EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0860

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/860 tal-25 ta’ April 2023 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 fir-rigward tat-trasparenza, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, il-korp ta’ koordinazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni, u ċerti dispożizzjonijiet għall-FAEG u għall-FAEŻR

C/2023/2656

ĠU L 111, 26.4.2023, p. 23–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/860/oj

26.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/860

tal-25 ta’ April 2023

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 fir-rigward tat-trasparenza, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, il-korp ta’ koordinazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni, u ċerti dispożizzjonijiet għall-FAEG u għall-FAEŻR

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 53(2), l-Artikolu 55(7), l-Artikolu 82, l-Artikolu 92 u l-Artikolu 100 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (2) jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (“trasparenza”).

(2)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-pubbliku ġenerali u jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni ppubblikata dwar il-benefiċjarji tal-FAEG u tal-FAEŻR, jenħtieġ li l-informazzjoni ppubblikata mill-Istati Membri fuq is-siti web tagħhom tkun disponibbli wkoll b’mill-inqas waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni.

(3)

L-Artikolu 44 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiġbru mingħand il-benefiċjarji l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, anki, fejn meta japplika, l-identifikazzjoni tal-grupp. Jenħtieġ li jkun iċċarat li huma biss l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa tal-entità omm li għandhom jiġu ppubblikati ex post mill-Istat Membru. Għalhekk, dak l-Artikolu jenħtieġ li jiġi kkoreġut kif xieraq.

(4)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi ċċarat li għall-pagamenti kollha, inklużi dawk imħallsa għas-sena finanzjarja 2023 sħiħa abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li tintuża formola komuni waħda għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-FAEG u tal-FAEŻR mill-2024.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 ħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (4) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, ma qiesx li ċerti dispożizzjonijiet iridu jkomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti maħruġa għal skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sas-sena kalendarja 2022 u inkluż dik is-sena, għall-miżuri implimentati skont ir-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 228/2013 (6), (UE) Nru 229/2013 (7), (UE) Nru 1308/2013 (8) u (UE) Nru 1144/2014 (9) sal-31 ta’ Diċembru 2022, fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li saru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2022 u sa tmiem dawk l-iskemi ta’ għajnuna, u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Dan ħoloq lakuna legali.

(6)

Filwaqt li l-Artikolu 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jinżamm applikabbli għall-pagamenti li jsiru għas-snin finanzjarji 2021, 2022 u 2023, il-Kapitolu VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128, relatat mat-trasparenza, japplika biss għall-pagamenti li jsiru mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem. Konsegwentement, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 ma kkunsidrax biżżejjed id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tal-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u ħoloq lakuna legali għas-sena finanzjarja 2023.

(7)

Il-kamp ta’ applikazzjoni u d-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 u (UE) Nru 908/2014 iridu jiġu kkoreġuti. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet relatati mal-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata sal-31 ta’ Mejju 2023 jibqgħu dawk stabbiliti fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u fl-Artikolu 57 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ pubblikazzjoni japplikaw għall-obbligi ta’ pubblikazzjoni mill-31 ta’ Mejju 2024, u għalhekk għas-sena finanzjarja 2023.

(8)

Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza legali dwar l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-benefiċjarji, l-Artikolu 61 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 irid jiġi kkoreġut.

(9)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll il-fatt li l-informazzjoni dwar il-pagamenti għal miżuri ġodda jew għal tipi ta’ interventi li jistgħu jkunu possibbli abbażi ta’ leġiżlazzjoni futura fil-qasam tal-politika agrikola jenħtieġ li tiġi ppubblikata wkoll mill-Istati Membri, anki jekk il-miżura jew it-tip ta’ intervent ma jkunux għadhom inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128.

(10)

Sabiex titqies il-ħtieġa għall-applikazzjoni kontinwa ta’ ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għal skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, biex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata l-koerenza fit-tranżizzjoni għall-qafas leġiżlattiv attwali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2023, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ ġestjoni waħda biss, li tkopri n-nefqa skont ir-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 irid jiġi kkoreġut.

(11)

Jenħtieġ li jsiru ċerti korrezzjonijiet fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 biex jiġi żgurat kliem uniformi fl-Att kollu.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(13)

Minħabba li dan ir-Regolament jipprevedi xi korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 li beda japplika mill-1 ta’ Jannar 2023, jenħtieġ li l-korrezzjonijiet japplikaw b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2023.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 58 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru u b’waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni.”

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 44, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-gruppi kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ppubblikata ex post mill-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116.’

;

(2)

fl-Artikolu 58, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116 b’rabta mal-punti (a), (b), (d) u (f) sa (l) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-miżuri msemmija fil-punti (a) (i) sa (iv) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiġu ppubblikati f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, bħal CSV jew XLXS, u għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-kodiċi tal-operazzjoni u tal-miżuri indikati fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.”

