EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0726(01)

Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tad-19 ta'Ġunju 2023 dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna 2023/C 263/04

ĠU C 263, 26.7.2023, p. 16–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

26.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/16


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ

tad-19 ta'Ġunju 2023

dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(2023/C 263/04)

IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1) (minn hawn ’il quddiem id-“Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn ’il quddiem is-“SEAE”), bħala korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni Ewropea (UE), għandu jkollu regoli tas-sigurtà, kif previst fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (minn hawn ’il quddiem ir-“Rappreżentant Għoli” jew ir-“RGħ”) għandu jiddeċiedi dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-SEAE li jkopru l-aspetti kollha tas-sigurtà rigward il-funzjonament tas-SEAE, sabiex ikun jista’ jiġġestixxi b’mod effettiv ir-riskji għall-persunal taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għall-assi fiżiċi, għall-informazzjoni, u għall-viżitaturi tiegħu, u jwettaq id-dmir ta’ diliġenza u r-responsabbiltajiet tiegħu f’dan ir-rigward.

(3)

B’mod partikulari, jenħtieġ li jingħata livell ta’ protezzjoni lill-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE, lill-assi fiżiċi tas-SEAE, inkluż is-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, lill-informazzjoni u lill-viżitaturi, li jkun konformi mal-aħjar prattika fil-Kunsill, fil-Kummissjoni, fl-Istati Membri u, kif xieraq, fl-organizzazzjonijiet internazzjonali.

(4)

Ir-regoli tas-sigurtà għas-SEAE jenħtieġ li jgħinu sabiex jinkiseb qafas ġenerali komprensiv aktar koerenti fl-UE għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-UE (minn hawn ’il quddiem imsejħa “IKUE”), u jiġu msejsa fuq ir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kunsill”) u dwar id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, u jżomm il-koerenza magħhom kemm jista’ jkun.

(5)

Is-SEAE, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li japplikaw standards ekwivalenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE.

(6)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għall-istrumenti li jimplimentawhom.

(7)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-organizzazzjoni tas-sigurtà fis-SEAE u l-allokazzjoni tal-kompiti tas-sigurtà fl-istrutturi tas-SEAE.

(8)

Ir-Rappreżentant Għoli jenħtieġ li juża l-għarfien espert rilevanti fl-Istati Membri, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni kif meħtieġ.

(9)

Ir-Rappreżentant Għoli jenħtieġ li jieħu l-miżuri kollha xierqa li jkunu neċessarji biex jimplimenta dawn ir-regoli bl-appoġġ tal-Istati Membri, tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

(10)

Filwaqt li s-Segretarju Ġenerali tas-SEAE huwa l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, huwa xieraq li jiġu riveduti r-regoli tas-sigurtà tas-SEAE speċjalment biex jitqies l-istabbiliment taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet u, għal dak l-għan, biex titħassar u tiġi sostitwita d-Deċiżjoni ADMIN (2017)10 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Settembru 2017 (2).

(11)

F’konformità mal-Artikolu 15(4)(a) tad-Deċiżjoni ADMIN (2017) 10 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Settembru 2017 dwar ir-regoli tas-sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE ġie kkonsultat dwar l-emendi previsti għar-regoli tas-sigurtà tas-SEAE.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn ’il quddiem “ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE”).

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, din għandha tapplika għall-persunal kollu tas-SEAE u l-persunal kollu fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom, u għandha tistabbilixxi l-qafas regolatorju ġenerali għall-ġestjoni effettiva tar-riskji għall-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE kif imsemmi fl-Artikolu 2, għall-bini, għall-assi fiżiċi, għall-informazzjoni, u għall-viżitaturi tas-SEAE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Persunal tas-SEAE” tfisser l-uffiċjali tas-SEAE u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-persunal mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri impjegati bħala aġenti temporanji, u esperti nazzjonali ssekondati, kif definit fl-Artikolu 6(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, rispettivament.

(b)

“Persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE” tfisser il-persunal tas-SEAE fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-persunal l-ieħor kollu tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, irrispettivament mill-istatus amministrattiv jew l-oriġini tagħhom, kif ukoll, fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Rappreżentant Għoli u, kif xieraq, membri oħra tal-persunal residenti fil-bini tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE.

(c)

“Dipendenti eliġibbli” tfisser il-membri tal-familja tal-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE f’Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jagħmlu parti mill-unità domestika rispettiva tagħhom kif notifikat lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Istat riċevitur, u li effettivament jirrisjedu mal-membru tal-persunal fil-post tal-impjieg fil-mument tal-evakwazzjoni mill-pajjiż.

(d)

“Bini tas-SEAE” tfisser l-istabbilimenti kollha tas-SEAE, inkluż il-bini, l-uffiċċji, il-kmamar u żoni oħra, kif ukoll żoni fejn jinżammu sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni (inkluż dawk li jittrattaw l-IKUE), fejn is-SEAE jwettaq attivitajiet permanenti jew temporanji.

(e)

“Interessi tas-sigurtà tas-SEAE” tfisser il-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE, il-bini tas-SEAE, id-dipendenti, l-assi fiżiċi, inkluż is-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, l-informazzjoni, u l-viżitaturi.

(f)

“IKUE” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal magħżula minn klassifikazzjoni ta’ sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew għal Stat Membru wieħed jew aktar.

(g)

“Delegazzjoni tal-Unjoni” tfisser delegazzjonijiet f’pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE u l-uffiċċji tal-UE u f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE.

Definizzjonijiet oħra għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni jinsabu fl-Annessi rilevanti u fl-Appendiċi A.

Artikolu 3

Dmir ta’ diliġenza

1.   Il-mira tar-regoli tas-sigurtà tas-SEAE għandha tkun it-twettiq tad-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE u r-responsabbiltajiet tiegħu f’dan ir-rigward.

2.   Id-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE jinkludi d-diliġenza dovuta fit-teħid tal-passi raġonevoli kollha biex jiġu implimentati miżuri tas-sigurtà li jevitaw ħsara prevedibbli b’mod raġonevoli lill-interessi tas-sigurtà tas-SEAE.

Ikopri kemm komponenti tas-sigurtà kif ukoll komponenti tas-sikurezza, inkluż dawk li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew minn kriżijiet, tkun xi tkun in-natura tagħhom.

3.   Waqt li jqis id-dmir ta’ diliġenza tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u partijiet oħra b’persunal f’Delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew fil-bini ta’ Delegazzjonijiet tal-Unjoni u d-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE rigward id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni ospitati fil-bini ta’ partijiet oħra msemmija hawn fuq, is-SEAE għandu jidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ kull waħda mill-entitajiet imsemmija hawn fuq li għandhom jindirizzaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, il-kompiti u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni rispettivi.

Artikolu 4

Sigurtà fiżika u tal-infrastruttura

1.   Is-SEAE għandu jistabbilixxi l-miżuri xierqa kollha ta’ sigurtà fiżika (permanenti jew temporanji), inkluż arranġamenti dwar il-kontroll tal-aċċess, fil-bini kollu tas-SEAE, għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE. Miżuri bħal dawn għandhom jitqiesu fit-tfassil u fl-ippjanar ta’ binjiet ġodda jew qabel jinkrew binjiet eżistenti.

2.   Jistgħu jiġu imposti obbligi jew restrizzjonijiet speċjali fuq il-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u fuq id-dipendenti, għal raġunijiet ta’ sigurtà, għal perjodu speċifiku u f’żoni speċifiċi.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju vvalutat.

Artikolu 5

Stati ta’ Twissija u sitwazzjonijiet ta’ kriżi

1.   L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE kif definita fl-Artikolu 13(1), Taqsima I, għandha tkun responsabbli biex tiddefinixxi l-livelli ta’ stat ta’ twissija u biex tistabbilixxi miżuri xierqa ta’ stat ta’ twissija b’antiċipazzjoni ta’ theddid u inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà fis-SEAE, jew b’rispons għalihom.

2.   Il-miżuri ta’ stat ta’ twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta’ theddid għas-sigurtà. Il-livelli ta’ stat ta’ twissija għandhom jiġu ddefiniti mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE f’kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi kompetenti ta’ istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni, u tal-Istat jew l-Istati Membri li jospitaw il-bini tas-SEAE.

3.   L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tkun il-punt ta’ kuntatt għall-istati ta’ twissija u għar-rispons għal kriżi. Hija tista’ tissottodelega l-kompiti relatati, rispettivament, lid-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3)(a), it-tieni inċiż, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, għall-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, u lid-Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet (CRC) għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 6

Il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Il-protezzjoni tal-IKUE għandha tkun irregolata mir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, u b’mod partikulari fl-Anness A. Id-detentur ta’ kwalunkwe element ta’ IKUE għandu jkun responsabbli għall-protezzjoni tiegħu kif meħtieġ.

2.   Is-SEAE għandu jiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni klassifikata jingħata biss lill-individwi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artiklu 5 tal-Anness A.

3.   Il-kundizzjonijiet li bihom l-aġenti lokali jista’ jkollhom aċċess għall-IKUE għandhom jiġu stabbiliti wkoll mir-Rappreżentant Għoli, skont ir-regoli għall-protezzjoni tal-IKUE stabbiliti fl-Anness A għal din id-Deċiżjoni.

4.   Is-SEAE għandu jiżgura l-ġestjoni tal-istatus tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal kollu taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-kuntratturi tas-SEAE.

5.   Fejn l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata li jkollha l-marka ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà nazzjonali fl-istrutturi jew fin-networks tas-SEAE, is-SEAE għandu jipproteġi dik l-informazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE fil-livell ekwivalenti, kif jinsab fit-tabella tal-ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà li tinsab fl-Appendiċi B għal din id-Deċiżjoni.

6.   Żoni fis-SEAE li fihom tinħażen informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla minn hekk, jew ikklassifikata f’livell ekwivalenti, għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ Sigurtà f’konformità mar-regoli skont l-Anness AII għal din id-Deċiżjoni, u għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

7.   Il-proċeduri għat-twettiq tar-responsabbiltajiet tar-Rappreżentant Għoli fil-qafas tal-ftehimiet jew tal-arranġamenti amministrattivi għall-iskambju tal-IKUE ma’ Stati terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali huma deskritti fl-Annessi A u AVI għal din id-Deċiżjoni.

8.   Is-Segretarju Ġenerali għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet li skonthom is-SEAE jista’ jikkondividi l-IKUE miżmuma minnu ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni. Ser jiġi stabbilit qafas xieraq biex isir dan, inkluż billi jsiru ftehimiet interistituzzjonali jew arranġamenti oħra fejn meħtieġ għal dak il-għan.

9.   Kwalunkwe qafas bħal dan għandu jiżgura li l-IKUE tingħata protezzjoni xierqa għal-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha u skont il-prinċipji bażiċi u standards minimi li għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Inċidenti ta’ sigurtà, emerġenzi u rispons għall-kriżijiet

1.   Sabiex jiżgura rispons f’waqtu u effettiv għall-inċidenti relatati mas-sigurtà, is-SEAE għandu jistabbilixxi proċess għar-rapportar ta’ inċidenti u emerġenzi bħal dawn, li għandu jopera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, u jkopri kwalunkwe tip ta’ inċident u theddida għall-interessi tas-sigurtà tas-SEAE (pereżempju inċidenti, konflitti, atti malizzjużi, atti kriminali, sitwazzjonijiet ta’ ħtif u teħid ta’ ostaġġi, emerġenzi mediċi, inċidenti fis-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, ċiberattakki, eċċ.).

2.   Għandhom jiġu stabbiliti kanali ta’ kollegament ta’ emerġenza bejn il-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u l-Istati Membri, biex jingħataw appoġġa meta jirrispondu għal kriżijiet, inċidenti ta’ sigurtà u emerġenzi li jinvolvu lill-persunal, u l-konsegwenzi tagħhom, inkluż l-ippjanar ta’ kontinġenza.

3.   Dan ir-rispons għal inċidenti/emerġenzi/kriżijiet ta' sigurtà għandu jinkludi, fost l-oħrajn:

proċeduri biex jiġi appoġġat b'mod effettiv il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' theddid, inċident ta' sigurtà u emerġenzi li jinvolvi lill-persunal, inkluż deċiżjonijiet relatati mal-estrazzjoni jew is-sospensjoni ta' missjoni; u

politika u proċeduri għall-irkupru ta' persunal - pereżempju fil-każ ta' persunal nieqes jew sitwazzjonijiet ta' ħtif u ta' teħid ta' ostaġġi - b'kont meħud tar-responsabbiltajiet partikulari tal-Istati Membri, tal-Istituzzjonijiet tal-UE u tas-SEAE f'dan ir-rigward. Il-ħtieġa ta' kapaċitajiet speċifiċi, fil-ġestjoni ta' operazzjonijiet bħal dawn f'dan ir-rigward, għandha tiġi kkunsidrata waqt li jitqiesu r-riżorsi li jistgħu jiġu pprovduti mill-Istati Membri.

4.   Is-SEAE għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa biex jiġu rrappurtati inċidenti ta’ sigurtà fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni. Fejn xieraq, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, kwalunkwe awtorità rilevanti oħra, kif ukoll il-Kumitati rilevanti tas-Sigurtà għandhom jiġu informati.

5.   Il-proċessi ta’ rispons għal inċidenti, emerġenzi u kriżijiet għandhom jiġu pprattikati u riveduti b’mod regolari.

Artikolu 8

Is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni

1.   Is-SEAE għandu jipproteġi l-informazzjoni ttrattata fis-Sistemi ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (“SKI”) kif definit fl-Appendiċi A għal din id-Deċiżjoni minn theddid għall-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà, l-awtentiċità u n-nonripudju.

2.   Ir-regoli, il-linji gwida ta’ sigurtà u l-programm ta’ sigurtà għall-protezzjoni tas-SKI kollha li huma proprjetà tas-SEAE jew imħaddma minnu għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

3.   Ir-regoli, il-politika u l-programm għandhom ikunu konformi ma’ dawk tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tagħhom ikkoordinata mill-qrib ma’ tagħhom, u, fejn xieraq, mal-politiki tas-sigurtà applikati mill-Istati Membri.

4.   Is-SKI kollha li jittrattaw informazzjoni klassifikata għandhom ikunu soġġetti għal proċess ta’ akkreditazzjoni. Is-SEAE għandu japplika sistema għall-ġestjoni tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà f’konsultazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

5.   Fejn il-protezzjoni tal-IKUE ttrattata mis-SEAE tkun ipprovduta bi prodotti kriptografiċi, dawn il-prodotti għandhom jiġu approvati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika tas-SEAE wara rakkomandazzjoni mill-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill.

6.   L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha, sa fejn ikun neċessarju, tistabbilixxi l-funzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin:

(a)

Awtorità għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AAI);

(b)

Awtorità TEMPEST (AT);

(c)

Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK);

(d)

Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto (ADK).

7.   Għal kull sistema, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tistabbilixxi l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

Awtorità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Sigurtà (AAS);

(b)

Awtorità Operattiva għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (IAOA).

8.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu rigward il-protezzjoni tal-IKUE jinsabu fl-Anness A u A IV.

Artikolu 9

Ksur tas-sigurtà u kompromess ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Ksur tas-sigurtà jseħħ bħala r-riżultat ta’ att jew ommissjoni li jkunu kontra r-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u/jew li jkunu kontra l-politiki ta’ sigurtà u l-linji gwida li jistabbilixxu kwalunkwe miżura neċessarja għall-implimentazzjoni tagħha, kif approvati skont l-Artikolu 21(1).

2.   Kompromess ta’ informazzjoni klassifikata jseħħ meta din tkun ġiet żvelata totalment jew parzjalment lil persuni jew entitajiet mhux awtorizzati.

3.   Kwalunkwe ksur jew suspett ta’ ksur tas-sigurtà, u kwalunkwe kompromess jew suspett ta’ kompromess ta’ informazzjoni klassifikata, għandhom jiġu rrappurtati immedjatament lid-Direttur għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, li għandu jieħu l-miżuri xierqa kif jinsabu fl-Anness A, l-Artikolu 11.

4.   Kwalunkwe individwu responsabbli ta’ ksur tar-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, jew ta’ kompromess ta’ informazzjoni klassifikata, jista’ jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli, kif jinsab fl-Artikolu 11(3) tal-Anness A.

Artikolu 10

Investigazzjoni ta’ inċidenti, ksur u/jew kompromessi tas-sigurtà u azzjonijiet korrettivi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal (3), l-investigazzjonijiet ta' sigurtà jistgħu jinbdew u jitmexxew mid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE:

(a)

fil-każ ta’ rivelazzjoni, trattament ħażin jew kompromess potenzjali ta’ IKUE, Informazzjoni Klassifikata tal-Euratom jew informazzjoni sensittiva mhux klassifikata;

(b)

biex jiġu miġġielda attakki ostili tas-servizz tal-intelligence kontra s-SEAE u l-persunal tiegħu;

(c)

biex jiġu miġġielda attakki terroristiċi kontra s-SEAE u l-persunal tiegħu;

(d)

f’każ ta’ ċiberinċidenti;

(e)

f’każ ta’ inċidenti oħra li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw is-sigurtà ġenerali tas-SEAE, inkluż suspetti ta’ reati kriminali;

2.   L-awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, assistita mid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, mid-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet, u minn esperti mill-Istati Membri u/jew minn istituzzjonijiet oħra tal-UE kif xieraq, għandha timplimenta kwalunkwe azzjoni korrettiva meħtieġa li tirriżulta mill-investigazzjonijiet, meta u kif xieraq.

Huwa biss il-persunal awtorizzat abbażi ta’ mandat nominattiv mogħti lilu mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, minħabba d-dmirijiet attwali tiegħu, li jista’ jiġi fdat bis-setgħa li jmexxi u jikkoordina investigazzjonijiet ta’ sigurtà fis-SEAE.

3.   L-investigaturi għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq ta’ dawn l-investigazzjonijiet u għandhom jingħataw l-appoġġ sħiħ tas-servizzi u l-persunal kollha tas-SEAE f’dan ir-rigward.

L-investigaturi jistgħu jieħdu azzjonijiet xierqa biex jissalvagwardjaw it-traċċabbiltà tal-evidenza b’mod li jkun proporzjonat mas-serjetà tal-kwistjoni investigata.

4.   Fejn l-aċċess għall-informazzjoni jkun jirrigwarda data personali, inkluż dik f’sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, dan l-aċċess għandu jiġi pproċessat f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (4).

5.   Fejn ikun meħtieġ li tiġi stabbilita bażi ta’ data investigattiva li jkun fiha data personali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) għandu jiġi nnotifikat skont ir-regolament imsemmi hawn fuq.

Artikolu 11

Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà

1.   Sabiex jiġu ddeterminati l-ħtiġijiet protettivi ta’ sigurtà tas-SEAE, id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u d-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet għandhom jiżviluppaw u jżommu aġġornata metodoloġija komprensiva ta’ valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà, f’kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat tas-Sigurtà fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, mal-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

2.   Ir-riskji għall-interessi tas-sigurtà tas-SEAE għandhom jiġu ġestiti bħala proċess. Dan il-proċess għandu jkun immirat biex jiddetermina riskji magħrufa tas-sigurtà, jiddefinixxi miżuri ta’ sigurtà biex dawn ir-riskji jittaffew għal livell aċċettabbli u biex japplika miżuri f’konformità mal-kunċett ta’ difiża fil-fond. L-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn, u l-livell ta’ riskju, għandhom jiġu evalwati b’mod kontinwu.

3.   Ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ kull membru tal-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE; b’mod partikolari, il-persunal tal-UE waqt missjoni f’pajjiżi terzi għandu juża s-sens komun u jiddeċiedi bil-għaqal fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà proprja tiegħu, u jobdi r-regoli, ir-regolamenti, il-proċeduri u l-istruzzjonijiet applikabbli kollha tas-sigurtà.

4.   Sabiex jipprevjeni u jikkontrolla r-riskji għas-sigurtà, il-persunal awtorizzat jista’ jwettaq verifiki tal-preċedenti personali ta’ persuni li għalihom tapplika ta’ din id-Deċiżjoni, sabiex jiddetermina jkunx hemm theddida għas-sigurtà jekk tali persuni jingħataw aċċess għall-bini jew għall-informazzjoni tas-SEAE. Għal dak l-għan, u f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725, il-persunal awtorizzat ikkonċernat jista’: (a) juża kwalunkwe sors ta’ informazzjoni disponibbli għas-SEAE, waqt li jqis l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni; (b) jaċċessa l-fajl jew id-data tal-persunal fil-pussess tas-SEAE rigward individwi li jimpjega jew li jkun beħsiebu jimpjega, jew għall-persunal tal-kuntratturi, meta dan ikun iġġustifikat kif xieraq.

5.   Is-SEAE għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-interessi tiegħu jkunu protetti, u biex jevita ħsara li b’mod raġonevoli tista’ tkun prevista li ssirilhom.

6.   Il-miżuri tas-sigurtà fis-SEAE li jipproteġu l-IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha għandhom ikunu proporzjonati b’mod partikulari mal-livell ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà tagħha, mal-forma u l-volum tal-informazzjoni jew tal-materjal, mal-pożizzjoni u l-kostruzzjoni tal-faċilitajiet li jospitaw l-IKUE, u mat-theddida, inkluż it-theddida vvalutata lokalment, ta’ attivitajiet malizzjużi u/jew kriminali, inkluż l-ispjunaġġ, is-sabutaġġ u t-terroriżmu.

Artikolu 12

Sensibilizzazzjoni u taħriġ tas-sigurtà

1.   L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiżgura li d-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE ifassal programmi xierqa ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ tas-sigurtà. Il-persunal fil-Kwartieri Ġenerali għandu jirċievi l-informazzjoni u t-taħriġ meħtieġa għas-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà, li għandhom jingħataw mit-Timijiet tas-Sensibilizzazzjoni dwar is-Sigurtà tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE. Il-persunal fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll, fejn xieraq, id-dipendenti eliġibbli tagħhom, ser jirċievu l-informazzjoni u t-taħriġ meħtieġa għas-sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà f’livell proporzjonat mar-riskji fil-post tax-xogħol jew tar-residenza tagħhom, li għandhom jingħataw mit-Timijiet tal-Ġestjoni tas-Sigurtà f’koordinazzjoni mad-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet.

2.   Qabel ma jingħata aċċess għall-IKUE, u f’intervalli regolari wara dan, il-persunal għandu jiġi infurmat bir-responsabbiltajiet tiegħu, u jagħrafhom, għall-protezzjoni tal-IKUE f’konformità mar-regoli skont l-Artikolu 6.

Artikolu 13

L-organizzazzjoni tas-sigurtà fis-SEAE

Taqsima 1.     Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. F'dik il-kapaċità, s-Segretarju Ġenerali għandu jiżgura li:

(a)

il-miżuri tas-sigurtà jiġu kkoordinati kif meħtieġ mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mal-Kummissjoni, u, kif xieraq, ma’ Stati terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, fir-rigward tal-materji kollha ta’ sigurtà rilevanti għall-attivitajiet tas-SEAE, inkluż dwar in-natura tar-riskji għall-interessi tas-sigurtà tas-SEAE u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontrihom;

(b)

l-aspetti tas-sigurtà jitqiesu b’mod sħiħ mill-bidu nett fl-attivitajiet kollha tas-SEAE;

(c)

l-aċċess għal informazzjoni klassifikata jingħata biss lill-individwi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Anness A;

(d)

jittieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tal-istatus tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal kollu taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-kuntratturi tas-SEAE;

(e)

tiġi stabbilita sistema ta’ reġistru sabiex l-informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi ttrattata f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni fis-SEAE, u meta tiġi rilaxxata lill-Istati Membri tal-UE, lill-Istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji tal-UE jew riċevituri awtorizzati oħra. Għandu jinżamm rekord separat ta’ kull IKUE rilaxxata mis-SEAE lil Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, u tal-informazzjoni klassifikata kollha li tasal mingħand Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f)

jitwettqu l-ispezzjonijiet tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 16;

(g)

isiru investigazzjonijiet dwar kull ksur reali jew suspettat tas-sigurtà, kif ukoll dwar kull kompromess reali jew suspettat jew telf ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma mis-SEAE jew li toriġina minnu, u li l-awtoritajiet rilevanti tas-sigurtà jintalbu sabiex jassistu f’dawn l-investigazzjonijiet;

(h)

jiġu stabbiliti pjanijiet u mekkaniżmi xierqa ta’ ġestjoni għall-inċidenti u għall-konsegwenzi tagħhom biex jingħata rispons f’waqtu u effettiv għall-inċidenti tas-sigurtà;

(i)

jittieħdu miżuri xierqa fil-każ ta’ individwi li jonqsu milli jirrispettaw din id-Deċiżjoni;

(j)

ikun hemm fis-seħħ miżuri fiżiċi u organizzazzjonali xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE.

