Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0257

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/257 tas-6 ta’ Frar 2023 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/778

    ĠU L 35, 7.2.2023, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/257/oj

    7.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 35/19


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/257

    tas-6 ta’ Frar 2023

    li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu tal-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-użu taż-żejt essenzjali tal-ilang ilang bħala addittiv fl-għalf ġie awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1412 (2) għal perjodu ta’ 10 snin.

    (2)

    Fil-miżura tranżizzjonali stabbilita fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412, ġiet indikata data żbaljata għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412 jiġi kkoreġut kif xieraq.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1412, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Settembru 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1412 tad-19 ta’ Awwissu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali ilang ilang mill-Cananga odorata (Lam) Hook f. & Thomson bħala addittiv tal-ikel għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 217, 22.8.2022, p. 1).


    Top