;

(3)

L-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 61

Informazzjoni lill-benefiċjarju

L-informazzjoni lill-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tingħata billi tiddaħħal fil-formoli ta’ applikazzjoni biex dak li jkun jingħata l-appoġġ mill-FAEG jew mill-FAEŻR, jew inkella fiż-żmien meta tinġabar id-data

;

(4)

fl-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu (2), l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7, l-Artikoli 21 sa 25, l-Artikolu 27, l-Artikolu 28, l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), il-punti (a), (b), (c), l-Artikolu 30(2), (3) u (4), l-Artikoli 31 sa 40 u l-Artikoli 42 sa 47 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom ikomplu japplikaw:

(i)

fir-rigward tan-nefqa li tkun iġġarrbet u l-pagamenti li jkunu saru għall-iskemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tas-sena kalendarja 2022 u qabilha;

(ii)

għall-miżuri implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2022 skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013, u (UE) Nru 1144/2014;

(iii)

għall-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2117 fir-rigward tan-nefqa li tkun iġġarrbet u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2022 u sa tmiem dawk l-iskemi ta’ għajnuna; kif ukoll

(iv)

fir-rigward tal-FAEŻR b’rabta man-nefqa li tkun iġġarrbet mill-benefiċjarji u mal-pagamenti li jkunu saru mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(b)

L-Artikoli 57 u 59 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom ikomplu japplikaw għall-pagamenti kollha magħmula abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għas-snin finanzjarji kollha sal-2022 u inkluż dik is-sena;”;

(5)

fl-Artikolu 65, it-tielet paragrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-Artikolu 60 għandu japplika mis-sena finanzjarja 2023.”;

(6)

L-Annessi I, VIII u IX huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


ANNESS

“ANNESS I

Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni — Aġenzija tal-Pagamenti kif imsemmija fl-Artikolu 4

Jiena, …, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Pagamenti ta’ …, nippreżenta l-kontijiet għal din l-Aġenzija tal-Pagamenti għas-sena finanzjarja 16/10/xx sa 15/10/xx+1.

Niddikjara, abbażi tal-ġudizzju tiegħi stess u fuq l-informazzjoni li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, inkluż, fost l-oħrajn, ir-riżultati tax-xogħol tas-servizz ta’ awditjar intern, li:

il-kontijiet ippreżentati jagħtu, sa fejn naf jiena, perspettiva vera, sħiħa u preċiża tal-infiq u tal-introjti għas-sena finanzjarja li hemm referenza għaliha hawn fuq. B’mod partikolari, id-djun, il-ħlasijiet bil-quddiem, il-garanziji u l-ħażniet kollha li naf bihom jien ġew irreġistrati fil-kontijiet, u l-introjtu kollu miġbur relatat mal-FAEG u mal-FAEŻR ġie kkreditat kif suppost lill-fondi xierqa;

Jiena implimentajt sistema li tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli:

(i)

li l-pagamenti jkunu legali u regolari fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għal skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tas-sena kalendarja 2022 u qabel, fir-rigward ta’ miżuri implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2022 skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014; għall-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2117 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2022 u sa tmiem dawk l-iskemi ta’ għajnuna; u fir-rigward tal-FAEŻR b’rabta man-nefqa li tkun iġġarrbet mill-benefiċjarji u mal-pagamenti li jkunu saru mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(ii)

li s-sistemi ta’ governanza kif imsemmija fil-punt (d)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 qed jiffunzjonaw kif suppost u jiżguraw li n-nefqa tkun saret f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament;

(iii)

dwar il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ rapportar u tad-data dwar l-indikatur fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115 u li n-nefqa taqbel mal-output irrapportat korrispondenti u li jkun sar f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli.

In-nefqa mdaħħla fil-kontijiet intużat għall-għan maħsub tagħha, kif definit fir-Regolament (UE) 2021/2116.

Barra minn hekk, nikkonferma li hemm stabbiliti miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u li jqisu r-riskji identifikati.