F'dan ir-rigward, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE:

tistabbilixxi l-kategorija ta' sigurtà tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni,

tistabbilixxi mekkaniżmu ta' rispons għall-kriżijiet u tiddefinixxi l-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu;

tiddeċiedi, wara li tikkonsulta mar-Rappreżentant Għoli, fejn xieraq, meta l-persunal ta' Delegazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi evakwat jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà tkun tirrikjedi hekk,

tiddeċiedi dwar il-miżuri li għandhom jiġu applikati għall-protezzjoni tad-dipendenti eliġibbli, meta xieraq, waqt li jitqiesu l-arranġamenti mal-istituzzjonijiet tal-UE kif imsemmija fl-Artikolu 3(3);

tapprova l-politika tal-komunikazzjoni kriptografika, b'mod partikulari l-programm ta' installazzjoni ta' prodotti u mekkaniżmi kriptografiċi.

2.   F'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tkun assistita f'dawn il-kompiti b'mod konġunt minn:

(i).

id-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi li huwa assistit mid-Direttur għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE,

(ii).

id-Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet,

u, kif xieraq, mid-Deputat Segretarju Ġenerali għall-Paċi, is-Sigurtà u d-Difiża, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri ta' sigurtà li għandhom jittieħdu għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK.

3.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE jista’ jissottodelega l-kompiti tiegħu jew tagħha, kif xieraq.

4.   Kull Kap tad-Dipartiment/Diviżjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli, kif ukoll tal-Linji Gwida ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 21 ta’ din id-Deċiżjoni u kwalunkwe proċedura jew miżura oħra li għandha l-għan li tipproteġi l-IKUE fid-Dipartiment/Diviżjoni tiegħu.

Filwaqt li jibqa’ responsabbli kif imsemmi hawn fuq, kull Kap tad-Dipartiment/Diviżjoni għandu jaħtar persunal għal funzjoni ta’ Koordinatur tas-Sigurtà Dipartimentali. L-għadd ta’ membri tal-persunal b’tali funzjoni għandu jkun proporzjonat għall-ammont ta’ IKUE ttrattata minn dak id-Dipartiment/Diviżjoni.

Il-Koordinaturi Dipartimentali tas-Sigurtà għandhom, meta u kif ikun xieraq, jassistu u jappoġġaw il-Kap tad-Dipartiment/Diviżjoni tagħhom billi jwettqu kompiti relatati mas-sigurtà, billi fost l-oħrajn:

(a)

jiżviluppaw kwalunkwe rekwiżit ta’ sigurtà addizzjonali xieraq għall-ħtiġijiet speċifiċi tad-dipartiment/diviżjoni f’konsultazzjoni mad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE;

(b)

jikkomplementaw il-laqgħat perjodiċi ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà mogħtija mid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE lill-membri tad-Dipartiment/Diviżjoni tagħhom b’informazzjoni dwar rekwiżit ta’ sigurtà addizzjonali kif imsemmi fil-punt (a);

(c)

jassiguraw li l-prinċipju tal-ħtieġa ta’ tagħrif ikun irrispettat fid-Dipartiment/Diviżjoni tagħhom;

(d)

iżommu lista aġġornata tal-kodiċijiet u taċ-ċwievet tal-kaxxaforti, fejn applikabbli;

(e)

jiżguraw, fejn applikabbli, li l-proċeduri ta’ sigurtà u l-miżuri ta’ sigurtà jkunu aġġornati u effettivi;

(f)

jirrapportaw kwalunkwe ksur ta’ sigurtà u/jew kompromess ta’ IKUE kemm lid-Direttur tagħhom kif ukoll lid-Direttorat risponsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE;

(g)

jgħarrfu lill-membri tal-persunal li ma jibqgħux impjegati mas-SEAE;

(h)

jipprovdu rapporti regolari permezz tal-ġerarkija tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tad-Dipartiment/Diviżjoni;

(i)

iżommu kollegament mad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ sigurtà.

Kwalunkwe attività jew kwistjoni li jista’ jkollha impatt fuq is-sigurtà għandha tiġi nnotifikata mingħajr telf ta’ żmien lid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE.

Taqsima 2.     Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE

1.   Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jitqiegħed amministrattivament fid-Direttorat Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi. Għandu:

(a)

josserva r-responsabbiltajiet tad-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, u jkun responsabbli għall-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, inkluż fir-rigward tas-Sistemi ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (CIS) u s-sigurtà tal-informazzjoni għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni;

(b)

jimmaniġġa, jikkoordina, jissorvelja u/jew jimplimenta l-miżuri kollha ta’ sigurtà fil-bini kollu tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE;

(c)

jiżgura l-koerenza u l-konsistenza ma’ din id-deċiżjoni u mad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ kwalunkwe attività li jista’ jkollha impatt fuq il-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE;

(d)

jappoġġa l-attivitajiet tal-Awtorità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Sigurtà tas-SEAE billi jwettaq valutazzjonijiet tas-sigurtà fiżika tal-Ambjent ta’ Sigurtà Ġenerali (ASĠ) / Ambjent ta’ Sigurtà Lokali (ASL) tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li jittrattaw l-IKUE, u tal-bini kollu tas-SEAE li jkun ser jiġi awtorizzat għat-trattament u l-ħżin tal-IKUE.

Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jkun assistit mis-servizzi rilevanti tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE.

2.   Id-Direttur għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jkun responsabbli li:

(a)

jiżgura l-protezzjoni ġenerali tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE fil-qasam tar-responsabbiltà tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE;

(b)

jabbozza, jirrevedi u jaġġorna r-regoli tas-sigurtà, kif ukoll jikkoordina l-miżuri tas-sigurtà mad-Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, kif xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali marbuta mal-UE bi ftehimiet u/jew arranġamenti ta’ sigurtà;

(c)

jkun il-konsulent prinċipali tar-RGħ, tal-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE u tad-Deputat Segretarju Ġenerali għall-Paċi, is-Sigurtà u d-Difiża dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà fil-Kwartieri Ġenerali, u mas-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE;

(d)

jimmaniġġa l-istatus tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal kollu taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-kuntratturi tas-SEAE;

(e)

jippresiedi l-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE fil-formazzjoni tal-Awtoritajiet tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN), kif jinsab fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Deċiżjoni, fuq struzzjoni mill-awtorità tas-sigurtà tas-SEAE, u jappoġġa l-proċedimenti tagħha;

(f)

iżomm kollegament ma’ kwalunkwe sieħeb jew awtorità minbarra dawk taħt (b) hawn fuq dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-qasam ta’ responsabbiltà tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE;

(g)

jipprijoritizza u jagħti proposti għall-ġestjoni tal-baġit għas-sigurtà fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, f’dawn tal-aħħar isir f’koordinazzjoni mad-Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet.

(h)

jiżgura li jinżamm rekord tal-ksur tas-sigurtà u tal-kompromessi msemmija fl-Artikolu 9 ta’ din id-Deċiżjoni, u li jitnedew u jitwettqu investigazzjonijiet meta u fejn ikun meħtieġ;

(i)

jiltaqa’ regolarment, u kull meta jkun meħtieġ, biex jiddiskuti oqsma ta’ interess komuni mad-Direttur tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u mad-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni.

3.   Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu, fil-qasam ta' responsabbiltà tiegħu, jistabbilixxi kuntatti u jżomm kooperazzjoni mill-qrib ma':

l-Awtoritajiet tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) u/jew l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tas-sigurtà tal-Istati Membri, biex jikseb l-assistenza tagħhom fir-rigward tal-informazzjoni li jkun jeħtieġ biex jivvaluta l-perikli u t-theddid li jista' jiffaċċa s-SEAE, il-persunal tiegħu, l-attivitajiet tiegħu, l-assi u r-riżorsi tiegħu u l-informazzjoni klassifikata tiegħu fis-sede normali tiegħu;

l-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-Istati terzi li magħhom l-UE tkun ikkonkludiet Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni, jew li fit-territorju tagħhom l-Unjoni tibgħat missjoni jew operazzjoni tal-PSDK; l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-Direttorat tas-Sigurtà fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni, u, fejn xieraq, id-dipartimenti tas-sigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji l-oħra tal-UE;

id-dipartiment tas-sigurtà tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom l-UE tkun ikkonkludiet Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni, u;

l-ASN tal-Istati Membri, fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-protezzjoni tal-IKUE, inkluż l-Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (PSCs).

Taqsima 3.     Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet

1.   Id-Direttorat taċ-Ċentru ta' Rispons għall-Kriżijiet għandu:

(a)

josserva r-responsabbiltajiet tad-dmir ta’ diliġenza tas-SEAE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni;

(b)

jiżgura kuljum is-sigurtà tal-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, jipproponi miżuri li għandhom jiġu adottati f’każ ta’ kriżi biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u jimplimenta l-proċeduri ta’ evakwazzjoni f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Diviżjoni tal-Koordinazzjoni fid-Direttorat Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi;

(c)

jimmaniġġa, jikkoordina, jissorvelja u/jew jimplimenta l-miżuri kollha ta’ sigurtà fil-bini kollu tas-SEAE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni;

(d)

jiżgura l-koerenza u l-konsistenza ma’ din id-Deċiżjoni u mad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ kwalunkwe attività tas-SEAE li jista’ jkollha impatt fuq l-interessi tas-sigurtà tas-SEAE fil-qasam tar-responsabbiltà tas-CRC;

(e)

jappoġġa l-attivitajiet tal-Awtorità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Sigurtà tas-SEAE meta twettaq il-valutazzjonijiet tas-sigurtà fiżika tal-bini tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jiġu awtorizzati għat-trattament u l-ħżin tal-IKUE;

2.   Id-Direttorat taċ-Ċentru ta' Rispons għall-Kriżijiet għandu jkun responsabbli li:

(a)

jiżgura l-protezzjoni ġenerali tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE fil-qasam tar-responsabbiltà tad-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet;

(b)

jikkoordina miżuri u proċeduri ta’ sigurtà mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Ospitanti u, kif xieraq, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

(c)

jiżgura l-attivazzjoni u l-ġestjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE;

(d)

ifassal u jimmaniġġa l-kapaċità ta’ mobilizzazzjoni tas-SEAE (it-Tim ta’ Appoġġ Mobilizzabbli, inkluż it-tagħmir neċessarju) u jiżgura li dan ikun dejjem lest għal li jista’ jinqala’;

(e)

ikun il-konsulent prinċipali tar-RGħ, tal-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE u tad-Deputat Segretarju Ġenerali għall-Paċi, is-Sigurtà u d-Difiża dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta mas-sigurtà fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u dwar ir-rispons għall-kriżijiet li jaffettwawhom;

(f)

jippresiedi l-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE fil-formazzjoni tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, kif jinsab fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Deċiżjoni, fuq struzzjoni mill-awtorità tas-sigurtà tas-SEAE, u jappoġġa l-proċedimenti tagħha;

(g)

iżomm kollegament ma’ kwalunkwe sieħeb jew awtorità minbarra dawk taħt (b) hawn fuq dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-qasam ta’ responsabbiltà tad-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet;

(h)

jikkontribwixxi għall-prijoritizzazzjoni u jagħti proposti għall-ġestjoni tal-baġit għas-sigurtà tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni skont il-koordinazzjoni tad-Direttur għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE.

(i)

jiżgura li l-ksur u l-kompromessi tas-sigurtà fil-qasam tar-responsabbiltà tad-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet jiġu nnotifikati lid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għal segwitu xieraq;

3.   Id-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta' Rispons għall-Kriżijiet għandu, fil-qasam ta' responsabbiltà tiegħu, jistabbilixxi kuntatti u jżomm kooperazzjoni mill-qrib ma':

id-Dipartimenti rilevanti fil-Ministeri għall-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri;

sa fejn ikun meħtieġ, l-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-Istati Ospitanti li fit-territorju tagħhom huma stabbiliti d-Delegazzjonijiet tal-UE, fir-rigward tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE;

l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-Direttorat tas-Sigurtà fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni, u, fejn xieraq, id-dipartimenti tas-sigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji l-oħra tal-UE, skont il-qasam ta' responsabbiltà tiegħu;

id-dipartimenti tas-sigurtà ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, bil-ħsieb ta' kwalunkwe koordinazzjoni utli, skont il-qasam ta' responsabbiltà tagħhom.

Taqsima 4.     Delegazzjonijiet tal-Unjoni

1.   Kull Kap ta’ Delegazzjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni lokali tal-miżuri kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE fil-bini u fil-kompetenza tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Taħt il-gwida taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet u f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti meta jkun meħtieġ, il-Kap għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli biex jiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri fiżiċi u organizzattivi xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet tad-dmir ta’ diliġenza tiegħu.

Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jfassal proċeduri ta’ sigurtà għall-protezzjoni tad-dipendenti eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2(c), fejn xieraq, billi jikkunsidra kwalunkwe arranġament amministrattiv, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3).

Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirrapporta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mad-dmir ta’ diliġenza fil-mandat tiegħu lid-Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet, u lid-Direttur tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE rigward kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà.

Għandu jkun megħjun mid-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet, mit-Tim tal-Ġestjoni tas-Sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni li huwa magħmul minn persunal li jeżerċita kompiti u funzjonijiet ta’ sigurtà, u fejn meħtieġ minn persunal ta’ sigurtà. Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jipprovdi assistenza fil-qasam ta’ responsabbiltà tiegħu.

Id-Delegazzjoni tal-Unjoni għandha tistabbilixxi kuntatti regolari u tikkoopera mill-qrib mal-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà.

2.   Barra minn hekk, il-Kap tad-Delegazzjoni għandu:

jistabbilixxi, f'koordinazzjoni maċ-Ċentru ta' Rispons għall-Kriżijiet, pjanijiet dettaljati tas-sigurtà u ta' kontinġenza tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, abbażi ta' proċeduri operattivi standard ġeneriċi;

jopera sistema 24/7 effettiva għall-ġestjoni ta' inċidenti tas-sigurtà u emerġenzi fl-ambitu tal-operazzjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni;

jiżgura li l-persunal kollu appuntat fid-Delegazzjoni tal-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni kif jitolbu l-kundizzjonijiet fiż-żona;

jiżgura li s-sigurtà tkun parti mit-taħriġ inizjali tad-Delegazzjoni tal-Unjoni li jingħata lill-persunal kollu stazzjonat fid-Delegazzjoni tal-Unjoni kif jasal fid-Delegazzjoni tal-Unjoni; u

jiżgura li kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula wara valutazzjonijiet tas-sigurtà tiġi implimentata, u jipprovdi rapporti bil-miktub f'intervalli regolari dwar l-implimentazzjoni tagħhom lid-Direttur taċ-Ċentru ta' Rispons għall-Kriżijiet u lid-Direttur għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE.

3.   Waqt li jibqa’ kemm responsabbli u jrid jagħti rendikont għas-salvagwardja tal-ġestjoni tas-sigurtà, kif ukoll għall-iżgurar tar-reżiljenza korporattiva, il-Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiddelega l-eżekuzzjoni tal-kompiti tas-sigurtà lill-Koordinatur tas-Sigurtà tad-Delegazzjoni (“KSD”), li huwa d-Deputat Kap tad-Delegazzjoni jew, fejn ma jkun hemm ħadd maħtur, alternattiv adattat.

B'mod partikolari, ir-responsabbiltajiet li ġejjin jistgħu jiġu ddelegati:

il-koordinazzjoni tal-funzjonijiet tas-sigurtà fid-Delegazzjoni tal-Unjoni;

iż-żamma ta' kollegament dwar kwistjonijiet ta' sigurtà mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti u mal-kontropartijiet xierqa fl-ambaxxati u l-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri;

l-implimentazzjoni ta' proċeduri xierqa ta' ġestjoni tas-sigurtà relatati mal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE, inkluż il-protezzjoni tal-IKUE;

l-iżgurar tal-konformità mar-regoli u l-istruzzjonijiet tas-sigurtà;

għoti ta' informazzjoni lill-membri tal-persunal dwar ir-regoli tas-sigurtà applikabbli għalihom, u dwar ir-riskji partikulari fl-Istat ospitanti;

il-preżentazzjoni ta' talbiet lid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għal approvazzjonijiet tas-sigurtà u rigward dawk il-pożizzjonijiet li jeħtieġu Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (PSC); u

l-għoti ta' informazzjoni kontinwu lill-Kap tad-Delegazzjoni, lill-Uffiċjal tas-Sigurtà Reġjonali (USR) u lid-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta' Rispons għall-Kriżijiet fir-rigward ta' inċidenti jew żviluppi relatati mas-sigurtà fiż-żona li jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE.

4.   Il-Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiddelega kompiti ta’ sigurtà ta’ karattru amministrattiv jew tekniku lill-Kap tal-Amministrazzjoni u membri oħra tal-persunal tad-Delegazzjoni tal-Unjoni.

5.   Id-Delegazzjoni tal-Unjoni għandha tkun megħjuna minn USR. L-USR għandhom jassumu r-rwoli definiti hawn taħt fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’kull waħda miż-żoni ġeografiċi ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom.

F’ċerti ċirkustanzi, fejn il-qagħda prevalenti tas-sigurtà titlob hekk, USR iddedikat jista’ jiġi assenjat ma’ Delegazzjoni tal-Unjoni speċifika bħala resident full-time.

USR jista’ jintalab imur f’żona oħra ’l barra miż-żona preżenti fir-responsabbiltà tiegħu, inkluż l-Kwartieri Ġenerali, jew anke jieħu kariga residenzjali skont is-sitwazzjoni rilevanti tas-sigurtà fi kwalunkwe pajjiż, jew kif mitlub mid-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet.

6.   L-USR għandhom ikunu taħt il-kontroll operattiv dirett tas-servizz tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE inkarigat mis-Sigurtà fuq il-Post, iżda taħt il-kontroll amministrattiv komuni tal-Kap tad-Delegazzjoni fejn ikun il-post tal-impjieg tagħhom u s-servizz tal-Kwartieri Ġenerali inkarigat mis-Sigurtà fuq il-Post. Għandhom jagħtu pariri u jassistu lill-Kap tad-Delegazzjoni u l-persunal tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fl-arranġament u l-implimentazzjoni tal-miżuri fiżiċi, organizzattivi u proċedurali kollha relatati mas-sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni.

7.   L-USR jagħtu pariri u appoġġ lill-Kap tad-Delegazzjoni u lill-persunal tad-Delegazzjoni tal-Unjoni. Fejn jixraq, b’mod partikulari fejn URS ikun residenti full-time, jenħtieġ li jassisti Delegazzjoni tal-Unjoni fl-immaniġġar u l-implimentazzjoni tas-sigurtà, inkluż it-tħejjija ta’ kuntratti tas-sigurtà, il-ġestjoni tal-akkreditazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet.

Artikolu 14

L-Operazzjonijiet tal-PSDK u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE

Id-Direttur għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u d-Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet jagħtu pariri, fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tad-Direttorati tagħhom u fejn meħtieġ, lid-Direttur Maniġerjali għall-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), lid-Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari tal-UE (EUMS), ukoll fil-kapaċità ta’ Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC), u d-Direttur Maniġerjali għall-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC), dwar aspetti ta’ sigurtà tal-ippjanar u tat-tmexxija tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE dwar aspetti ta’ sigurtà tal-mandat tagħhom, komplementari għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jeżistu f’dan ir-rigward fil-politiki rilevanti adottati mill-Kunsill.

Artikolu 15

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE

1.   Qiegħed b’dan jiġi stabbilit Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

Dan għandu jiġi ppresedut mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE jew minn delegat maħtur, u għandu jiltaqa’ kif avżat mill-President jew wara talba ta’ xi ħadd mill-membri tiegħu. Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u d-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet għandhom, fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom, jappoġġaw lill-President f’din il-funzjoni u jipprovdu assistenza amministrattiva, kif meħtieġ, fil-proċedimenti tal-Kumitat.

2.   Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta':

kull Stat Membru;

l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

id-Direttorat tas-Sigurtà fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni.

Delegazzjoni ta' Stat Membru fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE tista' tkun tikkonsisti minn membri ta':

l-Awtorità ta' Sigurtà Nazzjonali (ASN) u/jew l-Awtorità ta' Sigurtà Magħżula (ASM),

id-Dipartimenti responsabbli għas-sigurtà fil-Ministeri għall-Affarijiet Barranin (MFA).

3.   Ir-rappreżentanti tal-Kumitat jistgħu jkunu akkumpanjati u mogħtija pariri minn esperti kif jidhrilhom li jkun meħtieġ. Rappreżentanti ta’ Istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE jistgħu jiġu mistiedna jattendu meta jkunu diskussi kwistjonijiet rilevanti għas-sigurtà tagħhom.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 hawn taħt, il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jassisti s-SEAE, permezz ta’ konsultazzjoni, fil-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà rilevanti għall-attivitajiet tas-SEAE, il-Kwartieri Ġenerali u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

B'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 hawn taħt, il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE:

(a)

għandu jiġi kkonsultat dwar:

politiki ta' sigurtà, linji gwida, kunċetti u dokumenti oħra ta' metodoloġija relatati mas-sigurtà, b'mod partikulari rigward il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ li l-persunal tas-SEAE jonqos milli jirrispetta r-regoli tas-sigurtà;

aspetti tekniċi tas-sigurtà li jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli li jippreżenta rakkomandazzjoni lill-Kunsill għall-ftuħ ta' negozjati għal ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10.1(a) tal-Anness A;

kwalunkwe emenda għal din id-Deċiżjoni.

(b)

jista’ jiġi kkonsultat jew infurmat, kif xieraq, dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persunal u tal-assi fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3);

(c)

għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe kompromess jew telf ta’ IKUE li jkun seħħ fis-SEAE.

5.   Kwalunkwe bidla fir-regoli relatati mal-protezzjoni ta' IKUE li jinsabu f'din id-Deċiżjoni u fl-Anness A tagħha għandha teħtieġ l-opinjoni favorevoli unanima tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. Tali opinjoni favorevoli unanima għandha tkun meħtieġa wkoll qabel:

jinbdew negozjati ta' arranġamenti amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(b) tal-Anness A;

tiġi rilaxxata informazzjoni klassifikata fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-Paragrafi 9, 11 u 12 tal-Anness A VI

tittieħed ir-responsabbiltà tal-oriġinatur tal-informazzjoni fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 10(6), l-aħħar sentenza, tal-Anness A.

Meta tkun meħtieġa opinjoni favorevoli unanima, din il-kundizzjoni tkun issodisfata meta d-delegazzjonijiet tal-Istati membri ma jesprimu l-ebda oġġezzjoni waqt il-proċedimenti tal-Kumitat.

6.   Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jikkunsidra bis-sħiħ il-politiki tas-sigurtà u l-linji gwida li jkunu fis-seħħ fil-Kunsill u fil-Kummissjoni.

7.   Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE jirċievi l-lista tal-ispezzjonijiet annwali tas-SEAE, u r-rapporti ta’ spezzjoni, ġaladarba jiġu finalizzati.

8.   Organizzazzjoni tal-laqgħat:

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Jistgħu jsiru laqgħat addizzjonali b'arranġament mill-President jew fuq talba tal-membri tal-Kumitat, fil-konfigurazzjoni sħiħa tagħhom jew fil-format tas-sigurtà ASN/ASM jew MFA.

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jorganizza l-attivitajiet tiegħu b'tali mod li jkun jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar oqsma speċifiċi ta' sigurtà. Jista' jistabbilixxi oqsma sekondarji esperti oħra kif meħtieġ. Huwa għandu jfassal termini ta' referenza għal oqsma sekondarji esperti bħal dawn u jirċievi rapporti mingħandhom dwar l-attivitajiet tagħhom.

Kemm id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE kif ukoll id-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta' Rispons għall-Kriżijiet għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija ta' punti għad-diskussjoni taħt l-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom. Il-President għandu jfassal l-aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Il-membri tal-Kumitat jistgħu jipproponu punti addizzjonali għad-diskussjoni.

