This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0427(01)
Commission Decision of 23 February 2023 instructing the central administrator to enter corrections to the national allocation table of Germany into the European Union Transaction Log 2023/C 145/05
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-23 ta’ Frar 2023 li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-korrezzjonijiet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea 2023/C 145/05
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-23 ta’ Frar 2023 li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-korrezzjonijiet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea 2023/C 145/05
C/2023/1362
ĠU C 145, 27.4.2023, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-23 ta’ Frar 2023
li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-korrezzjonijiet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
(2023/C 145/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u Nru 1193/2011 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (3). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4), id-Deċiżjoni 2011/278/UE tibqa’ tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2021. L-allokazzjonijiet notifikati kollha msemmija f’din id-deċiżjoni huma relatati mal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020. |
(2) |
Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (5) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2013-2020, skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (6), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (7) u 2011/278/UE fir-rigward tal-lista ta’ setturi u ta’ subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (“il-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”). |
(4) |
Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (8), C(2014) 123 (9), C(2014) 674 (10) u C(2014) 1167 (11), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali u t-tabelli riveduti tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-Ġermanja nnotifikat korrezzjonijiet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha tal-fażi 3 tal-EU ETS, permezz ta’ ittra bid-data l-24 ta’ Jannar 2023. Il-livelli ta’ attività storika tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil u tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess kellhom jiġu kkoreġuti fir-rigward tal-installazzjoni DE-202760, wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Novembru 2021 fil-kawża C-271/20 (12). |
(6) |
Il-bidliet notifikati fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja huma f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, l-Amministratur Ċentrali jenħtieġ jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-amministratur ċentrali għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja stabbilita fl-Anness tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-23 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27)
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p.10).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Latvja, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Litwanja, tal-Ungerija u tas-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Lussemburgu, tas-Slovenja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, ta’ Spanja, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Polonja, tar-Rumanija u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(12) Sentenza tal-Qorti (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021, Kawża C-271/20, Aurubis AG vs Bundesrepublik Deutschland, ECLI:EU:C:2021:959.
ANNESS I
Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)
Stat Membru: Il-Ġermanja
L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:
ID tal-Installazzjoni (NE&C) |
ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-unjoni) |
Isem l-Operatur |
Isem l-Installazzjoni |
Kwantità li għandha tiġi allokata |
Kwantità li għandha tiġi allokata, modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni |
|||||||
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|||||
DE000000000202760 |
202760 |
Aurubis AG |
Anlage zur Herstellung von Nichteisen-Rohmetallen (Kupferproduktion) |
378 054 |
371 487 |
364 844 |
358 131 |
351 345 |
344 494 |
337 558 |
330 597 |
2 836 510 |