Madankollu, din l-assigurazzjoni, hija soġġetta għar-riżervi li ġejjin:

Finalment, nikkonferma li ma naf bl-ebda kwistjoni mhux żvelata li tista’ tkun ta’ dannu għall-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Firma

ANNESS VIII

INFORMAZZJONI GĦALL-FINIJIET TA’ TRASPARENZA SKONT L-ARTIKOLU 58

Isem il-benefiċjarju/l-entità ġuridika/l-assoċjazzjoni

Kunjom il-benefiċjarju

Jekk jappartjeni għal grupp, l-isem tal-entità omm u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-Taxxa

Muniċipalità

Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur kif stabbilit fl-Anness IX

L-objettiv speċifiku (1)

Data tal-bidu (2)

Data tat-tmiem (3)

L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEG

Total tal-ammont tal-FAEG għal dak il-benefiċjarju

Ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEŻR

Total tal-ammont tal-FAEŻR għal dak il-benefiċjarju

L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-kofinanzjament

Total tal-ammont kofinanzjat għal dak il-benefiċjarju

It-total tal-FAEŻR u l-ammonti kofinanzjati

Total tal-ammont u tal-kofinanzjament tal-UE għal dak il-benefiċjarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

50

 

70

 

40

110

160

 

 

 

 

Kodiċi A

 

 

 

20

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi B

 

 

 

 

 

40

 

25

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi C

 

 

 

30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi D

 

 

 

 

 

30

 

15

 

 

 

ANNESS IX

Miżura/tip ta’ intervent/settur kif imsemmi fl- Artikolu 58  (4)

Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur

Isem il-miżura/tip ta’ intervent/settur

L-għan tal-miżura/tip ta’ intervent/settur

 

Operazzjonijiet fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-pagamenti diretti kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115

 

 

1.

Appoġġ diżakkoppjat għall-introjtu

 

I.1

L-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà

L-appoġġ bażiku għall-introjtu huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li jiġu appoġġati l-introjtu u r-reżiljenza vijabbli tal-azjendi agrikoli madwar l-Unjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.

I.2

Appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà

L-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li tittejjeb id-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti permezz tar-ridistribuzzjoni tal-appoġġ minn azjendi agrikoli akbar għal dawk iżgħar jew ta’ daqs medju.

I.3

Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li għadhom qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġi mmodernizzat is-settur agrikolu billi jiġu attirati ż-żgħażagħ u jittejjeb l-iżvilupp tan-negozju tagħhom.

I.4

Skemi għall-klima u għall-ambjent

L-ekoskemi huma pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat lejn prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent, għall-klima u għall-benesseri tal-annimali.

I.5

Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira (Artikolu 28)

Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u jissostitwixxu l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan tal-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huwa li jippromwovu distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jnaqqsu l-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

 

2.

Pagamenti diretti akkoppjati

 

I.6

Appoġġ akkoppjat għall-introjtu

L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu ikopri pagamenti għal kull ettaru jew għal kull ras ta’ bhima marbuta ma’ produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà, u/jew il-kwalità f’ċerti setturi u prodotti li huma partikolarment importanti għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi jew ambjentali u li jiltaqgħu ma’ ċerti diffikultajiet.

I.7

Pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat li jingħata għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri tal-produtturi tal-qoton biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-qoton f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola.

 

Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

 

II.1

L-iskema ta’ pagament bażiku — (Titolu III, Kapitolu 1, Taqsimiet 1, 2, 3 u 5)

L-iskema ta’ pagament bażiku hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni operat abbażi tal-intitolamenti għall-pagament allokati lill-bdiewa. L-għan huwa li jappoġġa l-introjtu tal-bdiewa, li fil-medja huwa b’mod sinifikanti inqas mill-introjtu medju fil-kumplament tal-ekonomija.

II.2

Skema ta’ pagament uniku skont l-erja (Artikolu 36)

L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni mħallas għal ettari eliġibbli ddikjarati minn bidwi. L-għan huwa li jappoġġa l-introjtu tal-bdiewa, li fil-medja huwa b’mod sinifikanti inqas mill-introjtu medju fil-kumplament tal-ekonomija.

II.3

Pagament ridistributtiv (Titolu III, Kapitolu 2)

Il-pagament ridistributtiv huwa pagament diżakkoppjat skont l-erja. L-għan huwa li jappoġġa lill-azjendi agrikoli żgħar billi jipprovdilhom appoġġ addizzjonali fuq l-ewwel ettari li jiddikjaraw għall-pagament bażiku.

II.4

Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent (Titolu III, Kapitolu 3)

L-ekoloġizzazzjoni hija pagament diżakkoppjat skont l-erja għal kull ettaru mħallas. L-għan huwa li jiġu osservati tliet prattiki agrikoli għall-benefiċċju tal-klima u l-ambjent: diversifikazzjoni tal-għelejjel, manutenzjoni ta’ art bil-ħaxix permanenti u erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola

II.5

Pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali (Titolu III, Kapitolu 4)

Il-pagament għaż-żoni b’restrizzjonijiet naturali huwa pagament diżakkoppjat li jingħata skont l-erja, dan jingħata apparti mill-pagament bażiku lill-bdiewa. L-għan huwa li jingħata appoġġ lill-bdiewa li jinsabu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali

II.6

Pagament għall-bdiewa żgħażagħ (Titolu III, Kapitolu 5)

Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif bdew joperaw għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġu promossi l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda fis-settur agrikolu, li huwa essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni.

