This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1431
Commission Implementing Decision (EU) 2023/1431 of 30 June 2023 concerning exemptions from the extended anti-dumping duty on certain bicycle parts originating in the People’s Republic of China pursuant to Regulation (EC) No 88/97
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1431 tat-30 ta’ Ġunju 2023 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1431 tat-30 ta’ Ġunju 2023 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97
C/2023/4318
ĠU L 175, 10.7.2023, p. 17–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1431
tat-30 ta’ Ġunju 2023
dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikoli minn 4 sa 7 tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping. |
(3) |
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika. |
(4) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”). |
(5) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/611 (5) tas-17 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista aġġornata tal-partijiet li qed jiġu eżaminati u l-lista tal-partijiet eżentati. |
(6) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
1. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
(7) |
Bejn il-15 ta’ Lulju 2020 u l-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
(8) |
Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. |
(9) |
Il-kummenti li waslu mingħand Decathlon Sp. z o.o. il-Polonja, relatati mad-data effettiva tas-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji għall-partijiet li qed jiġu eżaminati ġew indirizzati u rifjutati fil-premessi minn (22) sa (27) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1461 tas-26 ta’ Awwissu 2022 (6). |
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet debitament sostanzjati rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
2. L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI
(11) |
L-eżami tal-mertu tat-talba mill-parti elenkata fit-Tabella 1 ġiet konkluża. Tabella 1
|
(12) |
Matul l-eżami tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxi anqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha mmuntati mill-parti elenkata fit-Tabella 1. |
(13) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet ta’ immuntar tal-parti elenkata fit-Tabella 1 jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
(14) |
Għal din ir-raġuni, u f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-parti elenkata fit-Tabella 1 issodisfat il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż. |
(15) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talba li tkun debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-parti li qed titlob eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data. |
(16) |
Il-parti interessata ġiet infurmata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħha u ngħatat opportunità biex tikkummenta fuqhom. |
(17) |
Peress li l-eżenzjoni tapplika biss għall-parti speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-parti eżentata tinnotifika lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien dwar kull tibdil għal din l-eżenzjoni (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara li jitwaqqfu entitajiet ġodda tal-immuntar). |
(18) |
F’każ li r-referenza tinbidel, jenħtieġ li l-parti eżentata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attività tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti. |
3. SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI
(19) |
L-eżami tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż mingħand dawn il-partijiet huwa sospiż. |
(20) |
Billi s-sospensjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) minnufih dwar kwalunkwe bidla fihom (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-immuntar). |
(21) |
F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali parti. Tabella 2
|
4. AĠĠORNAMENT TAR-REFERENZI GĦALL-PARTIJIET EŻENTATI
(22) |
Bejn it-28 ta’ Ġunju 2022 u l-10 ta’ Marzu 2023, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 3 innotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet f’isimhom u fl-indirizzi tagħhom. Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni ppreżentata, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni. |
(23) |
Filwaqt li l-eżenzjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni tibqa’ mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati. Tabella 3
|
5. TALBA GĦAL EŻENZJONI DDIKJARATA INAMMISSIBBLI
(24) |
Fit-8 ta’ Lulju 2022, il-parti elenkata fit-Tabella 4 ippreżentat talba għal eżenzjoni li nstab li kienet inammissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, minħabba li ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4(1) u 4(2). Tabella 4
|
(25) |
Il-parti elenkata fit-Tabella 4 ġiet informata dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħatat l-opportunità tikkummenta dwarhom. Ma wasal l-ebda kumment ieħor dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. |
6. IL-PARTI LI GĦALIHA L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI HIJA REVOKATA
(26) |
Fit-8 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ġiet innotifikata li l-parti eżentata elenkata fit-Tabella 5, iffinalizzat u temmet l-attivitajiet tagħha. B’mod partikolari, fit-18 ta’ Lulju 2022 il-Qorti Taljana stabbiliet il-falliment ta’ Cicli Elios srl. |
(27) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-awtorizzazzjoni għal eżenzjoni mogħtija lil Cicli Elios srl jenħtieġ li tiġi revokata mit-18 ta’ Lulju 2022, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
(28) |
Il-parti elenkata fit-Tabella 5 ġiet informata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħatat l-opportunità tikkummenta dwarhom. |
(29) |
Cicli Elios srl ikkummentat billi talbet lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid ir-revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni tagħha. |
(30) |
Il-Kummissjoni, wara li debitament ivvalutat it-talba, ikkonkludiet li ma ġie ppreżentat l-ebda argument ġdid insostenn ta’ rivalutazzjoni tal-konklużjonijiet żvelati preċedentement. Għaldaqstant, ir-revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni ġiet ikkonfermata u għaldaqstant il-parti ġiet informata. Tabella 5
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu hija b’dan eżentata mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talba tal-parti ’l quddiem. Din id-data hija indikata fil-kolonna intitolata “Id-data effettiva”.
L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-parti speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-parti eżentata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih, b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz, waqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.
Il-parti eżentata
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Id-data effettiva |
C720 |
Propain Bicycles GmbH |
Schachenstraße 39, 88267 Vogt - Il-Ġermanja |
1.7.2021 |
Artikolu 2
Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom ikunu effettivi b’seħħ mid-dati li fihom jaslu t-talbiet għas-sospensjoni tal-partijiet rispettivi. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.
Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qed jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet tal-immuntar tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu kwalunkwe tibdil fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi u fl-indirizzi tal-partijiet, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
Il-partijiet li qed jiġu eżaminati
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Id-data effettiva |
||
C557 |
Berria Bike S.L. |
|
30.3.2022 |
||
C860 |
Profil Bicycles CZ s.r.o. |
|
20.2.2022 |
||
C863 |
Decathlon Sp. z o.o. |
|
21.3.2022 |
||
C896 |
Cyclision s.r.o. |
|
8.8.2022 |
||
C991 |
Bicicletas Mendiz S.A. |
|
26.10.2022 |
||
899I |
Adrisport sas |
|
21.4.2023 |
Artikolu 3
Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” tat-Tabella.
Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawk il-partijiet eżentati kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.
Il-partijiet eżentati jew sospiżi li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Referenza preċedenti |
Referenza ġdida |
Id-data effettiva |
||||||
C009 |
|
|
1.7.2022 |
||||||
A576 |
|
|
9.2.2023 |
||||||
A726 |
|
|
19.4.2023 |
Artikolu 4
It-talba għal eżenzjoni ppreżentat mill-parti elenkati fit-Tabella ta’ dan l-Artikolu hija inammissibbli u għalhekk miċħuda f’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.
Din iċ-ċaħda għandha tieħu effett b’seħħ mid-data prevista fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Parti li għaliha t-talba ta’ eżenzjoni ġiet miċħuda
Isem |
Indirizz |
Id-data effettiva |
||
Cycle Center 53-11 BV |
|
28.7.2022 |
Artikolu 5
L-awtorizzazzjoni tal-eżenzjoni mill-pagament tad-dazju anti-dumping estiż hija b’dan revokata għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu.
Din ir-revoka għandha tieħu effett b’seħħ mid-data prevista fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.
Il-parti li għaliha l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija revokata
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Isem |
Indirizz |
Id-data effettiva |
||
8605 |
Cicli Elios srl |
|
18.7.2022 |
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli minn 1 sa 5 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Valdis DOMBROVSKIS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(4) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/611 tas-17 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 67), Anness II.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1461 tas-26 ta’ Awwissu 2022 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 229, 5.9.2022, p. 69).
(7) Il-parti hija avżata li tuża l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.
(8) Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.