Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1583

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1583 tal-1 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/5029

    ĠU L 194, 2.8.2023, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1583/oj

    2.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 194/13


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1583

    tal-1 ta’ Awwissu 2023

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

    (3)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/375 (3) awtorizzat, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-introduzzjoni fis-suq tal-Latto-N-neotetraożju sintetizzat kimikament bħala ingredjent tal-ikel ġdid.

    (4)

    Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, fl-1 ta’ Settembru 2016, il-kumpanija Glycom A/S għarrfet lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tintroduċi fis-suq il-Latto-N-neotetraożju minn sors mikrobjali prodott bir-razza ġenetikament modifikata K-12 ta’ Escherichia coli bħala ingredjent tal-ikel ġdid. Il-Latto-N-neotetraożju ta’ oriġini mikrobjali prodott bir-razza ġenetikament modifikata K-12 ta’ Escherichia coli ġie inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid abbażi ta’ dik in-notifika meta ġiet stabbilita l-lista tal-Unjoni.

    (5)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1314 (5) emenda l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) prodott bir-razza ġenetikament modifikata K-12 ta’ Escherichia coli.

    (6)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/912 (6) emenda l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) biex jippermetti li l-Latto-N-neotetraożju prodott mill-attività kkombinata tar-razez ġenetikament modifikati PS-LNnT-JBT u DS-LNnT-JBT derivati mir-razza BL21(DE3) ta’ Escherichia coli jiġi introdott fis-suq bl-istess kundizzjonijiet tal-użu bħal dawk awtorizzati preċedentement għal-Latto-N-neotetraożju.

    (7)

    Fil-15 ta’ Novembru 2022, il-kumpanija Chr. Hansen A/S (“l-applikant”) issottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għal bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) prodott bl-attività kkombinata tar-razez derivattivi PS-LNnT-JBT u DS-LNnT-JBT tar-razza BL21(DE3) ta’ Escherichia coli. L-applikant talab li r-referenza għar-razez derivattivi ġenetikament modifikati speċifiċi PS-LNnT-JBT u DS-LNnT-JBT ta’ Escherichia coli BL21(DE3) użati għall-produzzjoni tal-Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) tiġi sostitwita b’referenza ġenerika għaż-żewġ razez. Barra minn hekk, l-applikant talab bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) sabiex ikun jista’ jiġi prodott bl-użu tar-razez derivattivi awtorizzati ta’ Escherichia coli K-12 u/jew ta’ Escherichia coli BL21(DE3) minflok il-limitazzjoni attwali tal-użu jew tar-razza derivattiva awtorizzata ta’ Escherichia coli K-12 jew tar-razez derivattivi awtorizzati ta’ Escherichia coli BL21(DE3).

    (8)

    L-applikant iġġustifika t-talba għall-bidliet proposti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) biex jissostitwixxi r-referenza speċifika għal PS-LNnT-JBT u DS-LNnT-JBT tar-razza BL21(DE3) ta’ Escherichia coli b’referenza aktar ġenerika għar-razez tal-produzzjoni u tad-degradazzjoni fakultattiva bħala mod aktar preċiż biex jiġu deskritti l-funzjonijiet rispettivi taż-żewġ razez fil-proċess tal-produzzjoni kif ivvalutat (7) mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u bħala mezz biex jippermetti aktar flessibbiltà lill-applikant u lil operaturi oħra tan-negozju tal-ikel biex jużaw id-derivattivi awtorizzati ta’ Escherichia coli BL21(DE3) f’konformità mal-funzjonijiet rispettivi tagħhom minflok li l-produzzjoni tagħhom tkun limitata għaż-żewġ razez derivattivi speċifiċi PS-LNnT-JBT u DS-LNnT-JBT. Barra minn hekk, fil-fehma tal-applikant, din il-modifika tallinja wkoll l-ispeċifikazzjonijiet awtorizzati tal-Latto-N-neotetraożju prodott b’razez derivattivi tar-razza BL21(DE3) ta’ Escherichia coli mal-ispeċifikazzjonijiet awtorizzati ta’ ikel ġdid ieħor prodott b’razez derivattivi tal-produzzjoni u ta’ degradazzjoni fakultattiva ta’ Escherichia coli BL21(D3) li fihom ma jissemmewx razez derivattivi speċifiċi. L-applikant iġġustifika wkoll it-talba biex jippermetti l-użu ta’ kombinazzjonijiet ta’ razez derivattivi awtorizzati tar-razez ta’ Escherichia coli, jiġifieri Escherichia coli K-12 u/jew Escherichia coli BL21(DE3), bħala mezz addizzjonali biex jagħti l-flessibbiltà lill-applikant u lil operaturi oħra tan-negozju tal-ikel biex jużaw razez derivattivi awtorizzati ta’ Escherichia coli fil-produzzjoni tal-Latto-N-neotetraożju.