II.7

Appoġġ akkoppjat volontarju (Titolu IV, Kapitolu 1)

L-appoġġ akkoppjat volontarju jkopri l-pagamenti għal kull ettaru jew ras marbuta mal-produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali u li jiffaċċjaw ċerti diffikultajiet.

II.8

Pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton (Titolu IV, Kapitolu 2)

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat li jingħata għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri li jipproduċu l-qoton sabiex tappoġġa l-produzzjoni tiegħu f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola.

II.9

Skema għall-bdiewa żgħar (Titolu V)

L-iskema għall-bdiewa żgħar hija diżakkoppjata mill-produzzjoni u tissostitwixxi l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan huwa li tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

II.10

Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009  (5)

L-għan ta’ dawn il-pagamenti diretti huwa li jiġi diżakkoppjat l-appoġġ mill-produzzjoni tal-għelejjel u tal-bhejjem sabiex jittejjeb l-appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa.

 

Operazzjonijiet fil-forma ta’ interventi settorjali kif previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115

 

III.1

Fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (mill-Artikolu 49 sal-Artikolu 53)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex. Dan isir permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs u l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.2

Fis-settur tal-prodotti tal-apikultura (mill-Artikolu 54, 55 u 56)

L-għan huwa li jiġu appoġġati dawk li jrabbu n-naħal, il-kwalità u s-suq għall-prodotti tal-apikultura.

III.3

Fis-settur tal-inbid (mill-Artikolu 57 sal-Artikolu 60)

L-għan huwa li jiġu appoġġati l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-inbid. Il-programmi huma mmexxija mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali bħala parti mill-Pjan Strateġiku tagħhom u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. Il-benefiċjarji huma vitikulturi kif ukoll operaturi fil-produzzjoni u fil-kummerċ tal-inbid jew l-assoċjazzjonijiet/organizzazzjonijiet tagħhom. L-operazzjonijiet li għandhom jiġu approvati mill-Istati Membri jistgħu jkunu annwali jew pluriennali.

III.4

Fis-settur tal-ħops (l-Artikoli 61 u 62)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-ħops permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.5

Fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Artikoli 63, 64 u 65)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.6

F’setturi oħrajn imsemmija fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f’setturi li jkopru l-prodotti elenkati fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2021/2115 (l-Artikoli 66, 67 u 68)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi relatati permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO), l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll il-Gruppi ta’ Produtturi (PG) approvati temporanjament mill-Istati Membri, u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs, l-APOs jew il-PGs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

 

Miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

IV.1

L-intervent pubbliku (Kapitolu I, Taqsima 2)

Meta l-prezzijiet tas-suq għal ċerti prodotti agrikoli jaqgħu taħt livell predeterminat, l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jistgħu jintervjenu biex jistabbilizzaw is-suq billi jixtru l-provvisti ż-żejda, li jistgħu jinħażnu sa meta jiżdied il-prezz tas-suq. L-entitajiet li jridu jiġu ppubblikati huma dawk li jibbenefikaw mill-għajnuna, fi kliem ieħor, l-entitajiet li jkun inxtara l-prodott għalihom.

IV.2

L-għajnuna għal ħażna privata (Kapitolu I, Taqsima 3)

L-għan tal-għajnuna mogħtija hu li b’mod temporanju tappoġġa l-produtturi ta’ ċerti prodotti rigward il-kost tal-ħżin privat.

IV.3

L-iskema tal-UE għall-iskejjel, skemi ta’ frott għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel (Kapitolu II, Taqsima 1)

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa d-distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli lit-tfal fl-iskola preprimarja u fl-iskejjel primarji u sekondarji bil-mira li dawn jikkunsmaw aktar frott, ħaxix u ħalib u jittejbu d-drawwiet tal-ikel tagħhom.

IV.4

Miżuri eċċezzjonali (Kapitolu I, Taqsimiet 1, 2 u 3)

L-għan tal-miżuri eċċezzjonali mogħtija skont l-Artikolu 219(1), l-Artikolu 220(1) u l-Artikolu 221(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa li jappoġġaw is-swieq agrikoli f’konformità mal-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

IV.5

Għajnuna fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (Kapitolu II, Taqsima 3)

Il-produtturi huma mħeġġa jissieħbu ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP). Dawn jirċievu għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali, abbażi ta’ strateġija nazzjonali. L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa wkoll li timmitiga l-fluttwazzjoni tal-introjtu minħabba l-kriżijiet. L-għajnuna hija offruta għall-miżuri għall-prevenzjoni ta’ kriżi u għall-ġestjoni ta’ kriżi skont il-programmi operazzjonali, jiġifieri: l-irtirar mis-suq ta’ prodotti, ħsad bikri/ebda ħsad, għodod ta’ promozzjoni u komunikazzjoni, taħriġ, assigurazzjoni fuq il-ħsad, għajnuna biex jiġi akkwistat self mill-banek u biex jitħallsu l-kostijiet amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi (fondi ta’ stabbilizzazzjoni li jkunu proprjetà tal-bdiewa).

