EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2203

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2203 tal-20 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanza rafossanid fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

C/2023/6945

ĠU L, 2023/2203, 23.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2203/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2203/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2203

23.10.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2203

tal-20 ta’ Ottubru 2023

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanza rafossanid fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 470/2009, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ Regolament, il-limiti massimi ta’ residwi (“MRLs”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali.

(2)

It-tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) tistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-MRLs fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali.

(3)

Ir-rafossanid huwa diġà inkluż f’dik it-tabella bħala sustanza approvata għall-ispeċijiet bovini u ovini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi. L-MRL provviżorju għal dik is-sustanza stabbilit għall-bovini u l-ovini, applikabbli għall-ħalib, skada fil-31 ta’ Diċembru 2017.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, fil-21 ta’ Frar 2023, l-Irlanda ressqet talba lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) għall-estrapolazzjoni tal-entrata eżistenti għar-rafossanid fil-ħalib tal-bovini u tal-ovini.

(5)

Fl-20 ta’ April 2023, l-Aġenzija rrakkomandat li jiġi stabbilit MRL definittiv għar-rafossanid fil-ħalib tal-bovini u tal-ovini permezz tal-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija għandha tikkunsidra l-użu tal-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f’oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi, jew l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar għal speċi oħra.

(7)

L-Aġenzija kkonkludiet li l-estrapolazzjoni tal-entrata eżistenti għar-rafossanid għar-ruminanti kollha, għajr għall-ovini, hija xierqa.

(8)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni jidhrilha li jixraq li jiġi stabbilit MRL għar-rafossanid fil-bovini u fl-ovini, fir-rigward tal-ħalib u li jiġi estrapolat l-MRL għar-rafossanid għar-ruminanti kollha għajr għall-ovini.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 37/2010 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza “rafossanid” hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRL

Tessuti kkonċernati

Dispożizzjonijiet oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni Terapewtika

“Rafossanid

Rafossanid

Ruminanti kollha għajr l-ovini

30  μg/kg

30  μg/kg

10  μg/kg

40  μg/kg

10  μg/kg

Muskoli

Xaħam

Fwied

Kliewi

Ħalib

L-EBDA ENTRATA

Aġenti antiparassitiċi/Aġenti (li jaġixxu) kontra l-endoparassiti”

Ovini

100  μg/kg

250  μg/kg

150  μg/kg

150  μg/kg

10  μg/kg

Muskoli

Xaħam

Fwied

Kliewi

Ħalib

L-EBDA ENTRATA


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2203/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top