Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32023R1444

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija

    C/2023/4605

    ĠU L 177, 12.7.2023., 63./106. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj

    12.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 177/63


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1444

    tal-11 ta’ Lulju 2023

    li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Istati Membri,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Bidu

    (1)

    Fl-14 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”) u mit-Turkija (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika tal-Inizjazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Inizjazzjoni”).

    (2)

    Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment imressaq fit-30 ta’ Settembru 2022 minn Laminados Losal S.A.U. (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

    1.2.   Reġistrazzjoni

    (3)

    Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni minn qabel, sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti skont il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati.

    (4)

    L-ilmentatur ma talabx reġistrazzjoni u l-Kummissjoni sabet li r-rekwiżiti skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati. Minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, wara ma kienx hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet.

    (5)

    Għar-raġunijiet stabbiliti fit-taqsima 4.3.1 hawn taħt, il-Kummissjoni ddeċidiet li takkumula l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għall-fini tal-analiżi deskritta fil-premessi ta’ hawn fuq. Analiżi tad-data estratta mill-Bażi tad-Data tas-Sorveljanza u d-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati, uriet li l-volum kumulattiv tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bi 2 % fl-ewwel erba’ xhur sħaħ (jiġifieri Diċembru 2022 sa Marzu 2023) wara l-bidu tal-investigazzjoni meta mqabbel mal-istess xhur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet medji fix-xahar mill-pajjiżi kkonċernati matul l-ewwel erba’ xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni naqsu bi 15 % meta mqabbla mal-importazzjonijiet medji fix-xahar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għamlitx l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ divulgazzjoni minn qabel.

    1.3.   Partijiet interessati

    (6)

    Fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tat-Turkija, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

    (7)

    Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.4.   Kummenti dwar il-bidu

    (8)

    Wara l-bidu, waslu kummenti mingħand il-Gvern tat-Turkija, il-produttur esportatur Tork Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş (“Özkan Demir”), l-utent tal-Unjoni Fincantieri S.p.A (“Fincantieri”) u l-importatur mhux relatat Baglietto s.r.l. (‘Baglietto’).

    (9)

    Il-Gvern tat-Turkija u Fincantieri t-tnejn sostnew, fost affarijiet oħra, li l-ilment kien ibbażat wisq fuq informazzjoni kunfidenzjali, speċjalment fir-rigward tal-livell ta’ dettall dwar l-indikaturi mikroekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll ċerti annessi għall-ilment. Iż-żewġ partijiet sostnew li l-verżjoni mhux kunfidenzjali għalhekk ma kinitx biżżejjed biex tippermetti lill-partijiet jipprovdu kummenti sinifikanti dwar l-indikaturi tad-dannu u l-allegazzjonijiet stabbiliti fl-ilment.

    (10)

    L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. Peress li l-ilment jirrigwarda l-informazzjoni ta’ produttur wieħed biss tal-Unjoni, jew l-informazzjoni ta’ dak il-produttur tal-Unjoni flimkien ma’ informazzjoni u statistika disponibbli pubblikament, l-ilmentatur ipprovda ċ-ċifri rilevanti f’firxiet sinifikanti għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Bl-istess mod, l-ilmentatur ipprovda verżjoni mhux kunfidenzjali tal-annessi jew sommarju sinifikanti tal-informazzjoni pprovduta. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data kunfidenzjali li jippermettu lill-partijiet interessati jeżerċitaw b’mod xieraq id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    (11)

    Il-Gvern tat-Turkija u Fincantieri t-tnejn opponew li fl-analiżi tad-dannu tiġi inkluża d-data għal Laminorul S.A. (“Laminorul”), produttur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar Rumen, li falla u waqqaf il-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, wara l-falliment tiegħu, Laminorul ġie akkwistat minn kumpanija oħra, iżda ma reġax beda l-produzzjoni tiegħu tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Skont il-Gvern tat-Turkija u Fincantieri, id-data disponibbli għal Laminorul ma kellhiex tiġi inkluża fiċ-ċifri ppreżentati fl-ilment, peress li dik il-kumpanija falliet u ma għadhiex tipproduċi pjanċi b’bastun tal-azzar. Laminorul għalhekk ma kellux jitqies bħala parti mill-industrija tal-Unjoni fl-ilment.

    (12)

    Il-Kummissjoni qieset, madankollu, li Laminorul kien għadu parti mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm mhux matul il-perjodu kollu. Għal dik ir-raġuni, l-ilmentatur kien korrett fl-inklużjoni tad-data ta’ Laminorul fl-ilment u wera riflessjoni akkurata tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodi rilevanti. Barra minn hekk, id-data ppreżentata fl-ilment uriet li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi wrew xejriet simili, bl-inklużjoni ta’ Laminorul fl-analiżi u mingħajrha. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni indikat l-effett tad-data ta’ Laminorul fuq is-sitwazzjoni tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni fl-analiżi tagħha għall-perjodu kkunsidrat f’dan ir-Regolament, fejn possibbli.

    (13)

    Il-Gvern tat-Turkija u Özkan Demir ipprovdew kummenti dwar diversi indikaturi individwali tad-dannu ppreżentati fl-ilment, fejn sostnew li wħud mill-indikaturi ma indikawx sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni, jew li dak id-dannu seta’ kien ikkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

    (14)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret fil-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, li ssostni li l-ilment għandu jkun fih l-informazzjoni dwar il-bidliet fil-kwantità tal-importazzjonijiet li allegatament huma l-oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri mill-fatturi rilevanti (mhux neċessarjament kollha). L-ilment kien fih din l-informazzjoni, li indikat l-eżistenza ta’ dannu u rabta kawżali mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li turi dannu u rabta kawżali, u għalhekk ċaħdet l-affermazzjoni.

    (15)

    Kummenti speċifiċi oħra dwar id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, li ma kinux direttament marbuta mal-bidu, huma ttrattati fit-taqsimiet rilevanti ta’ hawn taħt (it-Taqsimiet 4, 5 u 7).

    1.5.   Kampjunar

    (16)

    Fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (17)

    Minħabba l-għadd limitat ta’ produtturi tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, fin-Notifika tal-Inizjazzjoni l-Kummissjoni ħabbret li kienet se tagħmel il-kwestjonarji disponibbli għall-uniċi żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni. Minn dawn iż-żewġ produtturi, Laminados Losal, S.A.U. (l-ilmentatur) biss ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju. It-tieni produttur tal-Unjoni, Olifer s.p.l., (“Olifer”) li huwa responsabbli għal [15-25] % tal-produzzjoni tal-Unjoni, ma ppreżentax ruħu matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma użatx kampjunar iżda użat id-data tal-ilmentatur u stmat id-data għal Olifer u Laminorul fejn rilevanti kif spjegat fil-premessa (147).

    Kampjunar tal-importaturi

    (18)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Inizjazzjoni.

    (19)

    Importatur mhux relatat wieħed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għaldaqstant il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

    Kampjunar tal-produtturi esportaturi fil-PRC

    (20)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Inizjazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

    (21)

    Produttur esportatur wieħed fir-RPĊ, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

    Kampjunar tal-produtturi esportaturi fit-Turkija

    (22)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Turkija jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Inizjazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

    (23)

    Produttur esportatur wieħed fit-Turkija, Özkan Demir, ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

    1.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

    (24)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Ma waslet l-ebda tweġiba. Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment.

    (25)

    Il-Kummissjoni ppubblikat online (3) il-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni.

    (26)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

     

    Produttur tal-Unjoni

    Laminados Losal S.A.U., Gernika, Spanja

     

    Utent

    Fincantieri S.p.A, Monfalcone u Trieste, l-Italja

     

    Produttur esportatur fit-Turkija

    Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş, Aliağa/İzmir, it-Turkija

    (27)

    Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-produttur esportatur Ċiniż li ġej:

    Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd., ir-RPĊ

    1.7.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

    (28)

    L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2022 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

    2.   PRODOTT LI QIEGĦED JIĠI INVESTIGAT, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Prodott li qiegħed jiġi investigat

    (29)

    Il-prodott li qiegħed jiġi investigat huwa pjanċi b’bastun tal-azzar mhux illigati ċatti fil-medda ta’ wisa’ sa 204 mm (“pjanċi b’bastun tal-azzar”). Il-pjanċi b’bastun tal-azzar jintużaw prinċipalment fl-industrija tal-bini tal-bastimenti għall-kostruzzjoni tal-qafas tal-azzar ta’ kruċieri tal-passiġġieri, laneċ, bastimenti militari, u bastimenti merkantili. Il-pjanċi b’bastun tal-azzar jistgħu jintużaw ukoll fil-kostruzzjoni ta’ pjattaformi lil hinn mill-kosta u linji tat-tramm, iżda fl-Unjoni din l-applikazzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar tikkonċerna biss kwantitajiet marġinali (“il-prodott li qiegħed jiġi investigat”).

    2.2.   Prodott ikkonċernat

    (30)

    Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7216 50 91 (kodiċi TARIC 7216509110) (“il-prodott ikkonċernat”).

    2.3.   Prodott simili

    (31)

    L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

    il-prodott li qiegħed jiġi investigat prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u tat-Turkija u

    il-prodott li qiegħed jiġi investigat manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (32)

    F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    2.4.   Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

    (33)

    Ma waslet l-ebda affermazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott.

    3.   DUMPING

    3.1.   Iċ-Ċina

    3.1.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

    (34)

    Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li kienet tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    (35)

    Konsegwentement, sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Produttur esportatur wieħed, Changshu Longteng Special Steel Co, Ltd., issottometta l-informazzjoni rilevanti. Minbarra dan, sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-“GTĊ”.

    (36)

    Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Inizjazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sal-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTĊ jissottometti l-kumment tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Ma wasal l-ebda kumment.

    (37)

    Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Inizjazzjoni, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, pajjiż terz rappreżentattiv xieraq possibbli kien it-Turkija skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

    (38)

    Fl-24 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, abbażi tad-data pprovduta mis-sottomissjoni ta’ Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd., l-uniku produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat li jinsab fir-RPĊ li kkoopera. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat it-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-produttur esportatur Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. dwar l-Ewwel Nota.

    (39)

    Fit-3 ta’ April 2023, u wara li analizzat il-kummenti li rċeviet u l-informazzjoni addizzjonali pprovduta minn Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd., il-Kummissjoni infurmat b’nota oħra (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi ta’ data minn produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri Kocaer Çelik Sanayi. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u rċeviet kummenti mingħand Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

    (40)

    Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-Turkija kienet għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.4 ta’ hawn taħt.

    3.1.2.   Valur normali

    (41)

    Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

    (42)

    Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi ddeterminat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

    (43)

    Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

    3.1.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

    (44)

    F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (4), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

    (45)

    F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (5). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar – l-azzar huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (6), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (7). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Fil-fatt, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (8). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (9). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (10), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (11).

    (46)

    Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (12) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli pubblikament. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-pjanċi b’bastun tal-azzar. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

    (47)

    L-ilment allega li l-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi hija influwenzata u affettwata b’mod wiesa’ minn diversi interventi li jinkludu kollox mill-GTĊ jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra fuq diversi livelli tal-gvern u tas-suq, li minħabba fihom il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-industrija tal-azzar Ċiniża ma jistgħux jintużaw fl-investigazzjoni preżenti.

    (48)

    B’mod aktar speċifiku, l-ilment irrimarka li fl-isfond tal-prinċipju tal-“ekonomija tas-suq soċjalista” minqux fil-Kostituzzjoni tar-RPĊ, l-omnipreżenza tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) u l-influwenza tiegħu fuq l-ekonomija permezz ta’ inizjattivi ta’ ppjanar strateġiku – bħat-13 u l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”) – l-interventiżmu tal-GTĊ jieħu diversi forom, jiġifieri amministrattivi, finanzjarji u regolatorji.

    (49)

    L-ilment ipprovda eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati fl-ewwel sas-sitt sing tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, b’referenza għal investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fis-settur tal-azzar, għar-Rapport, kif ukoll għal sorsi addizzjonali, l-ilmentatur issottometta li:

    L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista sabiex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP pjuttost milli jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. Bil-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-azzar, rifless fit-13-il FYP għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar, u sehem għoli ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) fis-settur, anke l-produtturi privati tal-azzar ma jitħallewx joperaw skont kundizzjonijiet tas-suq. Bħala tali s-suq tal-azzar, u għalhekk is-settur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, huma servuti sa punt sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u s-superviżjoni politika tal-awtoritajiet Ċiniżi;

    L-industrija tal-azzar hija meqjusa bħala settur fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali mill-GTĊ, u bħala tali hija industrija partikolarment appoġġata. Il-problema attwali tal-kapaċità żejda hija bla dubju l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GTĊ għall-industrija u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw;

    Kważi nofs il-kumpaniji kollha fis-settur tal-Azzar Ċiniż huma SOEs u erbgħa mill-akbar għaxar produtturi tal-azzar fid-dinja jaqgħu taħt din il-kategorija, li jagħti lil dawn l-SOEs rwol dominanti fis-suq tal-azzar. B’riżultat ta’ dan, hemm intervent sinifikanti mill-Istat fuq il-kost tal-materja prima fis-settur tal-azzar, b’mod aktar speċifiku għas-settur tal-bini tal-bastimenti tal-azzar u tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, li joħloq distorsjonijiet fil-prezzijiet tal-azzar. It-13-il FYP iddeskriva l-bini tal-bastimenti tal-azzar bħala settur strateġiku li għandu jiġi appoġġat mill-GTĊ. Meta jitqies li l-maġġoranza tal-prodotti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar jintużaw u jiġu mmanifatturati għas-settur tal-bini tal-bastimenti tal-azzar, is-settur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar jista’ jitqies bħala strateġiku għall-GTĊ u b’hekk jirċievi appoġġ mill-Istat. L-ilment jissottolinja wkoll li l-aktar żewġ Tarzni importanti fiċ-Ċina, jiġifieri China State Shipbuilding Corporation u China Shipbuilding Industry Corporation, huma SOEs. It-tnejn li huma jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (“SASAC”) u għalhekk huma affettwati minn miżuri u politiki pubbliċi li jiffavorixxu lill-produtturi domestiċi;

    Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, jikkunsidraw kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Fil-fatt, il-politika tas-self tagħhom jeħtieġ li tiġi allinjata mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ pjuttost milli tivvaluta primarjament l-ambjent ekonomiku u l-merti ta’ proġett partikolari.