IV.6

Appoġġ fis-settur tal-inbid (Kapitolu II, Taqsima 4)

L-għan tad-diversi għajnuniet huwa li jiġi żgurat il-bilanċ fis-suq u tiżdied il-kompetittività tal-inbid tal-Unjoni: appoġġ għall-promozzjoni tal-inbid fis-swieq tal-pajjiżi terzi u informazzjoni dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u s-sistema tal-Unjoni dwar id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) u dwar l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP); kofinanzjament tal-kostijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, għall-investimenti fil-kantini tal-inbid u fil-faċilitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-innovazzjoni; appoġġ għall-ħsad bikri, il-fondi mutwi, l-assigurazzjoni tal-ħsad u d-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji.

IV.7

Appoġġ fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Kapitolu II, Taqsima 2)

L-appoġġ jingħata għall-programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li jitfasslu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn organizzazzjonijiet interprofessjonali f’wieħed jew iżjed mill-oqsma li ġejjin: is-segwitu u l-ġestjoni tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel; it-titjib tal-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ; it-titjib tal-kompetittività tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ permezz ta’ modernizzazzjoni; it-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel; is-sistema ta’ traċċabilità, iċ-ċertifikazzjoni u l-ħarsien tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel; id-disseminazzjoni ta’ tagħrif dwar il-miżuri implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għat-titjib tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel.

IV.8

Għajnuna fis-settur tal-apikultura (Kapitolu II, Taqsima 5)

L-għan tal-għajnuna li tingħata huwa li tappoġġa lil dan is-settur permezz ta’ programmi tal-apikultura sabiex jittejbu l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura.

IV.9

Għajnuna fis-settur tal-ħops (Kapitolu II, Taqsima 6)

Għajnuna li tingħata biex tappoġġa l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħops.

 

Operazzjoni fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115

 

V.1

Impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf b’rabta mal-impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn imwettqa fuq bażi volontarja li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji u li jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi tal-PAK, b’mod partikolari fil-qasam tal-ambjent, tal-klima u tal-benessri tal-annimali.

V.2

Restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf, relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona fiż-żona kkonċernata, bħal żoni muntanjużi.

V.3

Żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati ma’ ċerti żvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata li huma imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi ta’ Natura 2000 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (6) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)) jew, għaż-żoni agrikoli, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)).

V.4

L-investimenti, inklużi l-investimenti fl-irrigazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa investimenti f’assi tanġibbli jew intanġibbli, inklużi investimenti fl-irrigazzjoni, li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK.

V.5

L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, ta’ bdiewa ġodda u l-bidu ta’ negozji rurali

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, bdiewa ġodda u, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-bidu ta’ negozji rurali bil-ħsieb li jsir kontribut għall-kisba ta’ waħda jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK.

V.6

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tippromwovi l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa jimmaniġġjaw ir-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu relatati mal-attività agrikola tagħhom li huma barra mill-kontroll tagħhom.

V.7

Kooperazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa l-kooperazzjoni bil-għan li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK. Dan jinkludi appoġġ għall-kooperazzjoni għal:

(a)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli;

(b)

iħejju u jimplimentaw LEADER;

(c)

il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ skemi tal-kwalità rikonoxxuti tal-Unjoni u nazzjonali u l-użu tagħhom mill-bdiewa;

(d)

jappoġġaw gruppi tal-produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(e)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-Irħula Intelliġenti;

(f)

jappoġġaw forom oħra ta’ kooperazzjoni.

V.8

Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa azzjonijiet ta’ skambju tal-għarfien u ta’ informazzjoni li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK, speċifikament immirati lejn il-protezzjoni tan-natura, tal-ambjent u tal-klima, inklużi l-edukazzjoni ambjentali u azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ negozji u komunitajiet rurali. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu azzjonijiet għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, tat-taħriġ u tal-pariri kif ukoll għall-iskambju u għat-tixrid tal-għarfien u tal-informazzjoni.

 

Miżuri previsti fit-Titolu III tal-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

 

VI.1

Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni (l-Artikolu 14)

Din il-miżura tikkonċerna t-taħriġ u tipi oħra ta’ attivitajiet bħal workshops, coaching, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni, skemi ta’ skambju u żjarat tal-azjendi agrikoli u tal-foresti għal żmien qasir. L-għan huwa li jittejjeb il-potenzjal uman tal-persuni involuti fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, tal-ġestjonarji tal-art u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs) li joperaw f’żoni rurali.