Artikolu 16

Spezzjonijiet tas-sigurtà

1.   L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiżgura li jsiru spezzjonijiet tas-sigurtà, fuq bażi regolari, fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà u tiġi vverifikata l-konformità tagħhom ma’ din id-Deċiżjoni. Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, f’kooperazzjoni mad-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet, jista’, fejn xieraq, jaħtar esperti kontributuri biex jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet tas-sigurtà fl-aġenziji u l-korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, il-Kapitolu 2 TUE.

2.   L-ispezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE jitwettqu taħt l-awtorità tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, bl-appoġġ taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE fejn xieraq, u, fil-kuntest tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 3(3), bl-appoġġ ta’ esperti tas-sigurtà li jirrappreżentaw Istituzzjonijiet oħra tal-UE jew Stati Membri.

3.   Is-SEAE jista’ juża l-għarfien espert fl-Istati Membri, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u fil-Kummissjoni kif meħtieġ.

Fejn meħtieġ, esperti tas-sigurtà rilevanti bbażati f’Missjonijiet tal-Istati Membri fi Stati terzi u/jew rappreżentanti tad-dipartimenti diplomatiċi tas-sigurtà tal-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-ispezzjoni tas-sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu rigward il-protezzjoni tal-IKUE huma stabbiliti fl-Anness A III.

Artikolu 17

Żjarat ta’ valutazzjoni

Għandhom jiġu organizzati żjarat ta’ valutazzjoni biex jaċċertaw l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà li jkunu fis-seħħ fi Stat terz jew f’organizzazzjoni internazzjonali biex jipproteġu l-IKUE skambjata skont arranġament amministrattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(b) tal-Anness A.

Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE jista’ jaħtar esperti kontributuri biex jipparteċipaw fiż-żjarat ta’ valutazzjoni fi Stati terzi jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom l-UE tkun ikkonkludiet Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a) tal-Anness A.

Artikolu 18

Ippjanar tal-kontinwità tal-operat

Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u d-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet għandhom jassistu lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE fil-ġestjoni tal-aspetti relatati mas-sigurtà tal-proċessi ta’ kontinwità tal-operat tas-SEAE bħala parti mill-Ippjanar tal-Kontinwità tal-Operat ġenerali tas-SEAE.

Artikolu 19

Pariri dwar l-ivvjaġġar għal missjonijiet barra l-UE

Id-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar fir-rigward ta’ missjonijiet ta’ persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE barra mill-UE, waqt li juża r-riżorsi tas-servizzi rilevanti kollha tas-SEAE - b’mod partikulari l-INTCEN, iċ-ċellula tal-counter-intelligence tad-Direttorat Ġenerali tal-Ġestjoni tar-Riżorsi, id-dipartimenti ġeografiċi u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Id-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet għandu jipprovdi, meta rikjest, u billi juża r-riżorsi msemmija qabel, pariri speċifiċi dwar l-ivvjaġġar fir-rigward ta’ missjonijiet ta’ persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE f’Stati terzi li jippreżentaw riskju kbir jew livell ta’ riskju miżjud.

Artikolu 20

Saħħa u Sigurtà

Ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE jikkumplimentaw ir-regoli tas-SEAE għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà, kif adottati mir-Rappreżentant Għoli.

Artikolu 21

Implimentazzjoni u reviżjoni

1.   L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE kif xieraq, tapprova Linji Gwida tas-sigurtà li jistabbilixxu kwalunkwe miżura neċessarja biex jiġu implimentati dawn ir-regoli fis-SEAE, u għandha tibni l-kapaċità neċessarja li tkopri l-aspetti kollha tas-sigurtà, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-Istati Membri u bl-appoġġ tas-servizzi rilevanti tal-Istituzzjonijiet tal-UE.

2.   F’konformità mal-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE u kif meħtieġ, is-SEAE jista’ jikkonkludi ftehimiet fil-livell ta’ servizz mas-servizzi rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

3.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura l-konsistenza ġenerali fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jżomm dawn ir-regoli tas-sigurtà taħt rieżami.

4.   Ir-regoli tas-sigurtà tas-SEAE għandhom jiġu implimentati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà tal-Istati Membri.

5.   Is-SEAE għandu jiżgura li l-aspetti kollha tal-proċess tas-sigurtà jittieħdu f’kunsiderazzjoni fis-sistema ta’ rispons għall-kriżijiet tas-SEAE.

6.   Is-Segretarju Ġenerali, bħala l-Awtorità ta’ Sigurtà, id-Direttur tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u d-Direttur taċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 22

Sostituzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti

Din id-Deċiżjoni għandha tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni ADMIN (2017)10 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà tad-19 ta’ Settembru 2017 dwar ir-regoli tas-sigurtà għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (5).

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tagħha.

Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tinforma fil-ħin u kif suppost lill-persunal kollu li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u l-annessi tagħha, dwar il-kontenut, id-dħul fis-seħħ u kwalunkwe modifikazzjoni sussegwenti fiha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Ġunju 2023.

Josep BORRELL FONTELLES

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni

għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà


(1)  ĠU L 201, 03.08.2010, p. 30

(2)  ĠU 2018/C, 10.04.2018, p. 12.

(3)  Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal”

(4)  Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 295, 21.11.2018, p.39).

(5)  ĠU C 126, 10.04.2018, p. 1.


ANNESS A

PRINĊIPJI U STANDARDS GĦALL-PROTEZZJONI TAL-IKUE

Artikolu 1

Għan, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Dan l-Anness jistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE.

2.   Dawn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għandhom japplikaw għas-SEAE u għall-Persunal imqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE kif imsemmija u definiti rispettivament fl-Artikoli 1 u 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjoni ta’ IKUE, klassifikazzjonijiet u mmarkar ta’ sigurtà

1.   “Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal magħżula minn klassifikazzjoni ta’ sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew għal Stat Membru wieħed jew aktar.

2.   L-IKUE għandha tkun klassifikata f'wieħed minn dawn il-livelli:

(a)

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna preġudizzju eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(b)

SECRET UE/EU SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu serju għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(c)

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkaġuna dannu għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

(d)

RESTREINT UE/EU RESTRICTED: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jkun żvantaġġuż għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

3.   L-IKUE għandu jkollha marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà skont il-paragrafu 2. Hija jista’ jkollha marki addizzjonali li juru l-qasam ta’ attività relatat magħha, jidentifikaw l-oriġinatur, jillimitaw id-distribuzzjoni, jirrestrinġu l-użu jew jindikaw ir-rilaxxabbiltà.

Artikolu 3

Ġestjoni ta’ klassifikazzjoni

1.   Is-SEAE għandu jiżgura li l-IKUE hija klassifikata b’mod xieraq, identifikata b’mod ċar bħala informazzjoni klassifikata u żżomm il-livell ta’ klassifikazzjoni biss sakemm dan ikun meħtieġ.

2.   L-IKUE m’għandhiex tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata u l-immarkar imsemmi fl-Artikolu 2(3) lanqas m’għandu jiġi modifikat jew imneħħi mingħajr il-permess bil-miktub u minn qabel tal-oriġinatur.

3.   L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tapprova, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE skont l-Artikolu 15(5) ta’ din id-Deċiżjoni, politika tas-sigurtà dwar il-ħolqien ta’ IKUE li għandha tinkludi gwida prattika għall-klassifikazzjoni.

Artikolu 4

Protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

1.   L-IKUE għandha tiġi protetta skont din id-Deċiżjoni.

2.   Id-detentur ta’ kwalunkwe punt ta’ IKUE għandu jkun responsabbli għall-protezzjoni tiegħu skont din id-Deċiżjoni.

3.   Fejn l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata li jkollha l-marka ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà nazzjonali fl-istrutturi jew fin-networks tas-SEAE, is-SEAE għandu jipproteġi dik l-informazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE fil-livell ekwivalenti, kif jinsab fit-tabella tal-ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà li tinsab fl-Appendiċi B.

Is-SEAE għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa biex jinżammu rekords eżatti dwar l-oriġinatur ta'

l-informazzjoni klassifikata li jirċievi s-SEAE; u

materjal ta' sors inkluż fl-informazzjoni klassifikata oriġinata mis-SEAE.

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jkun infurmat b’dawn il-proċeduri.

4.   Kwantitajiet kbar jew ġabra ta’ IKUE jistgħu jeħtieġu livell ta’ protezzjoni li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-komponenti tagħha.

Artikolu 5

Sigurtà tal-Persunal għat-trattament ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

1.   Is-sigurtà tal-persunal hija l-applikazzjoni ta' miżuri biex jiġi żgurat li l-aċċess għal IKUE jingħata biss lil individwi li jkollhom:

ħtieġa ta' tagħrif;

approvazzjoni tas-sigurtà fil-livell rilevanti, jew inkella ġew awtorizzati kif dovut bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali li jkollhom aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla; u

ingħataw informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom.

2.   Il-proċeduri għall-Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (PSC) għandhom jiddeterminaw jekk individwu, wara li jitqiesu l-lealtà, il-fiduċja u l-kredibbiltà tiegħu, jistax ikun awtorizzat aċċess għal IKUE.

3.   L-individwi kollha għandhom jingħataw informazzjoni u jirrikonoxxu bil-miktub ir-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu l-IKUE skont din id-Deċiżjoni qabel ma jingħataw aċċess għal IKUE, u f’intervalli regolari wara.

4.   Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A I.

Artikolu 6

Sigurtà fiżika ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

1.   Is-sigurtà fiżika hija l-applikazzjoni ta’ miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi biex jiskoraġġixxu l-aċċess mhux awtorizzat għal IKUE.

2.   Għandhom jitfasslu miżuri ta’ sigurtà fiżika sabiex jiċħdu d-dħul bil-moħbi jew furzat minn xi ħadd mhux awtorizzat, jiġu skoraġġiti, jimpedixxu u jinnotaw azzjonijiet mhux awtorizzati, u jippermettu d-differenzjar tal-membri tal-persunal fl-aċċess tagħhom għal IKUE abbażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif. Tali miżuri għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ proċess ta’ ġestjoni tar-riskju.

3.   Miżuri ta’ sigurtà fiżika għandhom jitpoġġew fis-seħħ fil-bini, l-uffiċċji, il-kmamar u ż-żoni l-oħra kollha li fihom hija ttrattata jew maħżuna IKUE, inkluż żoni b’sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni kif definit fl-Appendiċi A għal din id-Deċiżjoni.

4.   Żoni li fihom tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ Sigurtà skont l-Anness A II u approvati mill-Awtorità ta’ Sigurtà tas-SEAE.

5.   Tagħmir jew apparat approvat biss għandu jintuża biex tiġi protetta l-IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.

6.   Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A II.

Artikolu 7

Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Il-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata hija l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħha sabiex jiġu ssupplimentati l-miżuri previsti fl-Artikoli 5, 6 u 8 u b’hekk jgħinu biex il-kompromess jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni jiġi skoraġġit, innotat u rkuprat. Miżuri bħal dawn huma relatati b’mod partikulari mal-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ikkupjar, it-traduzzjoni, il-ġarr, it-trattament, il-ħażna u l-qerda ta’ IKUE.

2.   Informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà qabel id-distribuzzjoni u malli tiġi rċevuta. L-awtoritajiet kompetenti fis-SEAE għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistru għal dan il-għan. Informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi rreġistrata f’reġistri magħżula.

3.   Servizzi u binjiet fejn tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni regolari mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

4.   IKUE għandha tintbagħat bejn servizzi u bini li mhumiex f'żoni protetti fiżikament kif ġej:

(a)

bħala regola ġenerali, IKUE għandha tiġi trażmessa b’mezzi elettroniċi protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 7(5) ta’ din id-Deċiżjoni u skont Proċeduri Operattivi ta’ Sigurtà (SecOPs) iddefiniti b’mod ċar;

(b)

meta ma jintużawx il-mezzi msemmija fil-punt (a), l-IKUE għandha tinġarr jew:

(i)

b'mezzi elettroniċi (pereżempju USB sticks, CDs, hard drives) protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 8(5) ta' din id-Deċiżjoni; jew

(ii)

fil-każijiet l-oħra kollha, kif preskritt mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE b'konformità mal-miżuri protettivi rilevanti stabbiliti fl-Anness A III, it-Taqsima V.

5.   Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A III.

Artikolu 8

Protezzjoni ta’ IKUE ttrattata f’sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni

1.   L-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AI) fil-qasam tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li huma jittrattaw u ser jiffunzjonaw kif meħtieġ, meta meħtieġ, taħt il-kontroll tal-utenti leġittimi. AI effettiva għandha tiżgura livelli adegwati ta’ kunfidenzjalità, integrità, disponibbiltà, non-rifjut u awtentiċità. L-AI għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ ġestjoni tar-riskju.

2.   Is-SKI għandha tittratta IKUE skont il-kunċett tal-AI.

3.   Is-SKI kollha li jittrattaw IKUE għandhom jgħaddu minn proċess ta’ akkreditazzjoni. Il-mira tal-akkreditazzjoni għandha tkun l-assigurazzjoni li l-miżuri kollha xierqa ta’ sigurtà jkunu ġew implimentati u li jkun intlaħaq livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-IKUE u tas-SKI skont din id-Deċiżjoni. Id-dikjarazzjoni ta’ akkreditazzjoni għandha tiddetermina l-livell massimu ta’ klassifikazzjoni tal-informazzjoni li tista’ tiġi ttrattat fi SKI kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet korrispondenti.

4.   SKI li tittratta informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla għandha tkun protetta b’tali mod li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi kompromessa b’sinjali elettromanjetiċi mhux intenzjonali (“miżuri ta’ sigurtà TEMPEST”).

5.   Fejn il-protezzjoni ta’ IKUE tingħata bi prodotti kriptografiċi, tali prodotti għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 8(5) ta’ din id-Deċiżjoni.

6.   Matul it-trażmissjoni ta’ IKUE b’mezzi elettroniċi, għandhom jintużaw prodotti kriptografiċi approvati. Minkejja dan ir-rekwiżit, proċeduri speċifiċi jistgħu jiġu applikati taħt ċirkostanzi ta’ emerġenza jew konfigurazzjonijiet tekniċi speċifiċi kif speċifikat fl-Anness A IV.

7.   Skont l-Artikolu 8(6) ta' din id-Deċiżjoni, il-funzjonijiet tal-AI li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti sa fejn ikun meħtieġ:

(a)

Awtorità AI (AAI);

(b)

Awtorità TEMPEST (AT);

(c)

Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK);

(d)

Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto (ADK).

8.   Skont l-Artikolu 8(7) ta' din id-Deċiżjoni, għal kull sistema għandhom jiġu stabbiliti:

(a)

Awtorità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Sigurtà (AAS);

(b)

Awtorità Operattiva AI (AOAI).

9.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A IV.

Artikolu 9

Sigurtà industrijali

1.   Sigurtà industrijali hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ IKUE minn kuntratturi u sottokuntratturi f’negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu ta’ kuntratti klassifikati. Bħala regola ġenerali, kuntratti bħal dawn ma għandhomx jinvolvu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET.

2.   Is-SEAE jista’ jagħti, permezz ta’ kuntratt, kompiti li jinvolvu jew jimplikaw l-aċċess għal IKUE, jew it-trattament jew il-ħżin tagħha, minn entitajiet industrijali jew entitajiet oħrajn irreġistrati fi Stat Membru, jew fi Stat terz li miegħu jkun ġie konkluż ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness A.

3.   Is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiżgura li jkun hemm konformità mal-istandards minimi dwar is-sigurtà industrijali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, u msemmijin fil-kuntratt, waqt l-għoti ta’ kuntratti klassifikati lil entitajiet industrijali jew entitajiet oħra. Huwa għandu jiżgura li jkun hemm konformità ma’ standards minimi bħal dawn permezz tal-ASN/ASM rilevanti.

4.   Kuntratturi jew sottokuntratturi rreġistrati fi Stat Membru u li jipparteċipaw f’kuntratti u sottokuntratti klassifikati li huma meħtieġa jittrattaw u jaħżnu informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-faċilitajiet tagħhom, fl-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti jew matul l-istadju prekuntrattwali, għandu jkollhom Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (ASF) fil-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni, mogħtija mill-ASN, mill-ASM jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tas-sigurtà tal-Istat Membru msemmi.

5.   Il-persunal ta’ kuntrattur jew sottokuntrattur li, għat-twettiq ta’ kuntratt klassifikat, ikun jeħtieġ aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandu jkollu PSC maħruġa mill-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) jew mill-Awtorità tas-Sigurtà Magħżula (ASM) rispettiva jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tas-sigurtà skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u l-istandards minimi tas-sigurtà stabbiliti fl-Anness A I.

6.   Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A V.

Artikolu 10

Skambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u Organizzazzjonijiet Internazzjonali

1.   Is-SEAE jista' jiskambja IKUE ma' Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss meta:

(a)

jkun fis-seħħ ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni bejn l-UE u dak l-Istat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u l-Artikolu 218 TFUE; jew

(b)

ikun daħal fis-seħħ arranġament amministrattiv bejn ir-Rappreżentant Għoli u l-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà ta’ dak l-Istat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, fil-prinċipju, mhux ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED, konkluż skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(5) ta’ din id-Deċiżjoni; jew

(c)

ikun applikabbli ftehim qafas jew ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc bejn l-UE u dak l-Istat terz fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ ġestjoni ta’ kriżi tal-PSDK, konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u l-Artikolu 218 TFUE,

u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-istrument ikunu ssodisfati.

Eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali ta' hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness A VI, it-Taqsima V.

2.   L-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu IKUE, tali informazzjoni tingħata l-protezzjoni xierqa għal-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha u skont standards minimi li ma jkunux inqas stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Informazzjoni skambjata fuq il-bażi tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tkun limitata għal informazzjoni li tikkonċerna operazzjonijiet tal-PSDK li fihom l-Istat terz in kwistjoni jipparteċipa fuq il-bażi ta’ dawn il-ftehimiet u b’konformità mad-dispożizzjonijiet tagħhom.

3.   Jekk sussegwentement jiġi konkluż ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni bejn l-Unjoni u Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali kontribwenti, il-ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni għandu jieħu post id-dispożizzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni kklassifikata li tinsab fi kwalunkwe ftehim qafas ta’ parteċipazzjoni, ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc jew arranġament amministrattiv ad hoc f’dak li jikkonċerna l-iskambju u t-trattament ta’ IKUE.

4.   IKUE ġġenerata għall-fini ta’ operazzjoni tal-PKSD tista’ tiġi żvelata lil persunal issekondat lil dik l-operazzjoni minn Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3 u l-Anness AVI. Meta jkun awtorizzat l-aċċess għal IKUE f’bini jew f’SKI ta’ operazzjoni tal-PKSD mit-tali persunal, għandhom jiġu applikati miżuri (inkluż ir-reġistrar tal-IKUE żvelata) biex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf jew kompromess. Tali miżuri għandhom jiġu ddefiniti fl-ippjanar rilevanti jew fid-dokumenti tal-missjoni.

5.   Għandhom jiġu organizzati żjarat ta’ valutazzjoni fi Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 17 ta’ din id-Deċiżjoni, biex tiġi aċċertata l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà fis-seħħ biex tiġi protetta kull IKUE skambjata.

6.   Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE miżmuma mis-SEAE lil xi Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tittieħed fuq il-bażi ta’ każ b’każ, skont in-natura u l-kontenut ta’ tali informazzjoni, il-ħtieġa ta’ tagħrif tar-riċevitur u l-kejl tal-vantaġġ għall-UE.

Is-SEAE għandu jfittex il-kunsens bil-miktub ta’ kwalunkwe entità li tkun ipprovdiet informazzjoni klassifikata bħala materjal ta’ sors għall-IKUE li s-SEAE jkun oriġina, biex jistabbilixxi li ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni għar-rilaxx.

Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata li għaliha huwa mixtieq ir-rilaxx mhuwiex is-SEAE, is-SEAE għandu jfittex l-ewwel il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur għar-rilaxx.

Jekk, madankollu, is-SEAE ma jkunx jista’ jistabbilixxi l-oriġinatur, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tassumi r-responsabbiltà tal-oriġinatur wara li tkun kisbet l-opinjoni favorevoli unanima tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

7.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness A VI.

Artikolu 11

Ksur tas-sigurtà u kompromess ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Kwalunkwe ksur jew suspett ta’ ksur tas-sigurtà, u kwalunkwe kompromess jew suspett ta’ kompromess ta’ informazzjoni klassifikata, għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, li għandu jinforma, kif xieraq, lill-Istati Membri kkonċernati, jew lil kwalunkwe entità oħra konċernata.

2.   Meta jkun magħruf jew meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li xi informazzjoni kklassifikata tkun ġiet kompromessa jew mitlufa, id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jinforma lill-ANS tal-Istati Membri kkonċernati u għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti biex:

(a)

jissalvagwardja l-evidenza;

(b)

jiżgura li l-każ jiġi investigat minn persunal li ma jkunx ikkonċernat direttament bil-ksur jew il-kompromess sabiex jistabbilixxi l-fatti;

(c)

jinforma immedjatament lill-oriġinatur jew kwalunkwe entità oħra kkonċernata;

(d)

jieħu miżuri adatti biex tiġi evitata rikorrenza;

(e)

jivvaluta d-dannu potenzjali kkawżat għall-interessi tal-UE jew tal-Istati Membri; u

(f)

jinnotifika lill-awtoritajiet adatti dwar l-effetti tal-kompromess attwali jew suspettat u l-azzjoni meħuda.

3.   Kwalunkwe membru tal-persunal taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE li jkun responsabbli għal ksur tar-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni jista’ jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Kwalunkwe individwu li jkun responsabbli għall-kompromess jew it-telf ta’ informazzjoni klassifikata għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

4.   Waqt li tkun għaddejja investigazzjoni ta’ ksur u/jew kompromess, il-Kap tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE jista’ jissospendi l-aċċess tal-individwu għall-IKUE u għall-bini tas-SEAE. Id-Direttorat tas-Sigurtà fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew l-ASN tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, jew l-entità oħra kkonċernata għandhom jiġu infurmati immedjatament b’din id-Deċiżjoni.


ANNESS A I

SIGURTÀ TAL-PERSUNAL

I.   INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi b’mod partikolari l-kriterji li s-SEAE għandu japplika biex jiddetermina jekk individwu, wara li jiġu kkunsidrati l-lealtà, il-fiduċja u l-kredibbiltà tiegħu, jistax jiġi awtorizzat biex ikollu aċċess għal IKUE, u l-proċeduri investigattivi u amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal dak il-għan.

2.

L-“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSC) għall-aċċess għal IKUE hija dikjarazzjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssir wara t-tlestija ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u li tiċċertifika li individwu jista’, sakemm il-“ħtieġa ta’ tagħrif” tiegħu tkun ġiet iddeterminata, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu deskritt b’dan il-mod huwa kkunsidrat li jkollu “approvazzjoni tas-sigurtà”.

3.

Iċ-“Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSCC) huwa ċertifikat maħruġ mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE li jistabbilixxi li individwu jkollu approvazzjoni tas-sigurtà, u li juri l-livell ta’ IKUE li għaliha l-individwu jista’ jingħata aċċess, id-data tal-validità tal-PSC rilevanti u d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat innifsu.

4.

L-“Awtorizzazzjoni ta’ aċċess għal IKUE” hija awtorizzazzjoni mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE li tittieħed b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni wara li tkun inħarġet PSC mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, u li tiċċertifika li individwu jista’, bil-kundizzjoni li tkun ġiet stabbilita il-“ħtieġa ta’ tagħrif” tiegħu, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu deskritt b’dan il-mod huwa kkunsidrat li jkollu “approvazzjoni tas-sigurtà”.

II.   AWTORIZZAZZJONI TA’ AĊĊESS GĦAL IKUE

5.

L-aċċess għal informazzjoni kklassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED ma jeħtieġx approvazzjoni tas-sigurtà u jingħata wara li:

(a)

tkun ġiet stabbilita r-rabta statutorja jew kuntrattwali tal-individwu mas-SEAE,

(b)

tkun ġiet iddeterminata l-ħtieġa ta' tagħrif tal-individwu,

(c)

ikun ingħata informazzjoni dwar ir-regoli tas-sigurtà u l-proċeduri għall-protezzjoni ta' IKUE u jkun irrikonoxxa bil-miktub ir-responsabbiltajiet tiegħu li jipproteġi IKUE skont din id-Deċiżjoni.