    Kif iddikjarat f’investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-azzar, hemm intervent sostanzjali tal-gvern fis-suq Ċiniż, li jirriżulta f’distorsjonijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar, kif ukoll nuqqasijiet fil-liġi Ċiniża dwar il-falliment u l-proprjetà.

    (50)

    Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

    (51)

    B’mod speċifiku fis-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, li huwa subsettur tas-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat.

    (52)

    Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-akbar żewġ produtturi fis-settur tal-azzar, jiġifieri Angang Steel Group (“Ansteel”) u China Baowu Steel Group (“Baowu”) huma jew kompletament proprjetà tal-Istat jew inkella l-Istat għandu sehem ta’ kontroll fihom. Barra minn hekk, xi kumpaniji ewlenin li jipproduċu pjanċi b’bastun tal-azzar bħal Hebei Jitai Special Steel Group Co., Ltd., Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd u Hebei Jingye Group Co. Ltd., huma soġġetti għal interferenza mill-gvern. Il-kumpanija Hebei Jitai Special Steel Group Co., Ltd., sussidjarja kompletament proprjetà tal-kumpanija privata Tangshan Baigong Industry Development co (13)., tiddikjara fost l-objettivi tagħha li “tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kumpanija, il-progress taż-żminijiet, u l-patrija.” (14). Barra minn hekk, Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd. hija miżmuma u kkontrollata minn Nanjing Steel, SOE taħt Nanjing SASAC (15). Fil-każ ta’ Hebei Jingye Group Co. Ltd., ġew organizzati diversi attivitajiet ta’ bini tas-CCP taħt it-tmexxija tad-deputat segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-Grupp (16).

    (53)

    Barra minn hekk, minħabba li l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anki f’kumpaniji privati (17), bis-CCP li jasserixxi t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament twassal biex l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fir-RPĊ.

    (54)

    Dan jidher ukoll fil-livell tal-Assoċjazzjoni tal-Ħadid u l-Azzar taċ-Ċina (“CISA”). Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, is-CISA “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” u “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli mill-bini tal-partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-industrija” (18).

    (55)

    Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa eżemplifikat mill-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar, li jitlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (19), mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li skontu, is-settur se“jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se“jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (20), jew mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Azzar li l-objettivi ewlenin tiegħu huma li “jiżdied kontinwament il-proporzjon tal-applikazzjoni tar-ruttam tal-azzar, u sa tmiem l-14-il FYP, il-proporzjon komprensiv tar-ruttam tal-produzzjoni nazzjonali tal-azzar se jilħaq it-30 %.” (21) Fir-rigward b’mod aktar speċifiku tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, il-provinċji ta’ Shandong u Jiangsu ħarġu l-14-il FYP rispettiv tagħhom dwar l-iżvilupp tal-bini tal-bastimenti u tat-tagħmir tal-inġinerija tal-baħar, li jippromwovu b’mod espliċitu s-settur tal-bini tal-bastimenti u l-produzzjoni relatata tal-azzar, bħall-pjanċi b’bastun tal-azzar (22).

    (56)

    Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed (1) sa żewġ (2) gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta (3) sa ħames (5) gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-metall, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-metall.” (23) . L-influwenza tal-Istat tista’ tinstab ukoll fuq livell muniċipali, bħal fil-pjan ta’ azzjoni għall-2022 1 + 3 tal-ħadid u l-azzar tal-muniċipalità Hebei Tangshan, li fih entitajiet muniċipali differenti għandhom il-kompitu li “jrawmu alleanzi u riorganizzazzjoni ta’ impriżi bi prodotti simili fir-reġjun”,bħaż-żewġ gruppi tal-azzar Shougang (Jingtang, Qiangang) u Tangsteel New District, “jfittxu u jiggwidaw lill istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu lil impriżi tal-ħadid u l-azzar b’self b’interessi baxxi biex jippermettilhom jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin[…]jipprovdu sussidji fil-forma ta’ skont fir-rata ta’ interess” kif ukoll “jappoġġjaw l-ottimizzazzjoni tal-istruttura tal-prodotti billi jagħtu lil“intrapriżi li jimmanifatturaw ta’ kwalità għolja u prodotti ta’ kwalità għolja godda, u fuq livell nazzjonali[…]RMB 1 miljun u RMB 500 000 rispettivament, u lil intrapriżi li jimmanifatturaw ta’ kwalità għolja u prodotti ta’ kwalita għolja godda, u fuq livell provinċjali[] RBM 300 000 u RMB 100 000 rispettivament” (24).

    (57)

    Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Modernizzazzjoni tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar li jfisser, “il-bini ta’ sitt bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tad-daqs, l-intensifikazzjoni, u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Angyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata” (25).

    (58)

    L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-GTĊ qed jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar u s-CCP. Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-produttur esportatur li kkoopera Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. jokkupa b’mod parallel il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-intrapriża (26). Barra minn hekk, il-kumpanija ffirmat ftehim strateġiku mal-SOE Jiangsu Huaneng, sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Huaneng, SOE taħt SASAC ċentrali (27) u ffirmat ftehim ta’ intenzjoni li tapprofondixxi l-kooperazzjoni mal-Fergħa ta’ Jiangsu tal-Export-Import Bank of China, li jindika appoġġ finanzjarju mill-Istat (28). L-interferenza tal-kumitat Muniċipali tas-CCP fil-ħidma ta’ Longteng hija evidenti wkoll mill-artikolu li ġej ippubblikat fuq is-sit web tal-Muniċipalità ta’ Changshu: “il-Kumitat tal-Partit tal-Bureau tat-Trasport se jkompli japprofondixxi l-ħidma ta’ akkoppjament. Bis-saħħa tat-tmexxija tal-bini tal-Partit, huwa se jiżgura kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar profonda mal-intrapriżi akkoppjati, sabiex il-vantaġġi politiċi tal-bini tal-Partit f’termini ta’ appoġġ reċiproku u promozzjoni reċiproka jiġu ttrasformati aħjar f’vantaġġi ta’ żvilupp u azzjonijiet prattiċi biex iservu lill-mases. Flimkien, se niksbu riżultati ġodda, progress ġdid, u rebħiet ġodda fil-Mixja t-Twila tal-Era l-Ġdida.” (29) Bl-istess mod, il-President tal-Bord kemm ta’ Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd. kif ukoll tal-kumpanija omm tagħha Nanjing Steel jokkupa wkoll fl-istess ħin il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. (30)

    (59)

    Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni identifikat dokumenti ta’ politika li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent tal-gvern fil-prodott li qiegħed jiġi investigat bħala parti mis-settur tal-azzar.

    (60)

    L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (31). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYC, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (32). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (33).

    (61)

    Il-materja prima importanti użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami hija l-mineral tal-ħadid. Il-mineral tal-ħadid jissemma wkoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, li fih l-Istat qed jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir avvanzati biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri.” (34) Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; jesploraw u jiggwidaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont” (35). Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħajjar lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi ta’ ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

    (62)

    Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku fis-settur tal-azzar, imsemmija hawn fuq fil-premessa (45), ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

    (63)

    Is-settur tal-azzar, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (45), huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-azzar, inklużi l-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, ma kienx se jkun soġġett għas-sistema tal-liġi tax-xogħol Ċiniża. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw is-settur kemm direttament (meta jiġu prodotti l-pjanċi b’bastun tal-azzar jew l-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt l-aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (36).

    (64)

    Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-azzar, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (45), ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

    (65)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-pjanċi b’bastun tal-azzar, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

    (66)

    B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-pjanċi b’bastun tal-azzar ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-inputs (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Fil-fatt, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li, fih innifsu, ġie prodott fir-RPĊ bil-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

    (67)

    L-ebda evidenza jew argument għall-kuntrarju ma tressqu mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni. Madankollu, fis-sottomissjoni tagħha tas-6 ta’ Frar 2023, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. argumentat li l-allegazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti ma għandhomx isiru konklużjoni determinata minn qabel u li l-Kummissjoni għandha l-ewwel tivverifika l-allegati distorsjonijiet u tiddeċiedi jekk humiex sinifikanti qabel ma tkun tista’ tfittex data dwar il-valur normali minn sorsi alternattivi. Fil-fehma tal-kumpanija, madankollu, il-Kummissjoni bdiet tfittex qabel iż-żmien sorsi alternattivi tal-valur normali fi stadju bikri tal-investigazzjoni.

    (68)

    Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Kif indikat fin-Notifika tal-Inizjazzjoni, fl-istadju tal-bidu l-Kummissjoni qieset li kien hemm biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku li turi li, minħabba distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu tal-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ ma jkunx xieraq, u b’hekk jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, il-partijiet għall-investigazzjoni għandhom jiġu infurmati minnufih wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni jkun beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. L-argument ta’ Longteng li l-Kummissjoni jmissha tfittex sorsi alternattivi tal-valur normali biss wara determinazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jidher għalhekk li huwa bbażat fuq qari ħażin tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, aktar milli waslet għal xi konklużjoni predeterminata dwar distorsjonijiet sinifikanti kif sostnut minn Longteng, matul din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ġabret aktar informazzjoni biex tikkomplementa s-sorsi disponibbli sabiex tivverifika l-allegazzjonijiet li saru fl-istadju tal-bidu u, finalment, biex tiddetermina jekk hemmx distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Filwaqt li tali determinazzjonijiet se jsiru biss fi stadju definittiv tal-investigazzjoni, ir-riżultati provviżorji tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni huma stabbiliti fil-premessi (44) sa (67) hawn fuq u l-partijiet interessati għandhom l-opportunità li jikkummentaw aktar dwarhom.

    3.1.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

    Rimarki ġenerali

    (69)

    L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

    Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (37);

    Il-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat f’dak il-pajjiż;

    Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv;

    Fejn kien hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, meta kien xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

    (70)

    Kif spjegat fil-premessi (38) u (39), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-24 ta’ Jannar 2023 u t-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tat-3 ta’ April 2023. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis it-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina

    (71)

    Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat it-Turkija u r-Russja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi manifatturat l-prodott li qiegħed jiġi investigat. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota.

    (72)

    Fit-Tieni Nota, wara l-kummenti li rċeviet mingħand il-produttur esportatur li kkoopera Changshu Longteng Special Steel Co, Ltd. dwar l-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li l-Malażja ġiet ikkunsidrata biex jiġu stabbiliti l-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin: in-nitroġenu, l-ossiġenu u l-ġebla tal-ġir. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota.

    Disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

    (73)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi prodott il-prodott li qiegħed jiġi investigat, jiġifieri r-Russja u t-Turkija, id-disponibbiltà tad-data pubblika kellha tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

    (74)

    Fir-rigward tar-Russja, ir-rapporti finanzjarji tal-unika kumpanija li ġiet identifikata fl-Ewwel Nota bħala produttur, jiġifieri “JSC Omutninsk Metallurgical Plant”, ma kinux immedjatament disponibbli. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li ma setgħetx tuża d-data ta’ din il-kumpanija fil-proċediment.

    (75)

    Barra minn hekk, id-data statistika tal-importazzjonijiet Russi kienet disponibbli sa Jannar 2022, u b’hekk kienet tkopri biss terz tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (76)

    B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Russja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni.

    (77)

    Fir-rigward tat-Turkija, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli għal produttur wieħed biss tal-prodott li qiegħed jiġi investigat li, madankollu, kien qed jagħmel it-telf fl-2021. Għalkemm ir-rapporti finanzjarji tal-produttur esportatur li kkoopera fit-Turkija, Özkan Demir, kienu faċilment disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-kumpanija kienet qed tagħmel it-telf fl-2021 u għalhekk ma setgħetx tintuża biex jinħadem il-valur normali. Għalhekk, minbarra dik il-kumpanija, il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji faċilment disponibbli għall-produtturi ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali f’pajjiżi rappreżentattivi potenzjali li wrew livell raġonevoli ta’ profittabbiltà għal perjodu li jikkoinċidi parzjalment mal-PI. Dawk il-produtturi jew ġew identifikati fl-ilment jew fil-lista ta’ produtturi li jipproduċu prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7216 50 91“Pjanċi b’bastun”, li tinkludi kemm il-prodott li qiegħed jiġi investigat “pjanċi b’bastun tal-azzar mhux illigati ċatti fil-medda ta’ wisa’ sa 204 mm” kif definit fin-Notifika tal-Inizjazzjoni kif ukoll it-tipi l-oħra kollha ta’ prodotti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Il-Kummissjoni kkontroverifikat ukoll il-lista ta’ produtturi ma’ dawk ipprovduti mill-awtoritajiet Torok fl-istadju ta’ qabel il-bidu.

    (78)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset it-Turkija bħala għażla xierqa għal pajjiż rappreżentattiv.

    (79)

    Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. irrimarkat li wħud mill-produtturi Torok elenkati ma kinux sodisfaċenti peress li għal erbgħa minn ħames produtturi, kienu disponibbli biss rapporti finanzjarji konsolidati u għalhekk ma setgħux jirriflettu l-SG&A u l-marġni ta’ profitt effettivi ta’ produttur tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Barra minn hekk, l-SG&A u l-profitt, ikkalkulati abbażi tad-data disponibbli ta’ dawn il-ħames produtturi, kienu għoljin b’mod mhux raġonevoli, skont Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. Fl-aħħar nett, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li l-Kummissjoni għandha tinjora lit-Turkija biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju ta’ xi materja prima (jiġifieri l-ġebla tal-ġir u l-ossiġenu).