    (9)

    Il-Kummissjoni tqis li l-aġġornament mitlub tal-lista tal-Unjoni dwar il-bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Latto-N-neotetraożju proposta mill-applikant mhuwiex mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem u li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Ir-razez ġenitur ta’ Escherichia coli BL21(DE3) u K-12 u r-razez derivattivi ġenetikament modifikati tagħhom użati fil-produzzjoni tal-Latto-N-neotetraożju ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Awtorità (8) u fil-kuntest ta’ notifika skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, rispettivament. L-użu tagħhom fil-produzzjoni tal-Latto-N-neotetraożju bl-użu addizzjonali jew mingħajru tar-razza derivattiva tad-degradazzjoni fakultattiva tar-razza BL21(DE3) ta’ Escherichia coli se jipproduċi l-Latto-N-neotetraożju f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet awtorizzati, u konsegwentement mhux se jaffettwa l-profil tas-sikurezza tal-ikel ġdid awtorizzat.

    (10)

    L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u fl-Opinjoni t’hawn fuq tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) huma f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati.

    (11)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/375 tal-11 ta’ Marzu 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Lakto-N-neotetraożju bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 22).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1314 tat-2 ta’ Awwissu 2019 li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid Lakto-N-neotetraożju prodott bl-Escherichia coli K-12 skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 205, 5.8.2019, p. 4).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/912 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jawtorizza bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 199, 7.6.2021, p. 10).

    (7)  EFSA Journal 2020;18(11):6305.

    (8)  EFSA Journal 2020;18(11):6305.


    ANNESS

    Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, it-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) l-entrata għal Latto-N-neotetraożju (sors mikrobjali) hija sostitwita b’dan li ġej:

    Latto-N-neotetraożju

    (sors mikrobjali)

    Definizzjoni:

    Isem kimiku: β-D-Galattopiranosil-(1→4)-2-aċetammido-2-deossi-β-D-glukopiranosil-(1→3)-β-D-galattopiranosil-(1→4)-D-glukopiranożju

    Formula kimika: C26H45NO21

    Nru CAS: 13007-32-4

    Piż molekulari: 707,63 g/mol

    Deskrizzjoni/Sors:

    Il-Latto-N-neotetraożju huwa trab abjad għal abjad miksur li huwa prodott permezz ta’ proċess mikrobijoloġiku bl-użu ta’ razza ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli K-12, u/jew ta’ Escherichia coli BL21(DE3). Fil-proċess tal-produzzjoni tista’ tintuża razza ta’ degradazzjoni addizzjonali fakultattiva ġenetikament modifikata ta’ Escherichia coli BL21(DE3) sabiex jiġu degradati l-prodotti sekondarji tal-karboidrati intermedji u s-substrati tal-karboidrati tal-bidu li jifdal.

    Purità:

    Assaġġ (mingħajr ilma): ≥ 80 %

    D-Lattożju: ≤ 10,0 %

    Latto-N-triożju II: ≤ 3,0 %

    para-Latto-N-neoeżaożju: ≤ 5,0 %

    l-isomeru tal-Latto-N-neotetraożju fruttożju: ≤ 1,0 %

    Is-somma tas-sakkaridi (Latto-N-neotetraożju, D-Lattożju, Latto-N-triożju II, para-Latto-N-neoeżaożju, l-isomeru tal-Latto-N-neotetraożju fruttożju): ≥ 92 % (% w/w materja niexfa)

    pH (20 °C, soluzzjoni ta’ 5 %): 4,0-7,0

    Ilma: ≤ 9,0 %

    Irmied, issulfat: ≤ 1,0 %

    Solventi residwi (metanol): ≤ 100 mg/kg

    Proteini residwi: ≤ 0,01 %

    Kriterji mikrobijoloġiċi:

    L-għadd totali ta’ batterji meżofiliċi aerobiċi: ≤ 500 CFU/g

    Ħmira u moffa: ≤ 50 CFU/g

    Endotossini residwi: ≤ 10 UE/mg

    CFU/g Unitajiet li jiffurmaw il-kolonji; EU: Unitajiet ta’ endotossini”


    Top