Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1607

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1607 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti referenzi legali

    C/2023/3258

    ĠU L 198, 8.8.2023, p. 14–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1607/oj

    8.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 198/14


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1607

    tat-30 ta’ Mejju 2023

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti referenzi legali

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 110(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Artikoli 96, 97, 98, 105 u 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew emendati biex jinkludu dispożizzjonijiet meħuda mill-Artikoli 6, 10, 12, 14, 15 u 20 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (3), li mbagħad tħassru mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1606 (4). Barra minn hekk, wara l-emendi tal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bir-Regolament (UE) 2021/2117, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu tmexxew għall-paragrafu 4.

    (2)

    Għal finijiet ta’ ċarezza u ta’ użu faċli mill-operaturi, jenħtieġ li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (5) u fl-Annessi tiegħu jiġu aġġustati r-referenzi għall-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-Artikolu 12(1), (3) u (4), l-Artikolu 14(1) u (2) u l-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2021/2117 emenda wkoll ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-kontenut tal-ispeċifikazzjoni tal-prodotti u r-raġunijiet għat-tħassir. Fl-Artikolu 94(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 iddaħħlu rekwiżiti dettaljati dwar id-deskrizzjoni tad-dettalji li juru r-rabta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodotti. Iddaħħlu raġunijiet addizzjonali għat-tħassir fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (4)

    B’konsegwenza ta’ dan, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li jitħassru r-rekwiżiti għad-deskrizzjoni tad-dettalji li juru r-rabta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34. Barra minn hekk, l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, li jistabbilixxi l-formola tat-talba għat-tħassir, jenħtieġ li jiġi allinjat mal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-kontenut tat-Taqsima 4, “Raġunijiet għat-tħassir”.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Applikazzjonijiet għall-protezzjoni mill-Istati Membri

    Meta jgħaddu applikazzjoni għall-protezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni msemmija fiha u r-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 97(4) ta’ dak ir-Regolament.”

    ;

    (2)

    fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Meta applikazzjoni tkun tkopri kategoriji differenti ta’ prodotti tad-dwieli, għal kull prodott tad-dwieli kkonċernat għandhom jintwerew id-dettalji li juru r-rabta msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (i).”

    ;

    (3)

    fl-Artikolu 8, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin:

    “2.   Il-perjodu ta’ 3 xhur imsemmi fl-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jibda mid-data li fiha l-istedina ta’ parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet tasal għand il-partijiet interessati b’mezz elettroniku.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 98(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fi żmien xahar minn meta jintemmu l-konsultazzjonijiet f’konformità mal-formola stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.”

    ;

    (4)

    l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

    “1.   Applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni ta’ prodott, kif imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, għandu jkun fiha:”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tinkludi l-applikazzjoni kkompletata kif xieraq kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.”

    ;

    (5)

    fl-Artikolu 11(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    id-deskrizzjoni tal-emenda temporanja approvata flimkien mar-raġunijiet li jsostnu l-emenda temporanja msemmija fl-Artikolu 105(2), ir-raba subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;”;

    (6)

    l-Annessi II sa VII huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1606 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 rigward ċerti dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid u dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għall-prodotti tad-dwieli u regoli speċifiċi għall-indikazzjoni u d-denominazzjoni tal-ingredjenti għall-prodotti tad-dwieli, u r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid importati (ara l-paġna 6. ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu tas-simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46).


    ANNESS

    L-Annessi II sa VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “ANNESS II

    DIKJARAZZJONI SOSTANZJATA TA’ OĠĠEZZJONI

    [Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP☐ IĠP

    1.   Isem il-prodott

    [kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]

    2.   Referenza uffiċjali

    [kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]

    Numru ta’ referenza: …

    Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali :…

    3.   Isem min joġġezzjona (Persuna, korp, Stat Membru jew Pajjiż Terz)

    4.   Dettalji ta’ kuntatt

    Persuna ta’ kuntatt: Titlu (Sur, Sra.…): … Isem: …

    Grupp/organizzazzjoni/individwu: …

    jew awtorità nazzjonali:

    Dipartiment: …

    Indirizz:

    Telefon +…

    Posta elettronika: …

    5.   Interess leġittimu (mhux meħtieġ għall-awtoritajiet nazzjonali)

    [Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu ta’ min joġġezzjona. L-awtoritajiet nazzjonali huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.]

    6.   Raġunijiet għall-oġġezzjoni:

    L-applikazzjoni għal protezzjoni, għal emenda jew għall-kanċellazzjoni hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għaliex tkun f’kunflitt mal-Artikoli 92 sa 95, 105 jew 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mad-dispożizzjonijiet adottati skont dawn.

    L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun f’kunflitt mal-Artikoli 100 jew 101 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun tixħet f’riskju d-drittijiet ta’ detentur tat-trademark jew ta’ utent ta’ isem omonimu għalkollox jew ta’ isem kompost li terminu minnu hu identiku għall-isem li jrid jiġi reġistrat, jew l-eżistenza ta’ ismijiet parzjalment omonimi jew ta’ ismijiet oħra simili għall-isem li jrid jiġi reġistrat li jirreferu għal prodotti tad-dwieli li ilhom legalment fis-suq għal tal-anqas 5 snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    7.   Dettalji tal-oġġezzjoni

    [Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b’appoġġ għall-oġġezzjoni. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f’każ ta’ oġġezzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta’ trademark preċedenti b’reputazzjoni u b’fama (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34].

    8.   Lista tad-dokumenti ta’ appoġġ

    [Ipprovdi l-lista tad-dokumenti mibgħuta b’appoġġ għall-oġġezzjoni.]

