Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1350

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1350 tat-28 ta’ Ġunju 2023 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2023)

    ST/10536/2023/INIT

    ĠU L 168, 3.7.2023, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1350/oj

    3.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 168/43


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1350

    tat-28 ta’ Ġunju 2023

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2023)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1548 (2), li ħatret lis-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

    (3)

    Fit-28 ta’ Ġunju 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1045 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala l-Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

    (4)

    Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1303 (4), li testendi l-mandat ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024.

    (5)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2023,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2023.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    D. PRONK


    (1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1548 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2020) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 5).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1045 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022) (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 75).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1303 tas-26 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 161, 27.6.2023, p. 64).


    Top