    (80)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid l-SG&A u l-profitti rrappurtati minn erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar identifikati fit-Turkija u qieset li kienu għoljin b’mod mhux raġonevoli. Għalhekk, il-Kummissjoni injorat dawn il-kumpaniji u ddeċidiet li tuża l-SG&A u l-marġni ta’ profitt irrappurtati minn wieħed biss mill-produtturi Torok, jiġifieri Kocaer Çelik Sanayi għad-data finanzjarja tal-2022 (jiġifieri għall-perjodu li jikkoinċidi parzjalment mal-PI). Wara t-Tieni Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. argumentat li Kocaer Çelik Sanayi, ġarrab spejjeż finanzjarji estremament għoljin li għalihom ma setgħux jinstabu d-dettalji. Barra minn hekk, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li dawn ma ffaċċjawx spejjeż finanzjarji daqshekk għoljin.

    (81)

    Il-Kummissjoni għażlet kumpanija b’rapporti finanzjarji faċilment disponibbli li juru ammont raġonevoli ta’ SG&A u marġni ta’ profitti għall-industrija li tipproduċi l-azzar, u applikat l-SG&A u l-profitt ta’ Kocaer Çelik Sanayi fit-Turkija. L-SG&A espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 10,98 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 8,8 %. Il-Kummissjoni użat data konsolidata, peress li din kienet l-unika data li kienet pubblikament disponibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qisitx dawn il-perċentwali bħala għoljin b’mod mhux raġonevoli, iżda pjuttost f’konformità mal-kost u l-profitti mġarrba f’dan it-tip ta’ industrija. Barra minn hekk, dawn il-perċentwali huma konformi ma’ dawk użati f’investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw l-industrija tal-azzar, bħal pereżempju fir-rigward tat-torrijiet tar-riħ tal-azzar (38) u l-azzar miksi b’materjal organiku (39). Il-Kummissjoni ma kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-ebda informazzjoni li tindika l-kuntrarju.

    (82)

    Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra jew tas-sottomissjoni ta’ kwalunkwe data oħra faċilment disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li s-sorsi li pproponiet li tuża għall-SG&A u l-profitt huma mingħajr distorsjoni u raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a), l-aħħar paragrafu, tar-Regolament bażiku.

    Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

    (83)

    Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

    Konklużjoni

    (84)

    Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

    (85)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materja prima, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-produttur esportatur.

    (86)

    Sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat il-Global Trade Atlas (40) (“GTA”) u l-Metal Bulletin (41) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (42) u tal-enerġija (43) u l-istatistika tad-Direttorat Ġenerali tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir għall-kost mingħajr distorsjoni tal-ilma (44).

    (87)

    Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi tal-produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

    (88)

    Fil-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd sostniet li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-ferrokromu fit-Turkija varjaw abbażi tal-proporzjon tal-piż tal-karbonju u tal-kromu. Il-Kummissjoni vverifikat il-proporzjon effettiv tal-piż tal-karbonju u tal-kromu użat minn Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. F’dan ir-rigward, biex tistabbilixxi l-kost korrispondenti tal-ferrokromu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-parametri referenzjarji tal-industrija indipendenti ta’ Metal Bulletin għall-industrija globali tal-metalli u tal-minjieri (prezzijiet Fastmarkets) li jirriflettu proporzjonijiet differenti tal-piż tal-karbonju u tal-kromu.

    (89)

    Wara l-Ewwel Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet ukoll li l-prezzijiet medji Torok ta’ ċerta materja prima (jiġifieri l-ossiġenu u l-ġebla tal-ġir) ma setgħux jintużaw minħabba l-volum baxx ta’ importazzjonijiet. Barra minn hekk, abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd, il-Kummissjoni identifikat fattur addizzjonali tal-produzzjoni, jiġifieri n-nitroġenu, li ġie importat ukoll fi kwantitajiet mhux rappreżentattivi fit-Turkija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (90)

    Konsegwentement, il-Kummissjoni eżaminat il-volum tal-importazzjonijiet fit-Tajlandja, il-Malażja, il-Brażil u l-Messiku peress li dawn il-pajjiżi għandhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina u qabel kienu kkunsidrati bħala pajjiżi rappreżentattivi f’diversi investigazzjonijiet preċedenti reċenti fis-settur tal-azzar bħar-roti tat-triq tal-azzar (45), prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana (46), torrijiet tar-riħ tal-azzar (47), azzar miksi b’materjal organiku (48), fittings ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar (49). Il-Kummissjoni stabbiliet li, wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, il-Malażja biss kellha importazzjonijiet fi kwantitajiet rappreżentattivi biżżejjed tat-tliet fatturi kollha tal-produzzjoni kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, fit-Tieni Nota l-Kummissjoni infurmat li meta taħdem il-valur normali, il-Kummissjoni beħsiebha tuża l-kostijiet ta’ dawn l-inputs abbażi tal-importazzjonijiet lejn il-Malażja.

    (91)

    Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni abbażi tal-kummenti tal-partijiet u tal-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur li kkoopera fit-tweġiba għall-kwestjonarju.

    (92)

    Wara t-Tieni Nota, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li l-volum tal-importazzjonijiet Malażjani ta’ nitroġenu u ossiġenu u l-volum tal-importazzjonijiet Torok ta’ argon ma kinux rappreżentattivi minħabba li l-volumi ta’ importazzjoni kienu ferm aktar baxxi mill-konsum effettiv tagħhom ta’ dik il-materja prima. Barra minn hekk, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. sostniet li għal kull waħda minn dawk il-materji prima hemm xi pajjiżi fornituri bi prezzijiet ta’ unità għoljin mhux raġonevoli u kostijiet għoljin tat-trasport.

    (93)

    Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni billi r-rappreżentattività tal-volumi tal-importazzjoni ġiet ivvalutata abbażi tal-kwantità assoluta tal-volumi ta’ importazzjoni. Il-fatt li dawn il-volumi ma kinux fl-istess livelli bħall-konsum ta’ dik il-materja prima tal-produttur esportatur ma biddilx il-konklużjoni li l-volumi assoluti ta’ dawn l-importazzjonijiet tqiesu bħala rappreżentattivi.

    (94)

    Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera li pprovda informazzjoni sħiħa u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-oġġetti negliġibbli ġew raggruppati taħt “oġġetti tal-konsum”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

    Fatturi tal-produzzjoni

    (95)

    Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2 (6a)(a) tar-Regolament bażiku:

    Tabella 1

    Fatturi tal-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar

    Fattur tal-Produzzjoni

    Kodiċi SA

    Sors tad-data li l-Kummissjoni beħsiebha tuża

    Valur mingħajr distorsjoni

    Materja prima

    Ġebla tal-ġir

    252100

    GTA għall-Malażja

    CNY 0,243/kg

    Mineral tal-ħadid

    260111

    GTA għat-Turkija

    CNY 0,83/kg

    Mineral tal-ħadid sinterizzat

    260112

    GTA għat-Turkija

    CNY 1,28/kg

    Faħam

    270111

    GTA għat-Turkija

    CNY 1,53/kg

    Kokk/Trab tal-kokk

    270400

    GTA għat-Turkija

    CNY 3,35/kg

    Trab tal-karbonju

    280300

    GTA għat-Turkija

    CNY 10,08/kg

    Turmalina pura

    284910

    GTA għat-Turkija

    CNY 8,67/kg

    Ferro-manganiż

    720211

    GTA għat-Turkija

    CNY 10,68/kg

    Ferro-siliċju

    720221

    GTA għat-Turkija

    CNY 15,86/kg

    Siliċju-manganiż

    720230

    GTA għat-Turkija

    CNY 11,76/kg

    Ferro-kromu

    720241

    MB-FEC-0005

    CNY 8,97/kg

    Ferro-molibdenum

    720270

    GTA għat-Turkija

    CNY 160,64/kg

    Ferro-titanju

    720291

    GTA għat-Turkija

    CNY 43,32/kg

    Ferro vanadju

    720292

    GTA għat-Turkija

    CNY 190,12/kg

    Ferro-nijobju

    720293

    GTA għat-Turkija

    CNY 176,27/kg

    Ferro-aluminju

    720299

    GTA għat-Turkija

    CNY 19,24/kg

    Ruttam tal-azzar

    720410

    GTA għat-Turkija

    CNY 2,15/kg

    Aluminju

    760110

    GTA għat-Turkija

    CNY 19,67/kg

    Argon

    280421

    GTA għat-Turkija

    CNY 7,30/m3

    Nitroġenu

    280430

    GTA għall-Malażja

    CNY 5,85/m3

    Ossiġenu

    280440

    GTA għall-Malażja

    CNY 2,46/m3

    Kostijiet tal-ilma

     

    Prezz tal-ilma kif mitlub mill-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir għall-utenti industrijali

    CNY 8,25/m3

    Manodopera

    Kostijiet lavorattivi

     

    L-Istitut Tork tal-Istatistika (ibbażat fuq il-kost lavorattiv medju kull siegħa fis-settur tal-manifattura)

    CNY 37,03/siegħa

    Enerġija

    Elettriku

     

    L-Istitut Tork tal-Istatistika - prezz tal-elettriku għall-utenti industrijali

    CNY 0,60/kWh

    Gass naturali

     

    L-Istitut Tork tal-Istatistika - prezz tal-gass għall-utenti industrijali

    CNY 2,75/m3

    3.1.2.3.   Materja prima

    (96)

    Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjat fil-bieb ta’ produttur ta’ pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni lejn it-Turkija u għan-nitroġenu, l-ossiġenu u l-ġebla tal-ġir lejn il-Malażja kif irrappurtat fil-GTA u l-parametru referenzjarju tal-industrija indipendenti tal-Metal Bulletin għall-Ferrokromu li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.3.1 hija kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv miċ-Ċina u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi.

    (97)

    Il-Kummissjoni ddevjat mill-metodoloġija deskritta hawn fuq għal għadd limitat ta’ materja prima.

    (98)

    Kif indikat fil-premessa (88), il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-Metal Bulletin (prezzijiet Fastmarkets) biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju tal-ferrokromu.

    (99)

    Kif indikat fil-premessa (90), għall-ġebla tal-ġir, in-nitroġenu u l-ossiġenu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-kost ta’ dawn l-inputs abbażi tal-importazzjonijiet lejn il-Malażja, esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO.

    (100)

    Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala perċentwal tal-kost effettiv ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

    (101)

    Għal għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli (b’mod kumulattiv madwar 3,3 %) tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum kif spjegat fil-premessa (94).

    Manodopera

    (102)

    Il-Kummissjoni użat l-istatistika ppubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika (51). Dan l-istitut jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet lavorattivi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju abbażi tal-kostijiet lavorattivi medji fis-siegħa għall-2020 għall-attività ekonomika bil-kodiċi 24 tan-NACE “Manifattura ta’ metalli bażiċi” skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valuri ġew aġġustati aktar għall-inflazzjoni permezz tal-indiċi domestiku tal-prezzijiet għall-konsumatur (52) sabiex jirriflettu l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

    Enerġija

    (103)

    Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet industrijali medji tal-elettriku u tal-gass għall-utenti industrijali fit-Turkija ppubblikati mill-Istitut Tork tal-Istatistika (53) għall-perjodu minn Lulju 2021 sa Ġunju 2022, netti mill-VAT.

    Ilma

    (104)

    Il-Kummissjoni użat it-tariffa tal-ilma mitluba mid-Direttorat Ġenerali tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir li huwa responsabbli għall-provvista tal-ilma, il-ġbir u t-trattament tad-drenaġġ fil-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir fejn tinsab il-kumpanija rappreżentattiva tal-prodott li qiegħed jiġi investigat. L-informazzjoni tippermetti li jiġu identifikati t-tariffi applikabbli għall-industrija u l-parametru referenzjarju jkun tariffa medja ta’ kull xahar għall-perjodu ta’ investigazzjoni, netta mill-VAT (54).

    (105)

    Fir-rigward tal-ilma, Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. qieset il-parametru referenzjarju użat, jiġifieri l-kostijiet tal-ilma f’Izmir bħala mhux rappreżentattiv minħabba li Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd. tinsab f’żona rurali b’aċċess faċli għall-ilma u għalhekk il-kost tal-ilma ta’ Changshu Longteng Special Steel Co. ma jistax jitqabbel ma’ belt turistika fit-Turkija.

    (106)

    Il-Kummissjoni użat bħala parametru referenzjarju t-tariffi tal-ilma għall-użu industrijali fir-reġjun fejn il-produttur tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, Kocaer Çelik Sanayi, jinsab fit-Turkija. Barra minn hekk, ir-reġjun magħżul għandu bażi industrijali żviluppata sew. Għalhekk il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

    L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

    (107)

    Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

    (108)

    L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produttur esportatur. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

    (109)

    Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja ta’ Kocaer Çelik Sanayi fl-2022, kif estratta mill-bażi tad-data Orbis.

    3.1.3.   Il-kalkolu

    (110)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (111)

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-produttur esportatur li kkoopera ġew ivverifikati matul il-kontroverifika mill-bogħod. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv jew b’kostijiet oħra mingħajr distorsjoni għal kull unità identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq.

    (112)

    It-tieni, biex tasal għal kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-oġġetti tal-konsum imsemmija fil-premessa (101) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura li effettivament ġew imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

    (113)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni żiedet l-SG&A u l-profitt li ġew espressi bħala perċentwal tal-kost tal-prodotti mibjugħa u applikati għall-kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura (jiġifieri l-SG&A ammontaw għal 10,98 % u l-profitt ammonta għal 8,8 %).

    (114)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.1.4.   Prezz tal-esportazzjoni

    (115)

    Il-produttur esportatur li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti.