6.

Individwu għandu jkun awtorizzat biss aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla wara li:

(a)

tkun ġiet stabbilita r-rabta statutorja u kuntrattwali tal-individwu mas-SEAE;

(b)

il-ħtieġa ta' tagħrif tiegħu tiġi determinata;

(c)

tkun ingħatat PSC għal-livell rilevanti jew ikun awtorizzat debitament b'mod ieħor skont il-funzjonijiet tiegħu f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; kif ukoll

(d)

tkun ingħatat informazzjoni dwar ir-regoli tas-sigurtà u l-proċeduri għall-protezzjoni ta' IKUE u jkun irrikonoxxa bil-miktub ir-responsabbiltajiet tiegħu li jipproteġi tali informazzjoni.

7.

Is-SEAE għandu jidentifika l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tiegħu li jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla u għalhekk jeħtieġu PSC fil-livell rilevanti, kif imsemmi fil-paragrafu 4 hawn fuq.

8.

Il-membri tal-Persunal tas-SEAE għandhom jiddikjaraw jekk għandhomx ċittadinanza ta’ aktar minn pajjiż wieħed.

Proċeduri ta' talba għal PSC fis-SEAE

9.

Fil-każ tal-Persunal tas-SEAE, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tgħaddi l-kwestjonarju mimli dwar is-sigurtà tal-persunal lill-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu jkun ċittadin u titlob li titwettaq investigazzjoni ta’ sigurtà għal-livell ta’ IKUE li għalih l-individwu ser ikun jeħtieġ l-aċċess.

10.

Meta individwu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ aktar minn pajjiż wieħed, it-talba għal skrutinju tiġi indirizzata lill-ASN tal-pajjiż li taħt in-nazzjonalità tiegħu tkun ġiet ingaġġata l-persuna.

11.

Meta informazzjoni rilevanti għal investigazzjoni ta’ sigurtà tkun saret magħrufa mis-SEAE rigward individwu li jkun applika għal PSC, is-SEAE, waqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika lill-ASN rilevanti dwarha.

12.

Wara t-tmiem tal-investigazzjoni ta’ sigurtà, l-ASN rilevanti għandha tinnotifika lid-Direttorat tas-SEAE responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE bl-eżitu ta’ din l-investigazzjoni.

(a)

Fejn l-investigazzjoni ta' sigurtà tirriżulta f'assigurazzjoni li ma jkun magħruf xejn ħażin li jqanqal dubju dwar il-lealtà, il-fiduċja u l-kredibbiltà tal-individwu, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE tista' tagħti lill-individwu kkonċernat Awtorizzazzjoni ta' aċċess għal IKUE sal-livell rilevanti sa data speċifikata;

(b)

Is-SEAE għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jiżgura li l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet imposti mill-ASN ikunu implimentati kif dovut. L-ASN tiġi infurmata dwar l-eżitu.

(c)

Fejn l-investigazzjoni ta' sigurtà ma tirriżultax f'tali assigurazzjoni, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tinnotifika lill-individwu kkonċernat, li jista' jitlob li jinstema' quddiem l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE tista' titlob lill-ASN kompetenti kwalunkwe kjarifika ulterjuri li tista' tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk l-eżitu jiġi kkonfermat, ma għandhiex tingħata Awtorizzazzjoni ta' aċċess għal IKUE. F'dak il-każ is-SEAE għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-applikant jiġi miċħud kull aċċess għal IKUE.

13.

L-investigazzjoni ta’ sigurtà flimkien mar-riżultati miksuba, li fuqhom l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE tibbaża d-deċiżjoni dwar jekk tagħtix jew le awtorizzazzjoni ta’ aċċess għal IKUE, għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż dawk li jikkonċernaw l-appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE jistgħu jkunu soġġetti għal appelli fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

14.

L-assigurazzjoni li fuqha tiġi bbażata PSC, bil-kundizzjoni li din tibqa’ valida, għandha tkopri kwalunkwe kompitu mill-individwu kkonċernat fis-SEAE, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jew il-Kummissjoni.

15.

Is-SEAE għandu jaċċetta l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għal IKUE mogħtija minn kwalunkwe Istituzzjoni, Korp jew Aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea, sakemm din tkun valida. L-awtorizzazzjonijiet ikopru kwalunkwe kompitu tal-individwu kkonċernat fis-SEAE. L-Istituzzjoni, Korp jew Aġenzija tal-Unjoni Ewropea li fiha l-individwu ser jibda impjieg għandha tinnotifika lill-ANS rilevanti bil-bidla ta’ min iħaddem.

16.

Jekk il-perjodu ta’ servizz ta’ individwu ma jibdiex fi żmien 12-il xahar min-notifika tal-eżitu tal-investigazzjoni ta’ sigurtà lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, jew jekk ikun hemm qtugħ ta’ 12-il xahar jew iktar fis-servizz ta’ individwu, li matulu ma jkunx impjegat mas-SEAE, ma’ istituzzjonijiet, aġenziji jew korpi oħra tal-UE, jew ma jkunx f’kariga mal-amministrazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li tirrikjedi aċċess għal informazzjoni klassifikata, dan l-eżitu għandu jiġi riferut lill-ASN rilevanti għall-konferma li dan għadu validu u adatt.

17.

Jekk is-SEAE isir jaf b’informazzjoni rigward riskju ta’ sigurtà kkawżat minn individwu li għandu PSC valida, is-SEAE, filwaqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika lill-ASN rilevanti b’dan u jista’ jissospendi l-aċċess għal IKUE jew jirtira awtorizzazzjoni għal aċċess għal IKUE. Meta ASN tinnotifika lis-SEAE bl-irtirar ta’ assigurazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 12(a) għal individwu li għandu Awtorizzazzjoni valida ta’ aċċess għal IKUE, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE tista’ titlob kwalunkwe kjarifika li l-ASN tista’ tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk tiġi konfermata informazzjoni avversa, l-Awtorizzazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi rtirata u l-individwu għandu jiġi eskluż minn aċċess għal IKUE u minn karigi fejn tali aċċess ikun possibbli jew fejn huwa jista’ jpoġġi s-sigurtà f’periklu.

18.

Kwalunkwe deċiżjoni li tiġi rtirata Awtorizzazzjoni ta’ aċċess għal IKUE minn membru tal-persunal tas-SEAE u, fejn xieraq, ir-raġunijiet għal dan, għandhom jiġu notifikati lill-individwu kkonċernat, li jista’ jitlob li jinstema’ quddiem l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE. Informazzjoni pprovduta minn ASN għandha tkun soġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inkluż dawk li jikkonċernaw appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE jistgħu jkunu soġġetti għal appelli fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

19.

Esperti nazzjonali ssekondati lis-SEAE għal pożizzjoni li tirrikjedi aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jippreżentaw PSC valida għall-aċċess għal IKUE sal-livell rilevanti lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE qabel ma jibdew il-kompitu tagħhom. Il-proċess ta’ hawn fuq għandu jiġi ġestit mill-Istat Membru mittenti.

Rekords ta' PSCs

20.

Id-Direttorat tas-SEAE responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jżomm bażi ta’ data dwar l-istatus tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-persunal kollu mqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-persunal tal-kuntratturi tas-SEAE. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu l-livell ta’ IKUE li għaliha individwu jista’ jingħata aċċess (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data meta ngħatat l-PSC u l-perjodu tal-validità tagħha.

21.

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ koordinazzjoni mal-Istati Membri u ma’ Istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE li jiżguraw li s-SEAE jkollu rekord eżatt u komprensiv tal-istatus tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-Persunal kollu mqiegħed taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE u tal-persunal tal-kuntratturi tas-SEAE.

22.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE tista’ toħroġ Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (PSCC) li juri l-livell ta’ IKUE li għaliha individwu jista’ jingħata aċċess (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data tal-validità tal-PSC jew l-Awtorizzazzjoni rilevanti u d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat innifsu.

Eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta' PSC

23.

Individwi debitament awtorizzati li jaċċessaw IKUE bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali għandhom jiġu infurmati, kif xieraq, mid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE dwar l-obbligi tagħhom ta’ sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-IKUE.

III.   EDUKAZZJONI U GĦARFIEN DWAR IS-SIGURTÀ

24.

Qabel ma jiġu awtorizzati li jaċċessaw IKUE, l-individwi kollha għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-IKUE u l-konsegwenzi jekk l-IKUE tiġi kompromessa. Rekord ta’ tali rikonoxximent bil-miktub għandu jinżamm mid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE.

25.

L-individwi kollha li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għal, jew li huma meħtieġa jittrattaw IKUE, għandhom l-ewwel jiġu mgħarrfa, u perjodikament jingħataw informazzjoni dwar it-theddid għas-sigurtà u għandhom jirrappurtaw immedjatament lill-Koordinaturi tas-Sigurtà tad-Dipartiment/Delegazzjoni u lid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE dwar kwalunkwe approċċ jew attività li huma jikkunsidraw suspettuża jew mhux tas-soltu.

26.

L-individwi kollha li jingħataw aċċess għal IKUE għandhom ikunu soġġetti għal miżuri kontinwi ta’ sigurtà tal-persunal (jiġifieri teħid ta’ ħsieb wara) għall-perjodu kollu li jdumu jittrattaw IKUE. Is-sigurtà kontinwa tal-persunal hija r-responsabbiltà ta’:

a)

Individwi li ngħataw aċċess għal IKUE: L-individwi huma personalment responsabbli għall-imġiba tagħhom tas-sigurtà u għandhom jirrappurtaw immedjatament lill-awtoritajiet xierqa tas-sigurtà dwar kwalunkwe approċċ jew attività li huma jikkunsidraw bħala suspettuża jew mhux tas-soltu, u kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkustanzi personali tagħhom li jista' jkollu impatt fuq l-PSC tagħhom jew l-Awtorizzazzjoni ta' aċċess għal IKUE.

b)

Maniġers diretti: Huma responsabbli li jiddeterminaw il-ħtieġa ta' tagħrif tal-individwu u li jiżguraw li l-persunal tagħhom ikun jaf bil-miżuri tas-sigurtà u r-responsabbiltajiet li jipproteġi IKUE, li jissorveljaw l-imġiba ta' sigurtà tal-persunal tagħhom u li jew jindirizzaw kwalunkwe materja li tikkonċerna s-sigurtà huma stess, jew jirrappurtaw lill-awtoritajiet xierqa tas-sigurtà kwalunkwe informazzjoni negattiva li jista' jkollha impatt fuq l-PSC tal-persunal tagħhom jew l-Awtorizzazzjoni tiegħu ta' aċċess għal IKUE.

c)

Atturi ta' sigurtà tal-organizzazzjoni tas-sigurtà tas-SEAE kif imsemmija fl-Artikolu 12 ta' din id-Deċiżjoni: Huma responsabbli li jipprovdu informazzjoni dwar l-għarfien tas-sigurtà biex jiżguraw li l-persunal fil-qasam tagħhom jiġi infurmat perjodikament, li jrawmu kultura b'saħħitha ta' sigurtà fil-qasam tar-responsabbiltà tagħhom, li jdaħħlu fis-seħħ miżuri biex jissorveljaw l-imġiba ta' sigurtà tal-persunal, u li jirrapportaw lill-awtoritajiet xierqa tas-sigurtà kwalunkwe informazzjoni negattiva li jista' jkollha impatt fuq l-PSC ta' kwalunkwe individwu.

d)

Is-SEAE u l-Istati Membri: għandhom idaħħlu fis-seħħ il-mezzi neċessarji biex jikkomunikaw informazzjoni li jista' jkollha impatt fuq l-PSC ta' kwalunkwe individwu jew fuq l-Awtorizzazzjoni tiegħu ta' aċċess għal IKUE.

27.

L-individwi kollha li ma jibqgħux impjegati f’doveri li jeħtieġu aċċess għal IKUE għandhom jiġu mgħarrfa, u fejn xieraq jirrikonoxxu bil-miktub, l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni kontinwa ta’ IKUE.

IV.   ĊIRKOSTANZI EĊĊEZZJONALI

28.

Għal raġunijiet ta’ urġenza, fejn debitament ġustifikat fl-interessi tas-SEAE u t-tkomplija pendenti ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà sħiħa, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, wara konsultazzjoni mal-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu huwa ċittadin u soġġett għall-eżitu ta’ kontrolli preliminari biex jiġi verifikat li l-ebda informazzjoni avversa m’hija magħrufa, tista’ tagħti awtorizzazzjoni temporanja lill-uffiċjali tas-SEAE u impjegati oħrajn biex ikollhom aċċess għal IKUE għal funzjoni speċifika. Investigazzjoni sħiħa tas-sigurtà għandha titlesta mill-aktar fis possibbli. Tali awtorizzazzjonijiet temporanji ser ikunu validi għal perjodu li ma jeċċedix is-sitt xhur u m’għandhomx jippermettu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. L-individwi kollha li ngħatatilhom awtorizzazzjoni temporanja għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ IKUE u l-konsegwenzi ta’ jekk IKUE tiġi kompromessa. Rekord ta’ tali rikonoxximent bil-miktub għandu jinżamm mid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE.

29.

Meta individwu jkun ser jiġi assenjat f’kariga li teħtieġ PSC f’livell wieħed ogħla minn dak li bħalissa hu fil-pussess tiegħu, l-inkarigu jista’ jsir fuq bażi proviżorja, dment li:

(a)

il-ħtieġa konvinċenti għal aċċess għal IKUE f'livell ogħla għandha tkun ġustifikata, bil-miktub, mill-Maniġer Dirett rispettiv tal-individwu fil-livell ta' Direttur/Direttur Maniġerjali/Kap tad-Delegazzjoni, kif xieraq;

(b)

l-aċċess għandu jkun limitat għal punti speċifiċi ta' IKUE b'sostenn tal-inkarigu;

(c)

l-individwu jkollu PSC valida;

(d)

tkun inbdiet azzjoni biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għal-livell ta' aċċess meħtieġ għall-kariga;

(e)

saru kontrolli sodisfaċenti mill-awtorità kompetenti li l-individwu ma kisirx b'mod serju jew ripetutament ir-regolamenti ta' sigurtà;

(f)

l-inkarigu tal-individwu jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti tas-SEAE;

(g)

l-ASN/ASM rilevanti li ħarġet il-PSC tal-individwu tkun ġiet ikkonsultata u tkun ma ġiet riċevuta l-ebda oġġezzjoni; kif ukoll

(h)

rekord tal-eċċezzjoni, inkluż deskrizzjoni tal-informazzjoni li għaliha kien approvat l-aċċess, jinżamm mir-reġistru jew ir-reġistru subordinat responsabbli.

30.

Il-proċedura ta’ hawn fuq għandha tintuża għal aċċess ta’ darba għal IKUE f’livell wieħed ogħla minn dak li l-individwu jkollu approvazzjoni tas-sigurtà għalih. M’għandux isir rikors għal din il-proċedura fuq bażi rikorrenti.

31.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, bħal f’missjonijiet f’ambjenti ostili jew matul perjodi ta’ tensjoni internazzjonali dejjem tikber meta l-miżuri ta’ emerġenza jitolbu hekk, b’mod partikolari għall-finijiet li jiġu salvati ħajjiet, ir-Rappreżentant Għoli, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE jew id-Direttur Ġenerali għall-Ġestjoni tar-Riżorsi, jistgħu jagħtu, fejn possibbli bil-miktub, aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET lil individwi li ma jkollhomx l-PSC meħtieġa, ġaladarba tali permess ikun assolutament meħtieġ. Għandu jinżamm rekord mid-Direttorat responsabbli għas-Sigurtà u s-Sigurtà tal-Informazzjoni tas-SEAE ta’ dan il-permess li jiddeskrivi l-informazzjoni li għaliha ġie approvat l-aċċess.

32.

Fil-każ ta’ informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET, dan l-aċċess ta’ emerġenza għandu jkun ristrett għal ċittadini tal-UE li ġew awtorizzati aċċess għall-ekwivalenti nazzjonali ta’ TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jew informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET.

33.

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jiġi informat b’każijiet meta jsir rikors għall-proċedura mniżżla fil-paragrafi 31 u 32.

34.

Il-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jirċievi rapport annwali dwar l-użu tal-proċeduri stabbiliti f’din it-taqsima.

V.   ATTENDENZA F’LAQGĦAT FIL-KWARTIERI ĠENERALI TAS-SEAE U F’DELEGAZZJONIJIET TAL-UNJONI.

35.

Individwi assenjati biex jipparteċipaw f’laqgħat fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u f’Delegazzjonijiet tal-Unjoni li fihom tiġi diskussa informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jistgħu jagħmlu dan biss wara konferma tal-istatus tal-PSC tal-individwu. Fil-każ ta’ rappreżentanti tal-Istati Membri, uffiċjali mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, għandu jintbagħat ĊAPS jew xi prova oħra ta’ PSC mill-awtoritajiet xierqa lid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, il-Koordinatur tas-Sigurtà tad-Delegazzjoni tal-Unjoni, jew eċċezzjonalment jiġu ppreżentati mill-persuna kkonċernata. Fejn applikabbli, tista’ tintuża lista konsolidata ta’ ismijiet, li tagħti l-prova rilevanti ta’ PSC.

36.

Meta l-PSC għall-aċċess għal IKUE tiġi irtirata lil individwu li d-doveri tiegħu jirrikjedu li huwa jattendi laqgħat fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE jew f’Delegazzjoni tal-Unjoni li fihom tiġi diskussa informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jiġi infurmat b’dan mill-awtorità kompetenti.

VI.   AĊĊESS POTENZJALI GĦAL IKUE

37.

Meta individwi għandhom jiġu impjegati f’ċirkostanzi li fihom huma jista’ potenzjalment ikollhom aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, huma għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà adatta jew ikunu skortati l-ħin kollu.

38.

Kurrieri, għassiesa u skorti għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà fil-livell rilevanti jew inkella jkunu investigati kif xieraq skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jiġu informati f’intervalli regolari dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE u dwar id-doveri tagħhom li jipproteġu l-informazzjoni fdata lilhom jew li għaliha jista’ jkollhom aċċess involontarju.

ANNESS A II

SIGURTÀ FIŻIKA TAL-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA TAL-UE

I.   INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-protezzjoni fiżika ta’ edifiċji, bini, uffiċċji, kmamar u żoni oħra fejn tiġi ttrattata u maħżuna IKUE, inkluż żoni fejn jinżammu SKI.

2.

Miżuri ta’ sigurtà fiżika għandhom jitfasslu biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat għal IKUE billi:

(a)

jiġi żgurat li IKUE hija ttrattata u maħżuna b'mod adatt;

(b)

tkun permessa s-segregazzjoni tal-persunal fir-rigward tal-aċċess għal IKUE abbażi tal-ħtieġa ta' tagħrif tagħhom u, fejn adatt, l-approvazzjoni ta' sigurtà tagħhom;

(c)

ikunu skoraġġiti, impeduti u nnotati azzjonijiet mhux awtorizzati; kif ukoll

(d)

jiġi miċħud jew imdewwem id-dħul sigriet jew furzat minn intrużi.

II   REKWIŻITI U MIŻURI TA’ SIGURTÀ FIŻIKA

3.

Is-SEAE għandu japplika proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għall-protezzjoni tal-IKUE fis-siti tiegħu biex jiżgura li jingħata livell xieraq ta’ protezzjoni fiżika kontra r-riskju vvalutat. Il-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għandu jieħu kont tal-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari:

(a)

il-livell ta' klassifikazzjoni ta' IKUE;

(b)

il-forma u l-volum ta' IKUE, b'kont meħud tal-fatt li kwantitajiet kbar jew ġabra ta' IKUE jistgħu jeħtieġu li jiġu applikati aktar miżuri stretti ta' protezzjoni;

(c)

l-ambjent ta' madwar u l-istruttura tal-bini jew żoni li għandhom l-IKUE;

(d)

il-valutazzjoni tat-theddid minn pajjiż terz kif żviluppata mill-INTCEN, iċ-ċellola tal-counter-intelligence tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u abbażi b'mod partikolari tar-rapporti tad-Delegazzjoni tal-Unjoni, u

(e)

it-theddida valutata li ġejja minn servizzi ta' intelligence li jkollhom bħala l-mira tagħhom l-UE jew l-Istati Membri u minn sabotaġġ, terroriżmu, attivitajiet sovversivi jew attivitajiet kriminali oħrajn.

4.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, bl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ difiża fil-fond, għandha tiddetermina l-kombinazzjoni adatta ta’ miżuri ta’ sigurtà fiżika li għandhom jiġu implimentati. Dawn jistgħu jinkludu wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:

(a)

ostaklu mal-perimetru: ostaklu fiżiku li jiddefendi l-konfini ta' żona li teħtieġ protezzjoni;

(b)

Sistemi ta' Sejbien ta' Intrużjoni (SSI): SSI tista' tintuża biex ittejjeb il-livell ta' sigurtà offrut mill-ostaklu mal-perimetru, jew fi kmamar u bini minflok, jew biex tassisti, persunal ta' sigurtà;

(c)

kontroll tal-aċċess: kontroll tal-aċċess jista' jiġi eżerċitat fuq sit, bini jew bini fuq sit jew għal żoni jew kmamar ġewwa bini. Il-kontroll jista' jintuża b'mezzi elettroniċi jew elettromekkaniċi, minn persunal ta' sigurtà u/jew minn receptionist, jew bi kwalunkwe mezz fiżiku ieħor;

(d)

persunal ta' sigurtà: persunal ta' sigurtà mħarreġ u sorveljat u, fejn meħtieġ, b'approvazzjoni xierqa tas-sigurtà, jista' jiġi impjegat, inter alia, sabiex jiskoraġġixxi individwi milli jippjanaw intrużjoni bil-moħbi;

(e)

Televiżjoni b'Ċirkwit Magħluq (CCTV): jista' jintuża CCTV minn persunal ta' sigurtà sabiex jivverifika inċidenti u allarm ta' SSI fuq siti kbar jew f'perimetri;

(f)

dawl ta' sigurtà: dawl ta' sigurtà jista' jintuża sabiex jiskoraġġixxi intruż potenzjali, kif ukoll jipprovdi l-illuminazzjoni meħtieġa għal sorveljanza effettiva direttament mill-persunal ta' sigurtà jew indirettament permezz tas-sistema tas-CCTV; kif ukoll

(g)

kwalunkwe miżura oħra fiżika adatta maħsuba biex tiskoraġġixxi u tinnota aċċess mhux awtorizzat jew tipprevjeni telf ta' jew ħsara għal IKUE.

5.

Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE jista’ jkun awtorizzat iwettaq tiftix mad-dħul u l-ħruġ sabiex dan jiskoraġġixxi l-introduzzjoni mhux awtorizzata ta’ materjal, jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta’ IKUE minn sit jew bini.

6.

Fejn IKUE tkun f’riskju li tiġi osservata bil-moħbi, anke jekk aċċidentalment, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi miġġieled dan ir-riskju.

7.

Għal faċilitajiet ġodda, rekwiżiti ta’ sigurtà fiżika u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tagħhom għandhom jiġu definiti bħala parti mill-ippjanar u d-disinn tal-faċilitajiet. Għal faċilitajiet eżistenti, rekwiżiti ta’ sigurtà fiżika għandhom jiġu implimentati sa fejn hu l-aktar possibbli.

III.   TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI FIŻIKA TA’ IKUE

8.

Meta jiġi akkwistat tagħmir (bħal kontenituri ta’ sigurtà, magni għat-tqattigħ ta’ karti f’biċċiet żgħar, serraturi tal-bibien, CCTV, sistemi elettroniċi ta’ kontroll għall-aċċess, SSI, sistemi ta’ allarm) għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiżgura li t-tagħmir jissodisfa l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti minimi approvati.

9.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li għandu jintuża għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE għandhom jitniżżlu fil-linji gwida ta’ sigurtà li għandhom ikunu approvati mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

10.

Is-sistemi ta’ sigurtà għandhom jiġu spezzjonati f’intervalli regolari u t-tagħmir għandha ssirlu manutenzjoni regolari. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni għandu jieħu kont tal-eżitu tal-ispezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir jibqa’ jopera bl-aqwa prestazzjoni.

11.

