This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0409
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/409 of 18 November 2022 amending Regulation (EU) 2019/1009 of the European Parliament and of the Council as regards the minimum content of calcium oxide in straight solid inorganic macronutrient fertilisers (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/409 tat-18 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ ossidu tal-kalċju f’fertilizzanti inorganiċi solidi sempliċi b’makronutrijenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/409 tat-18 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ ossidu tal-kalċju f’fertilizzanti inorganiċi solidi sempliċi b’makronutrijenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/8144
ĠU L 59, 24.2.2023, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/409
tat-18 ta’ Novembru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ ossidu tal-kalċju f’fertilizzanti inorganiċi solidi sempliċi b’makronutrijenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) mis-16 ta’ Lulju 2022. |
(2) |
F’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009, fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b’makronutrijenti, li jkollu l-kalċju biss bħala makronutrijent iddikjarat, għandu jkun fih mill-inqas 12 % skont il-massa ta’ kalċju espress bħala ossidu tal-kalċju. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1666 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 billi introduċa l-kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku (Ca-IDHA) bħala tip ġdid ta’ fertilizzant tal-KE. Il-kontenut minimu ta’ nutrijenti f’dak il-fertilizzant huwa 9 % ta’ ossidu tal-kalċju. |
(4) |
Is-Ca-IDHA huwa fertilizzant li jipprovdi l-kalċju makronutrijenti lill-pjanti. Fil-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fir-Regolament (KE) Nru 2003/2003, instab li dan it-tip ta’ fertilizzanti tal-KE kien agronomikament effiċjenti. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jenħtieġ li jiġi emendat biex jitqies l-iżvilupp tekniku li seħħ wara l-adozzjoni tiegħu u għalhekk il-kontenut minimu ta’ ossidu tal-kalċju f’fertilizzanti inorganiċi solidi sempliċi b’makronutrijenti jenħtieġ li jitnaqqas minn 12 % għal 9 %. It-tnaqqis tal-kontenut minimu tal-ossidu tal-kalċju jintroduċi dan it-tip ta’ fertilizzant fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni u b’hekk jiffaċilita l-moviment liberu tiegħu fis-suq uniku. Dan l-adattament huwa marbut mal-kriterji tal-effiċjenza agronomika tal-fertilizzanti, u mhux qed inaqqas l-istandards għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Parti II, fil-PFC 1(C)(I)(a)(i), il-punt 2, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(e) |
9 % skont il-massa, ta’ ossidu tal-kalċju (CaO) totali,”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1666 tal-10 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bil-għan li jiġi inkluż tip ġdid ta’ fertilizzanti tal-KE fl-Anness I (ĠU L 377, 11.11.2020, p. 3).