    (116)

    Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk kien il-prezz li effettivament tħallas jew li kellu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    3.1.5.   Tqabbil

    (117)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika għal kull tip ta’ prodott.

    (118)

    Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar, għall-kostijiet tat-tagħbija, għad-dazju doganali, għall-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji.

    3.1.6.   Marġni tad-dumping

    (119)

    Għall-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (120)

    Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli, minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera kienu jikkostitwixxu l-importazzjonijiet kollha matul il-PI. Changshu Longteng Special Steel Co. sostniet li kien hemm produttur esportatur ieħor fir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, l-ebda kumpanija oħra ma ppreżentat ruħha, u l-Kummissjoni ma identifikatx esportazzjonijiet addizzjonali fl-istatistika tal-importazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-istess livell bħal dak tal-kumpanija li kkooperat.

    (121)

    Fuq din il-bażi, il-marġni medju tad-dumping ponderat provviżorju espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

    Kumpanija

    Marġni tad-dumping provviżorju

    Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

    14,7  %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    14,7  %

    3.2.   It-Turkija

    3.2.1.   Valur normali

    (122)

    Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produttur esportatur Özkan Demir kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn Özkan Demir tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

    (123)

    Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

    (124)

    Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ ta’ Özkan Demir fis-suq domestiku tagħha għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li għal numru żgħir ta’ tipi ta’ prodotti li ġew esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jew ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku, jew il-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott kien anqas minn 5 % fil-volum u għalhekk ma kienx rappreżentattiv.

    (125)

    Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

    (126)

    Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

    (a)

    il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni kkalkolat, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

    (b)

    l-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni ta’ unità.

    (127)

    F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI.

    (128)

    Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-PI, jekk:

    (a)

    il-volum tal-bejgħ profittabbli tat-tip ta’ prodott jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip: jew

    (b)

    il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-produzzjoni ta’ unità.

    (129)

    L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li [50-70] % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni.

    (130)

    Għat-tipi ta’ prodotti li għalihom il-bejgħ kien b’mod ġenerali profittabbli, il-valur normali ġie kkalkulat jew bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI (il-premessi (126) u (127)) jew bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss (il-premessa (128)) skont il-volum tal-bejgħ bi profitt.

    (131)

    Għat-tipi ta’ prodotti li għalihom (1) il-bejgħ b’mod ġenerali ma kienx profittabbli jew (2) ma kienx hemm bejgħ jew kien hemm bejgħ insuffiċjenti fis-suq domestiku u fejn ma kienx hemm informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet tas-suq għal dawk it-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa minn Özkan Demir fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

    (132)

    Il-valur normali nħadem biż-żieda ta’ dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

    (a)

    l-ispejjeż SG&A medji ponderati mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, matul il-PI; u

    (b)

    il-profitt medju ponderat magħmul mill-produttur esportatur li kkoopera fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (133)

    Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-ispejjeż tal-SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet magħmula fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa għalkollox fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-ispejjeż SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku.

    3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

    (134)

    Il-produttur esportatur esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti.

    (135)

    Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk kien il-prezz li effettivament tħallas jew li kellu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    3.2.3.   Tqabbil

    (136)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

    (137)

    Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar u t-tagħbija u tal-ippakkjar, il-kostijiet tal-krediti u l-imposti bankarji, il-kummissjonijiet, ir-ribassi u allowances oħra.

    (138)

    Il-Kummissjoni identifikat kwistjonijiet ta’ kambju tal-munita matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku jistipula li d-data tal-bejgħ għandha tkun id-data tal-fattura, u li tista’ tintuża d-data tal-kuntratt, tal-ordni tax-xiri jew tal-konferma tal-ordni jekk dawn jistabbilixxu b’mod aktar xieraq it-termini materjali tal-bejgħ. L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset il-fluttwazzjoni fir-rata tal-kambju tal-Lira Torka (u l-waqgħa sinifikanti ġenerali kontra l-Euro (55)). It-tieni, il-Kummissjoni qieset il-prattiki tal-iffissar tal-prezzijiet tal-produttur esportatur Tork, li permezz tagħhom it-termini materjali tal-bejgħ ġew saldati fil-mument tal-ordni tax-xiri pjuttost milli fid-data tal-fattura, kemm għall-bejgħ domestiku (56) kif ukoll għall-bejgħ għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk użat ir-rata tal-kambju fid-data tal-ordni tax-xiri biex tikkonverti l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fil-Lira Torka.

    3.2.4.   Marġni tad-dumping

    (139)

    Għall-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (140)

    Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping medju ponderat provviżorju espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 13,6 %

    (141)

    Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera kienu jikkostitwixxu l-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni mit-Turkija matul il-PI, hekk kif l-investigazzjoni indikat li kien l-uniku produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-istess livell bħal dak tal-kumpanija li kkooperat.

    (142)

    Il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

    Kumpanija

    Marġni tad-dumping provviżorju

    Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

    13,6  %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    13,6  %

    4.   DANNU

    4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (143)

    Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tliet produtturi fl-Unjoni sal-2020, u tnejn matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (144)

    Il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga d-data dwar il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ u t-Turkija peress li hija sensittiva għas-suq u kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, minħabba l-għadd limitat ta’ partijiet li joperaw fis-suq tal-Unjoni (żewġ produtturi tal-Unjoni, produttur esportatur wieħed mit-Turkija u produttur esportatur wieħed miċ-Ċina). Id-divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni tista’ tippermetti lill-partijiet jikkalkulaw lura d-data kunfidenzjali speċifika għall-kumpanija. Il-Kummissjoni għalhekk ipprovdiet din l-informazzjoni f’firxiet u indiċijiet, li taw biżżejjed informazzjoni sinifikanti lill-partijiet interessati kollha biex jifhmu l-analiżi u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u jipprovdu kummenti f’dan ir-rigward. Id-data ġiet ipprovduta wkoll fil-forma ta’ xejriet sinifikanti sabiex il-partijiet interessati kollha jkunu jistgħu jiddefendu l-interessi tagħhom. Il-Kummissjoni ma setgħetx tiddivulga l-metodu għall-ħolqien tal-firxiet peress li dan jippermetti lill-partijiet jiddeterminaw in-numri eżatti mill-firxiet.

    (145)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar [15 000-18 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet il-produzzjoni tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħall-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, l-istimi magħmula fl-ilment u d-data statistika mill-Eurostat. Kif indikat fil-premessa (17), l-ilmentatur kien l-uniku produttur tal-Unjoni li kkoopera, u kien jirrappreżenta [75-85] % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    4.2.   Konsum tal-Unjoni

    (146)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Il-metodoloġija għall-istima tal-importazzjonijiet hija spjegata fid-dettall fit-Taqsima 4.3.2 hawn taħt.

    (147)

    Kif spjegat ukoll fil-premessi (11) u (12), kien hemm tliet produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat: Losal (l-ilmentatur), Olifer u Laminorul. Olifer ma kkooperax fl-investigazzjoni u Laminorul applika għall-falliment fl-2019. Għalhekk, il-volumi tal-bejgħ ta’ Olifer u ta’ Laminorul fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu bbażati fuq l-istima li saret fl-ilment (57). Laminorul biegħ il-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat biss fl-2019 u fl-2020, li kien jammonta għal madwar [18-22] % u [4-7] % rispettivament tal-bejgħ totali mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat f’dawk is-snin. Għall-bejgħ fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-bejgħ kollu mill-industrija tal-Unjoni tqies bħala l-prodott li qiegħed jiġi investigat. Għas-snin ta’ qabel, tqies li 75 % tal-bejgħ ta’ Laminorul kien jikkonċerna l-prodott li qiegħed jiġi investigat, filwaqt li l-25 % li jifdal tal-bejgħ kien jikkonċerna pjanċi b’bastun tal-azzar ta’ wisa’ akbar li ma humiex parti mill-ambitu tal-prodott. Il-Kummissjoni qieset li dawn is-suppożizzjonijiet, ibbażati fuq l-għarfien tas-suq tal-ilmentatur, kienu jipprovdu stima raġonevoli li kienet meħtieġa biex jiġi kkalkulat il-konsum tal-Unjoni. Il-volumi tal-bejgħ għall-ilmentatur inkisbu mit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u ġew ivverifikati fuq il-post.

    (148)

    Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Konsum totali tal-Unjoni

    [70 000 –75 000 ]

    [42 000 –46 000 ]

    [44 000 –48 000 ]

    [47 000 –51 000 ]

    Indiċi (2019 = 100)

    100

    60

    63

    68

    Sors:

    L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

    (149)

    Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara tnaqqis kbir inizjali ta’ 40 % fl-2020, il-konsum reġa’ żdied xi ftit fis-snin ta’ wara. It-tnaqqis fl-2020 ikkoinċida mas-sena meta l-Unjoni kienet milquta l-agħar mill-pandemija tal-Covid-19 u fil-biċċa l-kbira jista’ jiġi attribwit għal-“lockdowns” assoċjati meta l-fabbriki kemm tal-produtturi tal-pjanċi b’bastun tal-azzar kif ukoll tal-utenti ngħalqu temporanjament. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (29), il-pjanċi b’bastun tal-azzar jintużaw primarjament fl-industrija tal-bini tal-bastimenti. Fl-Unjoni, il-biċċa l-kbira tal-prodott ikkonċernat jintuża fil-produzzjoni ta’ bastimenti tal-kruċieri u bastimenti lussużi oħra, kif ukoll ta’ bastimenti militari. Waħda mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-Covid-19 kienet tnaqqis fl-ordnijiet għal u fil-produzzjoni ta’ bastimenti lussużi, li kellu impatt qawwi fuq il-produzzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar. Għalkemm il-konsum żdied mill-2020 ’l hawn, għadu ’l bogħod mil-livell ta’ qabel il-pandemija.

    4.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    (150)

    Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

    (151)

    Il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija kien ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu [4,0-6,0] % u [53,0-58,0] % rispettivament.

    (152)

    Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Turkija u l-prodott simili kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu jikkompetu ma’ xulxin u mal-pjanċi b’bastun tal-azzar prodotti fl-Unjoni minħabba li jridu jikkonformaw mal-istess standards tekniċi u jridu jiġu ċċertifikati mill-istess istituzzjonijiet qabel ma jikkwalifikaw għall-użu aħħari maħsub tagħhom. Il-pjanċi b’bastun tal-azzar mis-sorsi kollha jinbiegħu permezz tal-istess kanali ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti. Il-bennejja tal-bastimenti jużaw l-istess pjanċi b’bastun tal-azzar għall-istess għan u jiddifferenzjaw biss dwar l-aspetti tekniċi tal-prodott (eż. il-wisa’, it-tul, il-grad tal-azzar, eċċetera), mhux l-oriġini tal-prodott.

    (153)

    Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija ġew eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu.

    4.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    (154)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Turkija abbażi tad-data vverifikata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Id-data vverifikata minn dawn il-produtturi tqieset bħala aktar akkurat mid-data tal-Eurostat, peress li l-Eurostat jirrapporta l-importazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM għall-pjanċi b’bastun tal-azzar. Dan il-kodiċi jinkludi wkoll pjanċi b’bastun tal-azzar b’dimensjonijiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni.

    (155)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tas-sehem li dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw mill-konsum totali tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (146), il-konsum tal-Unjoni kien ibbażat fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, kif muri wkoll fit-Tabella 3 hawn taħt, ġie stabbilit abbażi tad-data tal-Eurostat. Biex tistma liema parti minn dawn l-importazzjonijiet kienet relatata mal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni segwiet is-suppożizzjonijiet spjegati fit-taqsima C.1.1.1 tal-ilment. L-ilmentatur stima li 25 % tal-importazzjonijiet mir-Renju Unit kienu relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat fl-2019 u fl-2020, u 45 % fis-snin l-oħra meta l-produttur magħruf fir-Renju Unit kien espanda l-firxa ta’ prodotti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar tiegħu. L-ilmentatur stima wkoll li 75 % tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha kienu relatati mal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni qieset dawn is-suppożizzjonijiet bħala stima raġonevoli tal-importazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

    (156)

    L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

    Tabella 3

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

    [1 200 –1 600 ]

    [800 –1 200 ]

    [2 800 –3 200 ]

    [2 000 –2 400 ]

    Indiċi

    100

    68

    204

    151

    Volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija

    [37 000 –41 000 ]

    [23 000 –27 000 ]

    [24 000 –28 000 ]

    [24 000 –28 000 ]

    Indiċi

    100

    65

    66

    67

    Volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    [38 200 –42 600 ]

    [23 800 –28 200 ]

    [26 800 –31 200 ]

    [26 000 –30 400 ]

    Indiċi

    100

    65

    71

    70

    Sehem mis-suq tar-RPĊ (%)

    [1,1 –3,1 ]

    [1,4 –3,4 ]

    [6,0 –8,0 ]

    [4,0 –6,0 ]

    Indiċi

    100

    113

    324

    223

    Sehem mis-suq tat-Turkija (%)

    [53,0 –58,0 ]

    [57,0 –62,0 ]

    [55,0 –60,0 ]

    [53,0 –58,0 ]

    Indiċi

    100

    107

    104

    99

    Sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati (%)

    [54,1 –61,1 ]

    [58,4 –65,4 ]

    [61,0 –68,0 ]

    [57,0 –64,0 ]

    Indiċi

    100

    107

    112

    104

    Sors:

    L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

    (157)

    Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bejn l-2019 u l-PI bi 30 %, u naqas drastikament fl-2020 qabel ma għamel irkupru parzjali sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’4 %. It-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkoinċida ma’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ta’ 32 % matul l-istess perjodu, kif spjegat fil-premessa (149). Billi l-pajjiżi kkonċernati kienu kapaċi jżommu u saħansitra jżidu s-sehem mis-suq tagħhom fi żmien ta’ tnaqqis fil-konsum, din iż-żieda fis-sehem mis-suq kienet għad-detriment ta’ parteċipanti oħra fis-suq, speċjalment l-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati reġa’ naqas bi tmienja fil-mija meta mqabbel mal-2021, iżda baqa’ f’livell ogħla mis-sehem mis-suq tagħhom fl-2019. Dan it-tnaqqis fis-sehem mis-suq għall-pajjiżi kkonċernati kien fil-biċċa l-kbira relatat ma’ żieda sinifikanti fil-bejgħ mill-ilmentatur lil klijent importanti wieħed matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni ma wrietx li din iż-żieda kienet strutturali jew li din ix-xejra kienet se tkompli wara l-perjodu ta’ investigazzjoni.

