Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2754

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2754 tal-4 ta’ Diċembru 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE (ETS Marittima u Stazzjonarja)

    ST/14989/2023/INIT

    ĠU L, 2023/2754, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2754/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2754/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2754

    8.12.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2754

    tal-4 ta’ Diċembru 2023

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE (ETS Marittima u Stazzjonarja)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

    (2)

    Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 (6) jenħtieġ li jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    L-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, tal-4 ta’ Diċembru 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. BOLAÑOS GARCÍA


    (1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali, (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105).

    (4)  Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ skambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).

    (5)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 (ĠU L 110, 25.4.2023, p. 21).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 30).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

    ta’ …

    li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (5)

    Il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jinħarġu għas-sena 2027 skont l-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2025 u, bħal fil-każ tas-Sistema eżistenti għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, se tistabbilixxi l-limitu bħala kwantità ta’ kwoti fiż-ŻEE kollha. Jenħtieġ li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jipprovdu data tal-input u ser jiġu kkonsultati matul il-proċess ta’ tħejjija tad-Deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni.

    (6)

    L-inkorporazzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Istati tal-EFTA tar-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.

    (7)

    Abbażi tal-unjoni reġjonali tal-Liechtenstein mal-Iżvizzera u f’konformità mat-trattat bilaterali dwar l-imposti ambjentali (5), tiġi applikata taxxa fuq is-CO2 fil-Liechtenstein, li l-amministrazzjoni tiegħu, inkluż il-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar, titwettaq mill-awtoritajiet u l-entitajiet Żvizzeri. Għalhekk għal-Liechtenstein, fir-rigward tal-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u oħrajn addizzjonali, rieżami tad-data tat-tmiem tad-deroga skont l-Artikolu 30e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u eżenzjoni mir-regoli amministrattivi relatati sa dak iż-żmien u l-aġġustamenti korrispondenti fis-sorsi tad-data dwar l-emissjonijiet huma xierqa.

    (8)

    Iċ-ċifri ppubblikati bid-Deċiżjoni (UE) 2023/1575 għall-kwantità ta’ kwoti għall-Unjoni kollha għall-2024 u t-tnaqqis annwali tal-kwoti li għandhom jinħarġu li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-fattur lineari ta’ tnaqqis jinkludu l-Istati tal-EFTA, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/959.

    (9)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    jiżdied l-inċiż li ġej:

    ‘—

    32023 L 0959: Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).”;

    (ii)

    l-adattament (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    ‘(d)

    L-Artikolu 3d(4), ir-raba’ sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3ga (3), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 30d(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30e(3)(h) ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.”;

    (iii)

    fl-adattament (e), il-kliem “Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 9” huma sostitwiti bil-kliem “Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9”;

    (iv)

    l-adattament (j) jitħassar; l-adattamenti (f) sa (i) huma nnumerati mill-ġdid bħala (g) sa (j);

    (v)

    l-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (e):

    ‘(f)

    Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9:

    “Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, iċ-ċifri meqjusa għall-kalkolu tal-kwantità ta’ kwoti fiż-ŻEE kollha li għandhom jinħarġu mill-2024’il quddiem skont dan l-Artikolu huma stabbiliti fil-Parti B tal-Appendiċi.” ’;

    (vi)

    l-adattamenti (t) u (u) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (z) u (za); l-adattamenti (l) sa (s) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (o) sa (v); adattament (k) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-adattament (l);

    (vii)

    l-adattament li ġej jiddaħħal wara (j):

    ‘(k)

    Fl-Artikolu 10a(1), il-kliem “, jew obbligi ekwivalenti, skont il-liġi nazzjonali fl-Istati tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”’.;

    (viii)

    l-adattazzjonijiet li ġejjin huma miżjuda wara l-addattament (l):

    ‘(m)

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(3):

    “Deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-Istati tal-EFTA, għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE.” ’

    (n)

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 12(3-c):

    ‘Deċiżjonijiet dwar talbiet magħmula minn żewġ Stati tal-EFTA, għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE.”’;

    (ix)

    it-test tal-adattament (o) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    ‘Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3):

    “L-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu għal multi għal emissjonijiet eċċessivi li huma ekwivalenti għal dawk tal-Istati Membri tal-UE.” ’;

    (x)

    it-test tal-adattament (s) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 18b(1):

    ‘Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu l-assistenza tal-EMSA jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u jistgħu jikkonkludu għal dak il-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.”’;

    (xi)

    l-adattamenti li ġejjin jiżdiedu wara l-adattament (v):

    ‘(w)

    Is-sentenza li ġejja tiżdied fis-sitt subparagrafu tal-Artikolu 30d(4):

    “Fil-każ imsemmi f’dan is-subparagrafu, is-sehem tal-kwoti tal-Istati tal-EFTA magħmula disponibbli għall-Fond Soċjali għall-Klima f’konformità mal-Artikolu 10a(8b) ta’ din id-Direttiva, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u dan il-paragrafu ma għandhomx jiġu affettwati.”

