix-xatt.

15.3.6.   Tip ta’ Żona (ZoneTypeValue)

Tipi ta’ żoni ta’ ċirkolazzjoni tal-baħar.”;

(48)

It-Taqsima 16.2 hija sostitwita kif ġej:

“16.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

16.2.1.   Livell ta’ Klassifikazzjoni ta’ Reġjuni (RegionClassificationLevelValue)

Kodiċijiet li jiddefinixxu l-livell ta’ klassifikazzjoni tal-klassi tar-reġjuni.

16.2.2.   Skema ta’ Klassifikazzjoni ta’ Reġjuni (RegionClassificationSchemeValue)

Kodiċijiet li jiddefinixxu d-diversi reġjuni bijoġeografiċi.

16.2.3.   Klassifikazzjoni ta’ Reġjuni (RegionClassificationValue)

Kodiċijiet użati sabiex jiġu ddefiniti d-diversi reġjuni bijoġeografiċi.

Din il-lista ta’ kodiċijiet tinkludi l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet li ġejjin jew ta’ listi ta’ kodiċijiet oħra definiti mill-fornituri tad-data:

Klassifikazzjoni tal-Istratifikazzjoni Ambjentali (EnvironmentalStratificationClassificationValue): Kodiċijiet għall-istratifikazzjoni klimatika tal-ambjent fl-Unjoni, kif speċifikat f’Metzger, M.J., Shkaruba, A.D., Jongman, R.H.G. u Bunce, R.G.H., Descriptions of the European Environmental Zones and Strata. Alterra, Wageningen, 2012.

Klassifikazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MarineStrategyFrameworkDirectiveClassificationValue): Kodiċijiet għall-klassifikazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, kif elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

Klassifikazzjoni tar-Reġjun Bijoġeografiku Natura 2000 U Emerald (Natura2000AndEmeraldBio-geographicalRegionClassificationValue): Kodiċijiet għall-klassifikazzjoni tar-reġjuni bijoġeografiċi, kif ġew speċifikati fil-Lista ta’ Kodiċijiet għar-Reġjuni Bijoġeografiċi, Ewropa 2011, ippubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Klassifikazzjoni tal-Veġetazzjoni Naturali (NaturalVegetationClassificationValue): Kodiċijiet għall-klassifikazzjoni tal-veġetazzjoni naturali, kif ġew speċifikati fil-formazzjonijiet ewlenin f’Bohn, U., Gollub, G., u Hettwer, C. Map of the natural vegetation of Europe: scale 1:2,500,000, Part 2: Legend, Bundesamt für Naturschutz (German Federal Agency for Nature conservation), Bonn, 2000.

(*3)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).”;"

(49)

It-Taqsima 17.4 hija sostitwita kif ġej:

“17.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

17.4.1.   Isem Lokali Kwalifikatur (QualifierLocalNameValue)

Lista ta’ valuri li jispeċifikaw ir-relazzjoni bejn isem użat lokalment u isem użat fil-livell pan-Ewropew.

17.4.2.   Kodiċi tat-Tipi ta’ Ħabitats ta’ Referenza (ReferenceHabitatTypeCodeValue)

Valuri użati fl-iskemi ta’ klassifikazzjoni tal-ħabitats pan-Ewropej.

Din il-lista ta’ kodiċijiet tinkludi l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet li ġejjin:

Kodiċi tat-Tipi ta’ Ħabitats tal-EUNIS (EunisHabitatTypeCodeValue): Klassifikazzjoni tat-tipi ta’ ħabitats skont il-bażi tad-data tal-Bijodiversità tal-EUNIS, kif speċifikat fil-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ ħabitats tal-EUNIS ippubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Kodiċi tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (HabitatsDirectiveCodeValue): Klassifikazzjoni tat-tipi ta’ ħabitats skont l-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE.

Kodiċi tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MarineStrategyFramemiDirective CodeValue): Klassifikazzjoni tat-tipi ta’ ħabitats skont it-Tabella 1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE.

17.4.3.   Skema tat-Tipi ta’ Ħabitats ta’ Referenza (ReferenceHabitatTypeSchemeValue)

Dan il-valur jiddefinixxi liema skema ta’ klassifikazzjoni tal-ħabitats pan-Ewropea ntużat.