VI.2

Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta’ għajnuna tal-azjendi agrikoli (l-Artikolu 15)

Permezz ta’ servizzi ta’ konsulenza u bl-istabbiliment ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar il-ġestjoni tal-azjendi agrikolu u servizzi ta’ soljev għall-azjendi agrikoli, din il-miżura hija maħsuba biex ittejjeb il-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ekonomika u ambjentali ta’ azjendi agrikoli u tal-forestrija u tal-SME li jaħdmu f’żoni rurali. Isservi wkoll biex tippromwovi t-taħriġ ta’ konsulenti.

VI.3

Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (l-Artikolu 16)

L-għan ta’ din il-miżura hu li tappoġġa lil dawk kollha li jissieħbu għall-ewwel darba mal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, nazzjonali u volontarji. L-appoġġ jista’ wkoll ikopri l-kostijiet ta’ attivitajiet informattivi u promozzjonali biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-eżistenza u l-ispeċifikazzjonijiet tal-oġġetti li jiġu prodotti f’dawn l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u nazzjonali.

VI.4

Investimenti f’assi fiżiċi (l-Artikolu 17)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u l-intrapriżi rurali, ittejjeb l-effiċjenza tas-setturi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tal-agrikultura u l-forestrija u tappoġġa l-investimenti mhux finanzjarji li huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali.

VI.5

Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa (l-Artikolu 18)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u l-intrapriżi rurali, ittejjeb l-effiċjenza tas-setturi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tal-agrikultura u l-forestrija u tappoġġa l-investimenti mhux finanzjarji li huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali.

VI.6

Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju (l-Artikolu 19)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi vijabbli ġodda bħal azjendi ġodda mmexxija minn bdiewa żgħażagħ, negozji ġodda f’żoni rurali, jew l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar. L-appoġġ jingħata wkoll lil intrapriżi ġodda jew diġà eżistenti għall-investiment u għall-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli li huma essenzjali għall-iżvilupp u l-kompetittività ta’ żoni rurali u tal-bdiewa kollha li jkunu qegħdin jiddiversifikaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom. Din il-miżura tipprovdi l-pagamenti għall-bdiewa li jkunu eliġibbli għall-iskema għall-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda agrikola tagħhom b’mod permanenti lil bidwi ieħor.

VI.7

Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali (l-Artikolu 20)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-interventi li jistimulaw it-tkabbir u jippromwovu s-sostenibbiltà ambjentali u soċjoekonomika taż-żoni rurali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura lokali (inklużi l-broadband, l-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura soċjali) u s-servizzi bażiċi lokali, kif ukoll permezz tat-tiġdid tal-irħula u l-attivitajiet immirati lejn ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali. Il-miżura tappoġġa wkoll ir-rilokazzjoni ta’ attivitajiet u l-konverżjoni ta’ faċilitajiet biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja jew tiżdied il-prestazzjoni ambjentali tal-irħula.

VI.8

L-investimenti fl-iżvilupp taż-żona tal-foresti u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (l-Artikolu 21; minn Artikolu 22 sa 26)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tippromwovi l-investimenti fl-iżvilupp tal-imsaġar, fil-protezzjoni tal-foresti, fl-innovazzjoni fil-forestrija, fit-teknoloġiji tal-forestrija u fil-prodotti tal-foresti, sabiex tikkontribwixxi għall-potenzjal tat-tkabbir taż-żoni rurali.

VI.9

It-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar (l-Artikolu 22)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tipprovdi appoġġ għal operazzjonijiet ta’ tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar f’art agrikola u mhux agrikola.

VI.10

L-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovament ta’ sistemi agroforestali (l-Artikolu 23)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ sistemi u prattiki agroforestali fejn il-perenni tal-injam jiġu integrati deliberatament ma’ għelejjel u/jew annimali fuq l-istess unità tal-art.

VI.11

Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien fil-foresti, diżastri naturali u eventi katastrofiċi (l-Artikolu 24)

Din is-sottomiżura hija maħsuba biex tipprevjeni l-okkorrenza ta’ nirien u diżastri naturali oħrajn, fosthom tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, kif ukoll ta’ theddid marbut mat-tibdil fil-klima, u biex tirrestawra l-potenzjal tal-foresti (bit-tqaċċit u t-tħawwil mill-ġdid ta’ siġar) wara avvenimenti minn dawn.

VI.12

Investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti (l-Artikolu 25)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa azzjonijiet li jtejbu l-valur ambjentali tal-foresta, jiffaċilitaw l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, jipprovdu servizzi tal-ekosistema u jtejbu l-valur tal-faċilitajiet pubbliċi tal-foresti. Jenħtieġ li tiġi żgurata żieda fil-valur ambjentali tal-foresti.