L-effettività ta’ miżuri individwali ta’ sigurtà u tas-sistema ġenerali ta’ sigurtà għandhom ikunu evalwati mill-ġdid matul kull ispezzjoni.

IV.   ŻONI PROTETTI FIŻIKAMENT

12.

Żewġ tipi ta’ żoni protetti fiżikament, jew l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom, jistgħu jiġu stabbiliti għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE:

(a)

Żoni Amministrattivi u

(b)

Żoni ta' Sigurtà (inkluż Żoni ta' Sigurtà teknika).

13.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tistabbilixxi li żona tissodisfa r-rekwiżiti biex tiġi indikata bħala Żona Amministrattiva, Żona ta’ Sigurtà jew Żona ta’ Sigurtà teknika.

14.

Għal Żoni Amministrattivi:

(a)

għandu jiġi stabbilit perimetru definit b'mod viżibbli li jippermetti li, individwi u, fejn possibbli, vetturi jiġu vverifikati;

(b)

aċċess mhux skortat għandu jingħata biss lil individwi li huma debitament awtorizzati, fil-Kwartieri Ġenerali mid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, u, fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni mill-Kap tad-Delegazzjoni; kif ukoll

(c)

l-individwi l-oħra kollha għandhom jiġu skortati f'kull ħin jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

15.

Għal Żoni ta’ Sigurtà:

(a)

għandu jiġi stabbilit perimetru definit b'mod viżibbli u protett minn fejn id-dħul u l-ħruġ kollu jkunu kkontrollati permezz ta' pass jew sistema ta' rikonoxximent personali;

(b)

aċċess mhux skortat għandu jingħata biss lil individwi li jkunu ngħataw approvazzjoni tas-sigurtà sal-livell adatt u li jkunu ġew speċifikament awtorizzati jidħlu fiż-żona fuq il-bażi tal-ħtieġa ta' tagħrif tagħhom;

(c)

l-individwi l-oħra kollha għandhom jiġu skortati f'kull ħin jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

16.

Fejn id-dħul f’Żona ta’ Sigurtà jikkostitwixxi, għall-finijiet prattiċi kollha, aċċess dirett għall-informazzjoni klassifikata li tinsab fiha, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-livell tal-ogħla klassifikazzjoni ta' sigurtà tal-informazzjoni li normalment tinżamm fiż-żona għandu jkun indikat b'mod ċar;

(b)

il-viżitaturi kollha għandhom jeħtieġu awtorizzazzjoni speċifika biex jidħlu fiż-żona, għandhom jiġu skortati l-ħin kollu u għandu jkollhom approvazzjoni xierqa tas-sigurtà dment li ma jittiħdux passi biex jiġi żgurat li ebda aċċess għal IKUE ma jkun possibbli;

(c)

kull apparat elettroniku għandu jitħalla barra miż-żona.

17.

Iż-Żoni ta’ Sigurtà li huma protetti kontra smigħ awdjo mhux awtorizzat għandhom jiġu deżinjati bħala Żoni ta’ Sigurtà teknika. Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

tali żoni għandhom ikunu mgħammrin bis-SSI, ikunu msakkrin meta ma jkunux okkupati, u għandhom jiġu mgħassin meta jkunu okkupati. Kull ċavetta għandha tiġi kkontrollata skont it-Taqsima VI ta' dan l-Anness;

(b)

il-persuni u l-materjal kollu li jidħlu f'tali żoni għandhom jiġu kkontrollati;

(c)

tali żoni għandhom jiġu spezzjonati b'mod regolari fiżikament u/jew teknikament kif meħtieġ mid-Direttorat responsabbli għas-Sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE. Tali spezzjonijiet għandhom jitwettqu wkoll wara kwalunkwe dħul mhux awtorizzat jew suspett ta' tali dħul; kif ukoll

(d)

tali żoni għandhom ikunu ħielsa minn linji ta' komunikazzjoni mhux awtorizzati, telefons mhux awtorizzati jew tagħmir ta' komunikazzjoni u tagħmir elettriku jew elettroniku ieħor mhux awtorizzat;

18.

Minkejja l-punt (d) tal-paragrafu 17, qabel ma jintuża f’żoni fejn isiru laqgħat jew fejn tkun qed titwettaq ħidma li tkun tinvolvi informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla, u fejn it-theddida għal IKUE hija vvalutata bħala waħda għolja, kwalunkwe tagħmir ta’ komunikazzjoni u tagħmir tal-elettriku jew elettroniku għandu l-ewwel jiġi eżaminat mit-tim tal-Kontromiżuri Tekniċi tas-Sigurtà (TSCM) fid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE sabiex ikun żgurat li l-ebda informazzjoni intelliġibbli ma tkun tista’ tiġi trażmessa involontarjament jew illeċitament minn tali tagħmir lil hinn mill-perimetru taż-Żona ta’ Sigurtà.

19.

Żoni ta’ Sigurtà li mhumiex okkupati minn persunal fuq xogħol fuq bażi ta’ 24 siegħa għandhom, fejn xieraq, ikunu spezzjonati wara s-sigħat normali ta’ xogħol u f’intervalli sporadiċi barra l-ħin normali ta’ xogħol, sakemm ma jkunx hemm SSI fil-post.

20.

Żoni ta’ Sigurtà u Żoni ta’ Sigurtà teknika jistgħu jiġu stabbiliti temporanjament f’Żona Amministrattiva għal laqgħa klassifikata jew għal kwalunkwe fini simili ieħor.

21.

Għandhom jitfasslu l-Proċeduri Operattivi ta’ Sigurtà (SecOPs) għal kull Żona ta’ Sigurtà li jistipulaw:

(a)

il-livell ta' IKUE li għandha tiġi ttrattata jew maħżuna fiż-żona;

(b)

il-miżuri ta' sorveljanza u dawk protettivi li għandhom jinżammu;

(c)

l-individwi awtorizzati li jkollhom aċċess mhux skortat għaż-żona minħabba l-ħtieġa ta' tagħrif u l-approvazzjoni ta' sigurtà tagħhom;

(d)

fejn xieraq, il-proċeduri ta' skorti jew dawk għall-protezzjoni ta' IKUE meta kwalunkwe individwu ieħor jingħata awtorizzazzjoni biex ikollu aċċess għaż-żona;

(e)

kwalunkwe miżura u proċedura rilevanti oħra.

22.

Għandhom jinbnew, fejn meħtieġ, kmamar ta’ sigurtà fiż-Żoni ta’ Sigurtà. Il-ħitan, l-art, is-soqfa, it-twieqi u l-bibien li jissakkru għandhom ikunu approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE u jkollhom kapaċità ta’ protezzjoni ekwivalenti għal kontenitur ta’ sigurtà approvat għall-ħżin ta’ IKUE tal-istess livell ta’ klassifikazzjoni.

V.   MIŻURI FIŻIĊI TA’ PROTEZZJONI GĦAT-TRATTAMENT U L-ĦŻIN TA’ IKUE

23.

IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista’ tiġi ttrattata:

(a)

f'Żona ta' Sigurtà,

(b)

f'Żona Amministrattiva dment li l-IKUE tkun protetta minn aċċess minn individwi mhux awtorizzati; jew

(c)

barra Żona ta' Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur iġorr l-IKUE f'konformità mal-paragrafi 30 sa 42 tal-Anness A III u jkun impenja ruħu li jikkonforma ma' miżuri kompensatorji stabbiliti f'istruzzjonijiet ta' sigurtà maħruġin mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE biex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess minn persuni mhux awtorizzati.

24.

IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tinħażen f’għamara ta’ uffiċċju li tissakkar b’mod adatt f’Żona Amministrattiva jew Żona ta’ Sigurtà. Hija tista’ tinħażen temporanjament barra Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur ikun impenja ruħu li jikkonforma ma’ miżuri kompensatorji stabbiliti f’istruzzjonijiet ta’ sigurtà maħruġin mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

25.

IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tista’ tiġi ttrattata:

(a)

f'Żona ta' Sigurtà;

(b)

f'Żona Amministrattiva dment li l-IKUE tkun protetta minn aċċess minn individwi mhux awtorizzati; jew

(c)

barra Żona ta' Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur:

(i)

iġorr l-IKUE f'konformità mal-paragrafi 30 sa 42 tal-Anness A III;

(ii)

ikun impenja ruħu li jikkonforma ma' miżuri kompensatorji stabbiliti f'istruzzjonijiet ta' sigurtà maħruġin mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE biex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess minn persuni mhux awtorizzati;

(iii)

iżomm l-IKUE l-ħin kollu taħt il-kontroll personali tiegħu; kif ukoll

(iv)

fil-każ ta' dokumenti stampati, ikun innotifika lir-reġistru rilevanti bil-fatt.

26.

IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tinħażen f’Żona ta’ Sigurtà, f’kontenitur tas-sigurtà jew f’kamra tas-sigurtà.

27.

IKUE klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi ttrattata f’Żona ta’ Sigurtà.

28.

IKUE kklassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinħażen f’Żona ta’ Sigurtà fil-Kwartieri Ġenerali taħt waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

f'kontenitur tas-sigurtà skont il-paragrafu 8 b'wieħed jew iktar mill-kontrolli supplimentari li ġejjin:

(i)

protezzjoni kontinwa jew verifika minn persunal ta' sigurtà awtorizzat jew persunal fuq ix-xogħol;

(ii)

SSI approvata flimkien ma' persunal tas-sigurtà li jintervjeni;

jew

(b)

f'kamra tas-sigurtà mgħammra b'SSI flimkien ma' persunal tas-sigurtà li jintervjeni.

29.

Ir-regoli għall-ġarr ta’ IKUE barra żoni fiżiċi ta’ protezzjoni huma stabbiliti fl-Anness A III.

VI.   KONTROLL TA’ ĊWIEVET U TA’ KOMBINAZZJONIJIET UŻATI GĦALL-PROTEZZJONI TA’ IKUE

30.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tiddefinixxi l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ ċwievet u l-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għal uffiċċji, kmamar, kmamar ta’ sigurtà u kontenituri ta’ sigurtà fil-bini kollu tas-SEAE. Tali proċeduri għandhom jipproteġu kontra aċċess mhux awtorizzat.

31.

L-iżgħar numru possibbli ta’ individwi li jeħtieġ ikunu jafu l-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għandhom jitgħallmuhom bl-amment. L-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għall-kontenituri ta’ sigurtà u kmamar ta’ sigurtà li jaħżnu IKUE għandhom jinbidlu:

(a)

mal-wasla ta' kontenitur ġdid;

(b)

kull meta hemm bidla fil-persunal li jaf il-kombinazzjoni;

(c)

kull meta jkun seħħ kompromess jew ikun suspettat kompromess;

(d)

meta ssir manutenzjoni jew tiswija ta' katnazz; kif ukoll

(e)

mill-inqas kull 12-il xahar.


ANNESS A III

ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA

I.   INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi l-miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha bil-għan li jgħin jiskoraġġixxi, jinnota u jirkupra mill-kompromess jew mit-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni.

II.   ĠESTJONI TA’ KLASSIFIKAZZJONI

Klassifikazzjonijiet u mmarkar

2.

L-informazzjoni għandha tkun klassifikata fejn tkun meħtieġa protezzjoni fir-rigward tal-kunfidenzjalità tagħha.

3.

L-oriġinatur ta’ IKUE għandu jkun responsabbli biex jiddetermina l-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà, billi japplika l-marka xierqa ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà, jiddetermina d-disseminazzjoni tal-informazzjoni lir-riċevituri maħsuba, billi japplika l-immarkar xieraq tar-rilaxx, f’konformità mal-Linji Gwida rilevanti tas-SEAE dwar il-Ħolqien u t-Trattament ta’ IKUE.

4.

Il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(2) tal-Anness A u b’referenza għal-Linji Gwida tas-sigurtà [...] approvati skont l-Artikolu 3(3) tal-Anness A.

5.

L-informazzjoni klassifikata tal-Istati Membri skambjata mas-SEAE għandha tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni daqs IKUE mmarkata bi klassifikazzjoni ekwivalenti. Tabella ta’ ekwivalenza tista’ tinstab fl-Appendiċi B għal din id-Deċiżjoni.

6.

Il-klassifikazzjoni tas-sigurtà u, fejn applikabbli, id-data jew l-avveniment speċifiku li warajh tkun tista’ tonqos fil-grad jew tiġi deklassifikata, għandhom ikunu indikati b’mod ċar u korrett, tkun kif tkun l-IKUE, sew fuq il-karta, sew orali, elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra.

7.

Partijiet individwali ta’ dokument partikolari (jiġifieri paġni, paragrafi, taqsimiet, annessi, appendiċi, u dokumenti mehmużin u allegati) jistgħu jeħtieġu klassifikazzjonijiet differenti u għandhom jiġu mmarkati kif meħtieġ, inkluż meta jinħażnu f’forma elettronika.

8.

Sa fejn hu possibbli, id-dokumenti li jinkludu partijiet b’livelli differenti ta’ klassifikazzjoni għandhom ikunu strutturati sabiex partijiet b’livell differenti ta’ klassifikazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati u mwarrba faċilment, jekk ikun meħtieġ.

9.

Il-livell ta’ klassifikazzjoni ġenerali ta’ dokument jew fajl għandu jkun mill-inqas għoli daqs dak tal-iżjed komponent għoli tiegħu. Meta tinġabar informazzjoni minn diversi sorsi, il-prodott finali għandu jiġi eżaminat biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà ġenerali tiegħu, peress li jista’ jkun li jkun jeħtieġlu klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-partijiet komponenti tiegħu.

10.

Il-klassifikazzjoni ta’ ittra jew nota li tkopri xi allegati għandha tkun għolja daqs l-ogħla klassifikazzjoni tal-allegati tagħha. L-oriġinatur għandu jindika b’mod ċar f’liema livell hija klassifikata meta jwarrabha mill-allegati tagħha b’mezzi ta’ mmarkar xierqa, pereżempju:

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL Mingħajr parti(jiet) mehmuża RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Marki

11.

Minbarra waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tal-Anness A, IKUE jista’ jkollha marki addizzjonali, bħal:

(a)

identifikatur biex juri l-oriġinatur;

(b)

kwalunkwe twissijiet, kliem ta' kodiċi jew akronimi li jispeċifikaw il-qasam tal-attività li jkun relatat magħha d-dokument, id-distribuzzjoni partikolari abbażi tal-ħtieġa ta' tagħrif jew ir-restrizzjonijiet dwar l-użu;

(c)

marki ta' rilaxx.

12.

Wara deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE lil Stat terz jew Organizzazzjoni Internazzjonali, id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jibgħat l-informazzjoni klassifikata kkonċernata, li għandu jkollha marka ta’ rilaxx li tindika l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun ser tiġi rilaxxata.

13.

Lista ta’ marki awtorizzati għandha tiġi adottata mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

Immarkar ta' klassifikazzjoni abbrevjati

14.

Immarkar ta’ klassifikazzjoni abbrevjati standardizzati jistgħu jintużaw biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ paragrafi individwali ta’ test. L-abbrevjazzjonijiet m’għandhomx jissostitwixxu l-immarkar sħiħ ta’ klassifikazzjoni.

15.

L-abbrevjazzjonijiet standard li ġejjin jistgħu jintużaw f’dokumenti klassifikati tal-UE biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ taqsimiet jew blokok ta’ test li fih inqas minn paġna waħda:

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

TS-UE/EU-TS

SECRET UE/EU SECRET

S-UE/EU-S

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

C-UE/EU-C

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

R-UE/EU-R

Ħolqien ta' IKUE

16.

Meta jinħoloq dokument klassifikat tal-UE:

(a)

kull paġna għandha tkun immarkata b'mod ċar bil-livell ta' klassifikazzjoni;

(b)

kull paġna għandha tkun innumerata;

(c)

id-dokument għandu jkollu numru ta' referenza u suġġett, li fih innifsu mhux informazzjoni klassifikata, sakemm ma jkunx immarkat bħala tali;

(d)

id-dokument ikun iddatat;

(e)

id-dokumenti klassifikati CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandu jkollhom numru tal-kopja f'kull paġna, jekk ikollhom jiġu distribwiti f'diversi kopji.

17.

Fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat il-paragrafu 16 għal IKUE, għandhom jittieħdu miżuri adatti oħra f’konformità ma’ linji gwida dwar is-sigurtà [...] stabbiliti skont din id-Deċiżjoni.

Tnaqqis fil-grad u deklassifikazzjoni ta' IKUE

18.

Fil-mument tal-ħolqien tagħha, l-oriġinatur għandu jindika, fejn possibbli, u b’mod partikolari għall-informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, jekk l-IKUE tistax tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata f’data partikolari jew wara avveniment speċifiku.

19.

Is-SEAE għandu jirrieżamina regolarment l-IKUE li jkollu biex jaċċerta jekk il-livell ta’ klassifikazzjoni għadux japplika. Is-SEAE għandu jistabbilixxi sistema ta’ rieżami tal-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE reġistrata li huwa jkun oriġina, mhux inqas minn darba kull ħames snin. Rieżami bħal dan ma għandux ikun meħtieġ fejn l-oriġinatur ikun indika mill-ewwel żmien speċifiku meta l-informazzjoni awtomatikament jitnaqqsilha l-grad jew tiġi deklassifikata, u l-informazzjoni tkun ġiet immarkata kif imiss.

III.   REĠISTRAZZJONI TA’ IKUE GĦAL FINIJIET TA’ SIGURTÀ

20.

Għandu jiġi stabbilit reġistru ċentrali fil-Kwartieri Ġenerali. Għal kull entità organizzattiva fis-SEAE li fiha tiġi ttrattata l-IKUE, għandu jiġi stabbilit reġistru responsabbli, subordinat għar-reġistru ċentrali, biex ikun żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-reġistri għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ Sigurtà kif definit fl-Anness A.

Kull Delegazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi r-reġistru tagħha tal-IKUE.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha taħtar Uffiċjal Ewlieni tar-Reġistru għal dawn ir-reġistri.

21.

Il-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tas-sigurtà (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-reġistrazzjoni”) tfisser l-applikazzjoni ta’ proċeduri li jirrekordjaw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-informazzjoni, inkluż id-disseminazzjoni u l-qerda tagħha. Fil-każ ta’ SKI, il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jistgħu jsiru bi proċess fis-SKI nnifisha.

22.

Il-materjal kollu klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla għandu jiġi rreġistrat meta jasal f’entità organizzattiva, inkluż id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, u meta jitlaq. Informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi rreġistrata f’reġistri magħżula.

23.

Ir-Reġistru Ċentrali fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE għandu jkun il-punt ewlieni tad-dħul u l-ħruġ għall-iskambji ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Għandu jżomm rekord ta’ dawn l-iskambji kollha.

24.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tapprova Linji Gwida tas-sigurtà dwar ir-reġistrazzjoni ta’ IKUE għal finijiet ta’ sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ din id-Deċiżjoni.

Reġistri TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

25.

Għandu jintgħażel Reġistru Ċentrali fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE biex jaġixxi bħala l-awtorità ċentrali li tirċievi u li tibgħat informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. Fejn meħtieġ, jistgħu jintgħażlu reġistri sekondarji biex tiġi ttrattata tali informazzjoni għal finijiet ta’ reġistrazzjoni.

26.

Tali reġistri sekondarji ma jistgħux jittrasmettu dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET direttament lil reġistri sekondarji oħrajn tal-istess reġistru ċentrali TRES SECRET UE/EU TOP SECRET mingħajr l-approvazzjoni espliċita bil-miktub ta’ dan tal-aħħar.

IV.   IKKUPJAR U TRADUZZJONI TA’ DOKUMENTI KLASSIFIKATI TAL-UE

27.

Dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti biss bil-permess bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

28.

Fejn l-oriġinatur ta’ dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET u anqas ma jkunx impona restrizzjonijiet dwar l-ikkupjar jew it-traduzzjoni tagħhom, tali dokumenti jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti fuq istruzzjoni tad-detentur.

29.

Il-miżuri ta’ sigurtà applikabbli għad-dokument oriġinali għandhom japplikaw għall-kopji u t-traduzzjonijiet tagħhom. Il-kopji ta’ CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jinħolqu biss mir-reġistru (jew sottoreġistru) rilevanti b’magna tal-fotokopji sikura. Il-kopji għandhom jiġu rreġistrati.

V.   ĠARR TA’ IKUE

30.

Il-ġarr ta’ IKUE għandu jkun soġġett għall-miżuri protettivi stabbiliti fil-paragrafi 32 sa 42. Meta IKUE tinġarr b’mezzi elettroniċi, u irrispettivament mill-Artikolu 7(4) tal-Anness A, il-miżuri protettivi stabbiliti hawn taħt jistgħu jiġu ssupplimentati b’kontromiżuri tekniċi adatti preskritti mill-Awtorità ta’ Sigurtà tas-SEAE, sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ telf jew periklu.

31.

L-Awtorità ta’ Sigurtà tas-SEAE għandha toħroġ struzzjonijiet dwar il-ġarr ta’ IKUE skont din id-Deċiżjoni.

F'bini jew grupp ta' bini awtosuffiċjenti

32.

IKUE mġarra f’bini jew grupp ta’ bini awtosuffiċjenti għandha tkun koperta sabiex tiġi evitata l-osservazzjoni tal-kontenuti tagħha.

33.

F’bini jew fi grupp ta’ bini awtosuffiċjenti, l-informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinġarr minn individwi li jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà kif xieraq, f’envelop issiġillat li jġib biss l-isem tad-destinatarju.

Ġewwa l-UE

34.

IKUE li tinġarr bejn bini jew siti fl-UE għandha tiġi mballata sabiex tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat.

35.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa SECRET UE/EU SECRET fl-UE għandu jsir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, kif adatt;

(b)

ġarr bl-idejn, bil-kundizzjoni li:

(i)

l-IKUE ma titlaqx mill-pussess ta' min ikun qed iġorrha, sakemm ma tkunx maħżuna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness A II;

(ii)

l-IKUE ma tinfetaħx fit-triq jew tinqara f'postijiet pubbliċi;

(iii)

l-individwi jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà sal-livell meħtieġ u jiġu infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom;

(iv)

l-individwi jkollhom ċertifikat ta' kurrier fejn meħtieġ;

(c)

servizzi postali jew servizzi ta' kurrier kummerċjali, bil-kundizzjoni li:

(i)

ikunu approvati mill-ASN rilevanti f'konformità ma' liġijiet u regolamenti nazzjonali;

(ii)

japplikaw miżuri ta' protezzjoni adatti f'konformità ma' rekwiżiti minimi li għandhom ikunu stabbiliti f'linji gwida tas-sigurtà skont l-Artikolu 21(1) ta' din id-Deċiżjoni.

Fil-każ ta' ġarr minn Stat Membru wieħed għal ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-punt (c) għandhom ikunu limitati għal informazzjoni klassifikata sa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL.

36.

Materjal klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET (pereżempju tagħmir jew makkinarju) li ma jistax jinġarr bil-mezzi msemmijin fil-paragrafu 34, għandu jkun ittrasportat bħala merkanzija minn kumpaniji tal-ġarr kummerċjali skont l-Anness A V.

37.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa TRES SECRET UE/EU TOP SECRET bejn bini jew edifiċji fl-UE għandu jsir permezz ta’ kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, kif adatt.

Minn ġewwa l-UE għat-territorju ta' Stat terz, jew bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi

38.

L-IKUE li tkun qed tinġarr minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz, jew bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi, għandha tiġi ppakkjata b’tali mod li tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat.

39.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz, u l-ġarr ta’ kull IKUE klassifikata sa SECRET UE/EU SECRET bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi, għandu jsir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

kurrier militari jew diplomatiku;

(b)

ġarr bl-idejn, bil-kundizzjoni li:

(i)

il-pakkett ikollu siġill uffiċjali, jew ikun imballat b'mod li jindika li huwa konsenja uffiċjali u li m'għandux jgħaddi minn skrutinju doganali jew ta' sigurtà;

(ii)

l-individwi jkollhom ċertifikat ta' kurrier li jidentifika l-pakkett u li jawtorizzahom li jġorru l-pakkett;

(iii)

l-IKUE ma titlaqx mill-pussess ta' min ikun qed iġorrha, sakemm ma tkunx maħżuna skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness A II;

(iv)

l-IKUE ma tinfetaħx fit-triq jew tinqara f'postijiet pubbliċi; u

(v)

l-individwi jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà sal-livell meħtieġ u jiġu infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom.