    4.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, it-twaqqigħ tal-prezz u s-soppressjoni tal-prezzijiet

    (158)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data vverifikata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, f’konformità mad-determinazzjoni tal-volumi tal-importazzjoni kif spjegat fil-premessi (154)-(155). It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera.

    (159)

    Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 4

    Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    RPĊ

    [800 –900 ]

    [800 –900 ]

    [850 –1 000 ]

    [1 000 –1 200 ]

    Indiċi

    100

    95

    108

    133

    It-Turkija

    [700 –800 ]

    [700 –800 ]

    [850 –1 000 ]

    [1 000 –1 200 ]

    Indiċi

    100

    92

    119

    139

    Sors:

    Il-produtturi esportaturi li kkooperaw.

    (160)

    Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu bi 33 % u b’39 % għaċ-Ċina u għat-Turkija, rispettivament. Din iż-żieda kienet fil-biċċa l-kbira ikkawżata miż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija wara l-pandemija tal-Covid-19 u aktar reċentement matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, mill-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni żdiedu saħansitra aktar, b’46 %.

    (161)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

    (1)

    il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u

    (2)

    il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fiċ-Ċina u fit-Turkija lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

    (162)

    It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta’ 6,5 % għaċ-Ċina u ta’ 11,1 % għat-Turkija mill-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni.

    (163)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ soppressjoni tal-prezzijiet. Fil-fatt, kif muri fit-Tabella 8, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbigħ taħt il-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu kollu kkonċernat. Minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tikseb sitwazzjoni profittabbli, li rriżulta f’telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet bejgħ bil-prezz imwaqqa’ ta’ 21,7 % għaċ-Ċina u 30,0 % għat-Turkija.

    4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.4.1.   Rimarki ġenerali

    (164)

    F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    (165)

    Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fl-ilment u d-data vverifikata tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni li kienu qed jipproduċu u jbigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif spjegat fil-premessa (147), kien hemm tliet produtturi tal-Unjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, li minnhom tnejn biss baqgħu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba l-falliment ta’ Laminorul. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, b’mod partikolari minħabba li l-produttur tal-Unjoni li kkoopera kien jirrappreżenta aktar minn 75 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (166)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

    (167)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

    4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (168)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 5

    Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    [25 000 –30 000 ]

    [12 500 –15 500 ]

    [13 500 –17 000 ]

    [15 000 –18 000 ]

    Indiċi

    100

    51

    56

    60

    Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    [65 000 –85 000 ]

    [48 000 –63 000 ]

    [39 000 –52 000 ]

    [39 000 –52 000 ]

    Indiċi

    100

    74

    61

    61

    Użu tal-kapaċità (%)

    [33 –39 ]

    [22 –27 ]

    [30 –36 ]

    [32 –38 ]

    Indiċi

    100

    69

    91

    98

    Sors:

    L-ilment u d-data vverifikata tal-ilmentatur.

    (169)

    Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien parzjalment dovut għall-falliment imsemmi hawn fuq ta’ Laminorul, iżda l-volumi tal-produzzjoni għaż-żewġ kumpaniji li fadal urew ukoll tnaqqis qawwi fl-2020 (58). Għalkemm il-volumi tal-produzzjoni reġgħu żdiedu fis-snin ta’ wara, matul il-PI, il-volum tal-produzzjoni kien għadu ferm anqas minn dak fl-2019. Dan it-tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat huwa wkoll konformi mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess snin.

    (170)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset ukoll matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba l-falliment ta’ Laminorul. Il-kapaċità tal-produzzjoni għaż-żewġ kumpaniji li fadal baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, żieda minn tnaqqis qawwi fl-2020 minħabba t-tnaqqis fil-konsum u fil-volumi tal-produzzjoni relatati wara l-pandemija tal-Covid-19, kif spjegat fil-premessa (149). Għaż-żewġ kumpaniji li fadal, ir-rata tal-użu tal-kapaċità kompliet tonqos bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. (59)

    4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

    (171)

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 6

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

    [25 000 –29 000 ]

    [11 000 –15 000 ]

    [12 000 –16 000 ]

    [15 000 –19 000 ]

    Indiċi

    100

    47

    51

    62

    Sehem mis-suq (%)

    [35 –40 ]

    [27 –32 ]

    [28 –33 ]

    [32 –37 ]

    Indiċi

    100

    77

    82

    91

    Sors:

    L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

    (172)

    Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas bi 38 % matul il-perjodu kkunsidrat, u naqas drastikament fl-2020 qabel ma għamel irkupru parzjali sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 %. Ix-xejra ta’ tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, għalkemm kemxejn anqas qawwija, hija osservata wkoll meta wieħed iħares lejn iż-żewġ kumpaniji li fadal biss, għalkemm dawn reġgħu kisbu xi sehem mis-suq fl-2021 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni (60). It-tnaqqis fis-sehem mis-suq u fil-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni fl-2020 ikkoinċidew mal-falliment ta’ Laminorul. Għalkemm il-konsum, l-importazzjonijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni kollha naqsu fl-2020 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-Covid-19, kif spjegat fil-premessa (149), parti mill-volumi tal-bejgħ li qabel kienu attribwiti lil Laminorul ġew sostitwiti minn importazzjonijiet pjuttost milli mill-bejgħ ta’ produtturi oħra tal-Unjoni. Dan huwa evidenti mid-data fit-Tabelli 3 u 6, li turi li s-sehem mis-suq taċ-Ċina u tat-Turkija żdied fl-2020 filwaqt li fl-istess ħin l-industrija tal-Unjoni tilfet mis-sehem mis-suq. Mill-2020, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra biċċa mis-sehem mis-suq mitluf, iżda ma laħqitx il-livell ta’ qabel l-2020.

    4.4.2.3.   Tkabbir

    (173)

    Kif spjegat fil-premessi (169) u (170) hawn fuq, il-volum tal-produzzjoni u r-rata tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, li rriżulta f’kostijiet fissi ogħla għal kull unità ta’ produzzjoni. Fl-istess ħin, id-domanda għall-pjanċi b’bastun tal-azzar naqset b’mod sinifikanti fl-2020, qabel ma rkuprat xi ftit sal-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan il-kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi ta’ bejgħ u sehem mis-suq sinifikanti. Hija kienet kapaċi terġa’ tikseb parti mill-volumi tal-bejgħ u mis-sehem mis-suq tagħha biss għad-detriment tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha li baqgħu konsistentement taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat hawn taħt fit-taqsima 4.4.3.1. Għalhekk, il-perspettivi tat-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni ddeterjoraw ukoll.

    4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

    (174)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 7

    L-impjiegi u l-produttività

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Għadd ta’ impjegati

    [250 –300 ]

    [130 –160 ]

    [130 –160 ]

    [130 –160 ]

    Indiċi

    100

    53

    54

    52

    Produttività (tunnellata/impjegat)

    [100 –110 ]

    [95 –105 ]

    [103 –113 ]

    [115 –125 ]

    Indiċi

    100

    97

    103

    115

    Sors:

    L-ilment, id-data vverifikata tal-ilmentatur u Orbis van Dijk ().

    (175)

    L-impjiegi fis-settur segwew l-istess xejra bħall-produzzjoni u l-konsum fis-suq tal-Unjoni u naqsu drastikament bi 48 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien ikkawżat prinċipalment mill-falliment ta’ Laminorul, iżda l-impjiegi naqsu wkoll għall-ilmentatur, għalkemm huwa rkupra xi ftit mill-aktar punt baxx tiegħu fl-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni (62). Dan it-tnaqqis segwa x-xejra ’l isfel osservata għall-konsum tal-Unjoni fl-2020 u l-irkupru limitat fil-konsum sal-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (176)

    Fl-istess ħin, il-produttività żdiedet bi 15 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, din iċ-ċifra hija influwenzata mill-fatt li Laminorul kien keċċa parti kbira mill-persunal tiegħu fl-2019, iżda xorta kellu bejgħ fl-2019 u, sa ċertu punt anqas, fl-2020. Il-produttività għaż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kien fadal naqset matul il-perjodu kkunsidrat (63). Tnaqqis fil-produttività taż-żewġ produtturi tal-Unjoni li fadal jindika żieda fil-kost lavorattiv għal kull tunnellata prodotta ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar.

    4.4.2.5.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

    (177)

    Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

    (178)

    Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

    4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (179)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 8

    Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

    [850 –950 ]

    [850 –950 ]

    [1 000 –1 150 ]

    [1 200 –1 400 ]

    Indiċi

    100

    100

    118

    146

    Kost tal-produzzjoni ta’ unità (EUR/tunnellata)

    [950 –1 050 ]

    [950 –1 050 ]

    [1 100 –1 250 ]

    [1 300 –1 500 ]

    Indiċi

    100

    100

    121

    141

    Sors:

    Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

    (180)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat b’46 %, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni ta’ unità żdied bi ftit anqas b’41 % matul l-istess perjodu. Madankollu, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu konsistentement taħt il-kost medju tal-produzzjoni. Dan kien ifisser li l-produttur tal-Unjoni ma setax iżid il-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu għal livell li jkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

    (181)

    Il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni kien ibbażat jew fuq kuntratti qafas mal-klijenti li kienu jiffissaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet għall-perjodu ta’ wara (li jvarja minn sena sa ftit xhur), jew ibbażat fuq kwotazzjonijiet u prezzijiet spot. Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera għalhekk kellu marġni biex iżid il-prezzijiet tal-bejgħ fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija fiż-żmien tan-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti jew tal-offerta ta’ kwotazzjonijiet. Madankollu, huwa ma rnexxilux jagħmel dan sal-punt meħtieġ matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet li baqgħu deħlin f’volumi għoljin. Dan wassal għal sitwazzjoni kontinwa ta’ telf tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, kif spjegat fit-Taqsima 4.4.3.4 hawn taħt.

    4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (182)

    Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 9

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    [48 000 –53 000 ]

    [45 000 –50 000 ]

    [45 000 –50 000 ]

    [53 000 –58 000 ]

    Indiċi

    100

    94

    94

    112

    Sors:

    Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

    (183)

    Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien marbut mat-tnaqqis fl-għadd ta’ impjegati mingħajr tnaqqis simili fil-kostijiet fissi.

    4.4.3.3.   Inventarji

    (184)

    Il-livelli tal-istokkijiet tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 10

    Inventarji

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

    [2 000 –2 500 ]

    [1 600 –2 100 ]

    [2 000 –2 500 ]

    [2 300 –2 800 ]

    Indiċi

    100

    82

    104

    117

    Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

    [11 –14 ]

    [14 –17 ]

    [15 –18 ]

    [16 –19 ]

    Indiċi

    100

    129

    136

    141

    Sors:

    Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

    (185)

    L-inventarji l-ewwel naqsu bi 18 % fl-2020 qabel ma żdiedu matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat biex laħqu livell ta’ 17 % ogħla milli fl-2019. L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu bejn 16 u 19 % tal-produzzjoni annwali. Din is-sitwazzjoni kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera.

    4.4.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

    (186)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 11

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    [(–11 ) – ( –7 )]

    [(–10,5 ) – ( –6,5 )]

    [(–10 ) – ( –6 )]

    [(–6 ) – ( –3 )]

    Indiċi

    – 100

    –94

    –91

    –46

    Fluss tal-flus (EUR)

    [700 000 – 800 000 ]

    [(– 700 000 )– (– 600 000 )]

    [(–1 700 000 )– (–1 400 000 )]

    [25 000 – 30 000 ]

    Indiċi

    100

    –84

    – 208

    4

    Investimenti (EUR)

    [1 000 000 – 1 200 000 ]

    [1 250 000 – 1 450 000 ]

    [600 000 – 700 000 ]

    [650 000 – 750 000 ]

    Indiċi

    100

    122

    60

    64

    Redditu fuq l-investimenti (%)

    [(–51 )–(–46 )]

    [(–28 )–(–23 )]

    [(–26 )–(–21 )]

    [(–18 )–(–13 )]

    Indiċi

    – 100

    –53

    –51

    –35

    Sors:

    Id-data vverifikata tal-ilmentatur.

    (187)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera rnexxielu jnaqqas it-telf tiegħu matul il-perjodu kkunsidrat, iżda baqa’ jagħmel it-telf matul il-perjodu kollu. Il-fatt li huwa naqqas it-telf tiegħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mas-snin preċedenti, kien dovut prinċipalment għaż-żieda fil-kapaċità tiegħu, assoċjata mal-adattament tal-istrateġija kummerċjali tiegħu, li jinnegozja mill-ġdid u jadatta l-prezzijiet tiegħu għaż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija u tal-materja prima. Madankollu, minħabba l-pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, li saħansitra rnexxielhom iżidu s-sehem mis-suq diġà għoli ħafna tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttur tal-Unjoni li kkoopera ma setax jirrifletti l-kostijiet kollha fil-prezzijiet lill-klijenti tiegħu.

    (188)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat ’l isfel sal-perjodu ta’ investigazzjoni bi fluss tal-flus negattiv fl-2020 u fl-2021, u mill-ġdid ’il fuq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għal tnaqqis globali ta’ 96 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra negattiva wriet li l-produttur tal-Unjoni li kkoopera esperjenza diffikultajiet biex jiffinanzja huwa stess l-attivitajiet tiegħu, li kienet indikazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tiegħu.