VI.13

Investimenti fit-teknoloġiji tal-foresti, fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti (l-Artikolu 26)

Din is-sottomiżura hija maħsuba biex tappoġġa l-investiment f’makkinarju u/jew tagħmir li jintuża għall-ħsad, għall-qtugħ, għall-użu u għall-ipproċessar tal-injam qabel ma jsir it-tqattigħ industrijali tal-injam. L-għan ewlieni ta’ din is-sottomiżura huwa li żżid il-valur ekonomiku tal-foresti.

VI.14

L-istabbiliment ta’ gruppi u ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (l-Artikolu 27)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, speċjalment fis-snin bikrija, meta jiġġarrbu kostijiet addizzjonali sabiex jiġu indirizzati b’mod konġunt l-isfidi tas-suq u jissaħħaħ il-poter ta’ negozjar fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluż fis-swieq lokali.

VI.15

Agroambjent-klima (l-Artikolu 28)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tħeġġeġ lill-ġestjonarji tal-art japplikaw prattiki tal-biedja li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-pajsaġġ, tar-riżorsi naturali u tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Din tista’ tikkonċerna mhux biss titjib fil-prattiki agrikoli li hu ta’ benefiċċju għall-ambjent, iżda wkoll biex jinżammu prattiki eżistenti li huma ta’ benefiċċju.

VI.16

Biedja Organika (l-Artikolu 29)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiffoka fuq l-appoġġ tal-konverżjoni għal prattiki u metodi tal-biedja organika u/jew iż-żamma tagħhom, bil-għan li tħeġġeġ lill-bdiewa jipparteċipaw fi skemi bħal dawn, u b’hekk twieġeb għad-domanda tas-soċjetà għall-użu ta’ prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

VI.17

Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (l-Artikolu 30)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ kumpensatorju lill-benefiċjarji li jsofru minn żvantaġġi partikolari minħabba rekwiżiti obbligatorji speċifiċi fiż-żoni kkonċernati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2000/60/KE meta mqabbla mas-sitwazzjoni tal-bdiewa u tal-forestiera f’żoni oħrajn mhux affettwati b’dawn l-iżvantaġġi.

VI.18

Pagamenti għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra (l-Artikolu 31)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ lill-benefiċjarji li jsofru minn restrizzjonijiet partikolari minħabba li jinsabu f’żoni muntanjużi jew f’żoni oħrajn li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti jew restrizzjonijiet speċifiċi.

VI.19

Trattament xieraq tal-annimali (l-Artikolu 33)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tipprovdi pagamenti lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet ta’ impenn wieħed jew aktar għall-benesseri tal-annimali.

VI.20

Servizzi ambjentali b’rabta mal-foresti u servizzi tal-klima u l-konservazzjoni tal-foresti (l-Artikolu 34)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-promozzjoni tal-ġestjoni u t-titjib sostenibbli tal-foresti u tal-imsaġar, inklużi ż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità, tar-riżorsi tal-ilma u tal-ħamrija u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u anke għall-ħtieġa li jiġu kkonservati r-riżorsi ġenetiċi tal-foresti, inklużi attivitajiet bħall-iżvilupp ta’ varjetajiet differenti ta’ speċijiet ta’ foresti sabiex jiġu adattati għal kundizzjonijiet lokali speċifiċi.

VI.21

Kooperazzjoni (l-Artikolu 35)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u li għandhom l-għan li jiżviluppaw, fost l-oħrajn: proġetti pilota; prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija; servizzi turistiċi; ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali; proġetti/prattiki konġunti li jikkonċernaw l-ambjent jew it-tibdil fil-klima; proġetti għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa; strateġiji lokali tal-iżvilupp mhux tal-LEADER; pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti; u diversifikazzjoni fl-attivitajiet ta’ “biedja soċjali”.

VI.22

Ġestjoni tar-riskju (l-Artikolu 36)

Din il-miżura tirrappreżenta sett ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskji u tiżviluppa l-possibbiltajiet li attwalment jeżistu għas-sostenn ta’ assigurazzjonijiet u fondi mutwi permezz tal-pakketti nazzjonali ta’ pagamenti diretti, biex tgħin lill-bdiewa li jkunu esposti għar-riskji ekonomiċi u ambjentali li dejjem qed jiżdiedu. Il-miżura tintroduċi wkoll għodda ta’ stabbilizzazzjoni tal-introjtu biex tipprovdi l-kumpens lill-bdiewa li jkun naqas b’mod serju d-dħul tagħhom.

