Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0890

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/890 tat-28 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ST/8178/2023/INIT

ĠU L 114, 2.5.2023, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/890/oj

2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/890

tat-28 ta’ April 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-426/21, jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

“36.

Nizar AL-ASSAD”.


Top