EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2399

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2399 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 fir-rigward ta’ ċerti erruri li jikkonċernaw is-simulazzjoni komputazzjonali tad-dinamika tal-fluwidu

C/2023/6651

ĠU L, 2023/2399, 9.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2399/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2399/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2399

9.10.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2399

tas-6 ta’ Ottubru 2023

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 fir-rigward ta’ ċerti erruri li jikkonċernaw is-simulazzjoni komputazzjonali tad-dinamika tal-fluwidu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5c, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 (2) fil-punt 3.2, fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3 fih ċerti erruri. Ma kienx hemm rekwiżit u l-firxiet ta’ referenza kienu jirreferu għall-valuri assoluti tas-CD. Dawk l-erruri jikkonċernaw il-proċedura tas-simulazzjoni komputazzjonali tad-dinamika tal-fluwidu użata għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparati ajrudinamiċi.

(2)

Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex ikun żgurat li l-apparati ajrudinamiċi jiġu ċċertifikati bl-istess mod u applikati bl-istess mod mill-manifatturi kollha.

(3)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362, u jenħtieġ li jidħol fis-seħħ minnufih/

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur (TCMV) imsemmi fl-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 hu kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Awwissu 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trejlers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness V mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362, il-punt 3.2 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 2, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“Il-wiċċ tal-art u r-roti

25,00  m/s

Il-wiċċ tal-art tad-dominju tas-simulazzjoni jrid jimxi lura b’mod relattiv mal-vettura, u r-roti tal-vetturi jridu jduru bil-veloċità tanġenzjali korrispondenti.”

(2)

It-Tabella 3 tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 3

Firxiet ta’ referenza għall-proċess tal-validazzjoni

Sett tas-simulazzjoni

Angolu tal-Imbardata — β [grad]

0,0 °

3,0 °

6,0 °

TRF

– 8,6 % < Δ(CD×A) < – 1,6 %

– 9,0 % < Δ(CD×A) < – 2,0 %

– 10,3 % < Δ(CD×A) < -3,3 %

LSC

– 8,8 % < Δ(CD×A) < – 1,8 %

– 8,0 % < Δ(CD×A) < – 1,0 %

– 8,1 % < Δ(CD×A) < -1,1 %”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2399/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top