VI.22a

Appoġġ temporanju eċċezzjonali għall-bdiewa u għall-SMEs partikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19 (l-Artikolu 39b)

L-għan ta’ din il-miżura hu li toffri lill-bdiewa u lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) appoġġ temporanju minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

VI.22b

Appoġġ temporanju eċċezzjonali għall-bdiewa u għall-SMEs partikolarment milquta mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja (l-Artikolu 39c)

L-għan ta’ din il-miżura hu li toffri lill-bdiewa u lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) appoġġ temporanju minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja.

VI.23

Finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja (l-Artikolu 40)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li toffri lill-bdiewa eliġibbli għal pagamenti diretti nazzjonali komplimentari fil-Kroazja pagament supplimentari skont il-FAEŻR.

VI.24

L-appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER (żvilupp lokali mmexxi mill-komunità) (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9))

L-għan ta’ din il-miżura huwa li żżomm l-approċċ LEADER bħala għodda integrata għall-iżvilupp territorjali fuq livell (“lokali”) sottoreġjonali li se tikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali, li huwa wieħed mill-objettivi ġenerali tal-politika għall-iżvilupp rurali.

VI.25

Assistenza teknika (l-Artikoli 51 sa 54)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti lill-Istati Membri l-kapaċità li jipprovdu assistenza teknika biex jappoġġaw azzjonijiet li jsostnu l-kapaċità amministrattiva marbuta mal-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE). Dawn l-azzjonijiet jistgħu jsostnu t-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, in-netwerking, is-soluzzjoni tal-ilmenti u l-kontroll u l-awditjar tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali.

VII.1

Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Il-miżuri POSEI huma skemi agrikoli speċifiċi li għandhom l-għan li jqisu r-restrizzjonijiet tar-Reġjuni Ultraperiferiċi kif meħtieġ mill-Artikolu 349 tat-Trattat. Dan jikkonsisti f’żewġ elementi ewlenin: l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista u l-miżuri biex tiġi appoġġata l-produzzjoni lokali. Tal-ewwel għandhom l-għan li jnaqqsu l-kostijiet addizzjonali għall-provvista ta’ prodotti essenzjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni remota ta’ dawn ir-reġjuni (permezz ta’ għajnuna għal prodotti mill-Unjoni u eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għal prodotti minn pajjiżi terzi) u tal-aħħar li jgħinu fl-iżvilupp tas-settur agrikolu lokali (pagamenti diretti u miżuri tas-suq). POSEI jippermetti wkoll il-finanzjament ta’ programmi tas-saħħa tal-pjanti.

VIII.1

Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013

Is-sistema għall-Gżejjer Minuri tal-Eġew hija simili għall-POSEI iżda ma għandhiex l-istess bażi ġuridika fit-Trattat u taħdem fuq skala iżgħar minn dik tal-POSEI. Dan jinkludi kemm l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista (limitati madankollu għall-għajnuna għal prodotti mill-Unjoni) kif ukoll il-miżuri biex jiġu appoġġati l-attivitajiet agrikoli lokali li jikkonsistu f’pagamenti supplimentari għal prodotti lokali definiti b’mod speċifiku.

IX.1

Miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014

Il-miżuri ta’ informazzjoni dwar il-prodotti agrikoli u ċerti prodotti tal-ikel magħmulin minnhom, u l-miżuri ta’ promozzjoni tagħhom, li jitwettqu fis-suq intern jew fil-pajjiżi terzi elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014, jistgħu jiġu ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri għandhom ikunu implimentati fil-qafas ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni.


(1)  L-objettiv speċifiku tal-operazzjoni għandu jikkorrispondi għal objettiv wieħed jew aktar stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tirregola l-operazzjoni kkonċernata kif deskritt fl-Anness IX. B’mod partikolari, l-objettiv(i) speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jikkorrispondu għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tiegħu u jkunu konsistenti mal-Pjan tal-PAK tal-Istat Membru. Barra minn hekk, l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 għandu/għandhom jikkorrispondi/u mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (għal aktar gwida, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-Manwal Tekniku dwar il-Qafas ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni 2014 – 2020).

(2)  L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ interventi għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.

(3)  L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu tat-tipi ta’ interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.

Għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għall-iskemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tas-sena kalendarja 2022 u qabel;

(b)

għall-miżuri implimentati skont ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013, u (UE) Nru 1144/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(c)

għall-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tan-nefqa li tkun iġġarrbet u l-pagamenti li jkunu saru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2022 u sa tmiem dawk l-iskemi ta’ għajnuna; kif ukoll

(d)

il-pagamenti li jkunu saru mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

l-informazzjoni preskritta fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biss għandha tiġi ppubblikata f’din it-tabella, il-kolonni l-oħra għandhom jitħallew vojta jew immarkati b’N/A.

(4)  U miżuri ta’ appoġġ ulterjuri li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 39(2) tat-Trattat u/jew ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal- 21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(7)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(8)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).


Top