This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2532
Decision (EU) 2023/2532 of the European Central Bank of 9 November 2023 amending Decision (EU) 2022/911 concerning the terms and conditions of TARGET-ECB (ECB/2022/22) (ECB/2023/27)
Deċiżjoni (UE) 2023/2532 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (EU) 2022/911 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE (BĊE/2022/22) (BĊE/2023/27)
Deċiżjoni (UE) 2023/2532 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (EU) 2022/911 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE (BĊE/2022/22) (BĊE/2023/27)
ECB/2023/27
ĠU L, 2023/2532, 16.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2532/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2532 |
16.11.2023 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/2532 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta’ Novembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (EU) 2022/911 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE (BĊE/2022/22) (BĊE/2023/27)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (1), li tipprevedi l-bidu tal-operazzjonijiet ta’ sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) tal-ġenerazzjoni l-ġdida. |
(2) |
Fis-7 ta’ Settembru 2023, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida (UE) 2023/2415 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/22) (2), li temenda l-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8). L-għan tal-emendi kien li: (a) jiċċaraw ċerti aspetti rigward l-użu tat-trademarks relatati mas-servizzi TARGET; (b) jispeċifikaw ulterjorment ir-rekwiżit għall-banek ċentrali tal-Eurosistema (BĊi tal-Eurosistema) li jiżguraw li l-ebda kontijiet għajr kontijiet TARGET ma jinfetħu għal parteċipanti eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET għall-iskop li jipprovdu servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik il-Linja Gwida; (c) jintroduċu miżuri għat-taffija f’każ ta’ nuqqas ta’ konnessjoni ta’ BĊ tal-Eurosistema mat-TARGET; (d) jistabbilixxu l-użu obbligatorju tas-soluzzjoni ta’ kontinġenza mill-21 ta’ Marzu 2025 għad-detenturi kollha ta’ kontijiet ta’ kontanti ddedikati għas-saldu gross f’ħin reali u għas-sistemi anċillari kollha li jipparteċipaw fit-TARGET; (e) jintroduċu kjarifiki relatati mal-partijiet li jistgħu jintlaħqu deżinjati mis-sistemi anċillari li jużaw is-saldu ta’ pagament istantanju (TIPS) fil-TARGET; (f) jintroduċu l-politika riveduta tal-ipprezzar TIPS; u (g) jintroduċu ċerti reviżjonijiet editorjali. |
(3) |
Emendi li jsiru għal-Linja Gwida (EU) 2022/912 (BĊE/2022/8) li jaffetwaw it-termini u kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE għandhom jiġu riflessi fid-Deċiżjoni (EU) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/22) (3). |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat l-allinjament mad-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida (UE) 2023/2415 (BĊE/2023/22), din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2023. |
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej: “2. Skont l-Artikolu 9(2) tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), mid-data li fiha tibda l-operazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni Kollaterali tal-Eurosistema (ECMS), kif ikkomunikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, il-BĊE ma għandux jiftaħ kontijiet għajr kontijiet TARGET għal parteċipanti eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET għall-fini li jipprovdu servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), bl-eċċezzjoni ta’ kontijiet li jintużaw biex jinżammu fondi sekwestrati jew fondi mirhuna lil kreditur terz jew fondi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1)) (*1). (*1) Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).”;" |
2. |
L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-deċiżjoni; |
3. |
L-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-deċiżjoni; |
4. |
L-Anness III tad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) huwa emendat skont l-Anness III ta’ din id-deċiżjoni; |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-20 ta' Novembru 2023.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Novembru 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84).
(2) Linja Gwida (UE) 2023/2415 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2022/912 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (BĊE/2022/8) (BĊE/2023/22) (ĠU L 2023/2415, 27.10. 2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2023/2415/oj
(3) Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-ECB u li tħassar id-Deċiżjoni 2007//7 (BĊE/2022/22) ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) hija emendata kif ġej:
1. |
Il-Parti I hija emendat kif gej:
|
2. |
Il-Parti II hija emendat kif gej:
|
3. |
Il-Parti VII hija emendat kif gej:
|
4. |
fl-Appendiċi VI, it-taqsima 6 (FEES FOR TIPS DCA HOLDERS) hija sostitwita b’dan li ġej: “6. FEES FOR TIPS DCA HOLDERS
|
5. |
fl-Appendiċi VI, it-taqsima 7 (TARIFFI GĦALL-UŻU TAT-TIPS BĦALA PROĊEDURA TA’ SALDU) hija sostitwita b’dan li ġej: “7. FEES FOR AS USING TIPS AS SETTLEMENT PROCEDURE
|
ANNESS II
L-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
‘ANNEX II
TARGET GOVERNANCE ARRANGEMENTS
Level 1 — Governing Council |
Level 2 — Technical and operational management body |
Level 3 — Level 3 NCBs |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
Final competence in relation to all TARGET issues, in particular the rules for the decision making in TARGET, and responsible for safeguarding the public function of TARGET |
|
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
|
(Not applicable) |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
Deciding on the level of service |
Verifying that the service was delivered in accordance with the agreed Service level |
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
Deciding in case of escalation |
|
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
(Not applicable) |
(Not applicable).’ |
ANNESS III
L-Anness III tad-Deċiżjoni (UE) 2022/911 (BĊE/2022/22) hija emendata kif ġej:
1. |
il-punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
2. |
il-punt 54 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2532/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)