Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1650

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1650 tal-15 ta’ Mejju 2023 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/3087

    ĠU L 208, 23.8.2023, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1650/oj

    23.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 208/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1650

    tal-15 ta’ Mejju 2023

    li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 98(4), it-tieni subparagrafu tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 (2) fiha żbalji fl-Artikoli 30, 31 u 36 fir-rigward tat-tipi ta’ fornituri ta’ servizzi kkonċernati minn rekwiżit speċifiku. Dawn l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (ĠU L 69, 13.3.2018, p. 23).


    Top