    (189)

    Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera investa kontinwament biex itejjeb l-effiċjenza tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tiegħu, bħall-akkwist ta’ makkinarju ġdid għax-shot-blasting u għaż-żebgħa biex jippermetti t-twettiq internament ta’ dawk il-partijiet tal-proċess tal-produzzjoni li qabel kienu jiġu esternalizzati, u b’hekk tittejjeb l-effiċjenza u jitnaqqsu ż-żminijiet ta’ stennija. Madankollu, il-kapaċità tiegħu li jinvesti kienet limitata minħabba s-sitwazzjoni tiegħu ta’ telf kontinwu. Barra minn hekk, ir-redditu fuq l-investiment, għalkemm tjieb matul il-perjodu kkunsidrat, baqa’ negattiv matul il-perjodu kollu. Għalhekk, il-produttur tal-Unjoni li kkoopera ma setax jiġġenera biżżejjed profitti sabiex ikopri l-investimenti tiegħu.

    (190)

    Il-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, li jżid il-kapital, kienet affettwata mis-sitwazzjoni finanzjarja negattiva tiegħu. It-telf kontinwu u l-fluss tal-flus nett indikaw tħassib serju fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-likwidità tiegħu u l-kapaċità tiegħu li jżid il-kapital biex jiffinanzja l-attività operattiva tiegħu u l-investimenti meħtieġa.

    4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (191)

    L-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Is-sitwazzjoni konsistentement ta’ telf tal-industrija tal-Unjoni matul dak il-perjodu kkoinċidiet ma’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif diskuss fit-taqsima 4.3.3, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni twaqqgħu u ġew soppressi b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

    (192)

    Matul perjodu ta’ tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-Unjoni u wara xi rkupru wara tnaqqis sinifikanti inizjali fil-bejgħ tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni fl-2020, iż-żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati qabżet iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Wara tnaqqis inizjali ta’ 35 % fl-2020, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu għal livelli ta’ 70 % tal-volumi tal-importazzjonijiet tal-2019. Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni esperjenzaw tnaqqis inizjali ta’ 53 % u rkupraw għal livelli ta’ 62 % biss tal-volumi tal-bejgħ tal-2019.

    (193)

    Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu kemm għall-industrija tal-Unjoni kif ukoll għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Madankollu, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni konsistentement ma setgħetx iżżid il-livell tal-prezzijiet tagħha biex tikseb sitwazzjoni profittabbli, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kkonċernati żdiedet. Il-prezzijiet tal-Unjoni żdiedu b’46 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu bi 33 % mir-RPĊ u b’39 % mit-Turkija matul l-istess perjodu. Dan kien ifisser li, minkejja ż-żidiet fil-prezzijiet kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-bejgħ tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati poġġew pressjoni dejjem akbar fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, minkejja li l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tkompli tbigħ bit-telf, hija tilfet mis-sehem mis-suq tagħha favur iż-żewġ pajjiżi kkonċernati bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni reġgħet kisbet parti mis-sehem mis-suq mitluf tagħha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hija ma laħqitx il-livell tal-2019. Kif spjegat fil-premessa (157), iż-żieda fis-sehem mis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinitx ta’ natura strutturali iżda fil-biċċa l-kbira marbuta ma’ żieda temporanja fl-ordnijiet minn klijent partikolari.

    (194)

    Kważi l-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità kollha ddeterjoraw, f’konformità mat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq. Inizjalment l-indikaturi żviluppaw b’mod negattiv fl-2020, prinċipalment minħabba l-pandemija tal-Covid-19 u l-falliment ta’ Laminorul kif spjegat fil-premessi (149), (160), (170) u (172). Mill-2020, l-Unjoni kienet kapaċi tirkupra sa ċertu punt hekk kif id-domanda għall-pjanċi b’bastun tal-azzar u l-konsum tal-Unjoni reġgħu żdiedu wara l-pandemija tal-Covid-19. Madankollu, għalkemm l-indikaturi tad-dannu wrew titjib mill-2020, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni dawn kollha kienu għadhom ferm taħt il-livelli ta’ qabel l-2020. Minħabba l-volumi u l-ishma mis-suq kbar kontinwi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, li huma pprezzati taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, din tal-aħħar ma setgħetx tirkupra sal-punt meħtieġ biex tikiseb sitwazzjoni finanzjarja stabbli u profittabbli.

    (195)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti netti naqsu b’36 % filwaqt li r-redditu fuq l-investiment baqa’ negattiv. Il-fluss tal-flus varja drastikament matul il-perjodu kkunsidrat u kien fil-biċċa l-kbira negattiv jew qrib iż-żero mill-2020. Dan affettwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha hija stess.

    (196)

    L-għadd ta’ impjegati naqas matul l-istess perjodu bi 48 %, fil-biċċa l-kbira kkawżat mill-falliment ta’ Laminorul fl-2020, iżda xejra simili ta’ tnaqqis kienet tidher ukoll għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-produttività naqset (meta ma jitqiesx il-bejgħ minn Laminorul kif spjegat fil-premessa (176)), u dan irriżulta f’kost lavorattiv ogħla għal kull tunnellata ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar.

    (197)

    Kif stabbilit hawn fuq, l-indikaturi ekonomiċi bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment kienu negattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Dan affettwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-operazzjonijiet, li tagħmel l-investimenti meħtieġa u li żżid il-kapital, u b’hekk impedixxa t-tkabbir tagħha u saħansitra hedded is-sopravivenza tagħha.

    (198)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    5.   KAWŻALITÀ

    (199)

    F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi kienu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-pandemija tal-Covid-19 li affettwat il-konsum tal-Unjoni, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-allegat nuqqas ta’ diversifikazzjoni tal-prodott.

    5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

    (200)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-evoluzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

    5.1.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati

    (201)

    Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis, kif spjegat fil-premessa (157), ikkoinċida ma’ tnaqqis simili fil-konsum tal-Unjoni, ikkawżat prinċipalment mill-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis li rriżulta fid-domanda għall-bini tal-bastimenti u għall-inputs relatati bħall-pjanċi b’bastun tal-azzar. Madankollu, kif spjegat fil-premessi (192)-(193), iż-żieda osservata fil-volumi tal-importazzjonijiet wara l-2020 kienet akbar minn dik tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

    (202)

    Fl-2020, l-industrija tal-Unjoni tilfet mis-sehem mis-suq, prinċipalment minħabba t-tmiem ta’ Laminorul. Kif muri fit-Tabelli 3 u 6, is-sehem mis-suq li qabel kien f’idejn Laminorul mar parzjalment għand it-Turkija u ċ-Ċina. Il-pajjiżi kkonċernati żiedu kontinwament is-sehem mis-suq tagħhom bejn l-2019 u l-2021. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-pajjiżi kkonċernati reġgħu tilfu parti mis-sehem mis-suq li kienu kisbu fis-snin preċedenti għall-benefiċċju tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi terġa’ tikseb parti mis-sehem mis-suq li kienet tilfet fl-2020, hija għad trid tilħaq il-livelli ta’ qabel l-2020. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied minn [54,1-61,1] % fl-2019 għal [57,0-64,0] % fil-PI, jiġifieri żieda ta’ 4 %, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tilfet mis-sehem mis-suq matul l-istess perjodu. Konsegwentement, kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku.

    5.1.2.   Il-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-effett fuq il-prezzijiet

    (203)

    Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha matul il-perjodu kkunsidrat biex tkopri parzjalment iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-inputs, hija ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha sal-punt kollu meħtieġ biex tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha. Fl-istess ħin, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet kemm miċ-Ċina kif ukoll mit-Turkija żdiedu wkoll matul il-perjodu kkunsidrat, dan kien sa ċertu punt anqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u beda minn livell ta’ prezz aktar baxx. Fil-fatt, il-prezz medju tal-importazzjonijiet kemm miċ-Ċina kif ukoll mit-Turkija kien konsistentement taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

    (204)

    Il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet bi prezz baxx kemm miċ-Ċina kif ukoll mit-Turkija kienet tfisser li l-industrija tal-Unjoni ma kellhiex għażla ħlief li ssegwi dak l-iffissar tal-prezzijiet biex tipprova terġa’ tikseb parti mill-volumi tal-bejgħ li tilfet fl-2020, f’perjodu ta’ tnaqqis fil-konsum u żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha wara l-2020 għal 62 % tal-livelli tal-2019 fil-perjodu ta’ investigazzjoni, hija ma setgħetx tagħmel dan sal-istess punt bħaż-żieda fil-konsum tal-Unjoni (li kien f’livell ta’ 68 % tal-livelli tal-2019 fil-perjodu ta’ investigazzjoni) u fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (f’livell ta’ 70 % tal-livelli tal-2019). Dan min-naħa tiegħu rriżulta f’sitwazzjoni kontinwa ta’ telf għall-produttur tal-Unjoni li kkoopera matul il-perjodu kkunsidrat. Matul l-istess perjodu, indikaturi finanzjarji oħra bħar-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus urew żvilupp negattiv simili. Għalkemm ir-redditu fuq l-investiment tjieb matul il-perjodu kkunsidrat, dan baqa’ konsistentement negattiv matul il-perjodu kollu, filwaqt li l-fluss tal-flus irkupra fil-perjodu ta’ investigazzjoni għal 4 % biss tal-livell tal-2019.

    5.1.3.   Rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Turkija, u d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni

    (205)

    Id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ preżenza sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. F’kuntest ta’ suq li kien qiegħed jiċkien, iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati flimkien mal-prezzijiet medji baxxi tagħhom tal-bejgħ kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra sal-perjodu ta’ investigazzjoni sa ċertu punt mit-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq li seħħ fl-2020, hija ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biżżejjed biex tkopri b’mod sħiħ iż-żieda qawwija fil-kostijiet tal-produzzjoni, minħabba ż-żieda fil-preżenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati b’hekk ikkawżaw soppressjoni tal-prezzijiet.

    (206)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz.

    5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

    5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    (207)

    Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 12

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    Pajjiż

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Ir-Renju Unit

    Volum (tunnellati)

    [2 000 - 2 400 ]

    [2 800 - 3 200 ]

    [1 000 - 1 400 ]

    [1 700 - 2 100 ]

     

    Indiċi

    100

    140

    51

    84

     

    Sehem mis-suq (%)

    [2,0 –4,0 ]

    [5,0 –7,0 ]

    [1,5 –3,5 ]

    [2,5 –4,5 ]

     

    Prezz medju

    [700 – 800 ]

    [650 – 750 ]

    [800 – 950 ]

    [1 150 – 1 350 ]

     

    Indiċi

    100

    93

    110

    167

    Pajjiżi terzi oħra

    Volum (tunnellati)

    [0 –10 ]

    [300 – 600 ]

    [200 – 500 ]

    [100 – 400 ]

     

    Indiċi

    100

    11 295

    8 086

    6 324

     

    Sehem mis-suq (%)

    [0,0 –0,5 ]

    [1,0 –1,5 ]

    [0,5 –1,0 ]

    [0,3 –0,8 ]

     

    Prezz medju

    [1 100 – 1 200 ]

    [1 100 – 1 200 ]

    [700 – 850 ]

    [1 100 – 1 300 ]

     

    Indiċi

    100

    101

    73

    104

    It-total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi kkonċernati

    Volum (tunnellati)

    [2 000 – 2 400 ]

    [3 100 – 3 800 ]

    [1 200 – 1 900 ]

    [1 800 – 2 500 ]

     

    Indiċi

    100

    162

    66

    97

     

    Sehem mis-suq (%)

    [2,0 –4,5 ]

    [6,0 –8,5 ]

    [2,0 –4,5 ]

    [2,8 –5,3 ]

     

    Prezz medju

    [700 – 800 ]

    [700 – 800 ]

    [800 – 950 ]

    [1 150 – 1 350 ]

     

    Indiċi

    100

    100

    109

    165

    Sors:

    L-ilment, it-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, il-produtturi esportaturi li kkooperaw u l-Eurostat.

    (208)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, l-uniku pajjiż terz ieħor li minnu ġew importati volumi sinifikanti ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni kien ir-Renju Unit. Madankollu, il-pjanċi b’bastun tal-azzar prodotti fir-Renju Unit kienu biss parzjalment il-prodott li qiegħed jiġi investigat. British Steel, l-uniku produttur magħruf tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fir-Renju Unit, kien jipproduċi biss pjanċi b’bastun tal-azzar b’wisa’ ta’ 200 mm u aktar fl-2019, wisa’ ta’ 180 mm u aktar mill-2020, u bħalissa wkoll ta’ 160 mm u aktar (64). Kif spjegat fil-premessa (154), l-informazzjoni statistika għall-pjanċi b’bastun tal-azzar disponibbli fil-Eurostat għall-perjodu kkunsidrat tinkludi d-daqsijiet kollha tal-pjanċi b’bastun tal-azzar, mhux biss il-prodott li qiegħed jiġi investigat. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-ilment, il-Kummissjoni stmat il-parti tal-volumi tal-importazzjonijiet irreġistrati fil-Eurostat li kienu relatati mal-prodott ikkonċernat fis-snin differenti.

    (209)

    Kif stabbilit fil-premessi (157) u (172), l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kif ukoll il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti fl-2020, qabel ma għamlu irkupru parzjali fis-snin ta’ wara. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mir-Renju Unit żdiedu b’40 % fl-2020, naqsu biss għal nofs il-volum tal-2019 fl-2021 u reġgħu żdiedu għal livell ta’ 16 % taħt il-volumi tiegħu tal-2019. L-utent li kkoopera spjega li l-produttur fir-Renju Unit jipproduċi pjanċi b’bastun tal-azzar (u jesporta) fuq bażi irregolari u biss meta ma jallokax il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu għal prodotti oħra.

