Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0370

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/370 tat-13 ta’ Diċembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri, limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u każijiet oħra li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

    C/2022/9111

    ĠU L 51, 20.2.2023, p. 25–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/370/oj

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 51/25


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/370

    tat-13 ta’ Diċembru 2022

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri, limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, u każijiet oħra li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jistabbilixxi r-regoli bażiċi li jirregolaw il-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), inklużi r-regoli dwar il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 119 ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreżentaw it-talbiet għal emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għal emenda.

    (3)

    Sabiex il-Kummissjoni tivvaluta b’mod korrett it-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li t-talba jkun fiha, minbarra l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, għal kull bidla tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, ċerta informazzjoni li tispjega r-raġunijiet għall-bidla u li tispjega l-kontenut u l-effetti mistennija tagħha.

    (4)

    Biex jiġi żgurat li t-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tkun kompluta u tintbagħat b’mod korrett lill-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentawha permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2289 (2).

    (5)

    Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni bir-reqqa tat-talba għal emenda ppreżentata għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, u b’mod partikolari tal-pjan finanzjarju emendat, u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ żbalji minħabba diversi verżjonijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu għaddejjin minn valutazzjoni parallela, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta talba waħda biss għal emenda permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” kull darba. Jenħtieġ li l-Istat Membru jissottometti talba ġdida għal emenda biss meta jkun irtira t-talba preċedenti jew meta l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għal emenda ppreżentata qabel. Dan huwa meħtieġ b’mod partikolari biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji fir-rigward tal-verżjoni applikabbli tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u r-rabta korretta tal-pagamenti u mal-pjan finanzjarju emendat applikabbli ġdid.

    (6)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar in-notifiki lill-Kummissjoni tal-bidliet li jikkonċernaw l-interventi skont it-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115, imsemmija fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament, u dwar in-notifika lill-Kummissjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 120 ta’ dak ir-Regolament.

    (7)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK relatati mat-tipi ta’ intervent f’ċerti setturi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u relatati mat-tipi ta’ interventi msemmija fil-Kapitolu IV ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-ipproċessar u d-dħul fis-seħħ f’waqthom tal-emendi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK qabel tmiem il-perjodu għall-eliġibbiltà tan-nefqa.

    (8)

    Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK relatati mat-trasferiment ta’ ċerti allokazzjonijiet finanzjarji, sabiex jiġi żgurat dħul fis-seħħ f’waqtu tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-pagamenti diretti u għall-FAEŻR.

    (9)

    Sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li l-Istati Membri jħejju t-talbiet għall-emendar sabiex inaqqsu l-għadd ta’ talbiet għal emendi ppreżentati f’kull sena kalendarja, pereżempju billi jikkombinaw diversi bidliet fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, f’talba waħda għal emenda. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jiġu protetti d-drittijiet tal-bdiewa u jiġi ggarantit funzjonament bla xkiel u effiċjenti tal-interventi kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw it-talbiet tagħhom għal emenda sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni u biex jidħlu fis-seħħ fil-ħin f’konformità mal-Artikolu 119(8) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    (10)

    Biex tiġi żgurata l-flessibbiltà għall-Istati Membri f’każ ta’ emerġenzi minħabba diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u miżuri oħra ta’ emerġenza, u biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet speċifiċi oħra, u fl-istess ħin, biex jiġu pproċessati b’mod effettiv u f’waqtu t-talbiet għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK mingħajr piż amministrattiv żejjed, jeħtieġ li jiġu definiti aktar każijiet li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ talbiet għal emenda stabbilit fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115. Dawn il-każijiet jenħtieġ li jinkludu bidliet mhux previsti fil-qafas legali tal-Unjoni, obbligi legali, u fejn meħtieġ, diżimpenji awtomatiċi, u bidliet minħabba miżuri eċċezzjonali kontra disturbi fis-suq, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti, kif ukoll modifiki ta’ strumenti finanzjarji li joperaw f’ambjent tas-suq dinamiku fejn jistgħu jkunu meħtieġa bidliet regolari għall-implimentazzjoni xierqa tagħhom.

    (11)

    Jeħtieġ li jiġi pprovdut limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emendi li jikkonċernaw id-diżimpenn awtomatiku, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (4).

    (12)

    Wara li kkunsidrat l-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u meta jitqies li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-limiti ta’ żmien għat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u każijiet ulterjuri ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li ma jgħoddux fl-għadd massimu ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2023, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u ċertezza legali għall-Istati Membri, il-bdiewa u l-partijiet ikkonċernati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Kamp ta’ Applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 rigward:

    (a)

    il-proċeduri għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

    (b)

    il-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK;

    (c)

    każijiet oħra li għalihom ma japplikax l-għadd massimu ta’ talbiet għal emenda tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    Artikolu 2

    Regoli dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u dwar in-notifiki tal-emendi msemmija fl-Artikolu 119(9) tar-Regolament (UE) 2021/2115

    1.   Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, it-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tindika tip wieħed jew diversi tipi ta’ emendi, minn fost it-tipi ta’ emendi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u, għal kull bidla proposta tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bidla;

    (b)

    l-effetti mistennija tal-bidla;

    (c)

    l-impatt tal-bidla fuq il-miri u l-indikaturi;

    (d)

    l-impatt tal-bidla fuq il-pjan ta’ finanzjament.

    2.   It-talba għal emenda tal-Pjan tal-PAK jista’ jkun fiha proposti għal bidla waħda jew aktar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

    3.   Ir-rikjesta għal emenda tal-pjan strateġiku tal-PAK għandha tkun ippreżentata permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2289. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandha tiġi kkodifikata mill-Istat Membru fit-taqsima rispettiva tas-sistema tal-iskambju elettroniku tad-data“SFC2021” għal kull bidla proposta separatament.