40.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET rilaxxata mill-UE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti taħt Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv skont l-Artikolu 10(2) tal-Anness A.

41.

Informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista’ tinġarr ukoll minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz permezz ta’ servizzi postali jew servizzi ta’ kurrier kummerċjali.

42.

Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz, jew bejn entitajiet tal-UE fi Stati terzi, għandu jsir permezz ta’ kurrier militari jew diplomatiku.

VI.   QERDA TA’ IKUE

43.

Id-dokumenti klassifikati tal-UE li m’għadhomx meħtieġa jistgħu jinqerdu, mingħajr preġudizzju għar-regoli u r-regolamenti rilevanti dwar l-arkivjar.

44.

Id-dokumenti li huma soġġetti għal reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Anness A għandhom jinqerdu mir-reġistru responsabbli fuq struzzjoni mid-detentur jew minn awtorità kompetenti. Il-logbooks u informazzjoni oħra dwar ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.

45.

Dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET jew TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandhom jinqerdu fil-preżenza ta’ xhud, li għandu jkun approvat sa mill-inqas il-livell ta’ klassifikazzjoni tad-dokument li jkun qed jinqered.

46.

Ir-reġistratur u x-xhud, fejn tkun meħtieġa l-preżenza ta’ dan tal-aħħar, għandhom jiffirmaw ċertifikat ta’ qerda, li għandu jiddaħħal fir-reġistru. Ir-reġistru għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ qerda tad-dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għal perjodu ta’ mill-anqas għaxar snin u tad-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin.

47.

Dokumenti klassifikati, inkluż dawk klassifikati RESTREINT UE/EU RESTRICTED, għandhom jinqerdu b’metodi li jilħqu standards tal-UE rilevanti jew oħrajn ekwivalenti jew li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri f’konformità ma’ standards tekniċi nazzjonali sabiex tiġi impedita r-rikostruzzjoni sħiħa jew parzjali.

48.

Il-qerda ta’ mezzi ta’ ħażna elettronika użata għal IKUE għandha ssir f’konformità ma’ proċeduri approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

VII.   SPEZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ

Spezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE

49.

F’konformità mal-Artikolu 16 ta’ din id-Deċiżjoni, l-ispezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE jkopru:

(a)

spezzjonijiet tas-sigurtà ġenerali, li l-għan tagħhom għandu jkun li jivvalutaw il-livell ġenerali ta' sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE, Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-edifiċji dipendenti jew relatati kollha, speċjalment biex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà implimentati għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tas-SEAE;

(b)

spezzjonijiet tas-sigurtà tal-IKUE, li l-għan tagħhom għandu jkun li jevalwaw, ġeneralment bl-iskop ta' akkreditazzjoni, l-effettività tal-miżuri implimentati għall-protezzjoni ta' IKUE fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

B'mod partikulari, spezzjonijiet bħal dawn għandhom jitwettqu, fost oħrajn, biex:

(i)

jiġi żgurat li jiġu rispettati l-istandards minimi għall-protezzjoni ta' IKUE mniżżlin f'din id-Deċiżjoni;

(ii)

tiġi enfasizzata l-importanza ta' sigurtà u tal-ġestjoni effikaċi tar-riskju fl-entitajiet li jiġu spezzjonati;

(iii)

jiġu rakkomandati kontromiżuri biex jittaffa l-impatt speċifiku ta' telf ta' kunfidenzjalità, integrità jew disponibbiltà ta' informazzjoni klassifikata; u

(iv)

jissaħħu l-programmi eżistenti tal-awtoritajiet ta' sigurtà rigward l-edukazzjoni dwar u l-konoxxenza ta' sigurtà.

Twettiq ta' spezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE u rapporti dwarhom

50.

Għandhom isiru spezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE minn tim ta’ spezzjoni tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u, fejn meħtieġ, bl-appoġġ ta’ esperti tas-sigurtà ta’ Istituzzjonijiet jew Stati Membri oħra tal-UE.

It-tim ta' spezzjoni għandu jkollu aċċess għal kull post fejn tiġi ttrattata l-IKUE, b'mod partikolari għar-reġistri u l-punti ta' preżenza ta' SKI.

51.

L-ispezzjonijiet tas-Sigurtà tas-SEAE fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom isiru f’koordinazzjoni mad-Direttorat responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet u kull meta jkun meħtieġ, bl-appoġġ tal-Uffiċjali tas-Sigurtà tal-ambaxxati tal-Istati Membri li jinsabu fil-pajjiżi terzi.

52.

Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tadotta programm ta’ spezzjoni tas-sigurtà għas-SEAE għas-sena ta’ wara.

53.

Meta jkun meħtieġ, spezzjonijiet tas-sigurtà li ma jkunux previsti fil-programm imsemmi hawn fuq jistgħu jiġu organizzati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

54.

Fit-tmiem tal-ispezzjoni tas-sigurtà, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin għandhom jiġu ppreżentati lill-entità li tkun ġiet spezzjonata. Wara dan, għandu jitfassal rapport dwar l-ispezzjoni mit-tim ta’ spezzjoni. Fejn ikunu ġew proposti azzjonijiet korrettiva u rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu inklużi biżżejjed dettalji fir-rapport biex isostnu l-konklużjonijiet li jkunu ntlaħqu. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, lid-Direttur għaċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet, fir-rigward tal-ispezzjonijiet tas-sigurtà fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, u lill-Kap tal-entità spezzjonata.

Għandu jitħejja rapport regolari taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE li jissottolinja l-lezzjonijiet miksuba mill-ispezzjonijiet li jkunu twettqu matul perjodu speċifikat, u jiġi eżaminat mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

It-twettiq ta' spezzjonijiet tas-sigurtà f'aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE u r-rappurtar dwarhom

55.

Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE jista’, fejn ikun xieraq, jaħtar esperti kontributuri biex jipparteċipaw fi gruppi ta’ spezzjoni konġunti tal-UE li jwettqu spezzjonijiet f’aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, il-Kapitolu 2 tat-TUE.

Lista ta' kontroll tal-ispezzjonijiet tas-sigurtà tas-SEAE

56.

Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jfassal u jaġġorna lista ta’ kontroll dwar l-ispezzjonijiet tas-sigurtà tal-punti li għandhom jiġu verifikati waqt spezzjoni tas-sigurtà tas-SEAE. Din il-lista ta’ kontroll għandha tintbagħat lill-Kumitat ta’ Sigurtà tas-SEAE.

57.

L-informazzjoni għall-ikkompletar tal-lista ta’ kontroll għandha tinkiseb b’mod partikolari matul l-ispezzjoni mill-ġestjoni tas-sigurtà tal-entità li tkun qed tiġi spezzjonata. Ladarba tkun ikkompletata bit-tweġibiet dettaljati, il-lista ta’ kontroll għandha tkun klassifikata bi qbil mal-entità spezzjonata. Hija m’għandhiex tifforma parti mir-rapport dwar l-ispezzjoni.

ANNESS A IV

PROTEZZJONI TA' IKUE TTRATTATA F'SKI

I.   INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Anness A.

2.

Il-kwalitajiet u l-kunċetti ta’ Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AI) li ġejjin huma essenzjali għas-sigurtà u l-funzjonament korrett tal-operazzjonijiet dwar is-Sistemi ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI):

Awtentiċità:

il-garanzija li l-informazzjoni hija ġenwina u minn sorsi bona fide;

Disponibbiltà:

il-kwalità li tkun aċċessibbli u tista' tintuża meta tintalab minn entità awtorizzata;

Kunfidenzjalità:

il-kwalità li informazzjoni ma tiġix żvelata lil individwi, entitajiet jew proċessi mhux awtorizzati;

Integrità:

il-kwalità li jiġu ssalvagwardjati l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni u l-assi;

Non-rifjut:

l-abbiltà li jiġi ppruvat li azzjoni jew avveniment seħħ, sabiex dan l-avveniment jew azzjoni ma tkunx tista' tinċaħad sussegwentement.

II.   PRINĊIPJI DWAR L-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI

3.

Id-dispożizzjonijiet mniżżla hawn taħt għandhom jiffurmaw il-pedament għas-sigurtà ta’ kull SKI li tittratta IKUE. Ir-rekwiżiti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu definiti fil-Linji Gwida ta’ sigurtà tal-AI.

Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà

4.

Il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà għandu jkun parti integrali fid-definizzjoni, l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tas-SKI. Il-ġestjoni tar-riskju (valutazzjoni, trattament, aċċettazzjoni u komunikazzjoni) għandha ssir bħala proċess iterattiv, b’mod konġunt mar-rappreżentanti tal-proprjetarji tas-sistema, l-awtoritajiet tal-proġett, l-awtoritajiet operattivi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ sigurtà, bl-użu ta’ proċess tal-valutazzjoni tar-riskju li jkun ippruvat, trasparenti u kompletament ċar. L-ambitu tas-SKI u l-assi tagħha għandhom jiġu definiti b’mod ċar fil-bidu tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju.

5.

L-awtoritajiet kompetenti tas-SEAE għandhom jeżaminaw it-theddid potenzjali għas-SKI u għandhom iżommu valutazzjonijiet aġġornati u eżatti tat-theddid li jirriflettu l-ambjent operattiv attwali. Huma għandhom jaġġornaw kontinwament l-għarfien tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ vulnerabbiltà u jirrevedu perjodikament il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà biex jilħqu mal-ambjent tal-informatika (IT) li dejjem jinbidel.

6.

L-għan tal-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà għandu jkun li japplika sett ta’ miżuri ta’ sigurtà li jirriżultaw f’kompromess sodisfaċenti bejn ir-rekwiżiti tal-utent u r-riskju residwu għas-sigurtà.

7.

Ir-rekwiżiti, l-iskala u l-grad speċifiċi ta’ dettall determinati mill-Awtorità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Sigurtà (AAS) rilevanti għall-akkreditazzjoni ta’ SKI għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju vvalutat, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha, inkluż il-livell ta’ klassifikazzjoni tal-IKUE ttrattata f’SKI. L-akkreditazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni formali dwar ir-riskju residwu u l-aċċettazzjoni tar-riskju residwu minn awtorità responsabbli.

Sigurtà fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-SKI

8.

L-iżgurar ta’ sigurtà għandu jkun rekwiżit matul iċ-ċiklu ta’ ħajja sħiħ ta’ SKI mill-inizjazzjoni sal-irtirar mis-servizz.

9.

Ir-rwol u l-interazzjoni ta’ kull attur involut f’SKI fir-rigward ta’ sigurtà tagħha għandu jiġi identifikat għal kull fażi taċ-ċiklu tal-ħajja.

10.

Kwalunkwe SKI, inkluż il-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u non-tekniċi tagħha, għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar ta’ sigurtà waqt il-proċess ta’ akkreditazzjoni biex jiġi żgurat li jinkiseb il-livell xieraq ta’ assigurazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà implimentati u biex jiġi vverifikat li dawn ikunu implimentati, integrati u konfigurati sew.

11.

Għandhom isiru valutazzjonijiet, ispezzjonijiet u reviżjonijiet ta’ sigurtà perjodikament waqt l-operat u l-manutenzjoni ta’ SKI u meta jirriżultaw ċirkostanzi eċċezzjonali.

12.

Id-dokumentazzjoni ta’ sigurtà għal SKI għandha tevolvi matul iċ-ċiklu tal-ħajja bħala parti integrali tal-proċess tal-ġestjoni tal-bidla u l-konfigurazzjoni.

L-aħjar prattika

13.

Is-SEAE għandu jikkoopera mas-SĠK, mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri biex tiġi żviluppata l-aħjar prattika għall-protezzjoni tal-IKUE ttrattata fis-SKI. Il-linji gwida għall-aħjar prattika għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali għas-SKI li l-effikaċja tagħhom biex jaffrontaw theddid u vulnerabbiltajiet partikolari ġiet ippruvata.

14.

Il-protezzjoni ta’ IKUE ttrattata fuq SKI għandha tibbenefika mill-lezzjonijiet li tgħallmu dawk l-entitajiet involuti fl-AI, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE.

15.

Id-disseminazzjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-aħjar prattika għandhom jgħinu biex jintlaħaq livell ekwivalenti ta’ assigurazzjoni għad-diversi SKI mħaddma mis-SEAE li jittrattaw IKUE.

Difiża fil-fond

16.

Biex jitnaqqas ir-riskju għal SKI, għandha tiġi implimentata medda ta’ miżuri ta’ sigurtà tekniċi u mhux tekniċi, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża. Dawn is-saffi għandhom jinkludu:

(a)

Deterrent: miżuri ta' sigurtà bil-għan li jiddisswadu kwalunkwe avversarju li jkun qed jippjana li jattakka s-SKI;

(b)

Prevenzjoni: miżuri ta' sigurtà bil-għan li jimpedixxu jew jimblokkaw attakk fuq is-SKI;

(c)

Detezzjoni: miżuri ta' sigurtà bil-għan li jiskopru l-okkorrenza ta' attakk fuq is-SKI;

(d)

Reżiljenza: miżuri ta' sigurtà bil-għan li jillimitaw l-impatt ta' attakk għal sett minimu ta' informazzjoni jew assi tas-SKI u li jimpedixxu aktar ħsara; u

(e)

Irkupru: miżuri ta' sigurtà bil-għan li jirkupraw sitwazzjoni sigura għas-SKI.

Il-livell ta' strettezza u applikabbiltà ta' tali miżuri tas-sigurtà għandhom jiġu ddeterminati wara li tkun saret valutazzjoni tar-riskju.

17.

L-awtoritajiet kompetenti tas-SEAE għandhom jiżguraw li huma kapaċi jirrispondu għal inċidenti li jistgħu jmorru lil hinn mil-limiti organizzattivi u nazzjonali biex jikkoordinaw rispons u jikkondividu informazzjoni dwar dawn l-inċidenti u r-riskju relatat (kapaċitajiet ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza tal-kompjuters).

Prinċipju ta' minimalità u l-inqas privileġġ

18.

Sabiex jiġi evitat riskju mhux neċessarju għandhom jiġu implimentati l-funzjonalitajiet, it-tagħmir u s-servizzi biss li jissodisfaw il-ħtiġiet operattivi.

19.

L-utenti tas-SKI u l-proċessi awtomatizzati għandhom jingħataw l-aċċess, il-privileġġi jew l-awtorizzazzjonijiet biss li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom sabiex ikun limitat kwalunkwe dannu li jirriżulta minn inċidenti, żbalji, jew użu mhux awtorizzat ta’ riżorsi tas-SKI.

20.

Il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni imwettqa minn SKI, fejn meħtieġ, għandhom jiġu verifikati bħala parti mill-proċess ta’ akkreditazzjoni.

Konoxxenza tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni

21.

Il-konoxxenza tar-riskji u l-miżuri ta’ sigurtà disponibbli hija l-ewwel linja ta’ difiża għas-sigurtà tas-SKI. B’mod partikolari, il-persunal kollu involut fiċ-ċiklu tal-ħajja tas-SKI, inkluż l-utenti, għandu jifhem:

(a)

li n-nuqqasijiet ta' sigurtà jistgħu jagħmlu ħsara sinifikanti lis-SKI u lill-organizzazzjoni sħiħa;

(b)

il-ħsara potenzjali lill-oħrajn li tista' tirriżulta mill-interkonnettività u l-interdipendenza; u

(c)

ir-responsabbiltà tiegħu għas-sigurtà tas-SKI u għandu jinżamm responsabbli skont ir-rwoli individwali tiegħu fis-sistemi u l-proċessi.

22.

Sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet għas-sigurtà jkunu ċari, l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ konoxxenza dwar l-AI għandhom ikunu mandatorji għall-persunal kollu involut, inkluż l-amministraturi anzjani u l-utenti tas-SKI.

Evalwazzjoni u approvazzjoni ta' prodotti għas-sigurtà tal-informatika

23.

Il-livell meħtieġ ta’ fiduċja fil-miżuri ta’ sigurtà, definit bħala livell ta’ assigurazzjoni, għandu jiġi determinat skont l-eżitu tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju u f’konformità mal-politika u l-linji gwida rilevanti ta’ sigurtà.

24.

Il-livell ta’ assigurazzjoni għandu jiġi vverifikat bl-użu ta’ proċessi u metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment jew approvati nazzjonalment. Primarjament, dan jinkludi evalwazzjoni, kontrolli u verifika.

25.

Prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE għandhom jiġu evalwati u approvati minn Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK) nazzjonali ta’ Stat Membru.

26.

Qabel ma jiġu rrakkomandati għall-approvazzjoni mill-AAK tas-SEAE skont l-Artikolu 8(5) ta’ din id-Deċiżjoni, tali prodotti kriptografiċi għandhom ikunu għaddew b’suċċess minn evalwazzjoni tat-tieni parti minn Awtorità ta’ Evalwazzjoni Kwalifikata (AQUA) ta’ Stat Membru mhux involut fit-tfassil jew fil-manifattura tat-tagħmir. Il-livell ta’ dettall meħtieġ f’evalwazzjoni mit-tieni parti, għandu jiddependi fuq il-livell massimu previst ta’ klassifikazzjoni tal-IKUE li dawn il-prodotti għandhom jipproteġu.

27.

Fejn meħtieġ minħabba raġunijiet operattivi speċifiċi, l-AAK tas-SEAE tista’, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà tal-Kunsill, tneħħi r-rekwiżiti skont il-paragrafi 25 jew 26 u tagħti approvazzjoni interim għal perjodu speċifiku skont l-Artikolu 8(5) ta’ din id-Deċiżjoni.

28.

AQUA għandha tkun AAK ta’ Stat Membru li tkun ġiet akkreditata fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti mill-Kunsill biex twettaq it-tieni evalwazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE.

29.

Ir-Rappreżentant Għoli għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar il-kwalifiki u l-approvazzjoni ta’ prodotti mhux kriptografiċi għas-sigurtà tal-informatika.

Trażmissjoni f'Żoni ta' Sigurtà

30.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, meta t-trażmissjoni ta’ IKUE tkun ikkonfinata f’Żoni Siguri jew Żoni Amministrattivi, id-distribuzzjoni mhux kodifikata jew l-ikkodifikar f’livell aktar baxx jistgħu jintużaw abbażi tal-eżitu tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju u soġġetti għall-approvazzjoni tal-AAS.

Interkonnessjoni sigura tas-SKI

31.

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, interkonnessjoni għandha tfisser il-konnessjoni diretta ta’ żewġ sistemi tal-informatika, jew aktar bil-fini tal-kondiviżjoni ta’ data u riżorsi oħra ta’ informazzjoni (pereżempju komunikazzjoni) b’mod unidirezzjonali jew multidirezzjonali.

32.

SKI għandha tittratta kwalunkwe sistema tal-informatika interkonnessa bħala li ma tistax tiġi fdata u għandha timplimenta miżuri protettivi għall-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata.

33.

Għall-interkonnessjonijiet kollha ta’ SKI ma’ sistema oħra tal-informatika, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti bażiċi li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti kummerċjali jew operattivi għal dawn l-interkonnessjonijiet għandhom ikunu ddikjarati u approvati mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

l-interkonnessjoni għandha tgħaddi minn proċess ta' ġestjoni tar-riskju u ta' akkreditazzjoni u għandha tirrikjedi l-approvazzjoni tal-AAS kompetenti; u

(c)

Għandhom jiġu implimentati Servizzi ta' Protezzjoni fil-Konfini (SPK) fil-perimetru ta' kull SKI.

34.

M’għandu jkun hemm l-ebda interkonnessjoni bejn SKI akkreditata u network pubbliku jew mhux protett, ħlief fejn is-SKI tkun approvat SPK installati għal tali fini bejn is-SKI u n-network pubbliku jew mhux protett. Il-miżuri ta sigurtà għal tali interkonnessjonijiet għandhom jiġu ri’eżaminati mill-Awtorità għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AAI) kompetenti u approvati mill-AAS kompetenti.

Meta n-network pubbliku jew mhux protett jintuża biss bħala kurrier u d-data tkun kodifikata bi prodott kriptografiku approvat skont l-Artikolu 8(5) ta' din id-Deċiżjoni, tali konnessjoni għandha titqies li hija interkonnessjoni.

35.

L-interkonnessjoni diretta jew kaskata ta’ SKI akkreditata biex tittratta TRES SECRET UE/EU TOP SECRET ma’ network pubbliku jew mhux protett għandha tkun ipprojbita.

Mezzi ta' ħażna elettronika

36.

Mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jinqerdu skont il-proċeduri approvati mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

37.

Il-mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jiġu użati mill-ġdid, jitnaqqsilhom il-grad jew deklassifikati f’konformità mal-Linji Gwida tas-SEAE dwar it-tnaqqis fil-grad u d-deklassifikazzjoni tal-IKUE stabbiliti skont l-Artikolu 8(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Ċirkostanzi ta' emerġenza

38.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-proċeduri speċifiċi deskritti hawn taħt jistgħu jiġu applikati għal perjodu limitat ta’ żmien f’emerġenza, bħal waqt kriżi imminenti jew reali, kunflitt, jew sitwazzjonijiet ta’ gwerra jew f’ċirkostanzi operattivi eċċezzjonali.

39.

IKUE tista’ tiġi trażmessa bl-użu ta’ prodotti kriptografiċi li jkunu ġew approvati għal livell ta’ klassifikazzjoni aktar baxx jew mingħajr ikkodifikar bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jekk kwalunkwe dewmien ikun jikkawża dannu li jegħleb b’mod ċar id-dannu li jirriżulta minn kwalunkwe żvelar tal-materjal klassifikat u jekk:

(a)

L-ispeditur u r-riċevitur ma jkollhomx il-faċilità meħtieġa għall-ikkodifikar jew l-ebda faċilità għall-ikkodifikar; u

(b)

il-materjal klassifikat ma jkunx jista' jintbagħat fil-ħin b'mezzi oħrajn.

40.

L-informazzjoni klassifikata trażmessa taħt iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 39 ma għandu jkollha l-ebda marka jew indikazzjoni li tiddistingwiha minn informazzjoni mhux klassifikata jew li tista’ tiġi protetta minn prodott kriptografiku disponibbli. Ir-riċevituri għandhom jiġu notifikati dwar il-livell ta’ klassifikazzjoni, mingħajr dewmien, permezz ta’ mezzi oħrajn.

41.

Jekk jintuża l-paragrafu 39, għandu jsir rapport sussegwenti lid-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u, permezz tiegħu, lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE. Dan ir-rapport għandu mill-inqas jiddikjara l-ispeditur, ir-riċevitur u l-oriġinatur ta’ kull biċċa IKUE.

III.   FUNZJONIJIET U AWTORITAJIET TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI

42.

Il-funzjonijiet AI li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fis-SEAE. Dawn il-funzjonijiet ma jirrikjedux entitajiet organizzativi uniċi. Dawn għandu jkollhom mandati separati. Madanakollu, dawn il-funzjonijiet, u r-responsabbiltajiet li jakkumpanjawhom jistgħu jingħaqdu jew jiġu integrati fl-istess entità organizzattiva jew mifrudin f’entitajiet organizzattivi differenti, dment li jiġu evitati konflitti interni ta’ interess jew ta’ kompiti.

Awtorità għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AAI)

43.

L-AAI għandha tkun responsabbli għal:

(a)

l-iżvilupp ta' Linji Gwida dwar is-sigurtà tal-AI u s-sorveljanza tal-effettività u r-rilevanza tagħhom;

(b)

is-salvagwardja u l-amministrazzjoni tal-informazzjoni teknika relatata ma' prodotti kriptografiċi;

(c)

l-iżgurar li l-miżuri tal-AI magħżula għall-protezzjoni tal-IKUE jikkonformaw mal-Linji Gwida rilevanti li jirregolaw l-eliġibbiltà u l-għażla tagħhom;

(d)

l-iżgurar li l-prodotti kriptografiċi jintgħażlu f'konformità mal-Linji Gwida li jirregolaw l-eliġibbiltà u l-għażla tagħhom;

(e)

il-koordinazzjoni tat-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-AI;

(f)

l-ikkonsultar mal-fornitur tas-sistema, l-atturi ta' sigurtà u r-rappreżentanti tal-utenti fir-rigward ta' linji gwida ta' sigurtà għall-AI; u

(g)

l-iżgurar tad-disponibbiltà ta' għarfien espert fis-sottoqasam ta' esperti tal-Kumitat ta' Sigurtà tas-SEAE għall-kwistjonijiet tal-AI.