    (210)

    Iż-żidiet u t-tnaqqis osservati fil-volumi għall-importazzjonijiet mir-Renju Unit ma kinux jikkorrispondu għal tnaqqis u żieda paralleli fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jew fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Renju Unit kienu ferm ogħla mil-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar mill-pajjiżi kkonċernati, u qrib il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (211)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fid-dawl tal-volumi kbar ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiżi kkonċernati meta mqabbla ma’ dawk minn pajjiżi terzi oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

    5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (212)

    Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 13

    Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2019

    2020

    2021

    Perjodu ta’ investigazzjoni

    Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

    [1 700 –2 100 ]

    [1 600 –2 000 ]

    [800 –1 000 ]

    [300 –500 ]

    Indiċi

    100

    93

    46

    17

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    [800 –900 ]

    [700 –800 ]

    [1 200 –1 350 ]

    0  (*1)

    Indiċi

    100

    94

    161

    0  (*1)

    Sors:

    Il-Eurostat, l-ilment u d-data vverifikata tal-ilmentatur għall-volumi tal-esportazzjonijiet, il-prezz medju mill-ilmentatur.

    (213)

    L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu kontinwament mill-2019 għal volumi negliġibbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-industrija tal-Unjoni indikat it-tnaqqis fil-konsum madwar id-dinja kollha wara l-pandemija tal-Covid-19 bħala kawża għal dan it-tnaqqis, kif ukoll il-kompetizzjoni ta’ esportazzjonijiet bi prezz baxx speċjalment Torok li seħħew mhux biss fis-suq domestiku iżda wkoll fis-swieq ta’ pajjiżi terzi.

    (214)

    L-esportazzjonijiet kienu biss parti żgħira mill-bejgħ globali tal-industrija tal-Unjoni, fejn dawn kienu jammontaw għal [5-9] % tal-produzzjoni tagħha fl-2019 u naqsu għal [3-1] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, għalkemm it-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni seta’ kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kif allegat ukoll mill-Gvern tat-Turkija fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li, meta jitqies is-sehem għoli tal-bejgħ tal-Unjoni meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat, it-tnaqqis fil-bejgħ għall-esportazzjoni ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.2.3.   Il-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis fil-konsum

    (215)

    Fil-kummenti tagħhom dwar il-bidu, il-Gvern tat-Turkija, Özkan u Fincantieri kollha indikaw il-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis parallel fil-konsum bħala li kkontribwew jew ikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Kif muri fit-Tabella 2, il-konsum tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar naqas bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat, li kien fil-fatt marbut prinċipalment mal-pandemija tal-Covid-19, kif stabbilit fil-premessa (149). Madankollu, fl-istess żmien, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas saħansitra aktar, bi 38 %. Barra minn hekk, sitwazzjoni dannuża kkawżata minn volum sinifikanti ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi mill-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet diġà teżisti fl-2019, filwaqt li l-pandemija tal-Covid-19 bdiet tħalli impatt biss mill-2020. Għalhekk, pjuttost milli kawża tas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni, il-pandemija tal-Covid-19 u t-tnaqqis li rriżulta fil-konsum tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar għandhom jitqiesu bħala fattur aggravanti fl-2020.

    (216)

    Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.2.4.   Żieda fil-prezzijiet tal-enerġija

    (217)

    Il-Gvern tat-Turkija sostna li ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija minn tmiem l-2021, u speċjalment fl-2022 minħabba l-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, affettwat is-sitwazzjoni dannuża tal-Ilmentatur u ma għandhiex tiġi attribwita għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

    (218)

    Madankollu, kif muri fit-Tabella 8, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minn EUR [1 000-1 150] għal EUR [1 200-1 400] bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda ta’ madwar 24 % qabżet iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni matul l-istess perjodu, li jindika li ż-żieda fil-kost jew fil-prezzijiet tal-enerġija setgħet tiġi mgħoddija lill-klijenti. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni xorta ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri b’mod sħiħ il-kost totali tal-produzzjoni tagħha, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet bi prezz baxx kontinwi mill-pajjiżi kkonċernati.

    (219)

    Kif spjegat fil-premessi (163), (180) u (181) hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx taġġusta b’mod adegwat il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tikseb sitwazzjoni profittabbli matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Billi dan il-mudell ġie osservat matul perjodu twil ta’ żmien, huwa ma setax jiġi spjegat biss miż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Din l-impossibbiltà li jiġu aġġustati l-prezzijiet tal-bejgħ tikkoinċidi fiż-żmien maż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati f’livelli sinifikanti ta’ twaqqigħ tal-prezz, u b’hekk issopprima l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni terġa’ lura għal sitwazzjoni profittabbli.

    (220)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija ma setgħetx tkun kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.2.5.   Diversifikazzjoni tal-prodott

    (221)

    Özkan sostna li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kien parzjalment ikkawżat mill-fatt li hija prattika ġenerali fis-settur tal-bini tal-bastimenti li jinxtraw id-daqsijiet u t-tipi differenti kollha ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar għal proġett partikolari mill-istess sors, għal traċċabbiltà aktar faċli. Peress li l-industrija tal-Unjoni kienet tipproduċi biss pjanċi b’bastun tal-azzar sa wisa’ ta’ 204 mm, hija ma kellhiex, skont Özkan, il-vantaġġ kompetittiv li kellu Özkan peress li kien jipproduċi d-daqsijiet kollha tal-pjanċi b’bastun tal-azzar.

    (222)

    Madankollu, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza tal-prattika allegata tal-bennejja tal-bastimenti li jixtru l-pjanċi b’bastun tal-azzar kollha minn sors wieħed, u Özkan lanqas ma pprovda tali evidenza. Għall-kuntrarju, l-utent li kkoopera u importatur mhux relatat, it-tnejn ipprovdew sottomissjonijiet li fihom indikaw il-ħtieġa li jkun hemm sors diversifikat ta’ provvista, minflok ma jiddependu fuq fornitur wieħed biss. L-utent indika wkoll li huwa ġeneralment kien jixtri l-pjanċi b’bastun tal-azzar fuq bażi ta’ stokk, li l-pjanċi b’bastun tal-azzar kollha tal-istess daqs jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli indipendentement mis-sors tagħhom, u li x-xiri ma kienx marbut ma’ proġett speċifiku.

    (223)

    Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni investiet fid-diversifikazzjoni tal-prodott matul l-aħħar snin billi espandiet il-firxa tagħha ta’ daqsijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar matul il-perjodu kkunsidrat. F’dan ir-rigward, Fincantieri indikat fil-kummenti tagħha silta fl-ilment fejn l-ilmentatur sostna li “huwa orħos li jiġi prodott daqs nominali ta’ wisa’ sa 180 mm”. Fincantieri għalhekk esprimiet dubji dwar id-deċiżjoni tal-ilmentatur li jinvesti fil-produzzjoni ta’ daqsijiet akbar u sostniet li dan ikkontribwixxa għall-profitti dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni.

    (224)

    Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal hawn fuq, kemm l-ilment kif ukoll id-data vverifikata tal-ilmentatur urew li l-produzzjoni ta’ daqsijiet akbar ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar hija aktar ekonomika, peress li teħtieġ anqas laminazzjoni u hija aktar effiċjenti fiż-żmien. Fil-paragrafu 1.3 tal-ilment huwa sostna wkoll li “iżgħar ma jkun id-daqs tal-pjanċa b’bastun, aktar ikun għoli l-kost”. Dan jindika li l-istrateġija ta’ diversifikazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-passat ikollha kontribut pożittiv għas-sitwazzjoni ta’ profittabbiltà tagħha pjuttost milli tikkontribwixxi għad-dannu mġarrab.

    (225)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-allegat nuqqas ta’ diversifikazzjoni fit-tipi ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar mill-industrija tal-Unjoni ma kienx tali li jnaqqas ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

    (226)

    Kien hemm deterjorament ġenerali tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan id-deterjorament kien partikolarment qawwi fl-2020, u wara s-sitwazzjoni tjiebet sa ċertu punt sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, fi tmiem il-perjodu kkonċernat, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tagħmel it-telf u kienet għadha ma setgħetx tirkupra għal-livelli esperjenzati qabel l-2020. Dawn iċ-ċirkostanzi negattivi kkoinċidew fiż-żmien ma’ żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar mill-pajjiżi kkonċernati, li saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li żdiedu iżda anqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, kif imsemmi fit-Taqsima 5.1 hawn fuq.

    (227)

    Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-pandemija tal-Covid-19 li affettwat il-konsum tal-Unjoni, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u n-nuqqas allegat ta’ diversifikazzjoni tal-prodott fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volumi ta’ produzzjoni, prezzijiet tal-bejgħ u profittabbiltà kien biss limitat.

    (228)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, individwalment jew kollettivament, ma kinux biżżejjed biex inaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

    6.   LIVELL TAL-MIŻURI

    (229)

    Biex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni.

    6.1.   Il-marġni tad-dannu

    (230)

    Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku.

    (231)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

    (232)

    Il-produttur tal-Unjoni li kkoopera kien qed jagħmel it-telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-ilmentatur ippropona profitt fil-mira ta’ 7,4 %, ibbażat fuq il-profitt miksub fuq il-linji ta’ prodotti l-oħra tiegħu fl-2019. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-linji ta’ prodotti l-oħra kienu jikkonċernaw ċappetti tal-karozzi u profili speċjali, li huma prodotti bi prezz ogħla, aktar kumplessi u speċjalizzati għall-klijenti. Il-marġni ta’ profitt għalhekk ġie stabbilit b’mod provviżorju għal 6 % f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku.

    (233)

    Fuq din il-bażi, il-prezz mhux dannuż huwa ta’ EUR [1 300] - [1 600] għal kull tunnellata ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ 6 % għall-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera.

    (234)

    Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet.

    (235)

    Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-“kumpaniji l-oħra kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (120) għar-RPĊ u l-premessa (141) għat-Turkija).

    Pajjiż

    Kumpanija

    Marġni tad-dumping provviżorju (%)

    Marġni provviżorju tad-dannu (%)

    Ir-RPĊ

    Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

    14,7

    21,7

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    14,7

    21,7

    It-Turkija

    Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

    13,6

    30,0

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    13,6

    30,0

    6.2.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

    (236)

    Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping provviżorji għandhom jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping provviżorju

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

    14,7  %

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    14,7  %

    It-Turkija

    Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

    13,6  %

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    13,6  %

    7.   INTERESS TAL-UNJONI

    (237)

    Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

    7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

    (238)

    Hemm żewġ kumpaniji li jipproduċu pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni. Huma jimpjegaw [130-160] ħaddiem direttament, u jinsabu fi Spanja u fl-Italja. Fl-2019 kien għad hemm produttur addizzjonali wieħed tal-Unjoni, li kien jinsab fir-Rumanija. Konsegwentement, l-impjiegi diretti totali fil-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-2019 kienu kważi d-doppju tal-għadd ta’ impjegati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (239)

    L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm is-sehem mis-suq tagħha, iżżid il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, iżżid il-prezzijiet biex tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni u tikseb livell ta’ profittabbiltà li jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Dan iwassal lill-industrija tal-Unjoni biex terġa’ lura għal sitwazzjoni sostenibbli u jippermettilha tagħmel investimenti futuri.

    (240)

    In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx iwassal għal aktar telf tas-sehem mis-suq u deterjorament tal-profittabbiltà, li diġà kienet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Dan possibbilment jikkawża għeluq addizzjonali ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni u sensji u b’hekk jipperikola l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment pertinenti fid-dawl tal-fatt li bħalissa fadal biss żewġ produtturi tal-Unjoni, li huma kemm intrapriżi żgħar kif ukoll ta’ daqs medju.

    (241)

    Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    7.2.   L-interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati

    (242)

    Matul l-investigazzjoni, importatur mhux relatat wieħed biss, Baglietto, ippreżenta ruħu u pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Sfortunatament, minkejja diversi reviżjonijiet tat-tweġiba għall-kwestjonarju, l-ammont ta’ informazzjoni li baqgħet mhux kompluta, inkluża l-parti narrattiva tat-tweġiba, kien tali li t-tweġiba kienet defiċjenti wisq biex tiġi aċċettata fl-investigazzjoni. L-importatur qabel li minflok jipprovdi sottomissjoni dwar id-dannu u l-interess tal-Unjoni. Fis-sottomissjoni tiegħu, Baglietto oppona l-miżuri anti-dumping, peress li sostna li tali miżuri jillimitaw id-disponibbiltajiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fl-Unjoni u għalhekk jistgħu effettivament joħolqu sitwazzjoni ta’ duopolju jew monopolju fis-suq tal-Unjoni.

    (243)

    Żewġ utenti ppreżentaw ruħhom ukoll u pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. It-tweġiba minn wieħed mill-utenti kienet defiċjenti wisq biex tiġi aċċettata fl-investigazzjoni, filwaqt li t-tweġiba tal-utent Fincantieri ġiet aċċettata u vverifikata fuq il-post. Fincantieri huwa l-akbar kumpanija tal-bini tal-bastimenti fl-Unjoni u għalhekk wieħed mill-aktar utenti importanti tal-prodott investigat.

    (244)

    Fincantieri sostna, l-ewwel nett, li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping prattikament tagħlaq is-suq għall-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar u tirriskja li tikkawża nuqqas ta’ provvista, speċjalment għad-daqsijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar b’wisa’ ta’ 160 – 200 mm, li kienu prodott minn produttur wieħed biss tal-Unjoni. It-tieni, l-utent argumenta li l-impożizzjoni ta’ miżuri taggrava n-nuqqas ta’ disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni. Skont Fincantieri, l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità biex tissodisfa l-ħtieġa tas-settur kollu tal-bini tal-bastimenti. Barra minn hekk, il-provvisti mill-industrija tal-Unjoni kienu ffaċċjati b’dewmien u kwistjonijiet loġistiċi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li kienu sfurzaw lil Fincantieri jirrikorri għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. It-tielet, Fincantieri sostna li apparti l-pajjiżi kkonċernati ma hemm l-ebda fornitur alternattiv affidabbli ieħor tal-pjanċi b’bastun tal-azzar.