17.4.4.   Kodiċi ta’ Isem Lokali (LocalNameCodeValue)

Identifikatur meħud minn xi skema ta’ klassifikazzjoni lokali.”;

(50)

fit-Tabella fit-Taqsima 18.3.2, fit-tielet entrata populationSize, il-kliem “RangeType” fit-tielet kolonna huwa sostitwit bi “RangeType (kif definit fit-Taqsima 18.3.3)”;

(51)

It-Taqsima 18.4 hija sostitwita kif ġej:

“18.4.   Listi ta’ Kodiċijiet

18.4.1.   Metodu tal-Għadd (CountingMethodValue)

Metodu għall-produzzjoni tan-numri li jindikaw l-abbundanza ta’ speċi f’unità ta’ aggregazzjoni.

18.4.2.   Unità ta’ Għadd (CountingUnitValue)

L-unità definita użata sabiex jiġi espress numru magħdud jew stmat li jindika l-abbundanza ta’ speċi fi SpeciesDistributionUnit.

18.4.3.   Kodiċi ta’ Isem ta’ Speċi Lokali (LocalSpeciesNameCodeValue)

Identifikatur ta’ speċi meħud minn kwalunkwe skema ta’ klassifikazzjoni lokali.

18.4.4.   Kategorija ta’ Okkorrenzi (OccurrenceCategoryValue)

Id-densità tal-popolazzjoni ta’ speċi fis-SpeciesDistributionUnit.

18.4.5.   Tip ta’ Popolazzjoni (PopulationTypeValue)

Il-permanenza tal-popolazzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispeċijiet migratorji fi ħdan unità tad-distribuzzjoni tal-ispeċi partikolari.

18.4.6.   Kwalifikatur (QualifierValue)

Dan il-valur jiddefinixxi r-relazzjoni bejn il-kunċetti tassonomiċi ta’ isem ta’ speċi lokali u l-isem ta’ speċi ta’ referenza mogħti minn identifikatur ta’ speċi ta’ referenza jew minn skema ta’ speċijiet ta’ referenza.

18.4.7.   Kodiċi ta’ Speċi ta’ Referenza (ReferenceSpeciesCodeValue)

Listi ta’ referenza li fihom identifikaturi ta’ speċijiet.

Din il-lista ta’ kodiċijiet tinkludi l-valuri tal-listi ta’ kodiċijiet li ġejjin:

Il-kodiċi EU-Nomen (EuNomenCodeValue): Listi ta’ referenza li fihom l-identifikaturi tal-ispeċijiet tal-EU-Nomen, kif ġew speċifikati fl-Infrastruttura pan-Ewropea għad-Direttorji tal-Ispeċijiet disponibbli permezz tal-portal tal-EU-Nomen.

Il-kodiċi tal-Ispeċijiet tal-EUNIS (EunisSpeciesCodeValue): Listi ta’ referenza li fihom l-identifikaturi tal-ispeċijiet tal-EUNIS, kif ġew speċifikati fil-bażi tad-data tal-Bijodiversità tal-EUNIS ippubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Il-kodiċi tad-Direttivi dwar in-Natura (NatureDirectivesCodeValue): Listi ta’ referenza li fihom l-identifikaturi tal-ispeċijiet tad-Direttivi dwar in-Natura, kif ġew speċifikati fil-Portal ta’ Referenza għal Natura 2000, kif ġew iddefiniti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/484/UE (*4).

18.4.8.   Skema ta’ Speċijiet ta’ Referenza (ReferenceSpeciesSchemeValue)

Listi ta’ referenza li jiddefinixxu standard ta’ nomenklatura u tassonomiku li l-ismijiet u l-kunċetti tassonomiċi lokali jistgħu jiġu mmappjati abbażi tiegħu.

18.4.9.   Status ta’ Residenza (ResidencyStatusValue)

Kategorija tar-residenza tal-okkorrenzi jew tal-popolazzjoni stmata fi ħdan unità ta’ aggregazzjoni partikolari.

(*4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/484/UE tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar format ta’ informazzjoni għas-siti Natura 2000 (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 39).”;"

(52)

fit-Taqsima 19.3.1.3, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

range

Medda ta’ numri li jirrappreżentaw il-firxa tal-għoli jew tal-fond ta’ Riżorsa ta’ Enerġija.

VerticalExtentRangeType

 

scalar

Numru li jirrappreżenta l-għoli jew il-fond ta’ Riżorsa ta’ Enerġija.

Length”

 

(53)

It-Taqsima 19.3.2 hija sostitwita kif ġej:

“19.3.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

19.3.2.1.   Qafas ta’ Klassifikazzjoni u ta’ Kwantifikazzjoni (ClassificationAndQuantificationFrameworkValue)

Valuri għall-iskemi ta’ klassifikazzjoni l-aktar użati sabiex jiġu kklassifikati u kkwantifikati r-riżorsi ta’ enerġija.