Awtorità TEMPEST

44.

L-Awtorità TEMPEST (AT) għandha tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità tas-CIS mal-politiki u l-linji gwida TEMPEST. Hija għandha tapprova l-kontromiżuri TEMPEST għall-istallazzjonijiet u l-prodotti għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha.

Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK)

45.

L-AAK għandha tkun responsabbli li tiżgura li l-prodotti kriptografiċi jkunu konformi mal-Linji Gwida kriptografiċi rispettiva. Hija għandha tapprova prodott kriptografiku għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha.

Awtorità ta' Distribuzzjoni Kripto (ADK)

46.

L-ADK għandha tkun responsabbli għal:

(a)

il-ġestjoni u l-kontabilità għal materjal kripto tal-UE;

(b)

l-iżgurar li jiġu infurzati l-proċeduri adatti u jiġu stabbiliti mezzi għall-kontabilità, it-trattament sigur, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-materjal kripto kollu tal-UE; u

(c)

l-iżgurar tat-trasferiment tal-materjal kripto tal-UE lil jew minn individwi jew servizzi li jkunu qed jużawh.

Awtorità ta' Akkreditazzjoni ta' Sigurtà (AAS)

47.

L-AAS għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:

(a)

l-iżgurar li s-SKI huma konformi mal-Linji Gwida ta' sigurtà rilevanti, filwaqt li tipprovdi dikjarazzjoni ta' approvazzjoni lis-SKI biex tittratta IKUE sa livell definit ta' klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha, fejn ikunu ddikjarati t-termini u l-kundizzjonijiet tal-akkreditazzjoni, u l-kriterji skont liema hija meħtieġa riapprovazzjoni;

(b)

l-istabbiliment ta' proċess ta' akkreditazzjoni ta' sigurtà, skont il-Linji Gwida rilevanti, li jistipula b'mod ċar il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni għal SKI taħt l-awtorità tagħha;

(c)

id-definizzjoni ta' strateġija ta' akkreditazzjoni ta' sigurtà, li tistabbilixxi l-ammont ta' dettall għall-proċess ta' akkreditazzjoni proporzjonat mal-livell ta' assigurazzjoni meħtieġ;

(d)

l-eżami u l-approvazzjoni ta' dokumentazzjoni relatata mas-sigurtà, inkluż dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju u r-riskju residwu, Dikjarazzjonijiet dwar ir-Rekwiżiti tas-Sigurtà Speċifiċi għas-Sistema (minn hawn 'il quddiem imsejħa “DRSS”), dokumentazzjoni dwar il-verifika tal-implimentazzjoni ta' sigurtà u l-Proċeduri Operattivi ta' Sigurtà (minn hawn 'il quddiem imsejħa “SecOPs”), u l-iżgurar li din tikkonforma mar-regoli u l-Linji Gwida ta' sigurtà tas-SEAE;

(e)

il-verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà fir-rigward tas-SKI billi jsiru jew jiġu sponsorjati valutazzjonijiet, ispezzjonijiet jew rieżamijiet ta' sigurtà;

(f)

id-definizzjoni tar-rekwiżiti ta' sigurtà (pereżempju livelli ta' approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal) għal pożizzjonijiet sensittivi fir-rigward tas-SKI;

(g)

l-endorsjar tal-għażla ta' prodotti kriptografiċi u ta' TEMPEST approvati użati biex tkun provduta sigurtà għas-SKI;

(h)

l-approvazzjoni, jew meta rilevanti, il-parteċipazzjoni fl-approvazzjoni konġunta, tal-interkonnessjoni ta' SKI lil SKI oħrajn; u

(i)

il-konsultazzjoni tal-fornitur tas-sistema, l-atturi ta' sigurtà u r-rappreżentanti tal-utenti fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà, partikolarment ir-riskju residwu, u t-termini u l-kundizzjonijiet tad-dikjarazzjoni ta' approvazzjoni.

48.

L-AAS tas-SEAE għandha tkun responsabbli biex takkredita s-SKI kollha li joperaw taħt ir-responsabbiltà tas-SEAE.

Bord ta' Akkreditazzjoni tas-Sigurtà (BAS)

49.

Bord ta’ Akkreditazzjoni tas-Sigurtà konġunt għandu jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ SKI taħt ir-responsabbiltà kemm tal-AAS tas-SEAE u tal-AAS tal-Istati Membri. Huwa għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-AAS minn kull Stat Membru u rappreżentant tal-AAS tas-SĠK u tal-Kummissjoni għandu jattendih. Entitajiet oħrajn b’punti fuq SKI għandhom ikunu mistiedna jattendu meta tkun qed tiġi diskussa dik is-sistema.

Il-BAS għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-AAS tas-SEAE. Huwa għandu jaġixxi bil-kunsens tar-rappreżentanti tal-AAS tal-istituzzjonijiet, l-Istati Membru u entitajiet oħrajn b'punti fuq is-SKI. Huwa għandu jirrapporta perjodikament dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE u għandu jinnotifikah bid-dikjarazzjonijiet kollha ta' akkreditazzjoni.

Awtorità Operattiva għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni

50.

L-Awtorità Operattiva tal-AI għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:

(a)

żvilupp ta' dokumentazzjoni dwar is-sigurtà f'konformità ma' Linji Gwida dwar is-sigurtà, b'mod partikolari d-Dikjarazzjoni dwar ir-Rekwiżiti tas-Sigurtà Speċifiċi għas-Sistema (DRSS), inkluż id-dikjarazzjoni dwar ir-riskju residwu, il-Proċeduri Operattivi ta' Sigurtà (SecOPs) u l-pjan kripto fil-proċess tal-akkreditazzjoni ta' SKI;

(b)

il-parteċipazzjoni fl-għażla u l-ittestjar tal-miżuri, it-tagħmir u s-software tekniċi ta' sigurtà speċifiċi għal sistema, is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom u l-iżgurar li dawn ikunu installati, ikkonfigurati u miżmuma b'mod sigur skont id-dokumentazzjoni ta' sigurtà rilevanti;

(c)

parteċipazzjoni fl-għażla tal-miżuri u t-tagħmir ta' TEMPEST jekk meħtieġa fid-DRSS u l-iżgurar li dawn ikunu installati u miżmuma b'mod sigur f'kooperazzjoni mal-Awtorità TEMPEST;

(d)

is-sorveljanza tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-SecOPs u, fejn adatt, tista' tiddelega responsabbiltajiet ta' sigurtà operattivi lil sid is-sistema;

(e)

ġestjoni u t-trattament ta' prodotti kriptografiċi, l-iżgurar tal-kustodja ta' oġġetti kripto u oġġetti kkontrollati u, jekk meħtieġ, l-iżgurar tal-produzzjoni ta' fatturi varjabbli kriptografiċi;

(f)

twettiq ta' rieżamijiet u testijiet għall-analiżi ta' sigurtà, partikolarment għall-produzzjoni tar-rapporti rilevanti ta' riskju, kif rikjest mill-AAS;

(g)

forniment ta' taħriġ tal-AI speċifiku għal SKI;

(h)

l-implimentazzjoni u l-ħidma ta' miżuri ta' sigurtà speċifiċi għal SKI.


ANNESS A V

SIGURTÀ INDUSTRIJALI

I.   INTRODUZZJONI

1.

L-Anness jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Anness A. Huwa jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ sigurtà ġenerali applikabbli għal entitajiet industrijali jew oħrajn fin-negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu ta’ kuntratti klassifikati mogħtija mis-SEAE.

2.

L-Awtorità ta’ Sigurtà tas-SEAE għandha tapprova Linji gwida dwar is-sigurtà industrijali li tistabbilixxi b’mod partikolari rekwiżiti dettaljati rigward l-Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (ASF), l-Ittri dwar Aspetti ta’ Sigurtà (SALs), iż-żjarat, it-trażmissjoni u l-ġarr tal-IKUE.

II.   ELEMENTI TA’ SIGURTÀ F’KUNTRATT KLASSIFIKAT

Gwida tal-Klassifikazzjoni ta' sigurtà (GKS)

3.

Qabel it-tnedija ta’ stedina għal offerti jew l-għoti ta’ kuntratt klassifikat, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiddetermina l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tingħata lill-offerenti u lill-kuntratturi, kif ukoll il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tinħoloq mill-kuntrattur. Għal dak il-fini, is-SEAE għandu jħejji GKS li għandha tintuża għall-prestazzjoni tal-kuntratt.

4.

Sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà tad-diversi elementi ta’ kuntratt klassifikat, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

fit-tħejjija ta' GKS, is-SEAE għandu jieħu kont tal-aspetti ta' sigurtà rilevanti kollha, inkluż il-klassifikazzjoni ta' sigurtà assenjata għal informazzjoni pprovduta u approvata li għandha tintuża għall-kuntratt mill-oriġinatur tal-informazzjoni;

(b)

il-livell ġenerali ta' klassifikazzjoni tal-kuntratt ma jistax ikun inqas mill-ogħla klassifikazzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu; u

(c)

fejn rilevanti, is-SEAE għandu jżomm kollegament mal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra kkonċernata fil-każ ta' kwalunkwe tibdil rigward il-klassifikazzjoni ta' informazzjoni maħluqa minn jew provduta lil kuntratturi fil-prestazzjoni ta' kuntratt u meta jsir kwalunkwe tibdil sussegwenti għall-GKS.

Ittra dwar aspetti ta' sigurtà (SAL)

5.

Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għal kuntratt għandhom jiġu deskritti f’SAL. Is-SAL għandu jkun fiha, fejn xieraq, il-GKS u għandha tkun parti integrali minn kuntratt jew sottokuntratt klassifikat.

6.

Is-SAL għandu jkun fiha dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-kuntrattur u/jew is-sottokuntrattur iżomm f’konformità mal-istandards minimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-istandards minimi jista’ jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex il-kuntratt jiġi terminat.

Struzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm/Proġett (SSP)

7.

Jiddependi mill-ambitu tal-programmi jew proġetti li jinvolvu aċċess għal jew trattament jew ħżin ta’ IKUE, jistgħu jitħejjew Struzzjonijiet speċifiċi ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett (SSP) mill-awtorità kontraenti magħżula biex timmaniġġa l-programm jew il-proġett. Is-SSP għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni tal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew ta’ kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra li tipparteċipa fil-programm/proġett u jista’ jkun fihom rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali.

III.   APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ GĦAL FAĊILITÀ (ASF)

8.

Id-Direttorat responsabbli għas-Sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jitlob lill-ASN jew lil-ASM jew lill-kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra ta’ Stat Membru biex tagħti ASF biex tindika, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, li entità industrijali jew entità oħra tista’ tipproteġi IKUE fil-livell xieraq ta’ klassifikazzjoni (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET) fil-faċilitajiet tagħha. Kuntrattur, sottokuntrattur, jew kuntrattur jew sottokuntrattur potenzjali ma għandux jiġi pprovdut IKUE jew jingħata aċċess għaliha qabel ma tkun ġiet trażmessa prova ta’ ASF lis-SEAE.

9.

Fejn rilevanti, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti xierqa oħra li teħtieġ ASF fl-istadju prekuntrattwali jew għall-prestazzjoni tal-kuntratt. ASF jew PSC għandhom jintalbu fl-istadju prekuntrattwali fejn IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi pprovduta matul il-proċess ta’ offerti.

10.

Is-SEAE bħala l-awtorità kontraenti m’għandhiex tagħti kuntratt klassifikat lill-offerent preferut qabel ma tkun irċeviet konferma mill-ASN/ASM jew minn kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur ikkonċernat huwa reġistrat, li, fejn meħtieġ, tkun inħarġet ASF xierqa.

11.

Is-SEAE bħala l-awtorità kontraenti għandu jitlob lill-ASN/ASM jew lil kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra li tkun ħarġet ASF biex tinnotifikah dwar kwalunkwe informazzjoni negattiva li tolqot l-ASF. Fil-każ ta’ sottokuntratt, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi informata kif adatt.

12.

L-irtirar ta’ ASF mill-ASN/ASM rilevanti jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandu jikkostitwixxi raġuni biżżejjed biex is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, ittemm kuntratt klassifikat jew teskludi offerent mill-kompetizzjoni.

IV.   Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal (PSCs) għal persunal tal-Kuntratturi

13.

Il-persunal kollu li jaħdem ma’ kuntratturi li jkun jeħtieġ aċċess għal IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla jrid ikollu l-approvazzjoni xierqa tas-sigurtà u jkollu ħtieġa ta’ tagħrif biex jaċċessa l-informazzjoni. Għalkemm mhix meħtieġa PSC għall-aċċess għal IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED, irid ikun hemm il-ħtieġa ta’ tagħrif għal tali aċċess.

14.

L-applikazzjonijiet għall-PSC għall-persunal ta’ kuntrattur għandhom isiru għand l-ASN/ASM responsabbli għall-entità.

15.

Is-SEAE għandu jiġbed l-attenzjoni tal-kuntratturi li jkunu jixtiequ jimpjegaw nazzjonal ta’ Stat terz f’pożizzjoni li tirrikjedi aċċess għal IKUE li hija r-responsabbiltà tal-ASN/ASM tal-Istat Membru, li fih tkun tinsab u inkorporata l-entità li tkun qed tfittex il-ħaddiema, li tiddetermina jekk individwu jistax jingħata aċċess għal tali informazzjoni, f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, u li tikkonferma li l-kunsens tal-oriġinatur irid ikun ġie pprovdut qabel ma jingħata tali aċċess.

V.   KUNTRATTI U SOTTOKUNTRATTI KLASSIFIKATI

16.

Fejn tingħata IKUE lil offerent fl-istadju prekuntrattwali, l-istedina biex jissottometti offerta għandu jkun fiha dispożizzjoni li tobbliga lill-offerent li jonqos milli jissottometti offerta jew li ma jintgħażilx, biex jirritorna d-dokumenti klassifikati kollha f’perjodu speċifikat ta’ żmien.

17.

Ladarba kuntratt jew sottokuntratt klassifikat ikun ingħata, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-kuntrattur jew sottokuntrattur dwar id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-kuntratt klassifikat.

18.

Meta tali kuntratti jiġu tterminati jew jintemmu, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti (u/jew l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra, kif xieraq, fil-każ ta’ sottokuntratt), għandhom minnufih jinnotifikaw lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur ikun reġistrat.

19.

Bħala regola ġenerali, il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur għandu jkun meħtieġ jirritorna kwalunkwe IKUE li jkollu lill-awtorità kontraenti, hekk kif jiġi tterminat jew jintemm il-kuntratt jew is-sottokuntratt klassifikat.

20.

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi mis-SAL għall-qerda ta’ IKUE matul il-prestazzjoni tal-kuntratt jew meta jiġi tterminat jew jintemm.

21.

Fejn il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur ikun awtorizzat iżomm IKUE wara t-terminazzjoni jew wara li jintemm il-kuntratt, huwa għandu jibqa’ konformi mal-istandards minimi li jinsabu f’din id-Deċiżjoni u jipproteġi l-kunfidenzjalità tal-IKUE.

22.

Il-kundizzjonijiet li taħthom il-kuntrattur jista’ jagħmel sottokuntratt għandhom ikunu definiti fl-istedina għall-offerti u fil-kuntratt.

23.

Kuntrattur għandu jikseb permess mis-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, qabel ma jsir sottokuntratt ta’ kwalunkwe parti ta’ kuntratt klassifikat. L-ebda sottokuntratt ma jista’ jingħata lil entitajiet industrijali jew oħrajn reġistrati fi Stat Membru li mhux membru tal-UE li ma jkunx ikkonkluda Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni mal-UE.

24.

Il-kuntrattur għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-attivitajiet sottokuntrattwali kollha jitwettqu f’konformità mal-istandards minimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u m’għandux jipprovdi IKUE lil sottokuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kontraenti.

25.

Fir-rigward ta’ IKUE maħluqa jew ittrattata mill-kuntrattur jew is-sottokuntrattur, id-drittijiet tal-oriġinatur għandhom jiġu eżerċitati mill-awtorità kontraenti.

VI.   ŻJARAT B’RABTA MA’ KUNTRATTI KLASSIFIKATI

26.

Meta s-SEAE, il-kuntratturi jew is-sottokuntratturi jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-kwartieri ta’ xulxin għat-twettiq ta’ kuntratt klassifikat, iż-żjarat għandhom isiru f’koordinazzjoni mal-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra kkonċernata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prerogattiva tal-ASN/ASM, fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi li jaqblu fuq proċedura li biha tali żjarat ikunu jistgħu jiġu organizzati direttament.

27.

Il-viżitaturi kollha għandu jkollhom PSC xierqa u jkollhom “ħtieġa ta’ tagħrif” għal aċċess għal IKUE relatata mal-kuntratt tas-SEAE.

28.

Il-viżitaturi għandhom jingħataw aċċess biss għal IKUE relatata mal-fini taż-żjara.

VII.   TRAŻMISSJONI U ĠARR TA’ IKUE

29.

Fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ IKUE b’mezzi elettroniċi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 8 tal-Anness A, u tal-Anness A IV.

30.

Fir-rigward tal-ġarr ta’ IKUE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness A III, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

31.

Għat-trasport ta’ materjal klassifikat bħala merkanzija, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin meta jiġu ddeterminati l-arranġamenti tas-sigurtà:

(a)

is-sigurtà għandha tkun assigurata fl-istadji kollha matul it-trasport, mill-punt ta' oriġini sad-destinazzjoni finali;

(b)

il-livell ta' protezzjoni mogħti lil konsenja għandu jiġi ddeterminat mill-ogħla livell ta' klassifikazzjoni tal-materjal li jkun jinsab fiha;

(c)

għandha tinkiseb ASF fil-livell xieraq għall-kumpaniji li jipprovdu t-trasport, anke jekk din timplika wkoll li hemm informazzjoni klassifikata maħżuna fil-faċilitajiet tal-kuntratturi. Fi kwalunkwe każ, il-persunal li jittratta l-konsenja għandu jkollu approvazzjoni xierqa tas-sigurtà f'konformità mal-Anness A I;

(d)

qabel ma jsir kwalunkwe ċaqliq transkonfinali ta' materjal klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, għandu jitfassal pjan ta' trasport mill-konsenjatur u jiġi approvat mis-SEAE meta jkun xieraq f'koordinazzjoni mal-ASN/ASM kemm tal-konsenjatur kif ukoll tal-konsenjatarju jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra kkonċernata;

(e)

sa fejn possibbli, il-vjaġġi għandhom ikunu minn punt sa punt u għandhom jitlestew fl-iqsar żmien li ċ-ċirkostanzi jippermettu;

(f)

kull meta possibbli, ir-rotot għandhom jgħaddu biss minn Stati Membri. Rotot li jgħaddu minn Stati li mhumiex Stati Membri għandhom jittieħdu biss meta dawn ikunu awtorizzati mis-SEAE jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-Istati kemm tal-konsenjatur kif ukoll tal-konsenjatarju.

VIII.   TRASFERIMENT TA’ IKUE LIL KUNTRATTURI LI JINSABU FI STATI TERZI

32.

IKUE għandha tiġi trażmessa lil kuntratturi u lis-sottokuntratturi li jinsabu fi Stati terzi li għandhom ftehim tas-sigurtà validu mal-UE f’konformità mal-miżuri tas-sigurtà maqbula bejn is-SEAE, peress li l-awtorità kontraenti, u l-ASN/ASM tal-Istat terz ikkonċernat fejn il-kuntrattur ikun reġistrat.

IX.   TRATTAMENT U ĦŻIN TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA RESTREINT UE/EU RESTRICTED

33.

F’koordinazzjoni mal-ASN/ASM tal-Istat Membru, kif xieraq, is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jkun intitolat jagħmel żjarat fil-faċilitajiet tal-kuntrattur/tas-sottokuntrattur abbażi ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali sabiex jivverifika li l-miżuri ta’ sigurtà rilevanti għall-protezzjoni ta’ IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED kif meħtieġ taħt il-kuntratt, ikunu ġew stabbiliti.

34.

Sa fejn ikun meħtieġ skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi nnotifikata mis-SEAE bħala l-awtorità kontraenti ta’ kuntratti jew sottokuntratti li jkun fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

35.

ASF jew PSC għal kuntratturi jew sottokuntratturi u l-persunal tagħhom m’għandhomx ikunu meħtieġa għal kuntratti mogħtija mis-SEAE li fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

36.

Is-SEAE, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jeżamina t-tweġibiet għal sejħiet għal offerti għal kuntratti li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, minkejja kwalunkwe rekwiżit relatat ma’ ASF jew PSC li jista’ jeżisti taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

37.

Il-kundizzjonijiet li taħthom il-kuntrattur jista’ jagħmel sottokuntratt għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafi 22-24.

38.

Fejn kuntratt ikun jinvolvi t-trattament ta’ informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED f’SKI operata minn kuntrattur, is-SEAE bħala l-awtorità kontraenti għandu jiżgura li l-kuntratt jew kwalunkwe sottokuntratt jispeċifika r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi meħtieġa rigward l-akkreditazzjoni tas-SKI proporzjonat mar-riskju vvalutat, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha. Il-fini tal-akkreditazzjoni ta’ tali SKI għandu jkun maqbul bejn l-awtorità kontraenti u l-ASN/ASM rilevanti.

ANNESS A VI

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA MA' STATI TERZI U ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

I.   INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Anness jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness A.

II.   OQFSA LI JIRREGOLAW L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA

2.

Is-SEAE jista’ jiskambja IKUE ma’ Stati terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Anness A.

Biex jappoġġaw ir-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tar-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 218 TFUE:

(a)

id-dipartiment ġeografiku jew tematiku rilevanti tas-SEAE, f'konsultazzjoni mad-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu, fejn xieraq, jidentifika l-ħtieġa ta' skambju ta' IKUE għal perjodu fit-tul mal-Istat terz jew mal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati;

(b)

id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE, f'konsultazzjoni mad-dipartiment ġeografiku rilevanti tas-SEAE, għandu, fejn xieraq, jissottometti lir-Rappreżentant Għoli l-abbozzi tat-testi li jkunu ser jiġu proposti lill-Kunsill bis-saħħa tal-Artikolu 218(3),(5), u (6) TFUE;

(c)

id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tan-negozjati;

(d)

fir-rigward ta' Ftehimiet jew Arranġamenti ma' Stati terzi għall-parteċipazzjoni tagħhom f'operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-PSDK kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(c) tal-Anness A, is-SEAE għandu jassisti lir-Rappreżentant Għoli għall-proposti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 218(3), (5) u (6) TFUE, u għandu jappoġġa lir-Rappreżentant Għoli fit-twettiq tan-negozjati.

3.

Fejn il-Ftehimiet dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni jipprevedu Arranġamenti Implimentattivi tekniċi bejn id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE u l-awtorità tas-sigurtà kompetenti tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, arranġamenti bħal dawn għandhom iqisu l-livell ta’ protezzjoni pprovdut mir-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri tas-sigurtà li jkun hemm fis-seħħ fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati. Id-Direttorat responsabbli għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għandu jikkoordina mad-Direttorat tas-Sigurtà fid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti bħal dawn.

4.

Fejn ikun hemm ħtieġa fit-tul li s-SEAE jiskambja informazzjoni klassifikata li fil-prinċipju ma tkunx ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, u fejn ikun ġie stabbilit li l-parti inkwistjoni ma għandhiex sistema tas-sigurtà żviluppata biżżejjed li tagħmilha possibbli li tidħol fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli jista’, wara li jkun kiseb l-opinjoni favorevoli unanima tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE skont l-Artikolu 15(5) ta’ din id-Deċiżjoni, jidħol f’Arranġament Amministrattiv mal-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-Istat terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

5.

L-ebda IKUE ma għandha tiġi skambjata b’mezzi elettroniċi ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali sakemm dan ma jkunx previst espliċitament fil-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni jew fl-Arranġament Amministrattiv.

6.

Taħt Arranġament Amministrattiv dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, is-SEAE u l-Istat terz jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali, kull wieħed u waħda minnhom għandhom jagħżlu reġistru bħala l-punt ewlieni tad-dħul u l-ħruġ tal-informazzjoni klassifikata skambjata. Għas-SEAE, dan għandu jkun ir-reġistru ċentrali tas-SEAE.