    (245)

    Minbarra l-importatur u l-utent, il-Gvern tat-Turkija argumenta wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping twassal għal sitwazzjoni monopolistika fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-Gvern tat-Turkija semma l-miżuri ta’ salvagwardja eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar, inklużi l-pjanċi b’bastun tal-azzar, li fl-opinjoni tiegħu diġà jipproteġu b’mod suffiċjenti lill-industrija tal-Unjoni.

    (246)

    Essenzjalment, l-argumenti prinċipali mressqa mill-utent, l-importatur u l-Gvern tat-Turkija kollha kienu relatati mal-fatt li l-partijiet jibżgħu mir-riskju ta’ nuqqas ta’ provvista u jiffaċċjaw sitwazzjoni monopolistika fis-suq tal-Unjoni jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping. Madankollu, l-għan u l-effett maħsub tal-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping qatt ma huwa li jingħalaq is-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-għan huwa li jitneħħew l-effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ tad-dumping dannuż u b’hekk jiġu restawrati l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx topera b’kapaċità sħiħa matul il-perjodu kkunsidrat jissuġġerixxi li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jbigħu aktar pjanċi b’bastun tal-azzar fis-suq tal-Unjoni.

    (247)

    Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-importaturi jew l-utenti mhux se jkunu jistgħu jassorbu ż-żieda fil-prezz li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping. L-informazzjoni pprovduta minn Baglietto ma ppermettietx li tiġi ddeterminata l-possibbiltà għall-assorbiment tad-dazju anti-dumping propost mill-importaturi.

    (248)

    Madankollu, id-data vverifikata u d-dikjarazzjonijiet tal-utent li kkoopera wrew b’mod ċar li żieda fil-kost tal-pjanċi b’bastun tal-azzar ma tkunx għad-detriment tal-utenti. Il-pjanċi b’bastun tal-azzar mill-pajjiżi kkonċernati kienu jirrappreżentaw anqas minn 10 % tax-xiri totali ta’ pjanċi b’bastun tal-azzar mill-utent fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-kost tal-pjanċi b’bastun tal-azzar kien jirrappreżenta parti negliġibbli mill-kost globali tal-produzzjoni ta’ Fincantieri (anqas minn 0,5 %) għall-prodotti kollha li jinkorporaw pjanċi b’bastun tal-azzar. Għalhekk, kwalunkwe impatt taż-żieda fil-kost tal-pjanċi b’bastun tal-azzar fuq il-marġni ta’ profitt imdaqqas ta’ Fincanteri huwa mistenni li jkun limitat ħafna.

    (249)

    Barra minn hekk, fir-rigward ta’ nuqqas potenzjali ta’ sorsi ta’ provvista, jekk ma jiġux imposti miżuri anti-dumping, dan ikun ta’ detriment għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u jista’ jwassal liż-żewġ produtturi tal-Unjoni li fadal biex jivvalutaw mill-ġdid l-istrateġiji ta’ investiment tagħhom u jiffukaw fuq il-linji ta’ produzzjoni l-oħra tagħhom, li bħalissa huma aktar profittabbli, u dan effettivament itemm il-produzzjoni tal-Unjoni tal-pjanċi b’bastun tal-azzar.

    (250)

    F’ċirkostanzi bħal dawn, l-importaturi tal-Unjoni u l-utenti tal-pjanċi b’bastun tal-azzar isiru kompletament dipendenti fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li kienu jikkonċernaw, skont il-partijiet kollha, fir-realtà biss iċ-Ċina u t-Turkija. Sabiex ma jsirux dipendenti fuq l-importazzjonijiet biss minn għadd limitat ħafna ta’ fornituri ta’ pajjiżi terzi, jibqa’ meħtieġ sors diversifikat ta’ provvista, inklużi sorsi ta’ provvista fl-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, li jerġgħu jistabbilixxu l-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni, tiżgura d-diversifikazzjoni u l-possibbiltà ta’ għażla tas-sorsi ta’ provvista li l-partijiet kollha talbu.

    (251)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet fir-rigward ta’ nuqqas potenzjali ta’ sorsi ta’ provvista u sitwazzjoni possibbli ta’ duopolju/monopolju ġew provviżorjament miċħuda.

    (252)

    Kif imsemmi fil-premessa (245), il-Gvern tat-Turkija għamel l-argument addizzjonali li l-industrija tal-Unjoni diġà hija protetta permezz tal-miżuri ta’ salvagwardja attwalment fis-seħħ kontra l-prodotti tal-azzar, inklużi l-pjanċi b’bastun tal-azzar (65). Madankollu, il-miżuri ta’ salvagwardja huma temporanji u għandhom raġunament u objettiv differenti minn dak tal-miżuri anti-dumping. Għalhekk, din l-affermazzjoni relatata mal-miżuri ta’ salvagwardja ġiet provviżorjament miċħuda.

    7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (253)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Turkija f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

    8.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

    (254)

    Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

    (255)

    Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġni tad-dannu u l-marġni tad-dumping (il-premessi (229) - (236) hawn fuq). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu.

    (256)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping provviżorju

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

    14,7  %

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    14,7  %

    It-Turkija

    Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

    13,6  %

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    13,6  %

    (257)

    Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    9.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

    (258)

    F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

    (259)

    Il-produttur esportatur ta’ Türkish Özkan Demir ikkummenta li l-kwantitajiet tal-bejgħ domestiku kienu ġew aġġustati bi żball, u dan wassal għal marġni ogħla ta’ dumping. Wara analiżi, il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u kkoreġiet l-iżball billi użat ċifri mhux arrotondati. Dan irriżulta f’bidla fil-marġni anti-dumping provviżorju minn 14.3 % għal 13.6 %.

    (260)

    Il-produttur esportatur Ċiniż Changshu LONGTENG ipprovda wkoll kummenti, iżda dawn ma kinux relatati mal-preċiżjoni tal-kalkoli. Dawn il-kummenti għalhekk se jiġu ttrattati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

    10.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    (261)

    Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

    (262)

    Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar mhux illigati fil-medda ta’ wisa’ sa 204 mm, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7216 50 91 (kodiċi TARIC 7216509110) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija.

    2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping provviżorju

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Changshu Longteng Special Steel Co., Ltd.

    14,7  %

    899J

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    14,7  %

    8999

    It-Turkija

    Türkiye Özkan Demir Çelik Sanayi A.Ş

    13,6  %

    899K

    It-Turkija

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    13,6  %

    8999

    3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-Regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ 6 xhur.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  In-Notifika tal-inizjazzjoni ta’ proċedura tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-pjanċi b’bastun li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU C 431, 14.11.2022, p. 11).

    (3)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2640.

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).

    (5)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (80); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150.

    (6)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118.

    (7)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-4, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif huwa previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif huwa speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

    (8)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129.

    (9)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133.

    (10)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 54, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135.

    (11)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145.

    (12)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli minn: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang = mt

    (13)  Hebei Jitai Special Steel Group Co., Ltd. (n.d.). Baidu, disponibbli minn: https://baike.baidu.com/item/%E6%B2%B3%E5%8C%97%E5%90%89%E6%B3%B0%E7%89%B9%E9%92%A2%E9%9B%86%E5%9B%A2%E6%9C%89%E9%99%90%E5%85%AC%E5%8F%B8/4599958 (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (14)  Study the century-old party history and move forward with your head held high - Tangshan Baigong Industrial Development Co., Ltd. visited Li Dazhao Memorial Hall. (17 ta’ Ġunju 2021). Tsuniversal, disponibbli minn: https://www.tsuniversal.com/news/74.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (15)  Suqian Nangang Jinxin Rolling Co., Ltd. (n.d.). QCC, disponibbli minn: https://www.qcc.com/firm/e466e01d6e0994f2d8c8736a6d7e4da7.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (16)  Il-kumitat tal-partit ta’ Jingye Group faħħar il-fergħat avvanzati tal-partit u l-membri eżemplari tal-partit fl-2022. (3 ta’ Marzu 2023). Il-grupp Jingye, disponibbli fuq: http://www.hbjyjt.com/content/?2085.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (17)  Ara pereżempju l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tad-Dritt Soċjetarju taċ-Ċina jew il-Linji Gwida dwar it-tisħiħ tal-ħidma ta’ Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida maħruġin mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP fl-2020,

    (18)  disponibbli minn: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=5b2ddec5eba936fba45d7bd801b09f6ff30d867762906011672eaeda213c54ac&columnId=0227750914a0f2a722c5b71b220e0aa19ceb0ee2cd7a7e325a35f6591cdbf66a (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (19)  Ara: https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (20)  Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima

    (21)  Ara t-Taqsima II, is-Sottotaqsima 1 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall

    (22)  Ara l-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-bini tal-bastimenti u t-tagħmir tal-inġinerija tal-baħar, disponibbli minn:http://gxt.shandong.gov.cn/art/2022/3/29/art_103885_10301690.html (Aċċessat fl-4 ta’ April 2023) u l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Bastimenti u tat-Tagħmir tal-Inġinerija tal-Baħar fil-Provinċja ta’ Jiangsu, disponibbli minn: https://gxt.jiangsu.gov.cn/art/2022/3/22/art_6197_10385582.html (Aċċessat fl-4 ta’ April 2023).

    (23)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3; disponibbli minn: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (24)  Il-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Tangshan ħareġ il-Pjan ta’ Azzjoni “1 + 3” għall-Industrija tal-Azzar ta’ Tangshan. (6 ta’ Ġunju 2022). China Iron and Steel Association, disponibbli minn: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (25)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli minn: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023)

    (26)  Liming, C. (2 ta’ Diċembru 2018). Intervista ma’ Ji Bingyuan, President, Maniġer Ġenerali u Segretarju tal-Partit ta’ Longteng Special Steel.

    (27)  Longteng Special Steel u Huaneng Jiangsu laħqu kooperazzjoni strateġika. (22 ta’ Ġunju 2021). Sina Finance App. https://finance.sina.com.cn/money/future/indu/2021-06-22/doc-ikqcfnca2450921.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (28)  Il-Fergħa ta’ Jiangsu tal-Export-Import Bank of China ffirmat “Ftehim ta’ Approfondiment tal-Kooperazzjoni” mal-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Changshu. (26 ta’ Marzu 2021). JSCHINA, disponibbli minn: https://jsnews.jschina.com.cn/xhh/news/202103/t20210326_2753645.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023)

    (29)  Il-Kumitat tal-Partit tal-Bureau tat-Trasport u Longteng Special Steel organizzaw ċerimonja tal-iffirmar għall-bini tal-partit. (5 ta’ Awwissu 2020). Il-Gvern ta’ Changshu, disponibbli minn: http://www.changshu.gov.cn/zgcs/c100297/202008/03d86105d1b24c0093db89f968f834f7.shtml (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (30)  Huang Yixin. (mingħajr data). Aiqicha Baidu, disponibbli minn: https://aiqicha.baidu.com/person?personId=4736c00788016f6251d98eb690072596 (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (31)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

    (32)  Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli minn: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (33)  Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

    (34)  Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.

    (35)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni 1 + 3 tal-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar tal-Muniċipalità ta’ Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli minn: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fit-3 ta’ April 2023).

    (36)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508, il-premessi 143-144.

    (37)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

    (38)  ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59.

    (39)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta' Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5.

    (40)  https://www.gtis.com/gta

    (41)  https://xml.metalbulletin.com/mb-index.html

    (42)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2020-37495

    (43)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-202245567

    (44)  https://www.izsu.gov.tr/YuklenenDosyalar/AtikSuTarifeleri

    (45)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/353 tat-3 ta’ Marzu 2020 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 65, 4.3.2020, p. 9).

    (46)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1408 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 325, 7.10.2020, p. 26).

    (47)  ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59.

    (48)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5).

    (49)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36).

    (50)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

    (51)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2020-37495

    (52)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Consumer-Price-Index-January-2023-49655.

    (53)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Electricity-and-Natural-Gas-Prices-Period-I:-January-June,-2022-45567.

    (54)  https://www.izsu.gov.tr/YuklenenDosyalar/AtikSuTarifeleri/Tarifeler_01092022.jpg.

    (55)  Minn EUR 1 = TRY 10,6809 fl-ewwel xahar tal-PI (Ottubru 2021), għal EUR 1 = TRY 18,1465 fl-aħħar xahar tal-PI (jiġifieri +70 % b’mod ġenerali). Sorsi: Il-Bank Ċentrali Ewropew, id-DĠ Baġit, is-Servizz tar-Rata tal-Kambju tal-Paċifiku.

    (56)  Il-bejgħ domestiku sar f’munita barranija.

    (57)  L-Annessi F.7.9 u H.9.1 tal-ilment.

    (58)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 5 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

    (59)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 7 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

    (60)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 12 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

    (61)  Il-bażi tad-data Orbis, ipprovduta minn Bureau Van Dijk (https://orbis.bvdinfo.com).

    (62)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-Tabella 29 tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

    (63)  Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll fit-tabella fil-qosor tat-tweġiba tal-ilmentatur għall-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni, fil-verżjoni għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati (id-dokument Tron t22.006788).

    (64)  Ara l-Anness F.7.8 tal-ilment, disponibbli fil-fajl miftuħ, u l-fuljett tal-pjanċi b’bastun ta’ British Steel, disponibbli hawnhekk: https://britishsteel.co.uk/what-we-do/special-profiles/bulb-flats/ (aċċessat l-aħħar fl-14 ta’ April 2023).

    (*1)  L-ilmentatur ma kellu l-ebda esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (65)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/978 tat-23 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 167, 24.6.2022, p. 58).


    Augša