    9.   Data u firma

    [Isem]

    [Dipartiment/Organizzazzjoni]

    [Indirizz]

    [Telefon: +]

    [Posta elettronika:]

    ANNESS III

    NOTIFIKA TA’ TMIEM IL-KONSULTAZZJONIJIET WARA L-PROĊEDURA TA’ OĠĠEZZJONI

    [Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP ☐ IĠP

    1.   Isem il-prodott

    [kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali]

    2.   Referenza uffiċjali [kif ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali]

    Numru ta’ referenza:

    Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali:

    3.   Isem min joġġezzjona (Persuna, korp, Stat Membru jew Pajjiż Terz)

    4.   Riżultat tal-konsultazzjonijiet

    4.1   Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):

    [ehmeż kopji tal-ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq il-ftehim (l-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.)]

    4.2   Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):

    [ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.]

    5.   Speċifikazzjoni tal-Prodott u Dokument Uniku

    5.1   L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata:

    … Iva* … Le

    *Jekk ‘Iva’, ehmeż id-deskrizzjoni tal-emendi u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata

    5.2   Id-Dokument Uniku ġie emendat:

    … Iva**… Le

    **Jekk ‘Iva’, ehmeż kopja tad-dokument aġġornat

    6.   Data u firma

    [Isem]

    [Dipartiment/Organizzazzjoni]

    [Indirizz]

    [Telefon: +]

    [Posta elettronika:]

    ANNESS IV

    APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

    [Isem irreġistrat:] ‘…’

    Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

    [Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP ☐ IĠP

    1.   Applikant u interess leġittimu

    [Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-posta elettronika tal-applikant li qed jipproponi l-emenda. Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-applikant.]

    2.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata

    3.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i

    Isem il-prodott

    Kategorija tal-prodott tad-dwieli

    Rabta

    Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

    4.   Tip ta’ emenda/i

    [Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ ‘emenda tal-Unjoni’ kif previst fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.]

    5.   Emenda/i

    [Ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti ta’ kull emenda u r-raġunijiet speċifiċi għalihom. L-applikazzjoni għal emenda trid tkun kompluta u tinftiehem. L-informazzjoni mogħtija f’din it-taqsima trid tkun eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.]

    6.   Annessi

    6.1.

    Id-Dokument Uniku konsolidat u kkompletat kif xieraq, kif modifikat

    6.2.

    Il-verżjoni kkonsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata, jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

    ANNESS V

    KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

    [Isem irreġistrat:] ‘…’

    Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

    [Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ DOP ☐ IĠP

    1.   Konsenjatur

    Produttur wieħed jew grupp ta’ produtturi b’interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li ż-żona demarkata tappartjeni għalihom (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34).

    2.   Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i

    [Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i standard u r-raġunijiet għalihom, u dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 105(2), it-tielet subparagrafu tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1308/2013.]

    3.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata

    4.   Annessi

    4.1.

    L-applikazzjoni tal-emenda standard approvata

    4.2.

    Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard

    4.3.

    Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz

    4.4.

    Id-Dokument Uniku konsolidat, kif modifikat, fejn rilevanti

    4.5.

    Kopja tal-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

    ANNESS VI

    KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA TEMPORANJA

    [Isem irreġistrat:] ‘…’

    Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

    [Agħżel waħda, ‘X’:] ☐ DOP ☐ IĠP

    1.   Konsenjatur

    Produttur wieħed jew grupp ta’ produtturi b’interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34).

    2.   Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i

    [Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i temporanja/i u r-raġunijiet speċifiċi għalihom, inkluż ir-referenza tar-rikonoxximent formali tad-diżastru naturali jew tal-kundizzjonijiet avversi tat-temp mill-awtoritajiet kompetenti jew tal-impożizzjoni tal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji. Ipprovdi wkoll id-dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ ‘emenda temporanja’ kif previst fl-Artikolu 105(2), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.]

    3.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata

    4.   Annessi

    4.1.

    L-applikazzjoni tal-emenda temporanja approvata

    4.2.

    Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda temporanja

    4.3.

    Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz

    ANNESS VII

    TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI

    [Isem reġistrat:] ‘…’

    Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

    [Immarka l-kaxxa t-tajba b“X’:] ☐ IĠP ☐ DOP

    1.   Isem reġistrat propost biex jiġi kkanċellat

    2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz li għalih tappartjeni ż-żona demarkata

    3.   Persuna, korp, Stat Membru jew Pajjiż Terz li qed tressaq/iressaq it-talba għall-kanċellazzjoni

    [Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi li jitolbu l-kanċellazzjoni (għal talbiet li jikkonċernaw ismijiet ta’ pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li titlob il-kanċellazzjoni (mhux meħtieġa għall-awtoritajiet nazzjonali b’personalità ġuridika).]

    4.   Raġunijiet għall-kanċellazzjoni

    Meta l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti m’għadhiex garantita (l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).

    Meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fis-suq bid-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-Indikazzjoni Ġeografika għal mill-inqas 7 snin konsekuttivi (l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).

    Meta applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiddikjara li ma jixtieqx jibqa’ jżomm il-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew l-Indikazzjoni Ġeografika (l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).

    5.   Dettalji tat-talba għall-kanċellazzjoni

    [Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni għat-talba għall-kanċellazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b’appoġġ għat-talba għall-kanċellazzjoni. Fejn rilevanti, ipprovdi l-annessi u d-dokumenti mehmuża.]

    6.   Lista ta’ annessi u dokumenti mehmuża

    [Ipprovdi l-lista tad-dokumentazzjoni mibgħuta biex tappoġġa t-talba għall-kanċellazzjoni.]

    7.   Data u firma

    [Isem]

    [Dipartiment/Organizzazzjoni]

    [Indirizz]

    [Telefon: +]

    [Posta elettronika:].


    Top