7.

L-Arranġamenti Amministrattivi, bħala regola ġenerali, għandhom jieħdu l-forma ta’ skambju ta’ ittri.

III   ŻJARAT TA’ VALUTAZZJONI

8.

Iż-żjarat ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu bi ftehim reċiproku mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati, u għandhom jevalwaw:

(a)

il-qafas regolatorju applikabbli biex tiġi protetta informazzjoni klassifikata;

(b)

kwalunkwe fattur speċifiku tal-liġijiet, regolamenti, politiki jew proċeduri tas-sigurtà tal-Istat terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali li jista' jkollu impatt fuq il-livell massimu tal-informazzjoni klassifikata li tista' tiġi skambjata;

(c)

il-miżuri u l-proċeduri tas-sigurtà attwalment fis-seħħ għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata; u

(d)

il-proċeduri għall-approvazzjoni ta' sigurtà għal-livell ta' IKUE li għandha tiġi rilaxxata.

9.

L-ebda IKUE ma għandha tiġi skambjata qabel ma tkun twettqet żjara ta’ valutazzjoni u jkun ġie determinat f’liema livell l-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi skambjata bejn il-partijiet, fuq il-bażi tal-ekwivalenza tal-livell ta’ protezzjoni li jingħatalha.

Jekk, sakemm issir iż-żjara ta' valutazzjoni, ir-Rappreżentant Għoli jsir jaf bi kwalunkwe raġuni eċċezzjonali jew urġenti għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha:

(a)

l-ewwel tfittex il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur biex tistabbilixxi li ma hemmx oġġezzjonijiet għar-rilaxx.

(b)

tista' tiddeċiedi favur ir-rilaxx, bil-kundizzjoni li tkun inkisbet l-opinjoni favorevoli unanima tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

Jekk is-SEAE ma jkunx jista' jistabbilixxi l-oriġinatur, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tassumi r-responsabbiltà tal-oriġinatur wara li tkun kisbet l-opinjoni favorevoli unanima tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

IV.   AWTORITÀ GĦAL RILAXX TA’ IKUE LIL STATI TERZI JEW ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

10.

Fejn jeżisti qafas f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Anness A għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, id-deċiżjoni għar-rilaxx ta’ IKUE mis-SEAE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tittieħed mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE.

11.

Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata li għandha tiġi rilaxxata, inkluż l-oriġinaturi tal-materja tas-sors li jista’ jkun fiha, ma jkunx is-SEAE, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandu jfittex l-ewwel il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur biex jistabbilixxi li ma hemmx oġġezzjonijiet għar-rilaxx. Jekk is-SEAE ma jkunx jista’ jistabbilixxi l-oriġinatur, l-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE għandha tassumi r-responsabbiltà tal-oriġinatur wara li tkun kisbet l-opinjoni favorevoli unanima tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

V.   RILAXX EĊĊEZZJONALI AD HOC TA’ IKUE

12.

Fl-assenza ta’ wieħed mill-oqfsa msemmija fl-Artiklu 10(1) tal-Anness A, u meta l-interessi tal-UE jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jirrikjedu r-rilaxx ta’ IKUE għal raġunijiet politiċi, operattivi jew urġenti, l-IKUE tista’ tiġi rilaxxata b’mod eċċezzjonali lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali ladarba jkunu ttieħdu l-azzjonijiet li ġejjin.

L-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE, wara li tiżgura li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 11 hawn fuq, għandha:

(a)

sa fejn ikun possibbli, tivverifika mal-awtoritajiet ta' sigurtà tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata li r-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta' sigurtà tagħha huma tali li IKUE rilaxxata lilha tkun protetta f'konformità ma' standards xejn anqas strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni;

(b)

tistieden lill-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE biex, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, tifformula opinjoni fir-rigward tal-fiduċja li jista' jkun hemm fir-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri tas-sigurtà fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun ser tiġi rilaxxata l-IKUE;

(c)

tista' tiddeċiedi favur ir-rilaxx, bil-kundizzjoni li tkun inkisbet l-opinjoni favorevoli unanima tal-Istati Membri kif irrappreżentati fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-SEAE.

13.

Fl-assenza ta’ wieħed minn dawn l-oqfsa msemmija fl-Artikolu 10(1) tal-Anness A, il-parti terza inkwistjoni għandha tintrabat bil-miktub li tipproteġi l-IKUE kif jixraq.

Appendiċi A

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Akkreditazzjoni” tfisser il-proċess li jwassal għal dikjarazzjoni formali mill-Awtorità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Sigurtà (AAS) li sistema hija approvata biex topera b’livell definit ta’ klassifikazzjoni, f’mod partikolari ta’ sigurtà fl-ambjent operattiv tagħha u f’livell aċċettabbli ta’ riskju, abbażi tal-premessa li jkun ġie implimentat sett approvat ta’ miżuri ta’ sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali;

(b)

“Assi” tfisser kwalunkwe ħaġa li hija ta’ valur għal organizzazzjoni, l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-kontinwità tagħhom, inkluż ir-riżorsi ta’ informazzjoni li jappoġġaw il-missjoni tal-organizzazzjoni;

(c)

“Awtorizzazzjoni ta’ aċċess għal IKUE” tfisser awtorizzazzjoni mill-Awtorità tas-Sigurtà tas-SEAE li tittieħed skont din id-Deċiżjoni wara li tkun inħarġet PSC mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, u li tiċċertifika li individwu jista’, sakemm il-“ħtieġa ta’ tagħrif” tiegħu tkun ġiet iddeterminata, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata f’konformità mal-Artikolu 2 tal-Anness A I;

(d)

“Ksur” huwa att jew ommissjoni minn individwu li jkun kontra r-regoli tas-sigurtà stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u/jew li jkun kontra l-politiki u l-linji gwida dwar is-sigurtà li jistabbilixxu kwalunkwe miżura neċessarja għall-implimentazzjoni tagħha;

(e)

“Ċiklu ta’ ħajja ta’ SKI” tfisser id-durata kompleta tal-eżistenza ta’ SKI, li jinkludi l-inizjazzjoni, il-konċepiment, l-ippjanar, l-analiżi tar-rekwiżiti, id-disinn, l-iżvilupp, l-ittestjar, l-implimentazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżmantellament;

(f)

“Kuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir mis-SEAE ma’ kuntrattur għall-provvista ta’ oġġetti, twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li l-prestazzjoni tagħhom teħtieġ jew tinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha;

(g)

“Sottokuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir minn kuntrattur tas-SEAE ma’ kuntrattur ieħor (pereżempju s-sottokuntrattur) għall-provvista ta’ oġġetti, it-twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li l-prestazzjoni tagħhom teħtieġ jew tinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha;

(h)

“Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni” (SKI) tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament tal-informazzjoni f’forma elettronika. Sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni għandha tkopri l-assi kollha meħtieġa biex hija topera, inkluż l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi tal-informazzjoni;

(i)

“Kompromess ta’ IKUE” tfisser l-iżvelar totali jew parzjali ta’ IKUE lil persuni jew entitajiet mhux awtorizzati – ara l-Artikolu 9(2);

(j)

“Kuntrattur” tfisser individwu jew entità ġuridika li jkollha l-kapaċità ġuridika li tidħol f’kuntratti;

(k)

“Prodotti kriptografiċi (Kripto)” ifissru algoritmi kriptografiċi, hardware kriptografiku u moduli tas-software, u prodotti li jkollhom id-dettalji tal-implimentazzjoni u dokumenti assoċjati u materjal li jaġixxi ta’ ċavetta (keying material);

(l)

“Operazzjoni tal-PKSD” tfisser operazzjoni militari jew ċivili ta’ maniġġar ta’ kriżijiet taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 TUE;

(m)

“Deklassifikazzjoni” tfisser it-tneħħija ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni ta’ sigurtà;

(n)

“Difiża fil-fond” tfisser l-applikazzjoni ta’ firxa ta’ miżuri ta’ sigurtà, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża;

(o)

“Awtorità ta’ Sigurtà Magħżula” (ASM) tfisser awtorità taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) ta’ Stat Membru li hija responsabbli biex tikkomunika lill-entitajiet industrijali jew lil entitajiet oħra l-politika nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà industrijali u biex tipprovdi direzzjoni u assistenza fl-implimentazzjoni tagħha. Il-funzjoni ta’ ASM tista’ titwettaq mill-ASN jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra;

(p)

“Dokument” tfisser kwalunkwe informazzjoni reġistrata, tkun xi tkun il-forma fiżika jew il-karatteristiċi tagħha;

(q)

“Tnaqqis fil-grad” tfisser tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà;

(r)

“Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista’ jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, magħżul minn klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE – ara l-Artikolu 2(f);

(s)

“Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità” (ASF) tfisser determinazzjoni amministrattiva minn ASN jew ASM li mill-perspettiva ta’ sigurtà, faċilità tista’ tippermetti livell adegwat ta’ protezzjoni tal-IKUE ta’ livell speċifiku ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà u tal-persunal tagħha li jeħtieġ aċċess għal IKUE jkollu approvazzjoni xierqa tas-sigurtà u jkun ġie infurmat dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà rilevanti meħtieġa għall-aċċess u l-protezzjoni ta’ IKUE;

(t)

“Trattament” ta’ IKUE tfisser kull azzjoni possibbli li għaliha l-IKUE tista’ tkun soġġetta matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Huwa jkopri il-ħolqien, il-proċessar, il-ġarr, it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni u l-qerda tagħha. Fir-rigward ta’ SKI huwa jkopri wkoll il-ġbir, il-wiri, it-trażmissjoni u l-ħżin tagħha;

(u)

“Detentur” tfisser individwu debitament awtorizzat li l-ħtieġa ta’ tagħrif tiegħu tkun stabbilita u li huwa fil-pussess ta’ oġġett tal-IKUE, u huwa għaldaqstant responsabbli li jipproteġih;

(v)

“Entità industrijali jew entità oħra” tfisser entità involuta fil-provvista ta’ oġġetti, fit-twettiq ta’ xogħlijiet jew fil-forniment ta’ servizzi; din tista’ tkun entità industrijali, kummerċjali, tas-servizzi, xjentifika, tar-riċerka, edukattiva jew tal-iżvilupp jew individwu li jaħdem għal rasu;

(w)

“Sigurtà industrijali” hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ IKUE minn kuntratturi u sottokuntratturi f’negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu ta’ kuntratti klassifikati – ara l-Artikolu 9 (1) tal-Anness A;

(x)

“Assigurazzjoni tal-Informazzjoni” fil-qasam tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li jittrattaw, u li jiffunzjonaw kif meħtieġ u meta meħtieġ taħt il-kontroll ta’ utenti leġittimi. AI effettiva għandha tiżgura livelli adegwati ta’ kunfidenzjalità, integrità, disponibbiltà, non-rifjut u awtentiċità. L-AI għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ ġestjoni tar-riskju — ara l-Artikolu 8(1) tal-Anness A;

(y)

“Interkonnessjoni”, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tfisser il-konnessjoni diretta ta’ żewġ sistemi tal-IT jew aktar, bl-għan tal-kondiviżjoni ta’ data u riżorsi oħra ta’ informazzjoni (pereżempju komunikazzjoni) b’mod unidirezzjonali jew multidirezzjonali — ara l-Anness A IV, il-paragrafu 31;

(z)

“Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata” hija l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħha sabiex jiġu ssupplimentati l-miżuri previsti fl-Artikoli 5, 6 u 8 u b’hekk jgħinu biex il-kompromess jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni jiġi skoraġġit, innotat u rkuprat. Tali miżuri jirrelataw b’mod partikolari għall-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ikkupjar, it-traduzzjoni, il-ġarr, it-trattament, il-ħżin u l-qerda ta’ IKUE — ara l-Artikolu 7(1) tal-Anness A;

(aa)

“Materjal” tfisser kwalunkwe dokument jew oġġett ta’ makkinarju jew tagħmir, kemm jekk manifatturat kif ukoll jekk fil-proċess ta’ manifattura;

(bb)

“Oriġinatur” tfisser l-istituzzjoni, l-aġenzija jew il-korp tal-UE, l-Istat Membru, l-istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li taħt l-awtorità tagħha tkun inħolqot u/jew ġiet introdotta informazzjoni klassifikata fl-istrutturi tal-UE;

(cc)

“Sigurtà tal-persunal” hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-aċċess għal IKUE jingħata biss lil individwi li jkunu:

fil-ħtieġa ta' tagħrif;

għall-aċċess għal informazzjoni CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, ikollhom approvazzjoni tas-sigurtà sal-livell rilevanti, jew inkella ġew awtorizzati kif dovut bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; u

ikunu ġew infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom -

b'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Anness A;

(dd)

“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSC) għall-aċċess għal IKUE tfisser dikjarazzjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssir wara t-tlestija ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u li tiċċertifika li individwu jista’, sakemm il-“ħtieġa ta’ tagħrif” tiegħu tkun ġiet iddeterminata, jingħata aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIELUE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu deskritt b’dan il-mod huwa kkunsidrat li jkollu “approvazzjoni tas-sigurtà”;

(ee)

“Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSCC) tfisser ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti li jistabbilixxi li individwu jkollu approvazzjoni tas-sigurtà u għandu PSC jew Awtorizzazzjoni valida mid-Direttur għas-sigurtà tal-Kwartieri Ġenerali u s-sigurtà tal-informazzjoni tas-SEAE għall-aċċess għal IKUE, u li juri l-livell ta’ IKUE li dak l-individwu jista’ jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data ta’ validità tal-PSC rilevanti u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu;

(ff)

“Sigurtà fiżika” tfisser l-applikazzjoni ta’ miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi biex jiskoraġġixxu l-aċċess mhux awtorizzat għal IKUE - ara l-Artikolu 6 tal-Anness A;

(gg)

“Struzzjoni ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett” (SSP) tfisser lista ta’ proċeduri ta’ sigurtà li huma applikati għal programm/proġett speċifiku sabiex ikunu standardizzati l-proċeduri ta’ sigurtà. Din tista’ tiġi riveduta matul il-programm/proġett kollu;

(hh)

“Reġistrazzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta’ proċeduri li jżommu rekord taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ informazzjoni, inkluż id-disseminazzjoni u l-qerda tagħha - ara l-Anness A III, il-paragrafu 21;

(ii)

“Riskju residwu” tfisser ir-riskju li jibqa’ wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri ta’ sigurtà, peress li mhux it-theddid kollu jista’ jiġi affrontat u mhux il-vulnerabbiltajiet kollha jistgħu jiġu eliminati;

(jj)

“Riskju” tfisser il-potenzjal li theddida partikolari tisfrutta vulnerabbiltajiet interni jew esterni ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża’ u għalhekk tikkawża dannu lill-organizzazzjoni u lill-assi tanġibbli jew intanġibbli tagħha. Dan jitkejjel bħala t-total tal-probabbiltà tat-theddid li jseħħ u l-impatt tiegħu;

(kk)

“Aċċettazzjoni tar-riskju” tfisser id-deċiżjoni li jkun hemm qbil dwar l-eżistenza ulterjuri ta’ riskju residwu wara t-trattament tar-riskju.

(ll)

“Valutazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ theddid u vulnerabbiltajiet u t-twettiq tal-analiżi tar-riskju relatat, jiġifieri l-analiżi tal-probabbiltà u l-impatt.

(mm)

“Komunikazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji fost il-komunitajiet tal-utenti tas-SKI, l-infurmar tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u r-rapportar lill-awtoritajiet operattivi.

(nn)

“Proċess ta’ ġestjoni tar-riskju” tfisser il-proċess sħiħ tal-identifikazzjoni, il-kontroll u l-imminimizzar ta’ avvenimenti inċerti li jistgħu jaffettwaw s-sigurtà ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża. Dan ikopri t-totalità tal-attivitajiet relatati mar-riskju, inkluż l-valutazzjoni, it-trattament, l-aċċettazzjoni u l-komunikazzjoni;

(oo)

“Trattament tar-riskju” jikkonsisti fil-mitigazzjoni, it-tneħħija, it-tnaqqis (permezz ta’ taħlita xierqa ta’ miżuri tekniċi, fiżiċi, organizzattivi jew proċedurali), it-trasferiment jew il-monitoraġġ tar-riskju.

(pp)

“Ittra dwar Aspetti ta’ Sigurtà” (SAL) tfisser sett ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali speċjali maħruġ mill-awtorità kontraenti li jifforma parti integrali minn kwalunkwe kuntratt klassifikat li jinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha, li jidentifika r-rekwiżiti ta’ sigurtà jew dawk l-elementi tal-kuntratt li jkunu jeħtieġu protezzjoni ta’ sigurtà – ara l-Anness A V, it-Taqsima II;

(qq)

“Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ Sigurtà” (GKS) tfisser dokument li jiddeskrivi l-elementi ta’ programm jew kuntratt li huma klassifikati, waqt li jispeċifika l-livelli tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà applikabbli. Il-GKS tista’ titwessa’ matul il-ħajja tal-programm jew tal-kuntratt u l-elementi ta’ informazzjoni jistgħu jiġu riklassifikati jew imnaqqsa fil-grad; fejn ikun hemm GKS, hija għandha tkun parti mis-SAL – ara l-Anness A V, it-Taqsima II;

(rr)

“investigazzjoni ta’ sigurtà” tfisser il-proċeduri investigattivi mwettqa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu sabiex tinkiseb assigurazzjoni li m’hemm xejn negattiv magħruf li jista’ jipprevjeni individwu milli jingħata PSC nazzjonali jew tal-UE għal aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla);

(ss)

“Proċeduri Operattivi ta’ Sigurtà” (SecOPs) tfisser deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika tas-sigurtà li għandha tiġi adottata, tal-proċeduri tal-operat li għandhom jiġu segwiti u tar-responsabbiltajiet tal-persunal;

(tt)

“Informazzjoni sensittiva mhux klassifikata” tfisser informazzjoni jew materjal li s-SEAE trid tipproteġi minħabba obbligi legali stipulati fit-Trattati jew f’atti adottati fl-implimentazzjoni tagħhom, u/jew minħabba s-sensittività tagħhom. Informazzjoni sensittiva mhux klassifikata tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni jew materjal kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 339 TFUE, informazzjoni koperta mill-interessi mħarsa mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) flimkien mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(uu)

“Dikjarazzjoni dwar ir-Rekwiżiti tas-Sigurtà Speċifiċi għas-Sistema” (DRSS) tfisser sett vinkolanti ta’ prinċipji tas-sigurtà li għandu jiġi osservat u ta’ rekwiżiti dettaljati tas-sigurtà li għandhom jiġu implimentati, li jiffurmaw il-pedament tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u akkreditazzjoni ta’ SKI;

(vv)

“TEMPEST” tfisser l-investigazzjoni, l-istudju u l-kontroll ta’ emanazzjonijiet elettromanjetiċi kompromettenti u l-miżuri biex jiġu mrażżna;

(ww)

“Theddida” tfisser kawża potenzjali ta’ avveniment mhux mixtieq li jista’ jirriżulta f’dannu lil organizzazzjoni jew waħda mis-sistemi li tuża; tali theddid jista’ jkun aċċidentali jew intenzjonat (malizzjużi) u huwa kkaratterizzat minn elementi ta’ theddid, miri potenzjali u metodi ta’ attakk;

(xx)

“Vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta’ kwalunkwe natura li tista’ tiġi sfruttata minn theddida waħda jew aktar. Vulnerabbiltà tista’ tkun ommissjoni jew tista’ tkun relatata ma’ dgħufija fil-kontrolli f’termini tas-saħħa, it-tlestija jew il-konsistenza tagħhom u tista’ tkun ta’ natura teknika, proċedurali, fiżika jew operattiva.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p.43).


Appendiċi B

Ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet ta' sigurtà

UE

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

SECRET UE/EU SECRET

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

EURATOM

EURA TOP SECRET

EURA SECRET

EURA CONFIDENTIAL

EURA RESTRICTED

Belġju

Très Secret (Loi 11.12.1998)

Zeer Geheim (Wet 11.12.1998)

Secret (Loi 11.12.1998)

Geheim (Wet 11.12.1998)

Confidentiel (Loi 11.12.1998)

Vertrouwelijk (Wet 11.12.1998)

Nota (1) hawn taħt

Bulgarija

Cтpoгo ceкретно

Ceкретно

Поверително

За служебно ползване

Repubblika Ċeka

Přísně tajné

Tajné

Důvěrné

Vyhrazené

Danimarka

YDERST HEMMELIGT

HEMMELIGT

FORTROLIGT

TIL TJENESTEBRUG

Ġermanja

STRENG GEHEIM

GEHEIM

VS (2) — VERTRAULICH

VS — NUR FÜR DEN DIENSTGEBRAUCH

Estonja

Täiesti salajane

Salajane

Konfidentsiaalne

Piiratud

Irlanda

Top Secret

Secret

Confidential

Restricted

Greċja

Άκρως Απόρρητο

Abr: ΑΑΠ

Απόρρητο

Abr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Abr: (ΠΧ)

Spanja

SECRETO

RESERVADO

CONFIDENCIAL

DIFUSIÓN LIMITADA

Franza

TRÈS SECRET

TRÈS SECRET DÉFENSE (3)

SECRET

SECRET DÉFENSE  (3)

CONFIDENTIEL DÉFENSE  (3) ,  (4)

Nota (5) hawn taħt

Kroazja

VRLO TAJNO

TAJNO

POVJERLJIVO

OGRANIČENO

Italja

Segretissimo

Segreto

Riservatissimo

Riservato

Ċipru

Άκρως Απόρρητο

Αbr: (AΑΠ)

Απόρρητο

Αbr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Αbr: (ΠΧ)

Latvja

Sevišķi slepeni

Slepeni

Konfidenciāli

Dienesta vajadzībām

Litwanja

Visiškai slaptai

Slaptai

Konfidencialiai

Riboto naudojimo

Lussemburgu

Très Secret Lux

Secret Lux

Confidentiel Lux

Restreint Lux

Ungerija

’Szigorúan titkos!’

’Titkos!’

’Bizalmas!’

’Korlátozott terjesztésű!’

Malta

L-Ogħla Segretezza

Top Secret

Sigriet

Secret

Kunfidenzjali

Confidential

Ristrett

Restricted  (6)

Netherlands

Stg. ZEER GEHEIM

Stg. GEHEIM

Stg. CONFIDENTIEEL

Dep. VERTROUWELIJK

Awstrija

Streng Geheim

Geheim

Vertraulich

Eingeschränkt

Polonja

Ściśle Tajne

Tajne

Poufne

Zastrzeżone

Portugall

Muito Secreto

Secreto

Confidencial

Reservado

Rumanija

Strict secret de importanță deosebită

Strict secret

Secret

Secret de serviciu

Slovenja

STROGO TAJNO

TAJNO

ZAUPNO

INTERNO

Slovakkja

Prísne tajné

Tajné

Dôverné

Vyhradené

Finlandja

ERITTÄIN SALAINEN

YTTERST HEMLIG

SALAINEN

HEMLIG

LUOTTAMUKSELLINEN

KONFIDENTIELL

KÄYTTÖ RAJOITETTU

BEGRÄNSAD TILLGÅNG

Żvezja

Kvaliciferat hemlig

Hemlig

Konfidentiell

Begränsat hemlig


(1)  Diffusion Restreinte/Beperkte Verspreiding mhijiex klassifikazzjoni ta' sigurtà fil-Belġju. Il-Belġju jittratta u jipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)  il-Ġermanja: VS = Verschlusssache.

(3)  L-informazzjoni ġġenerata minn Franza qabel l-1 ta' Lulju 2021 u kklassifikata “TRÈS SECRET DÉFENSE”, “SECRET DÉFENSE” u “CONFIDENTIEL DÉFENSE” għandha tkompli tiġi ttrattata u protetta fil-livell ekwivalenti ta' “TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET”, “SECRET UE/EU SECRET” u “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” rispettivament.

(4)  Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni klassifikata “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f'konformità mal-miżuri ta' sigurtà ta' Franza għall-protezzjoni ta' informazzjoni “SECRET”.

(5)  Franza ma tużax il-klassifikazzjoni “RESTREINT” fis-sistema nazzjonali tagħha. Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Il-marki Maltin u Ingliżi għal Malta jistgħu jintużaw b'mod interkambjabbli.


Top