19.3.2.2.   Klassi ta’ Karburanti Fossili (FossilFuelClassValue)

Valuri li jindikaw id-diversi livelli tar-riżorsi tal-fjuwil fossili.

19.3.2.3.   Rinnovabbli u Skart (RenewableAndWasteValue)

Tipi ta’ riżorsi rinnovabbli u ta’ riżorsi ta’ skart.

19.3.2.4.   Fjuwil Fossili (FossilFuelValue)

Tipi ta’ fjuwils fossili.

19.3.2.5.   Referenza Vertikali (VerticalReferenceValue)

Valuri li jindikaw il-livell ta’ referenza tal-firxa vertikali.”

(54)

fit-Taqsima 19.4.2.5, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Attribut

Definizzjoni

Tip

Voidability

calorificValue

Kull riżorsa ta’ fjuwil fossili hija kkaratterizzata mill-valur kalorifiku tagħha, jiġifieri l-kwantità ta’ enerġija disponibbli f’unità ta’ massa.

CalorificValueType

voidable

quantity

L-ammont ta’ riżorsa skont il-kategorizzazzjoni speċifika.

FossilFuelMeasure

Voidable”

typeOfResource

Tip ta’ fjuwil fossili.

FossilFuelValue

 

(55)

It-Taqsima 19.5.2 hija sostitwita kif ġej:

“19.5.2.   Listi ta’ Kodiċijiet

19.5.2.1.   Tip ta’ Potenzjal (PotentialTypeValue)

Tipi ta’ enerġija potenzjali minn riżorsi rinnovabbli u tal-iskart.”

(56)

It-Taqsima 20.3.3 hija sostitwita kif ġej:

“20.3.3.   Listi ta’ Kodiċijiet

20.3.3.1.   Metodu ta’ Klassifikazzjoni Użat (ClassificationMethodUsedValue)

Kodiċijiet li jindikaw il-mezzi użati għall-kalkolu tal-kejl tal-minerali mhux maħduma.

20.3.3.2.   Kodiċi ta’ Komodità (CommodityCodeValue)

Valuri li jindikaw it-tip ta’ komodità.

20.3.3.3.   Potenzjal ta’ Użu Finali (EndusePotentialValue)

Valuri li jindikaw il-potenzjal ta’ użu finali tal-mineral.

20.3.3.4.   Tip ta’ Attività tal-Esplorazzjoni (ExplorationActivityTypeValue)

Tipi ta’ attività tal-esplorazzjoni mwettqa.

20.3.3.5.   Riżultat tal-Esplorazzjoni (ExplorationResultValue)

Valuri li jindikaw ir-riżultat tal-attività tal-esplorazzjoni.

20.3.3.6.   Importanza (ImportanceValue)

Valuri li jindikaw l-importanza tal-komodità għar-Riżorsa tad-Dinja.

20.3.3.7.   Status ta’ Minjiera (MineStatusValue)

Valuri li jindikaw l-istatus operattiv tal-minjiera.

20.3.3.8.   Grupp ta’ Depożiti Minerali (MineralDepositGroupValue)

Valuri li jindikaw ir-raggruppament ta’ depożiti minerali abbażi tal-karatteristiċi ġeneriċi tagħhom.

20.3.3.9.   Tip ta’ Depożitu Minerali (MineralDepositTypeValue)

Valuri li jindikaw l-istil ta’ okkorrenza jew depożitu minerali.

20.3.3.10.   Tip ta’ Okkorrenza Minerali (MineralOccurrenceTypeValue)

It-tip ta’ okkorrenza minerali.

20.3.3.11.   Tip ta’ Attività tat-Tħaffir f’Minjiera (MiningActivityTypeValue)

It-tip ta’ attività tat-tħaffir f’minjiera, ta’ attività tal-ipproċessar jew ta’ produzzjoni.

20.3.3.12.   Tip ta’ Attività tal-Ipproċessar (ProcessingActivityTypeValue)

Valuri li jindikaw it-tip tal-ipproċessar imwettaq waqt attività ta’ tħaffir f’minjiera.

20.3.3.13.   Kategorija ta’ Riżerva (ReserveCategoryValue)

Il-livell ta’ kunfidenza tal-istima tar-riżerva.

20.3.3.14.   Kategorija ta’ Riżorsa (ResourceCategoryValue)

Indikazzjoni jekk ir-riżorsa tkejlitx, ġietx indikata, jew ġietx dedotta.”.


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2006 tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(*2)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17). ”;

(*3)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).”;

(*4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/484/UE tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar format ta’ informazzjoni għas-siti Natura 2000 (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 39).”;”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2431/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top