    (x)

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Artikolu 30e(3)(a) huwa sostitwit bil-paragrafu li ġej:

    “L-Istat tal-EFTA kkonċernat jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar dik it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju mhux aktar tard minn 2-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE …/2023 ta’ … [din id-Deċiżjoni], u jiddokumenta l-livell tat-taxxa billi jipprovdi referenzi għall-istrument nazzjonali rilevanti rigward ir-rata tat-taxxa attwali u r-rati tat-taxxa indikati sal-2030; l-Istat tal-EFTA kkonċernat jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bi kwalunkwe bidla sussegwenti fit-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju; l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha minnufih, u mhux aktar tard minn xahar (1) wara dan, tikkomunika kwalunkwe notifika minn Stat tal-EFTA lill-Kummissjoni;”

    (y)

    Is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 30e(3):

    “Għal-Liechtenstein, l-applikazzjoni tad-data tat-tmiem tad-deroga, l-31 ta’ Diċembru 2030, se tiġi rieżaminata bħala parti mid-Deċiżjoni li jmiss tal-Kumitat Konġunt dwar id-Direttiva 2003/87/KE wara r-rieżami ta’ Lulju 2026 tad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu r-regoli rilevanti applikabbli fil-Liechtenstein minħabba l-unjoni reġjonali tiegħu mal-Iżvizzera u b’mod partikolari t-taxxa fuq is-CO2 u l-amministrazzjoni tagħha kif regolata f’konformità mat-trattat bilaterali dwar l-imposti ambjentali fid-dawl tal-ekwivalenza tagħhom mas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali, u sa fejn ikun possibbli r-riżultati tar-rieżami tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30i ta’ dik id-Direttiva.

    Sakemm tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li jmiss dwar id-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikoli 30b u 30f tad-Direttiva 2003/87/KE ma għandhomx japplikaw fil-Liechtenstein. Kwalunkwe data rilevanti għall-aġġustamenti tal-kwantità ta’ kwoti għall-Unjoni kollha għal-Liechtenstein relatata mas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE se tittieħed mill-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UNFCCC għal-Liechtenstein sakemm id-data ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 30f tad-Direttiva ma tkunx disponibbli.” ’;

    (xii)

    it-test tal-Parti B tal-appendiċi tal-adattament (za) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “PARTI B

    Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA relevanti għall-kalkolu u l-aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar iż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE

    Għad-determinazzjoni ta’ dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 2.2 % mill-2021 sal-2023, 4.3 % mill-2024 sal-2027 u 4,4 % mill-2028.

    PAK 2021-2030

    L-Iżlanda

    In-Norveġja

    2021

    1 432 642

    16 304 948

    2022

    1 393 440

    15 858 793

    2023

    1 354 238

    15 412 638

    2024

    1 227 504

    14 242 697

    2025

    1 148 901

    13 331 215

    2026

    1 045 721

    12 140 314

    2027

    967 476

    11 235 954

    2028

    887 411

    10 310 563

    2029

    807 347

    9 385 171

    2030

    727 282

    8 459 779

    Dawn iċ-ċifri ma jinkludux il-kwoti li jikkorrispondu għall-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ETS tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għajr l-emissjonijiet tas-CO2 mill-attivitajiet tat-trasport marittimu mill-1 ta’ Jannar 2026 u l-kopertura tal-emissjonijiet tal-bastimenti offshore mill-1 ta’ Jannar 2027, abbażi tal-emissjonijiet tagħhom għall-aktar sena reċenti li għaliha hemm data disponibbli.’.

    2.

    L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 21alj (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    ‘—

    32023 D 0852: Id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 (ĠU L 110, 25.4.2023, p. 21),

    32023 L 0959: Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).”.

    3.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21apn (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1722):

    ‘21apo.

    32023 D 1575: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1575 tas-27 ta’ Lulju 2023 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 30).”.

    4.

    Il-punt 21aw (ir-Regolament (UE) Nru 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE”;

    (ii)

    jiżdied l-inċiż li ġej:

    ‘—

    32023 R 0957: Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105).”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) 2023/957, id-Direttiva (UE) 2023/959 u d-Deċiżjonijiet (UE) 2023/852 u (UE) 2023/1575 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, skont liema wieħed minnhom ikun l-aħħar (*1).

    [Għandha tapplika mill-31 ta’ Diċembru 2023.]

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, ….

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)   ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105.

    (2)   ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134.

    (3)   ĠU L 110, 25.4.2023, p. 21.

    (4)   ĠU L 192, 31.7.2023, p. 30.

    (5)  Vertrag zwischen dem Fürstentum Liechtenstein und der Schweizerischen Eidgenossenschaft betreffend die Umweltabgaben im Fürstentum Liechtenstein, abgeschlossen am 29. Januar 2010 (LGBl. 2010 Nr. 12).

    (*1)  [Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2754/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top