    4.   L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba waħda biss għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK kull darba. L-Istat Membru jista’ jippreżenta talba ġdida għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK biss wara li t-talba preċedenti tkun ġiet irtirata mill-Istat Membru jew wara li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba preċedenti għal emenda msemmija fl-Artikolu 119(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    5.   Meta Stat Membru jirtira talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, talba ġdida għal emenda tista’ tiġi ppreżentata biss meta l-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet l-irtirar tat-talba preċedenti permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021”.

    6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet li jikkonċernaw l-interventi skont it-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115, imsemmija fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament, permezz tas-sistema tal-iskambju elettroniku tad-data“SFC2021”. In-notifika għandu jkun fiha:

    (a)

    is-suġġett tal-bidliet;

    (b)

    ġustifikazzjoni li tikkonferma li l-bidla ma taffettwax il-miri msemmija fl-Artikolu 109(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (c)

    id-data tad-dħul fis-seħħ tal-bidla fl-Istat Membru.

    7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 permezz tas-sistema tal-iskambju elettroniku tad-data“SFC2021”. Jekk l-Istat Membru, b’riżultat tal-valutazzjoni stabbilita f’dak l-Artikolu, jippreżenta talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu, huwa għandu jipprovdi bħala parti mill-ġustifikazzjoni ta’ dik it-talba għal emenda, referenza għan-notifika u spjegazzjoni rigward ir-rabtiet bejn l-eżitu tal-valutazzjoni u l-bidliet proposti tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

    Artikolu 3

    Limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-emendar tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

    1.   Il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 119(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandu jiġi sospiż mid-data li fiha l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-talba għal emenda jkunu ġew innotifikati lill-Istat Membru sad-data li fiha tkun ġiet ippreżentata verżjoni ġdida tal-Pjan Strateġiku tal-PAK permezz tas-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data“SFC2021” li fiha l-osservazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni jkunu ġew indirizzati bis-sħiħ mill-Istat Membru.

    2.   It-talbiet għal emendi relatati mat-tipi ta’ interventi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2028.

    3.   It-talbiet għal emendi relatati mat-tipi ta’ interventi msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2029.

    4.   It-talbiet għal emendi relatati mat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 17(5), l-Artikolu 88(7) u l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Mejju 2025.

    Artikolu 4

    Każijiet ulterjuri ta’ talbiet għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK

    1.   It-talbiet għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ma għandhomx jingħaddu fl-għadd massimu ta’ talbiet imsemmi fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115 jekk ikunu relatati mal-każijiet li ġejjin:

    (a)

    bidliet minħabba miżuri ta’ emerġenza meħtieġa biex jiġu indirizzati diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi formalment rikonoxxuti bħala tali mill-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew modifiki minħabba bidla sinifikanti u f’daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru;

    (b)

    bidliet meħtieġa wara l-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew bidliet meħtieġa wara d-deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Unjoni Ewropea;

    (c)

    bidliet wara miżuri eċċezzjonali adottati skont l-Artikoli 219, 220 jew 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

    (d)

    bidliet meħtieġa minħabba l-introduzzjoni tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew il-modifiki tagħhom;

    (e)

    bidliet minħabba diżimpenn awtomatiku għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/2116; jew

    (f)

    bidliet li jappartjenu għall-interventi skont it-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 imsemmi fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament.

    2.   It-talba għal emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (e), għandha tiġi ppreżentata sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena kalendarja.

    3.   Talba għal emenda li tikkombina l-bidliet fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma’ bidliet oħra fil-Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tgħodd fin-numru massimu ta’ talbiet għal emenda stabbilit fl-Artikolu 119(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    Artikolu 5

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2289 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u dwar is-sistema elettronika għall-iskambju sigur ta’ informazzjoni (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 463).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

    (6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).


    ANNESS

    Tipi ta’ emendi tal-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 2(1):

    1.

    Reviżjoni tal-outputs ippjanati jew iffissar/reviżjoni tal-koeffiċjenti ta’ tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    2.

    Tibdiliet relatati mal-kundizzjonalità msemmija fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    3.

    Trasferiment relatat mad-digressività u l-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    4.

    Bidliet relatati ma’ interventi f’ċerti setturi msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    5.

    Allokazzjoni ta’ ammont li għandu jingħata bħala kontribut lil InvestEU msemmi fl-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    6.

    Bidliet wara rieżami tad-deċiżjonijiet biex jintużaw l-allokazzjonijiet għall-pagamenti diretti għall-interventi f’ċerti setturi, imsemmija fl-Artikolu 88(7) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    7.

    Trasferimenti minħabba flessibbiltà bejn l-allokazzjonijiet ta’ pagamenti diretti u l-allokazzjonijiet tal-FAEŻR, imsemmija fl-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    8.

    Bidliet relatati mat-tipi ta’ intervent għall-pagamenti diretti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu II, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    9.

    Żieda tal-elementi neqsin fi Pjan Strateġiku tal-PAK approvat imsemmi fl-Artikolu 118(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    10.

    Bidliet relatati mal-interventi għall-iżvilupp rurali stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu IV, tar-Regolament (UE) 2021/2115 għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 119(9) ta’ dak ir-Regolament;

    11.

    Bidliet minħabba rieżami tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    12.

    Bidliet relatati mal-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament;

    13.

    Bidliet relatati ma’ elementi oħra tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għajr dawk stabbiliti fil-punti 1 sa 12.


    Top